Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VIII : KUMITATI U DELEGAZZJONIJIET
KAPITOLU 1 : KUMITATI

Artikolu 210 : Dmirijiet tal-kumitati

1.   Il-kumitati permanenti għandhom jeżaminaw kwistjonijiet riferuti lilhom mill-Parlament jew, f'xi aġġornament tas-sessjoni, mill-President f'isem il-Konferenza tal-Presidenti.

2.   Jekk ikun hemm żewġ kumitati permanenti jew iżjed li jkunu responsabbli sabiex jeżaminaw kwistjoni, wieħed mill-kumitati għandu jkun nominat bħala l-kumitat responsabbli u l-oħrajn bħala kumitati li jintalbu jagħtu opinjoni.

Madankollu, ebda kwistjoni m'għandha tiġi riferuta fl-istess ħin lil iżjed minn tliet kumitati, ħlief jekk jiġi deċiż li tingħata deroga minn din ir-regola skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1.

3.   Żewġ kumitati jew iżjed, jew żewġ sottokumitati jew iżjed jistgħu b'mod konġunt jeżaminaw kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom, imma ma jistgħux jieħdu deċiżjoni b'mod konġunt ħlief fejn japplika l-Artikolu 58.

4.   Kull kumitat jista', bi qbil mal-korpi rilevanti tal-Parlament, jagħti istruzzjonijiet lil wieħed jew iżjed mill-membri tiegħu sabiex jagħmlu xi studju jew xi missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali