Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VIII : KUMITATI U DELEGAZZJONIJIET
KAPITOLU 1 : KUMITATI

Artikolu 216 : Laqgħat tal-kumitati

1.   Kumitat għandu jiltaqa' meta jissejjaħ mill-president tiegħu jew fuq talba tal-President tal-Parlament.

Meta jkun qed isejjaħ laqgħa, il-president għandu jressaq abbozz tal-aġenda. Il-kumitat għandu jieħu deċiżjoni fuq l-aġenda fil-bidu tal-laqgħa.

2.   Il-Kummissjoni, il-Kunsill u istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni jistgħu jitkellmu f'laqgħat tal-kumitati jekk ikunu mistiedna biex jagħmlu dan f'isem kumitat mill-president tiegħu.

B'deċiżjoni ta' kumitat, kwalunkwe persuna oħra tista' tkun mistiedna sabiex tattendi u titkellem f'xi laqgħa.

Il-kumitat responsabbli jista', bl-approvazzjoni tal-Bureau, jorganizza smigħ ta' esperti jekk jikkunsidra dan is-smigħ bħala essenzjali għat-tweetiq effettif tax-xogħol tiegħu fir-rigward ta' xi suġġett partikulari.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 56(8) u għajr fejn il-kumitat jiddeċiedi mod ieħor, il-Membri li jattendu l-laqgħat ta' kumitati li huma ma jkunux jagħmlu parti minnhom, ma jistgħux jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet.

Huma jistgħu, madankollu, jingħataw permess mill-kumitat biex jieħdu sehem fil-laqgħat tiegħu f'kapaċità konsultattiva.

4.   L-Artikolu 171(2) dwar l-allokazzjoni tal-ħin tad-diskors għandu japplika mutatis mutandis għall-kumitati.

5.   Meta jitfassal rapport verbatim, l-Artikolu 204(2), (3) u (5) għandu japplika mutatis mutandis.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali