Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 5 : KWORUM, EMENDI U VOTAZZJONI

Artikolu 191 : Votazzjonijiet b'mod sigriet (1)

1.   Fil-każ ta' ħatriet, il-votazzjonijiet għandhom isiru b'mod sigriet, bla ħsara għall-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 213(2), l-ewwel subparagrafu.

Fil-kalkolu tan-numru ta' voti mitfugħa għandhom jitqiesu biss karti tal-vot li jkun fihom l-ismijiet ta' Membri li ġew nominati.

2.   Votazzjoni tista' wkoll issir b'mod sigriet jekk jintalab dan minn għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu għoli. Dawn it-talbiet jridu jsiru qabel tibda l-votazzjoni.

3.   Talba għal votazzjoni sigrieta għandha tieħu prijorità fuq talba għal votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet.

4.   Minn tnejn sa tmien Membri mtellgħin bil-polza għandhom jgħoddu l-voti mitfugħa f'votazzjoni sigrieta, ħlief jekk issir votazzjoni elettronika.

Fil-każ ta' votazzjonijiet skont il-paragrafu 1, m'għandux ikun hemm kandidati fost dawk li jgħoddu l-voti.

L-ismijiet ta' Membri li jieħdu sehem f'votazzjoni sigrieta għandhom jitniżżlu fil-minuti tas-seduta li fiha jkun ittieħed il-vot.

(1) L-Artikolu 191 japplika mutatis mutandis għall-kumitati (ara l-Artikolu 219).
Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali