Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 6 : PUNTI TA' ORDNI U MOZZJONIJIET TA' PROĊEDURA

Artikolu 195 : Punti ta' ordni (1)

1.   Membru jista' jitħalla jitkellem sabiex jiġbed l-attenzjoni tal-President dwar kull nuqqas ta' rispett tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament. Il-Membru għandu l-ewwel jispeċifika għal liema Artikolu jkun qed jirreferi.

2.   Talba sabiex jitqajjem punt ta' ordni għandha tieħu preċedenza fuq kull talba oħra sabiex tingħata l-kelma jew għal mozzjonijiet ta' proċedura.

3.   Il-ħin tad-diskorsi m'għandux jeċċedi l-minuta.

4.   Il-President għandu jieħu deċiżjoni minnufih dwar punti ta' ordni skont ir-Regoli ta' Proċedura u għandu jħabbar id-deċiżjoni tiegħu minnufih wara li jitqajjem il-punt ta' ordni. M'għandu jittieħed l-ebda vot rigward id-deċiżjoni tal-President.

5.   F'każi eċċezzjonali, l-President jista' jiddikjara li se jħabbar id-deċiżjoni tiegħu aktar tard, madankollu huwa m’għandux jagħmel dan iżjed tard minn 24 siegħa wara li jkun tqajjem il-punt ta' ordni. Il-posponiment ta' deċiżjoni ma jġibx miegħu l-aġġornament tad-dibattitu. Il-President jista' jirreferi l-kwistjoni lill-kumitat responsabbli.

It-talba biex isir punt ta' ordni trid tkun relatata mal-punt tal-aġenda li jkun qiegħed jiġi eżaminat f'dak il-mument. Il-President jista' jieħu punt ta' ordni dwar kwistjoni differenti f'mument xieraq, eż. wara li l-punt tal-aġenda in kwistjoni jkun magħluq jew qabel mas-seduta tiġi aġġornata.

(1) L-Artikolu 195 japplika mutatis mutandis għall-kumitati (ara l-Artikolu 219).
Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali