Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 5 : KWORUM, EMENDI U VOTAZZJONI

Artikolu 178 : Kworum

1.   Il-Parlament jista' jiddelibera, jgħaddi l-aġenda u japprova l-minuti, irrispettivament minn-numru ta' Membri preżenti.

2.   Għandu jitqies li ntlaħaq kworum meta terz tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament ikunu preżenti fil-Kamra.

3.   Il-votazzjonijiet kollha għandhom ikunu validi irrispettivament minn-numru ta' Membri li jivvotaw ħlief jekk il-President, fuq talba minn mhux anqas minn 40 Membru qabel tibda l-votazzjoni, jistabbilixxi li ma jkunx hemm kworum. Jekk in-numru ta' Membri rikjest sabiex jintlaħaq il-kworum ma jkunx biżżejjed, il-President għandu jiddikjara li ma hemmx kworum, u l-votazzjoni għandha titqiegħed fl-aġenda tas-seduta li jkun imiss.

Is-sistema ta' votazzjoni elettronika tista' tintuża sabiex jiġi vverifikat il-limitu minimu ta' erbgħin Membru, iżda ma tistax tintuża biex jiġi vverifikat kworum. Il-bibien tal-Kamra ma jistgħux jingħalqu.

4.   Il-Membri li jitolbu għall-verifika tal-kworum jeħtiġilhom ikunu preżenti fil-Kamra meta ssir it-talba, u għandhom jitqiesu li huma preżenti skont it-tifsira tal-paragrafi 2 u 3, ukoll jekk imbagħad jitilqu mill-Kamra.

5.   Jekk ikun hemm anqas minn 40 Membru preżenti, il-President jista' jagħti deċiżjoni li ma hemmx kworum.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali