Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 6 : PUNTI TA' ORDNI U MOZZJONIJIET TA' PROĊEDURA

Artikolu 196 : Mozzjonijiet ta' proċedura

1.   Talbiet sabiex jitressqu mozzjonijiet ta' proċedura, jiġifieri:

(a)   mozzjoni ta' inammissibbiltà (Artikolu 197);

(b)   riferiment lura lill-kumitat (Artikolu 198);

(c)   l-għeluq ta' dibattitu (Artikolu 199);

(d)   l-aġġornament ta' dibattitu jew votazzjoni (Artikolu 200); jew

(e)   is-sospensjoni jew l-għeluq tas-seduta (Artikolu 201);

għandhom jieħdu preċedenza fuq talbiet sabiex tingħata l-kelma.

Barra minn dawk li ressqu l-mozzjonijiet, il-Membri li ġejjin biss għandhom jinstemgħu: kelliem wieħed kontra jew l-president jew ir-rapporteur tal-kumitat responsabbli.

2.   Il-ħin tad-diskorsi m'għandux jeċċedi l-minuta.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali