Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0414(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0045/2014

Testi mressqa :

A8-0045/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/12/2014 - 5.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2014)0076

Testi adottati
PDF 213kWORD 49k
It-Tlieta, 16 ta' Diċembru 2014 - Strasburgu Verżjoni finali
Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) ċivili mal-Marokk ***
P8_TA(2014)0076A8-0045/2014

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) Ċivili bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tal-Marokk (10437/2014 – C8-0108/2014 – 2013/0414(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10437/2014),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) Ċivili bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tal-Marokk (10717/2006),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 172 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8‑0108/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2), l-Artikolu 108(7) u l-Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0045/2014),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tal-Marokk.

Avviż legali