Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VIII : KUMITATI U DELEGAZZJONIJIET
KAPITOLU 2 : DELEGAZZJONIJIET INTERPARLAMENTARI

Artikolu 224 : Kumitati parlamentari konġunti

1.   Il-Parlament Ewropew jista' jwaqqaf kumitati parlamentari konġunti mal-parlamenti ta' Stati assoċjati mal-Unjoni jew ta' Stati li magħhom l-Unjoni tkun bdiet in-negozjati għall-adeżjoni.

Dawn il-kumitati jistgħu jħejju rakkomandazzjonijiet għall-Parlamenti involuti. Fil-każ tal-Parlament Ewropew, dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu riferuti lill-kumitat responsabbli, li għandu jressaq proposti dwar x'azzjoni għandha tittieħed.

2.   Ir-responsabbiltajiet ġenerali tad-diversi kumitati parlamentari konġunti għandhom jiġu stabbiliti mill-Parlament Ewropew, b'konformità mal-ftehimiet mal-pajjiżi terzi.

3.   Il-kumitati parlamentari konġunti għandhom ikunu regolati mill-proċeduri stipulati fil-ftehim rilevanti. Dawn il-proċeduri għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju ta' ugwaljanza bejn id-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew u d-delegazzjoni tal-parlament involute.

4.   Il-kumitati parlamentari konġunti għandhom iħejju r-regoli ta' proċedura tagħhom stess u jippreżentawhom għall-approvazzjoni, fi ħdan il-Parlament Ewropew lill-Bureau tiegħu, u fi ħdan il-parlament involut tal-pajjiż terz lill-korp rilevanti ta' dan tal-aħħar.

5.   Il-ħatra tal-membri ta' delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew għal kumitati parlamentari konġunti u l-kompożizzjoni tal-bureau ta' dawn id-delegazzjonijiet għandhom isiru skont il-proċedura stabbilita għal delegazzjonijiet interparlamentari.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali