Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VIII : KUMITATI U DELEGAZZJONIJIET
KAPITOLU 1 : KUMITATI

Artikolu 212 : Sottokumitati

1.   Is-sottokumitati jistgħu jitwaqqfu b'konformità mal-Artikolu 206. Kumitat permanenti jew speċjali jista' wkoll, fl-interess ta' xogħlu u suġġett għall-awtorizzazzjoni minn qabel mill-Konferenza tal-Presidenti, jaħtar sottokumitat wieħed jew iżjed, waqt li fl-istess ħin jiddetermina l-kompożizzjoni tagħhom, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 209, kif ukoll l-oqsma ta' responsabbiltà tagħhom, li jridu jaqgħu taħt l-oqsma ta' responsabbiltà tal-kumitat prinċipali. Is-sottokumitati għandhom jirraportaw lill-kumitat prinċipali tagħhom.

2.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura, il-proċedura tas-sottokumitati għandha tkun l-istess bħal dik tal-kumitati.

3.   Il-membri sħaħ ta' sottokumitat għandhom jintgħażlu minn fost il-membri tal-kumitat prinċipali.

4.   Is-sostituti għandhom jiġu ammessi fil-laqgħat tas-sottokumitati skont l-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-kumitati.

5.   Il-president tal-kumitat prinċipali jista' jinvolvi lill-presidenti tas-sottokumitati fil-ħidma tal-koordinaturi jew jista' jippermettilhom jippresiedu dibattiti fil-kumitat prinċipali dwar kwistjonijiet ittrattati b'mod speċifiku mis-sottokumitati kkonċernati, kemm-il darba dan il-mod ta' kif wieħed jipproċedi jitressaq quddiem il-bureau tal-kumitat għall-eżami tiegħu u jiġi approvat.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali