Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 5 : KWORUM, EMENDI U VOTAZZJONI

Artikolu 179 : Livelli limitu (1)

1.   Għall-finijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura, u sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw:

(a)   "limitu baxx" tfisser wieħed minn kull għoxrin Membru li jagħmlu parti mill-Parlament jew grupp politiku;

(b)   "limitu medju" tfisser wieħed minn kull għaxar Membri li jagħmlu parti mill-Parlament, magħmula minn grupp politiku wieħed jew aktar jew Membri individwali, jew kombinazzjoni tat-tnejn;

(c)   "limitu għoli" tfisser wieħed minn kull ħames Membri li jagħmlu parti mill- Parlament, magħmula minn grupp politiku wieħed jew aktar jew Membri individwali, jew kombinazzjoni tat-tnejn;

2.   Meta, għall-iskop biex jiġi determinat jekk limitu applikabbli ntlaħaqx, tkun rikjesta l-firma ta' Membru, dik il-firma tista' tkun jew miktuba bl-idejn jew f'forma elettronika, f’liema każ għandha tkun prodotta bis-sistema ta' firma elettronika tal-Parlament. Sakemm ma  jkunx skadena l-limitu ta’ żmien rilevanti, Membru jista' jirtira, iżda mhux sussegwentement iġedded, il-firma tiegħu jew tagħha.

3.   Meta l-appoġġ ta' grupp politiku jkun meħtieġ biex jintlaħaq limitu minimu, il-grupp għandu jaġixxi permezz tal-president tiegħu jew permezz ta' persuna debitament magħżula minnu jew minnha għal dak l-iskop.

4.   Għall-applikazzjoni tal-limitu medju u għoli, l-appoġġ ta' grupp politiku għandu jitqies kif ġej:

-   meta Artikolu li jistipula tali limitu minimu jiġi invokat matul seduta jew laqgħa: il-Membri kollha li jifformaw parti mill-grupp ta' appoġġ u huma fiżikament preżenti;

-   fil-każijiet l-oħra kollha: il-Membri kollha li jifformaw parti mill-grupp ta' appoġġ.

(1) L-Artikolu 179 japplika mutatis mutandis għall-kumitati (ara l-Artikolu 219).
Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali