Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Testi adottati
PDF 295kWORD 51k
It-Tlieta, 16 ta' Diċembru 2014 - Strasburgu
Elezzjoni tal-Ombudsman Ewropew
P8_TA(2014)0073
Deċiżjoni
 Anness

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2014 li taħtar l-Ombudsman Ewropew (2014/2092(INS)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 24 u l-Artikolu 228 tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tiegħu tad-9 ta' Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-kompiti tal-Ombudsman(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 204 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra s-sejħa għan-nominazzjonijiet(2),

–  wara li kkunsidra l-vot tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2014,

1.  Jaħtar lil Emily O'REILLY biex isservi bħala Ombudsman Ewropew sat-tmiem tal-leġislatura;

2.  Jitlob lil Emily O'REILLY biex tieħu ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex id-deċiżjoni annessa tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Ġustizzja.

(1) ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.
(2) ĠU C 293, 2.9.2014, p. 13.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-16 ta’ Diċembru 2014

li taħtar l-Ombudsman Ewropew

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2014/949/UE, Euratom.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza