Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/0808(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0027/2014

Testi mressqa :

A8-0027/2014

Dibattiti :

PV 25/11/2014 - 21
CRE 25/11/2014 - 21

Votazzjonijiet :

PV 26/11/2014 - 12.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2014)0061

Testi adottati
PDF 416kWORD 87k
L-Erbgħa, 26 ta' Novembru 2014 - Strasburgu Verżjoni finali
Il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew *
P8_TA(2014)0061A8-0027/2014

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2014 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (11200/2014 – C8-0109/2014 – 2014/0808(CNS))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (11200/2014 –BĊE/2014/13),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 129(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 5.4 u 41 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, skont liema Artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0109/2014),

–  wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Qbil dwar il-kooperazzjoni bejn il-Membri tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika u l-Membri tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali tal-24 ta' April 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0027/2014),

1.  Japprova l-abbozz propost fir-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew kif emendat;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz propost fir-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-Kummissjoni.

Test fis-seħħ   Emenda
Emenda 1
Abbozz ta' regolament
Artikolu 1 – punt -1 – punt 1 (ġdid)
Regolament (KE) Nru 2533/98
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

1.  Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:
(c)  jista' totalment jew parzjalment jeżenta klassijiet speċifiċi ta' aġenti ta' rappurtar mir-rekwiżiti ta' rappurtar statistiku tiegħu.
"(c) jista' totalment jew parzjalment jeżenta klassijiet speċifiċi ta' aġenti ta' rappurtar mir-rekwiżiti ta' rappurtar statistiku tiegħu. Kwalunkwe eżenzjoni ta' klassijiet speċifiċi ta' aġenti ta' rappurtar għandha tkun fl-għamla ta' deċiżjoni motivata bil-miktub. Dik id-deċiżjoni għandha tkun magħmula pubblika;"
Emenda 2
Abbozz ta' regolament
Artikolu 1 – punt -1 – punt 2 (ġdid)
Regolament (KE) Nru 2533/98
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d (ġdid)

2.  Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3, jiżdied il-punt li ġej:

"(d) għandu jqis id-dispożizzjonijiet rilevanti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kopertura tas-suq u l-kamp ta' applikazzjoni tal-ġbir tad-data."
Emenda 3
Abbozz ta' regolament
Artikolu 1 – punt -1 – punt 3 (ġdid)
Regolament (KE) Nru 2533/98
Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

3.  Fl-Artikolu 3, wara l-ewwel paragrafu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"L-aġenti ekonomiċi jistgħu jitħallew jibagħtu l-informazzjoni permezz tal-metodu ta' rappurtar regolari tagħhom."
Emenda 4
Abbozz ta' regolament
Artikolu 1 – punt -1a – punt 1 (ġdid)
Regolament (KE) Nru 2533/98
Artikolu 5 – paragrafu 1

1.  L-Artikolu 5(1) jinbidel b'dan li ġej:
1.  Il-BĊE jista' jadotta regolamenti għad-definizjoni u l-impożizzjoni tal-ħtiġiet tiegħu tar-rapportaġġ ta' l-statistika tiegħu fuq il-popolazzjoni attwali tar-rappurtaġġ ta' l-Istati Membri parteċipanti.
"1. Il-BĊE jista' jadotta regolamenti għad-definizzjoni u l-impożizzjoni tar-rekwiżiti ta' rappurtar statistiku tiegħu fuq il-popolazzjoni attwali tar-rappurtar tal-Istati Membri parteċipanti. Il-BĊE għandu jirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità fid-definizzjoni u l-impożizzjoni ta' rekwiżiti ta' rappurtar statistiku."
Emenda 5
Abbozz ta' regolament
Artikolu 1 – punt -1b – punt 1 (ġdid)
Regolament (KE) Nru 2533/98
Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

1.  Fl-Artikolu 6(1), il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:
1.  Jekk aġent tar-rappurtaġġ residenti fi Stat Membru parteċipanti jaqa' taħt suspett ta' ksur tal-liġi dwar il-ħtiġiet ta' l-istatistika tal-BĊE, kif stabbilit fl-Artikolu 7(2), l-BĊE u, skond l-Artikolu 5.2 ta' l-Istatut, il-bank ċentrali nazzjonali ta' l-Istat Membru parteċipanti interessat għandu jkollu d-dritt li jivverifika l-eżattezza u l-kwalità tat-tagħrif statistiku u li jwettaq l-ġbir obbligatorju tiegħu. Madankollu, jekk it-tagħrif ta' l-istatistika msemmi jkun ta' ħtieġa sabiex juri konformità mal-ħtiġiet tar-riżerva minima, il-verifika għandha titwettaq skond l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 Novembru, 1998 dwar l-applikazzjoni tar-riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew [10]. Id-dritt ta' verifika tat-tagħrif ta' l-istatistika jew tat-twettiq tal-ġbir obbligatorju tiegħu għandu jikkomprendi d-dritt li:
"1. Jekk aġent ta' rappurtar residenti fi Stat Membru parteċipanti jaqa' taħt suspett ta' ksur tal-liġi dwar ir-rekwiżiti ta' rappurtar statistiku tal-BĊE, kif stabbilit fl-Artikolu 7(2), il-BĊE u, skont l-Artikolu 5.2 tal-Istatut, il-bank ċentrali nazzjonali tal-Istat Membru parteċipanti interessat għandu jkollu d-dritt li jivverifika l-eżattezza u l-kwalità tat-tagħrif statistiku u jwettaq il-ġbir obbligatorju tiegħu. Madankollu, jekk it-tagħrif statistiku msemmi jkun ta' ħtieġa sabiex juri konformità mal-ħtiġiet tar-riżerva minima, il-verifika għandha titwettaq skond l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar l-applikazzjoni tar-riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew [10]. Id-dritt ta' verifika tat-tagħrif statistiku jew tat-twettiq tal-ġbir obbligatorju tiegħu għandu jikkomprendi b'mod partikolari d-dritt li:
Emenda 6
Abbozz ta' regolament
Artikolu 1 – punt -1b – punt 2 (ġdid)
Regolament (KE) Nru 2533/98
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

2.  Fl-Artikolu 6(1), il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
(b)  jeżamina l-kotba u r-reġistri ta' l-aġenti tar-rappurtaġġ;
"(b) jeżamina l-kotba u r-rekords tal-aġenti ta' rappurtar, inkluża d-data mhux ipproċessata;"
Emenda 7
Abbozz ta' regolament
Artikolu 1 – punt -1c – punt 1 (ġdid)
Regolament (KE) Nru 2533/98
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b

1.  Fl-Artikolu 7(2), il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
(b)  it-tagħrif ta' l-istatistika mhux korrett, hu inkomplet jew f'forma li ma tikkonformax kif mitlub.
"(b) it-tagħrif statistiku hu ffalsifikat, immanipulat, mhux korrett, hu inkomplet jew hu f'forma li ma tikkonformax kif mitlub."
Emenda 8
Abbozz ta' regolament
Artikolu 1 – punt -1c – punt 2 (ġdid)
Regolament (KE) Nru 2533/98
Artikolu 7 – paragrafu 3

2.  L-Artikolu 7(3) jinbidel b'dan li ġej:
3.  L-obbligu li jħalli lill-BĊE u lill-banek ċentrali nazzjonali biex jivverifikaw l-eżattezza u l-kwalità ta' tagħrif ta' l-istatistika mogħti mill-aġenti tar-rappurtaġġ lill-BĊE jew lill-bank ċentrali nazzjonali għandu jiġi kkunsidrat bħala miksur kull meta aġent tar-rappurtaġġ ifixkel din l-attività. Xkiel bħal dan jinkludi, iżda mhux limitat għat-twarrib tad-dokumenti u l-prevenzjoni ta' l-aċċess fiżiku lill-BĊE jew lill-bank ċentrali nazzjonali fejn ikunu meħtieġa li jwettqu x-xogħol tagħhom ta' verifika jew ta' ġbir obbligatorju.
"3. L-obbligu li jħalli lill-BĊE u lill-banek ċentrali nazzjonali biex jivverifikaw l-eżattezza u l-kwalità ta' tagħrif statistiku mogħti mill-aġenti ta' rappurtar lill-BĊE jew lill-bank ċentrali nazzjonali għandu jiġi kkunsidrat bħala miksur kull meta aġent ta' rappurtar ifixkel din l-attività. Tfixkil bħal dan jinkludi, iżda mhux limitat għall-falsifikazzjoni u/jew it-tneħħija ta' dokumenti u l-prevenzjoni tal-aċċess fiżiku lill-BĊE jew lill-bank ċentrali nazzjonali fejn ikunu meħtieġa li jwettqu x-xogħol tagħhom ta' verifika jew ta' ġbir obbligatorju."
Emenda 9
Abbozz ta' regolament
Artikolu 1 – punt -1c – punt 3 (ġdid)
Regolament (KE) Nru 2533/98
Artikolu 7 – paragrafu 6

3.  L-Artikolu 7 (6) jinbidel b'dan li ġej:
6.  Fl-eżerċizzju tal-poteri stabbiliti f'dan l-Artikolu, il-BĊE għandu jaġixxi skont l-prinċipji u l-proċeduri stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 2532/98.
"6. Fl-eżerċizzju tal-poteri stabbiliti f'dan l-Artikolu, il-BĊE għandu jaġixxi skont l-prinċipji u l-proċeduri stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 2532/98 u r-Regolament (UE) Nru 1024/2013.
Emenda 10
Abbozz ta' regolament
Artikolu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 2533/98
Artikolu 8 – paragrafu 4 – punt a
"(a) sal-punt u fil-livell ta' dettall meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ imsemmija fit-Trattat jew kompiti fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali assenjati lill-membri tas-SEBĊ; jew"
“(a) sal-punt u fil-livell ta' dettall meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ imsemmija fit-Trattat jew kompiti fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali assenjati lill-BĊE; jew"
Emenda 11
Abbozz ta' regolament
Artikolu 1 – punt 3a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 2533/98
Artikolu 8 – paragrafu 4b (ġdid)

3a.  Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"4b. Fl-ambitu tal-isfera ta' kompetenza rispettiva tagħhom, l-awtoritajiet jew il-korpi tal-Istati Membri u tal-Unjoni responsabbli mis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet, is-swieq u l-infrastrutturi finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja skont id-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni, li jirċievu tagħrif statistiku kunfidenzjali skont il-paragrafu 4a, għandhom jieħdu l-miżuri regolatorji, amministrattivi, tekniċi u organizzattivi kollha meħtieġa biex tiġi żgurata l-protezzjoni fiżika u loġika tat-tagħrif statistiku kunfidenzjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe tagħrif statistiku kunfidenzjali li jintbagħat lill-MES skont il-paragrafu 4a jkun soġġett għall-miżuri regolatorji, amministrattivi, tekniċi u organizzattivi kollha meħtieġa biex tiġi żgurata l-protezzjoni fiżika u loġika tat-tagħrif statistiku kunfidenzjali."
Avviż legali