Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU XIV : DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI

Artikolu 238 : Is-simboli tal-Unjoni

1.   Il-Parlament għandu jagħraf u jagħmel tiegħu s-simboli tal-Unjoni li ġejjin:

-   il-bandiera li turi ċ-ċirku ta' tnax-il kewkba tad-deheb fuq sfond blu;

-   l-innu li huwa bbażat fuq 'l-Odi lill-Hena' mid-Disa' Sinfonija ta' Ludwig van Beethoven;

-   il-motto 'Magħquda fid-diversità'.

2.   Il-Parlament għandu jiċċelebra Jum l-Ewropa fid-9 ta' Mejju.

3.   Il-bandiera għandha tittajjar fil-postijiet kollha tal-Parlament u fl-okkażjoni ta' avvenimenti uffiċjali. Il-bandiera għandha tintuża f'kull sala fejn isiru laqgħat tal-Parlament.

4.   L-innu għandu jindaqq fil-ftuħ ta' kull seduta kostituttiva u f'seduti solenni oħra, b'mod partikulari biex tingħata merħba lill-Kapijiet ta' Stat jew Gvern jew biex tingħata tislima lil Membri ġodda wara tkabbir.

5.   Il-motto għandu jidher fuq id-dokumenti uffiċjali tal-Parlament.

6.   Il-Bureau għandu jeżamina l-użu ulterjuri tas-simbolu fi ħdan il-Parlament. Il-Bureau għandu jistipula dispożizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali