Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VIII : KUMITATI U DELEGAZZJONIJIET
KAPITOLU 1 : KUMITATI

Artikolu 219 : Dispożizzjonijiet dwar is-seduti plenarji li japplikaw fil-kumitat

L-Artikoli li ġejjin dwar il-votazzjoni, punti ta' ordni u mozzjonijiet ta' proċedura għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kumitati: l-Artikolu 174 (Prevenzjoni ta' ostruzzjoni), l-Artikolu 179 (Limiti stabbiliti), l-Artikolu 180 (Tqegħid ta' emendi fuq il-Mejda u l-ippreżentar tagħhom), l-Artikolu 181 (Ammissibbiltà ta' emendi), l-Artikolu 182 (Proċedura ta' votazzjoni), l-Artikolu 183 (Ordni tal-votazzjoni dwar emendi), l-Artikolu 185(1) (Votazzjonijiet maqsuma), l-Artikolu 186 (Dritt għall-vot), l-Artikolu 187 (Votazzjonijiet), l-Artikolu 189 (Voti ndaqs), l-Artikolu 190(3) u (4) (Votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet), l-Artikolu 191 (Votazzjonijiet b'mod sigriet), l-Artikolu 192 (Użu ta' sistema ta' votazzjoni elettronika), Artikolu 193 (Diżgwid dwar votazzjonijiet), l-Artikolu 195 (Punti ta' ordni), l-Artikolu 200 (Aġġornament ta' dibattitu jew ta' votazzjoni) u l-Artikolu 201 (Sospensjoni jew għeluq tas-seduta).

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali