Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 5 : KWORUM, EMENDI U VOTAZZJONI

Artikolu 193 : Diżgwid dwar votazzjonijiet (1)

1.   Punti ta' ordni li jikkonċernaw il-validità ta' votazzjoni jistgħu jitqajmu wara li l-President ikun iddikjara l-votazzjoni magħluqa.

2.   Wara li jitħabbar ir-riżultat ta' votazzjoni b'turija tal-idejn, Membru jista' jitlob li dak ir-riżultat ikun ivverifikat billi tintuża s-sistema ta' votazzjoni elettronika.

3.   Il-President għandu jiddeċiedi jekk ir-riżultat imħabbar ikunx validu. Id-deċiżjoni tiegħu ma tistax tiġi appellate.

(1) L-Artikolu 193 japplika mutatis mutandis għall-kumitati (ara l-Artikolu 219).
Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali