Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 5 : KWORUM, EMENDI U VOTAZZJONI

Artikolu 184 : Filtru mill-kumitat tal-emendi għas-seduta plenarja

Meta jitqiegħdu fuq il-Mejda aktar minn ħamsin emenda jew talba għal votazzjoni maqsuma jew separata li jikkonċernaw test imressaq minn kumitat biex jiġi eżaminat mill-Parlament, il-President jista' jitlob lill-kumitat responsabbli, wara li jikkonsulta lill-president tal-istess kumitat, sabiex jiltaqa' biex jivvota fuq kull waħda minn dawk l-emendi jew talbiet. Kull emenda jew talba għal votazzjoni maqsuma jew separata li ma tirċevix voti favorevoli f'dan l-istadju minn mhux anqas minn wieħed minn kull tliet membri tal-kumitat m'għandux jittieħed vot fuqha fil-Parlament.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali