Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VIII : KUMITATI U DELEGAZZJONIJIET
KAPITOLU 1 : KUMITATI

Artikolu 214 : Koordinaturi tal-kumitati

1.   Il-gruppi politiċi jistgħu jinnominaw wieħed mill-membri tagħhom f'kull kumitat bħala koordinatur.

2.   Laqgħa tal-koordinaturi tal-kumitati għandha tiġi msejħa fejn ikun meħtieġ mill-president tal-kumitat għat-tħejjija ta’ deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-kumitat, b'mod partikolari deċiżjonijiet dwar il-proċedura u dwar il-ħatra ta' rapporteurs. Il-kumitat jista' jiddelega lill-koordinaturi s-setgħa biex jieħdu ċerti deċiżjonijiet, ħlief għal deċiżjonijiet dwar l-adozzjoni ta' rapporti, mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, opinjonijiet jew emendi.

Il-viċi presidenti tal-kumitati jistgħu jiġu mistiedna jieħdu sehem bħala konsulenti fil-laqgħat tal-koordinaturi tal-kumitati.

Meta ma jkunx jista' jintlaħaq kunsens, il-koordinaturi jistgħu jaġixxu biss b'maġġoranza li tirrappreżenta b'mod ċar maġġoranza kbira tal-kumitat, filwaqt li titqies is-saħħa rispettiva tal-gruppi politiċi differenti.

Il-president għandu jħabbar fil-kumitat id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-koordinaturi, li għandhom jitqiesu li ġew adottati jekk ma ġewx ikkontestati. Huma għandhom ikunu debitament imsemmija fil-minuti tal-laqgħa tal-kumitat.

Il-Membri mhux affiljati ma jikkostitwixxux grupp politiku skont l-Artikolu 33 u, għaldaqstant, ma jistgħux jinnominaw koordinaturi, li huma l-uniċi Membri li jistgħu jipparteċipaw bi dritt fil-laqgħat tal-koordinaturi.

Fi kwalunkwe każ, id-dritt għall-aċċess għat-tagħrif tal-Membri mhux affiljati jrid jiġi garantit, f'konformità mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, permezz tat-trażmissjoni tat-tagħrif u tal-preżenza ta' membru tas-Segretarjat tal-Membri mhux affiljati fil-laqgħat tal-koordinaturi.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali