Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/0901(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0070/2014

Testi mressqa :

A8-0070/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/12/2014 - 5.12

Testi adottati :

P8_TA(2014)0084

Testi adottati
PDF 221kWORD 54k
It-Tlieta, 16 ta' Diċembru 2014 - Strasburgu Verżjoni finali
Ħatra tal-Membri tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni *
P8_TA(2014)0084A8-0070/2014

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra tal-President, il-Viċi President u l-Membri tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (C(2014)9456 – C8-0284/2014 – 2014/0901(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2014 għall-ħatra tal-President, il-Viċi President u l-Membri tal-Bord (C(2014)9456),

–  wara li kkunsidra t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010(1),

–  wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0070/2014),

A.  billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprevedi li l-President, il-Viċi President u l-Membri tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (il-Bord) imsemmi fl-Artikolu 43(1)(b) ta' dak ir-Regolament għandhom jinħatru fuq il-bażi ta' mertu, ħiliet, għarfien ta' kwistjonijiet bankarji u finanzjarji, u esperjenza rilevanti għas-superviżjoni finanzjarja, ir-regolamentazzjoni u r-riżoluzzjoni bankarja;

B.  billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprevedi li l-ħatriet għall-Bord għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-bilanċ bejn is-sessi, l-esperjenza u l-kwalifiki;

C.  billi skont l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Kummissjoni adottat fid-19 ta' Novembru 2014 lista mqassra ta' kandidati għall-karigi ta' President u Viċi President tal-Bord;

D.  billi skont l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Kummissjoni adottat fl-1 ta' Diċembru 2014 lista mqassra ta' kandidati għall-karigi ta' Membri tal-Bord imsemmi fl-Artikolu 43(1)(b) ta' dak ir-Regolament;

E.  billi skont l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, iż-żewġ listi mqassra ntbagħtu lill-Parlament;

F.  billi, fil-5 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni adottat proposta għall-ħatra tal-President, il-Viċi President u l-Membri tal-Bord u bagħtet din il-proposta lill-Parlament;

G.  billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament imbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidati proposti għall-karigi ta' President, Viċi President u Membri tal-Bord, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

H.  billi, fit-8 ta' Diċembru 2014, il-Kumitat organizza seduta ma' Elke König, il-kandidata proposta għall-kariga ta' President tal-Bord, fejn għamlet dikjarazzjoni ta' ftuħ u mbagħad wieġbet il-mistoqsijiet mill-Membri tal-Kumitat;

I.  billi, fid-9 ta' Diċembru 2014, il-Kumitat organizza seduta ta' smigħ ma' Timo Löyttyniemi, il-kandidat propost għall-kariga ta' Viċi President tal-Bord, kif ukoll ma' Mauro Grande, Antonio Carrascosa, Joanne Kellermann u Dominique Laboureix, bħala l-erba' kandidati proposti għall-kariga ta' Membru tal-Bord. Il-ħames kandidati proposti kollha għamlu dikjarazzjoni ta' ftuħ f'dik is-seduta u mbagħad wieġbu l-mistoqsijiet mill-Membri tal-Kumitat;

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra ta' dawn il-kandidati proposti li ġejjin:

   (a) Elke König għall-kariga ta' President tal-Bord,
   (b) Timo Löyttyniemi għall-kariga ta' Viċi President tal-Bord,
   (c) Mauro Grande għall-kariga ta' Membru tal-Bord,
   (d) Antonio Carrascosa għall-kariga ta' Membru tal-Bord,
   (e) Joanne Kellermann għall-kariga ta' Membru tal-Bord,
   (f) Dominique Laboureix għall-kariga ta' Membru tal-Bord;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 225, 30.07.2014, p. 1.

Avviż legali