Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VIII : KUMITATI U DELEGAZZJONIJIET
KAPITOLU 1 : KUMITATI

Artikolu 211 : Kwistjonijiet ta' kompetenza

1.   Jekk kumitat permanenti jiddikjara lilu nnifsu mhux kompetenti biex jeżamina punt, jew jekk jinqala' konflitt dwar il-kompetenza ta' żewġ kumitati permanenti jew iżjed, il-kwistjoni ta' kompetenza għandha tiġi riferuta lill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati fi żmien erba' ġimgħat minn meta jitħabbar fil-Parlament li sar ir-riferiment lill-kumitat.

2.   Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tieħu deċiżjoni fi żmien sitt ġimgħat wara li l-kwistjoni tkun ġiet riferuta lilha abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, jew, jekk ma jkunx hemm rakkomandazzjoni ta' dan it-tip, mill-president tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati. Jekk il-Konferenza tal-Presidenti ma tieħux deċiżjoni f'dak il-perjodu, ir-rakkomandazzjoni għandha titqies li tkun ġiet approvata.

3.   Il-presidenti tal-kumitati jistgħu jagħmlu ftehimiet ma' presidenti ta' kumitati oħra dwar l-allokazzjoni ta' punt lil kumitat partikolari, suġġett, fejn ikun neċessarju, għall-awtorizzazzjoni ta' proċedura b'kumitati assoċjati skont l-Artikolu 57.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali