Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 5 : KWORUM, EMENDI U VOTAZZJONI

Artikolu 182 : Proċedura ta' votazzjoni (1)

1.   Għajr fejn dawn ir-Regoli ta' Proċedura jipprevedu speċifikament mod ieħor, il-proċedura ta' votazzjoni li ġejja tapplika għat-testi ppreżentati lill-Parlament:

(a)   l-ewwel, fejn applikabbli, votazzjoni fuq kwalunkwe emenda għall-proposta għal att legalment vinkolanti,

(b)   it-tieni, fejn applikabbli, votazzjoni fuq dik il-proposta sħiħa, emendata jew mhux,

    Jekk il-proposta għal att legalment vinkolanti, emendata jew mhux, ma jkollhiex il-maġġoranza tal-voti mitfugħa fil-kumitat, il-kumitat għandu jipproponi lill-Parlament li l-proposta tiġi miċħuda.

(c)   it-tielet, votazzjoni fuq kwalunkwe emenda għal mozzjoni għal riżoluzzjoni jew għal abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva,

(d)   fl-aħħar, votazzjoni fuq il-mozzjoni għal riżoluzzjoni sħiħa (votazzjoni aħħarija).

Il-Parlament m'għandux jivvota fuq kwalunkwe nota spjegattiva li jkun fih ir-rapport.

2.   Fil-votazzjonijiet fuq testi proposti għal atti legali vinkolanti u fuq mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet mhux leġiżlattivi, għandhom isiru l-ewwel il-votazzjonijiet fuq il-mertu u warajhom isiru votazzjonijiet fuq iċ-ċitazzjonijiet u l-premessi.

3.   Emenda għandha taqa' jekk tkun inkonsistenti ma' deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu qabel fir-rigward tat-test matul l-istess votazzjoni.

4.   L-uniku Membru li jista' jitkellem waqt il-votazzjoni huwa r-rapporteur, jew, minfloku, il-president tal-kumitat. Hu għandu jkollu l-opportunità li jesprimi fil-qosor il-fehmiet tal-kumitat responsabbli dwar l-emendi li għandu jittieħed vot fuqhom.

(1) L-Artikolu 182 japplika mutatis mutandis għall-kumitati (ara l-Artikolu 219).
Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali