Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/2224(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0067/2014

Testi mressqa :

A8-0067/2014

Dibattiti :

PV 16/12/2014 - 14
CRE 16/12/2014 - 14

Votazzjonijiet :

PV 17/12/2014 - 10.16
CRE 17/12/2014 - 10.16
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2014)0100

Testi adottati
PDF 821kWORD 292k
L-Erbgħa, 17 ta' Diċembru 2014 - Strasburgu
Baġit ġenerali ġdid tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015
P8_TA(2014)0100A8-0067/2014
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (16739/2014 – C8-0287/2014 – 2014/2224(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3) (ir-Regolament QFP),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4) (Ftehim Interistituzzjonali 2 ta' Diċembru 2013),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2014 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit, Taqsima III – il-Kummissjoni(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2014 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2015(6) ,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 adottat mill-Kummissjoni tal-24 ta' Ġunju 2014 (COM(2014)0300),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, adottata mill-Kunsill tat-2 ta' Settembru 2014 u li ntbagħat lill-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2014 (12608/2014 – C8-0144/2014),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ġenerali tal-baġit għall-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015(7),

–  wara li kkunsidra l-fatt li l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ma laħaqx ftehim dwar test konġunt fi żmien il-wieħed u għoxrin ġurnata msemmija fl-Artikolu 314(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ġdid tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 li adottat il-Kummissjoni fis-27 ta' Novembru 2014 (COM(2014)0723), skont l-Artikolu 314(8) TFUE,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tat-trilogu baġitarju tat-8 ta' Diċembru 2014,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-abbozz ġdid tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, li l-Kummissjoni adottat fit-12 ta' Diċembru 2014 (16739/2014)– C8-0287/2014) u li ntbagħtet lill-Parlament dakinhar stess,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0067/2014),

1.   Ifakkar li "l-abbozz ta’ pakkett" miftiehem, kif stipulat fl-anness, li ġie miftiehem wara negozjati diffiċli, mir-rappreżentanti tal-Parlament u l-Kunsill matul it-trilogu tat-8 ta’ Diċembru 2014 fih tliet elementi: L-Abbozz ta' Baġits Emendatorji Nru 3-8/2014 għal ammont ġenerali ta' EUR 49,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 3 529,6 miljun addizzjonali minn flejjes ġodda f'approprjazzjonijiet ta' pagament, il-baġit tal-Unjoni għas-sena 2015 stabbilit għal-livell ta' EUR 145 321,5 miljun u EUR 141 214,0 miljun, f'approprjazzjonijiet ta' impenn u pagament rispettivament, u sitt dikjarazzjonijiet konġunti kif ukoll tliet dikjarazzjonijiet unilaterali;

2.  Jissottolinja li, filwaqt li jippermetti lill-Kummissjoni tirrispondi għall-aktar ħtiġijiet ta' pagament urġenti fl-2014, il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali fil-baġit tal-2014 mhux se jkun biżżejjed biex isolvi l-effett rikorrenti ta' ġmigħ ta' kontijiet penedenti fl-2015; għalhekk iqiegħed l-enfasi fuq id-dikjarazzjoni konġunta dwar pjan ta' pagamenti li jakkumpanja l-pakkett ta' qbil fuq il-baġit 2014 and l-baġit 2015;

3.  Huwa konvint, madankollu, li jeħtieġ li l-isforzi jiġu intensifikati fis-snin li ġejjin bil-għan li l-livell ta' kontijiet pendenti jitnaqqas għal livell sostenibbli, b' enfażi partikolari fuq il-politika ta' koeżjoni; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-impenn konġunt tat-tliet istituzzjonijiet tal-Unjoni li jikkunsidraw kwalunkwe mezz possibbli biex inaqqsu l-livell ta' dawk il-kontijiet, kif imfisser fid-dikjarazzjoni konġunta dwar pjan ta' pagamenti li jakkumpanja l-pakkett ta' qbil baġitarju ta' din is-sena;

4.  Jilqa' ż-żieda ta' EUR 244,2 miljun fil-livell ġenerali ta' approprjazzjonjiet ta' impenn meta mqabbla mal-pożizzjoni oriġinali tal-Kunsill tat-2 ta' Settembru 2014; jinsab sodisfatt mill-fatt li t-tnaqqis mill-Kunsill ta' EUR 521,8 miljun f'impenji ġie invertit totalment u li EUR 170,7 miljun addizzjonali ġew miżjuda, inkluż il-pakkett sħiħ ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji u EUR 95 miljun għal Orizzont 2020, COSME, ERASMUS u l-għajnuna umanitarja;

5.  Jiddispjaċih madankollu li l-Kunsill għal darb'oħra ma kienx lest jikkomplimenta d-dikjarazzjonijiet politiċi tiegħu b'riżorsi baġitarji suffiċjenti rigward l-appoġġ għal impjiegi u tkabbir kif ukoll għall-impenji internazzjonali tal-Unjoni, li wera billi ma qabilx ma' żieda fil-baġit għal-limitu tal-QFP fl-Intestaturi 1a u 4; jinsab kuntent li ż-żidiet miksuba fin-negozjati jikkorrispondu mal-prijoritajiet politiċi tal-Parlament; jiddispjaċih madankollu, f'dan il-kuntest, li l-Kunsill jidher li m'għad għandu l-ebda prijorità politika u jinteressah biss li, kemm jista' jkun, jillimita l-ispejjeż b'mod orizzontali;

6.  Jilqa' l-fatt li bis-saħħa ta' dħul assenjat addizzjonali identifikat fil-Politika Agrikola Komuni wara l-preżentazzjoni tal-ittra emendatorja Nru 1/2015 tal-Kummissjoni, instabet soluzzjoni għall-finanzjament ta’ EUR 273,6 miljun għall-miżuri ta' emerġenza b'reazzjoni għall-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjoni tal-ikel mingħajr ma tkun mobilizzata mill-bidu nett ir-riżerva għal-kriżijiet fis-settur agrikolu;

7.  Jilqa' pożittivament li l-livell ġenerali tal-approprjazzjonijiet ta' pagament miftiehem għall-2015 għandu żieda ta' 1,6 % meta mqabbla mal-baġit 2014, u huwa EUR 1 217,1 miljun aktar mill-ewwel qari tal-Kunsill; jinsab partikolarment sodisfatt li, bis-saħħa tar-riallokazzjoni ta' EUR 448,5 miljun u d-dħul żejjed assenjat u identifikat fl-ittra emendatorja imsemmija hawn fuq, il-livelli ta' pagament miksuba fl-Intestaturi 1a u 4 huma aktar mill-Abbozz ta' Baġit inizjali tal-24 ta' Ġunju 2014;

8.  Jinnota madankollu li, b'mod partikolari fir-rigward ta' pagamenti, in-negozjati baġitarji saru aktar u aktar diffiċli matul l-aħħar snin, primarjament minħabba l-pożizzjoni mhux flessibbli tal-Kunsill; jenfasizza għal darb'oħra l-pożizzjoni tiegħu li l-funzjoni prinċipali tal-proċedura baġitarja għandha tkun li jkun hemm qbil dwar il-prijoritajiet politiċi fl-impenji baġitarji, filwaqt li l-pagamenti għandhom sempliċement ikunu meqjusa bħala segwitu tekniku biex ikunu onorati dawn l-impenji; ifakkar lill-Kunsill li d-definizzjonijiet tat-tip ta' approprjazzjoni fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u r-regoli ta' applikazzjoni tiegħu, li jistqarru li "l-approprjazzjonijiet ta’ pagament għandhom ikopru l-pagamenti magħmula biex jonoraw l-impenji legali li jsiru matul is-sena finanzjarja jew snin finanzjarji preċedenti";

9.  Jilqa' l-fatt li l-Kunsill, fl-aħħar, qabel mal-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza għall-2014, anki jekk b'ammont aktar baxx minn dak meħtieġ; jilqa' ukoll, iż-żieda ġenerali fil-baġit 2014, f'għadd ta' linji baġitarji sal-livell ta' EUR 4,2 biljun, li minnhom EUR 3 168,2 miljun se jkunu mobilizzati permezz tal-Marġini ta' Kontinġenza għall-2014, kif ukoll il-fatt li żidiet proposti fl-ABE Nru 3/2014 f'approprjazzjonijiet ta' pagament għal-Intestatura 1a u l-Intestatura 4 inżammu l-istess fil-biċċa l-kbira tagħhom fil-kompromess finali; jinnota li ż-żidiet prinċipalment huma mmirati lejn is-subintestatura 1b, fejn bħalissa hemm il-parti l-kbira tal-problema tal-kontijiet pendenti fi tmiem is-sena; ifakkar li l-Parlament, fil-qari tiegħu tal-baġit 2014, diġà kien ippreveda l-ħtieġa għal aktar approprjazzjonijiet ta' impenn (il-qbil finali kien EUR 983 miljun anqas mill-pożizzjoni adottata mill-Parlament); jitlob li l-Kunsill ma jippruvax, b'mod artifiċjali, inaqqas il-baġit tal-Unjoni kull sena;

10.  Ma jaqbilx madankollu mal-pożizzjoni tal-Kunsill li ma jintużax id-dħul żejjed mill-multi biex ikunu koperti l-bżonnijiet ta' pagamenti pendenti; hu tal-fehma li sakemm il-kriżi tal-pagamenti tiġi solvuta, id-dħul imprevist kollu għandu jintuża kollu biex jittratta din il-problema; ifakkar li l-abbozz ta' pakkett intlaħaq minħabba li ssodisfa t-talba tal-Parlament li l-problema tal-pagamenti pendenti tiġi stabilizzata; jissottolinja li, madankollu, soluzzjoni reali tal-kriżi ta' pagamenti tal-Unjoni tirrikjedi limitu adegwat ta' kontijiet pendenti;

11.  Jiddeplora l-fatt li l-kwistjoni ta' diferiment tal-aġġustamenti ta' kontribuzzjonijiet nazzjonali ħadet preċedenza fi ħdan il-Kunsill fuq li tinstab pożizzjoni ta' negozjar għan-negozjati baġitarji 2014 u 2015, liema pożizzjoni ġiet stabbilita biss fl-aħħar jum l-21 ġurnata tal-perjodu ta' konċiljazzjoni previst fl-Artikolu 314 tat-TFUE u kkontribwiet għal-falliment tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni li jilħaq ftehim;

12.  Ifakkar li, skont l-Artikolu 310 tat-TFUE, id-dħul u l-infiq murija fil-baġit tal-Unjoni għandhom ikunu f'bilanċ;

13.  Jorbot l-ogħla importanza politika mad-dikjarazzjonijiet konġunti miftiehma bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, b'mod partikolari dwar il-pjan ta' pagament u l-użu ta' strumenti speċjali; jinsisti li l-pjan ta' pagament għandu jkun iffinalizzat kemm jista' jkun malajr u f'kull każ qabel l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-Abbozz ta' Baġit 2016; jenfasizza għal darb'oħra li l-approvazzjoni tiegħu tal-QFP kienet ibbażata fuq il-fehim li l-istrumenti speċjali kollha marbuta mal-pagamenti huma kkunsidrati lil hinn mil-limiti massimi u li kull interpretazzjoni oħra tikkawża awtomatikament il-ftuħ mill-ġdid tal-ftehim tal-QFP;

14.  Itenni l-pożizzjoni li ilu jħaddan inn żmien, li l-pagamenti ta' strumenti speċjali għandhom ikunu kkalkolati lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP, kif huwa l-każ għall-impenji; jiddispjaċih, għal darb' oħra, li ma setax jintlaħaq qbil mal-Kunsill fuq dan il-punt; jenfasizza li, madankollu, jeħtieġ li jsir kull sforz biex mill-aktar fis possibbli jintlaħaq qbil fuq dan il-punt;

15.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu li hemm ħtieġa essenzjali li ssir riforma fil-fond tas-sistema ta' riżorsi proprji biex jissolvew l-imblokki attwali fin-negozjati baġitarji u għalhekk jorbot l-ogħla importanza mal-ħidma tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji, taħt il-presidenza ta' Mario Monti;

16.  Jiddispjaċih bin-nuqqas ta' rieda kemm tal-Kunsill kif ukoll tal-Kummissjoni li jipprovdu l-aġenziji tal-Unjoni b'riżorsi neċessarji, speċjalment rigward il-persunal, biex jissodisfaw il-mandati li ngħataw mill-awtorità leġiżlattiva u jenfasizza li l-ftehim attwali ma jimplikax aċċettazzjoni min-naħa tal-Parlament tal-kunċett tal-Kummissjoni ta' riżerva ta' riallokazzjoni ; barra minn hekk, jiddispjaċih bil-kbir dwar it-tnaqqis tal-persunal f'aġenziji ffinanzjati bil-ħlasijiet u jqis li mhumiex ġustifikati inkwantu l-pożizzjonijiet rispettivi mhumiex iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni;

17.  Jilqa' ż-żieda fl-approprjazzjonijiet għad-disgħa mħallfin ġodda tal-Qorti tal-Ġustizzja; itenni li għandhom jittieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex tkun finalizzata l-proċedura leġiżlattiva sal-1 ta' Ottubru 2015 li tippermetti żieda effikaċi fl-għadd tagħhom; iħeġġeġ lill-Kunsill isib ftehim mingħajr dewmien dwar it-tqassim tal-postijiet għall-imħallfin il-ġodda; jirrikjedi li l-Qorti tippreżenta evalwazzjoni f'waqtha u aġġornata, tal-bżonnijiet finanzjarji addizzjonali għall-imħallfin l-ġodda u l-persunal tagħhom, lill-Kunsill u l-Parlament; jinsisti li l-bżonn ta' persunal addizzjonali li jkun jikkorrispondi mal-ħatra ta' mħallfin ġodda għandu jiġi evalwat b'mod prudenti;

18.  Jilqa' l-implimentazzjoni tal-ewwel fażi tal-ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni; jemmen li dan il-ftehim huwa eżempju tajjeb ta' kif jinstabu sinerġiji bejn l-istituzzjonijiet li se jżid l-effiċjenza u jwassal għall-iffrankar; jistenna li t-tieni fażi ta' dan il-ftehim tkun finalizzata sa Lulju 2015;

19.  Jilqa' t-trasferimenti baġitarji newtrali ta' "spejjeż amministrattivi komuni" għall-persunal tal-Kummissjoni fid-delegazzjonijiet, mit-Taqsima III (il-Kummissjoni) għat-Taqsima X (SEAE) tal-baġit; itenni li dan it-trasferiment se jwieġeb għall-bżonn ta' simplifikazzjoni fil-ġestjoni tan-nefqa amministrattiva tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u ma għandu jkollu ebda impatt ieħor fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi tal-Kummissjoni u lanqas fuq il-kundizzjonijiet ta' xogħol tal-persunal tal-Kummissjoni fid-delegazzjonijiet; jinsisti li t-trasferiment għandu jkun implimentat permezz ta' kooperazzjoni tajba bejn is-SEAE u l-Kummissjoni;

20.  Jiddispjaċih, b'mod ġenerali, bin-nuqqas ta' abilità tal-Kunsill li jikseb pożizzjoni komuni, speċjalment matul il-21 ġurnata ta' perjodu ta' konċiljazzjoni u fir-rigward tal-adozzjoni tal-Abbozz ta' Baġits Emendatorji, u jistieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jaqblu b'mod konġunt, fil-bidu tal-2015, dwar modi kif itejbu l-proċedura baġitarja bil-għan li tkun faċilitata l-adozzjoni tal-baġit tal-Unjoni li għandhom ikunu punt ta' tluqta' approċċ strutturali ġdid tal-baġit Ewropew b'tali mod li kemm jista' jkun jiġu evitati kunflitti bla bżonn u rikorrenti u jitkattar l-għarfien fost l-interlokuturi dwar kemm l-infiq tal-Unjoni jikkontribwixxi għall-impenn komuni ta' tkabbir ekonomiku u impjiegi għall-Unjoni;

21.  Japprova mingħajr emendi l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ġdid ta' baġit għall-2015 kif ukoll id-dikjarazzjonijiet konġunti annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

22.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

23.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet u lill-entitajiet l-oħra kkonċernati kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.
(2) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(5) Testi adottati ta' din id-data, P7_TA(2014)0247.
(6) Testi adottati ta' din id-data, P7_TA(2014)0450.
(7) Testi adotatti ta' dik id-data, P8_TA(2014)0036


ANNESS

ABBOZZ TA' PAKKETT

Baġit 2015 – Konklużjonijiet konġunti

Dan l-abbozz ta’ pakkett ikopri t-taqsimiet li ġejjin:

1.  Baġit 2015

2.  Baġit 2014 — Abbozzi ta' baġits emendatorji (ABE) Nru 3/2014 sa 8/2014

3.  Dikjarazzjonijiet konġunti

DESKRIZZJONI FIL-QOSOR

A.   Baġit 2015

Skont l-abbozz ta’ pakkett:

—  il-livell globali ta’ approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit tal-2015 huwa stabbilit fl-ammont ta’ EUR 145 321.5 miljun. B'mod ġenerali, dan iħalli marġini taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-2015 ta' EUR 1 760.1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn;

—  il-livell globali ta’ approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-2015 huwa stabbilit fl-ammont ta’ EUR 141 214.0 miljun. Dan jinkludi ammont ta’ EUR 126.7 miljun li hu relatat mal-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE marbuta mal-abbozzi tal-baġits emendatorji Nru 5/2014 u 7/2014;

—  l-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-2015 huwa mobilizzat għal ammont ta’ EUR 83.3 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn;

—  l-approprjazzjonijiet ta’ pagament tal-2015 relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għal assistenza addizzjonali għal Ċipru fl-2014 u l-2015 huma stmati mill-Kummissjoni li jammontaw għal EUR 11.3 miljun.

B.   Baġit 2014

Skont l-abbozz ta’ pakkett:

—  l-ABE Nru 3/2014 sa 8/2014 huma aċċettati kif propost mill-Kummissjoni, bl-eċċezzjonijiet stabbiliti fit-taqsima 2;

—  bħala konsegwenza, il-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-baġit tal-2014 jiżdied b’EUR 49.8 miljun, minħabba l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE (li jammonta għal EUR 126.7 miljun) marbuta mal-ABE Nru 5/2014 u 7/2014, li huwa parzjalment ikkumpensat mit-tnaqqis ta’ EUR 76.9 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn fl-ABE Nru 3/2014, 4/2014 u 6/2014 (fil-parti l-kbira relatati mas-sajd);

—  bħala konsegwenza, il-livell ta’ approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-2014 jiżdied bl-ammont ta’ EUR 3 529.6 miljun;

—  il-Marġini ta’ Kontinġenza għall-2014 jiġi mobilizzat għal ammont ta’ EUR 2 818.2 miljun u EUR 350 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament, f’konformità mad-dikjarazzjoni konġunta dwar strumenti speċjali li tinsab fit-taqsima 3.3 hawn taħt.

1.   BAĠIT 2015

1.1.   Linji “magħluqa”

Sakemm ma jingħadx mod ieħor hawn taħt f’dawn il-konklużjonijiet, il-linji baġitarji kollha mhux emendati mill-Kunsill jew mill-Parlament Ewropew, u dawk li għalihom il-Parlament Ewropew aċċetta l-emendi tal-Kunsill matul il-qari rispettiv tagħhom, huma kkonfermati.

Għall-partiti l-oħra tal-baġit, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu dwar il-konklużjonijiet inklużi fit-taqsimiet 1.2 sa 1.7 hawn taħt.

1.2.   Kwistjonijiet orizzontali

a)   Aġenziji deċentralizzati

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f’approprjazzjonijiet ta' impenn u f’approprjazzjonijiet ta' pagament) u l-għadd ta’ postijiet għall-aġenziji deċentralizzati kollha huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit (AB) il-ġdid:

Żidiet ta’ postijiet tal-pjan ta’ stabbiliment u l-approprjazzjonijiet relatati meta mqabbla mal-AB oriġinali:

—  Awtorità Bankarja Ewropea (EBA): +9 postijiet u + EUR 585 000;

—  Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA): +3 postijiet u + EUR 195 000;

—  Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA): +4 postijiet u + EUR 260 000;

—  Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO): +4 postijiet u + EUR 260 000; u

—  Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL): +5 postijiet, ikkombinati mat-tnaqqis ta' -EUR 600 000);

Għall-FRONTEX, żieda fl-infiq operazzjonali ta’ EUR 20.0 miljun f’approprjazzjonijiet ta' impenn u f’approprjazzjonijiet ta’ pagament.

b)   Aġenziji eżekuttivi

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f’approprjazzjonijiet ta' impenn u f’approprjazzjonijiet ta' pagament) u l-għadd ta’ postijiet għall-aġenziji eżekuttivi huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-AB il-ġdid.

c)   Proġetti Pilota/Azzjonijiet Preparatorji

Pakkett komprensiv ta’ 59 Proġett Pilota/Azzjoni Preparatorja (PP/AP) huwa maqbul, kif propost fl-AB il-ġdid, kemm għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn kif ukoll għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament. Meta PP jew AP tidher li hi koperta b’bażi legali eżistenti, il-Kummissjoni tista’ tipproponi t-trasferiment ta’ approprjazzjonijiet għall-bażi legali korrispondenti biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-azzjoni.

Dan il-pakkett jirrispetta bis-sħiħ il-limiti massimi għall-PP u l-AP previsti fir-Regolament Finanzjarju.

d)   Spejjeż amministrattivi komuni tad-Delegazzjonijiet tal-UE

It-trasferiment ta’ “l-Ispejjeż amministrattivi komuni tad-Delegazzjonijiet tal-UE” mit-taqsima tal-Kummissjoni għat-taqsima tas-SEAE tal-baġit, kif propost fl-AB il-ġdid, huwa maqbul.

1.3.   Infiq skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju – approprjazzjonijiet ta’ impenn

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet ta' hawn fuq dwar il-linji baġitarji “magħluqa”, l-aġenziji u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu dwar dan li ġej:

a)   Subintestatura 1a

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-AB il-ġdid biex tiġi riflessa l-prijorità ta’ kontribut għat-titjib tal-aċċess għall-finanzi permezz tal-baġit tal-UE, speċjalment għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs):

(f'EUR 1,000)

Linja baġitarja

Isem

Rinforzi tal-approprjazzjonijiet ta' impenn

2015 AB

AB ġdid 2015

Differenza

24 957,026 457,01 500,002 02 02

Titjib tal-aċċess għal finanzjament għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) f’forma ta’ ekwità u dejn

162 791,7

174 791,7

12 000,0

08 02 02 02Il-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali – Faċilitar tal-aċċess għall-finanzjament għall-intraprendituri, speċjalment dawk l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol, u l-intrapriżi soċjali

04 03 02 03

Titjib tal-aċċess għal finanzjament ta’ riskju għal investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni

337 534,7

342 534,7

5 000,0

Total

18 500,0

Barra minn hekk, it-tisħiħ li ġej tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn meta mqabbel mal-AB il-ġdid huma aċċettati:

(f'EUR 1,000)

Linja baġitarja

Isem

AB ġdid 2015

Baġit 2015

Differenza

02 02 01

Promozzjoni tal-intraprenditorija u titjib tal-kompetittività u l-aċċess għas-swieq għall-intrapriżi tal-Unjoni

106 561,8

108 561,8

2 000,0

02 04 03 02

Trawwim ta' soċjetajiet Ewropej sikuri

148 235,9

153 235,9

5 000,0

08 02 01 01

Tisħiħ tar-riċerka esploratorja fil-Kunsill Ewropew għar-Riċerka

1 631 723,2

1 650 723,2

19 000,0

08 02 02 01

Tmexxija fin-nanoteknoloġiji, materjali avvanzati, teknoloġija tal-lażer, bijoteknoloġija u manifattura u proċessar avvanzati

498 592,7

503 592,7

5 000,0

08 02 03 05

Kisba ta’ ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u provvista sostenibbli ta’ materja prima

291 719,4

297 719,4

6 000,0

09 04 02 01

Rwol ta’ tmexxija fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

819 154,4

824 154,4

5 000,0

09 04 03 02

Trawwim ta’ soċjetajiet Ewropej inklużivi, innovattivi u riflessivi

41 725,8

43 725,8

2 000,0

15 02 01 01

Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni u t-taħriġ u r-relevanza tiegħu għas-suq tax-xogħol

1 336 476,0

1 348 476,0

12 000,0

15 02 01 02

Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew taż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja tad-demokrazija Ewropea

161 745,0

165 245,0

3 500,0

15 02 03

Żvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-isport

20 439,0

20 939,0

500,0

15 03 01 01

Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie — ħolqien, żvilupp u trasferiment ta' ħiliet u għarfien ġodda u innovazzjoni

734 668,4

737 668,4

3 000,0

Total

63 000,0

B’konsegwenza ta’ dan, u wara li jitqiesu l-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji u t-trasferiment tal-ispejjeż komuni tad-delegazzjonijiet tal-UE għat-taqsima tas-SEAE, il-livell ta’ impenji maqbul huwa stabbilit għal EUR 17 551.7 miljun, li jħalli marġini ta’ EUR 114.3 miljun taħt il-limitu massimu tal-infiq tas-subintestatura 1a.

b)   Subintestatura 1b

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost fl-AB il-ġdid.

Filwaqt li jitqiesu l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-mobilizzazzjoni ta’ EUR 83.3 miljun mill-Istrument ta’ Flessibbiltà għal assistenza addizzjonali lil Ċipru, il-livell ta’ impenji maqbul huwa stabbilit għal EUR 49 230.3 miljun.

c)   Intestatura 2

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-AB il-ġdid.

Abbażi tal-elementi ġodda li ħarġu minn meta ġiet ippreżentata l-ittra emendatorja (IE) Nru 1/2015, b’mod partikolari l-informazzjoni dwar l-użu effettiv tal-miżuri ta’ emerġenza meħudin minn Awwissu 2014 bħala rispons għall-projbizzjoni fuq l-importazzjoni tal-ikel Russu, l-eċċess finali tal-FAEG għall-2014 u t-tbassir aġġornat ta’ korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom jinġabru fl-2015, il-miżuri ta’ emerġenza msemmija hawn fuq (inklużi dawk relatati mas-settur tal-prodotti tal-ħalib fl-Istati Baltiċi, li għalihom il-Kummissjoni adottat pakkett ieħor fis-26 ta' Novembru 2014, kif ukoll għall-Finlandja ladarba jintlaħqu l-kondizzjonijiet), jistgħu jiġu ffinanzjati fi ħdan l-approprjazzjonijiet mitluba fl-IE Nru 1/2015 mingħajr ma jsir rikors għar-riżerva ta’ kriżi agrikola, bis-saħħa ta’ dan id-dħul addizzjonali assenjat.

B’konsegwenza għal dan, u wara li jitqiesu l-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji u t-trasferiment tal-ispejjeż komuni tad-delegazzjonijiet tal-UE għat-taqsima tas-SEAE, il-livell ta’ impenji maqbul huwa stabbilit għal EUR 58 808.6 miljun, li jħalli marġini ta’ EUR 790.4 miljun taħt il-limitu massimu tal-infiq tal-intestatura 2.

d)   Intestatura 3

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-AB il-ġdid. Iż-żieda fl-infiq operazzjonali ta’ FRONTEX hija kkumpensata bi tnaqqis korrispondenti tal-partita tal-baġit 18 02 01 01 (Sostenn ta’ ġestjoni tal-fruntieri u politika komuni tal-viżi biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu).

B’konsegwenza għal dan, u wara li jitqiesu l-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji, il-livell ta’ impenji maqbul huwa stabbilit għal EUR 2 146.7 miljun, li jħalli marġini ta’ EUR 99.3 miljun taħt il-limitu massimu tal-infiq tal-intestatura 3.

e)   Intestatura 4

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-AB il-ġdid, b’mod partikolari fir-rigward tat-trasferiment tal-infiq amministrattiv komuni tad-delegazzjonijiet tal-UE għat-taqsima tas-SEAE tal-baġit.

Barra minn hekk, it-tisħiħ li ġej tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn meta mqabbel mal-AB il-ġdid huwa aċċettat:

(f'EUR 1,000)

Linja baġitarja

Isem

AB ġdid 2015

Baġit 2015

Differenza

21 03 01 04

Sostenn għall-proċess ta’ paċi u assistenza finanzjarja lill-Palestina u l-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-refuġjati tal-Palestina (UNRWA)

264 500,0

286 500,0

22 000,0

23 02 01

Konsenja ta’ għajnuna umanitarja u għajnuna alimentari rapida, effikaċi u bbażata fuq il-ħtiġijiet

872 446,0

882 446,0

10 000,0

Total

32 000,0

Madankollu, it-trasferiment tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE mill-intestatura 4 għall-intestatura 5 (taqsima tas-SEAE) kif propost fl-AB il-ġdid ma ġiex aċċettat. Konsegwentement, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament fuq il-linja baġitarja 19 03 01 07 (Rappreżentanti Speċjali tal-UE, intestatura 4) jerġgħu jiġu kif kienu qabel kif propost fl-AB oriġinali.

B’konsegwenza għal dan, u wara li jitqiesu l-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji u t-trasferiment tal-ispejjeż komuni tad-delegazzjonijiet tal-UE għat-taqsima tas-SEAE, il-livell ta’ impenji maqbul huwa stabbilit għal EUR 8 408.4 miljun, li jħalli marġini ta’ EUR 340.6 miljun taħt il-limitu massimu tal-infiq tal-intestatura 4.

f)   Intestatura 5

L-għadd ta’ postijiet fil-pjanijiet ta’ stabbiliment tal-Istituzzjonijiet u l-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-AB il-ġdid, u b'hekk ġew integrati dawn li ġejjin:

—  il-qari rispettiv tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għat-taqsimiet tagħhom tal-baġit;

—  il-qari tal-Parlament Ewropew għall-Qorti tal-Ġustizzja;

—  il-qari tal-Parlament Ewropew għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni; u

—  għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-livell ta’ approprjazzjonijiet propost mill-Kummissjoni fl-AB oriġinali żdied biex jitqies it-trasferiment ta' approprjazzjonijet ta' newtralità baġitarja relatati mal-"ispejjeż amministrattivi komuni tad-Delegazzjonijiet tal-UE" mit-taqsima tal-Kummissjoni għat-taqsima tas-SEAE tal-baġit. Madankollu, it-trasferiment tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE mill-intestatura 4 għat-taqsima tas-SEAE taħt l-intestatura 5 kif propost fl-AB il-ġdid ma ġiex aċċettat. Konsegwentement, l-ebda approprjazzjoni għal dan l-għan mhi inkluża fit-taqsima tas-SEAE tal-baġit.

B’kollox, meta mqabbel mal-AB oriġinali, dawn il-bidliet iwasslu għal:

—  tnaqqis nett ta’ 35 post tal-pjan ta’ stabbiliment, minħabba t-tnaqqis ta’ 47 post għall-Parlament Ewropew li huwa parzjalment ikkumpensat minn żieda ta’ 12-il post għall-Qorti tal-Ġustizzja;

—  tnaqqis nett f’approprjazzjonijet ta’ EUR 0.6 miljun, minħabba t-tnaqqis ta’ EUR 1.4 miljun għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri, EUR 1.4 miljun għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u EUR 0.4 miljun għall-Kumitat tar-Reġjuni, li huwa parzjalment ikkumpensat minn żieda ta’ EUR 2.6 miljun għall-Qorti tal-Ġustizzja;

—  iż-żieda ta’ EUR 71.5 miljun għas-SEAE tirrifletti t-trasferiment ta' newtralità baġitarja tal-"ispejjeż amministrattivi komuni tad-Delegazzjonijiet tal-UE", li huwa kompletament ikkumpensat fit-taqsima tal-Kummissjoni fis-subintestatura 1a (EUR 0.6 miljun), l-intestatura 2 (EUR 0.1 miljun), l-intestatura 4 (EUR 45.7 miljun) u l-intestatura 5 (EUR 25.2 miljun). B’mod ġenerali, dawn it-trasferimenti jirriżultaw f’żieda netta ta’ approprjazzjonijiet taħt l-intestatura 5 ta’ EUR 46.3 miljun.

Barra minn hekk, kif imqabbel mal-AB il-ġdid, it-trasferiment ta' postijiet tax-xogħol u approprjazzjonijiet ta' impenn ta' newtralità baġitarja mill-Kunsill għall-PMO (Uffiċċju tal-Kontrollur tal-Pagi) huwa maqbul, biex jieħu kont tat-trasferiment sa mill-1 ta' Jannar 2015 tad-determinazzjoni u l-ġestjoni tad-drittijiet ta' pensjoni ta' membri tal-persunal tal-Kunsill attivi u rtirati għall-PMO: żieda ta' sitt postijiet tax-xogħol ta' pjan ta' stabbiliment ta' AST 7 kif ukoll żieda ta' EUR 504 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn fil-Kummissjoni (Taqsima III) jiġu kompletament ikkumpensati bit-tnaqqis ta' 6 postijiet tax-xogħol ta' pjan ta' stabbilment ta' AST 7 kif ukoll bi tnaqqis ta' EUR 504 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn fil-Kunsill (taqsima II).

B’konsegwenza għal dan, b'kont meħud tal-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji kif ukoll it-trasferiment tal-ispejjeż komuni tad-delegazzjonijiet tal-UE għat-taqsima SEAE, il-livell ta’ impenji maqbul huwa stabbilit għal EUR 8 660,5 miljun, li jħalli marġini ta’ EUR 415,5 miljun taħt il-limitu tan-nefqa tal-intestatura 5.

1.4.   Approprjazzjonijiet ta' pagament

Il-livell globali ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-baġit 2015 huwa stabbilit fl-ammont ta’ EUR 141 214 040 563.

Dan jinkludi ammont ta’ EUR 126.7 miljun li jirrelataw mal-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE marbuta ma' ABE Nru 5/2014 u 7/2014, kif ukoll ammont ta’ EUR 440 miljun lihuwa relatat maċ-ċaqliq ta’ approprjazzjonijiet ta' pagament għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ mill-baġit tal-2014 għall-baġit tal-2015.

Id-distribuzzjoni tal-livell globali ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-baġit tal-2015 tieħu kont tal-passi li ġejjin:

a)  approprjazzjonijiet ta' pagament għal nefqa mhux differenzjata kif stabbilita hawn fuq, b’mod partikolari taħt l-intestaturi 2 u 5; u

b)  l-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-pakkett ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji kif stabbiliti hawn fuq, huma kkalkulati kif ġej: approprjazzjonijiet ta' pagament għall-proġetti pilota kollha u għall-azzjonijiet preparatorji huma stabbiliti għal 50 % tal-impenji korrispondenti jew fil-livell propost mill-Parlament Ewropew, skont liem ikun l-anqas; fil-każ ta' estensjoni ta' proġetti pilota eżistenti u azzjonijiet preparatorji l-livell ta' pagamenti huwa wieħed definit fl-AB b'żieda ta' 50 % tal-impenji korrispondenti ġodda, jew fil-livell propost mill-Parlament Ewropew, skont liem ikun l-anqas;

c)  it-tnaqqis ta’ EUR 123.3 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament meta mqabbel mal-AB ġdid huwa mifrux b’mod proporzjonali fost il-linji baġitarji kollha b’approprjazzjonijiet differenzjati li mhumiex affettwati mill-punt b) t'hawn fuq, bl-eċċezzjoni tal-linji baġitarji li ġejjin, li għalihom il-livell tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament huwa stabbilit fil-livell tal-AB il-ġdid:

—  l-ispiża għas-subintestatura 1a (Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi) u għall-intestatura 4 (Ewropa Globali);

—  Il-linji baġitarji 04 02 17, 04 02 60, 11 06 12, 13 03 16 u 13 03 60 għall-objettiv ta' Konverġenza; u

—  Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Internazzjonali.

Abbażi tar-riżultati miksuba fil-punt c) t'hawn fuq, isiru l-aġġustamenti finali li ġejjin:

—  ammont ta’ EUR 100 miljun huwa miżjud mal-linja baġitarja 13 04 02

(Tlestija tal-Fond ta’ Koeżjoni (2007-2013)), ikkumpensat minn:

—  tnaqqis ta' EUR 50 miljun mil-linja baġitarja 13 03 18 (Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) - Kompetittività reġjonali u impjieg); u

—  tnaqqis ta’ EUR 50 miljun, mifruxa mal-linji baġitarji kollha b’approprjazzjonijiet differenzjati li mhumiex affettwati mill-punt b) t'hawn fuq, għall-ispejjeż tas-subintestatura 1a (Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi) u l-intestatura 4 (Ewropa Globali), bl-eċċezzjoni tal-linja baġitarja 23 02 (Għajnuna umanitarja, assistenza għall-ikel u l-istat ta' preparazzjoni għal diżastri), li għalihom l-ammonti stabbiliti fl-AB il-ġdid huma miżmuma.

1.5.   Rimarki Baġitarji

F’dak li jirrigwarda r-rimarki baġitarji, l-AB il-ġdid huwa approvat, b'hekk jintegra l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, ħlief għal-linji baġitarji 04 03 01 03 u 19 03 01 06, bil-fehim li dawn l-emendi ma jistgħux jimmodifikaw jew jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ bażi legali eżistenti, jew ikollhom effett fuq l-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet.

1.6.   Linji baġitarji ġodda

In-nomenklatura baġitarja kif proposta mill-Kummissjoni fl-AB il-ġdid ser tibqa' l-istess.

1.7.   Riżervi

L-ebda ammont m’hu mqiegħed taħt riżervi kondizzjonali għat-taqsima tal-Kummissjoni.

2.   BAĠIT 2014

a)  L-approprjazzjonijiet ta’ impenn addizzjonali (EUR 126,7 miljun) mitluba għall-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE fl-ABE Nru 5/2014 u 7/2014 ġew approvati. Il-pagamenti korrispondenti jiġu ttrasferiti għall-baġit tal-2015.

b)  L-ABE Nru 3/2014 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni, bi tnaqqis ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament kif ġej:

—  Żvilupp rurali: EUR 90 miljun għat-tlestija tal-programmi ta’ żvilupp rurali 2007-2013 mhumiex aċċettati b'kont meħud tal-livell iktar baxx milli mistenni tad-dikjarazzjoni ta' pagamenti ppreżentata mill-Istati Membri f’Novembru 2014. Barra minn hekk, ġie maqbul tnaqqis ta’ EUR 20 miljun mill-Programmi l-ġodda;

—  L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ: tnaqqis ta' EUR 420 miljun għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ġie maqbul. Madankollu, ammont ta’ EUR 440 miljun ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ huwa miżjud mal-baġit tal-2015, kif stabbilit fit-taqsima 1.4 t'hawn fuq;

—  Tnaqqis ulterjuri ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ EUR 648,1 miljun huwa maqbul, imqassam fuq il-linji baġitarji msaħħa mill-Marġini ta’ Kontinġenza filwaqt li jitħallew kif inhuma l-ammonti rikjesti għal-linji baġitarji 13 03 16 (Konverġenza tal-FEŻR), 04 06 01 (FEAD), u 21 03 02 01 u 21 03 03 03 (Appoġġ għall-Ukraina).

Riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament:

—  ir-riallokazzjoni proposta mill-Kummissjoni fit-"trasferiment globali" (DEC 31/2014) hija aċċettata;

—  ir-riallokazzjoni proposta mill-Kummissjoni għat-taqsima tal-Kummissjoni fl-ABE Nru 6/2014 hija aċċettata; madankollu, l-approprjazzjonijiet ta' pagament disponibbli għar-riallokazzjoni mill-FEMS (spiża ta' appoġġ amministrattiv) u r-riżerva għall-Ftehimiet Internazzjonali ta’ Sħubija dwar is-Sajd (total ta' EUR 6 150 900) huma riallokati għall-Għajnuna Umanitarja (linja baġitarja 23 02 01);

—  b’kont meħud tas-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-baġit u l-prospetti għal tmiem is-sena, riallokazzjoni ulterjuri li tammonta għal EUR 30,4 miljun hija maqbula. Dan jikkonċerna l-linji baġitarji li ġejjin:

—  Artikolu 01 03 02 (Għajnuna makrofinanzjarja): EUR 5 miljun;

—  Artikolu 04 03 02 (PROGRESS): EUR 10,0 miljun;

—  Artikolu 12 02 01 (Suq intern): EUR 1,2 miljun;

—  Artikolu 17 03 51 (Saħħa pubblika): EUR 0,7 miljun;

—  Partita 18 02 01 02 (Il-prevenzjoni ta’ u l-ġlieda kontra l-Kriminalità): EUR 2,3 miljun;

—  Partita 21 09 51 01 (DCI Asja): EUR 2,5 miljun;

—  Artikolu 33 02 02 (Promozzjoni tan-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza): EUR 2,2 miljun; u

—  Artikolu 29 02 01 u 29 02 51 (Statistiċi): EUR 6,5 miljun.

It-tabella ta’ hawn taħt turi t-tisħiħ u t-tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta' pagament li rriżultaw fl-ABE Nru 3/2014 (inkluż riallokazzjoni permezz tat-"trasferiment globali", l-ABE Nru 6/2014 u l-aħħar aġġornament tas-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-baġit) kif approvat skont il-linji stabbiliti hawn fuq:

Linji baġitarji

Isem

ABE Nru 3/2014

Adottat

01 03 02

Assistenza makrofinanzjarja

-28 960 000

01 04 51

Tlestija ta' programmi fil-qasam tal-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) (qabel l-2014)

12 000 000

02 02 02

Titjib tal-aċċess għal finanzjament għal intrapriżi żgħar u medji (SMEs) fil-forma ta’ ekwità u dejn

4 540 126

02 05 01

Żvilupp u forniment ta’ infrastruttura u servizzi globali tar-radjunavigazzjoni bis-satelliti (Galileo) sal-2019

70 000 000

04 02 64

Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

-420 000 000

04 03 02 01

Progress — Appoġġ għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika tal-impjiegi u dik soċjali tal-Unjoni u l-leġislazzjoni dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol

-2 950 000

04 03 02 03

Mikrofinanzjament u Intraprenditorija Soċjali — Żieda fl-aċċess u d-disponibbiltà tal-finanzjament għal persuni legali u fiżiċi, speċjalment dawk li huma l-iktar distanti mis-suq tax-xogħol u l-intrapriżi soċjali

-7 114 776

04 06 01

Promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u t-taffija tal-agħar forom ta’ faqar fl-Unjoni

99 000 000

05 02 10 02

Miżuri ta’ promozzjoni — Pagamenti diretti mill-Unjoni

-308 029

05 04 60 01

Promozzjoni ta’ żvilupp rurali sostenibbli, aktar bilanċjat territorjalment u ambjentalment, settur agrikolu tal-Unjoni aktar favorevoli għall-klima u innovattiv

-20 000 000

05 06 01

Ftehimiet agrikoli internazzjonali

-3 784 411

05 08 77 06

Azzjoni Preparatorja — Osservatorju Ewropew tal-prezzijiet u l-marġini tal-farms

-612 329

05 08 77 09

Azzjoni preparatorja — Riżorsi ġenetiċi tal-UE tal-pjanti u tal-annimali

-600 000

05 08 77 10

Proġett pilota — Agropol: żvilupp ta’ Reġjun Mudell ta’ Negozju Agrikolu transkonfinali Ewropew

-600 000

05 08 77 11

Proġett pilota — Agroforestrija

-350 000

05 09 03 01

Żgurar ta’ provvisti suffiċjenti ta’ ikel sikur u ta’ kwalità għolja u prodotti oħra b’bażi bijoloġika

-1 666 954

07 02 77 03

Azzjoni preparatorja — Valutazzjoni tal-impatt ambjentali strateġika tal-iżvilupp fl-Artiku Ewropew

356 052

08 02 01 01

Tisħiħ tar-riċerka esploratorja fil-Kunsill Ewropew għar-Riċerka

24 970 695

08 02 02 02

Titjib tal-aċċess għal finanzjament ta’ riskju għal investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni

4 540 126

08 02 51

Tlestija tal-programm kwadru tar-riċerka preċedenti — Is-Seba’ Programm Kwadru — Azzjonijiet indiretti KE (2007 sa 2013)

50 000 000

08 04 01

Kostruzzjoni, operazzjoni u esplojtazzjoni tal-faċilitajiet ITER — Impriża Konġunta Ewropea għal ITER — Fużjoni għall-Enerġija (F4E)

-8 800 000

08 04 51

Tlestija tal-Impriża Konġunta Ewropea ITER — Fużjoni għall-Enerġija (F4E) (2007 sa 2013)

-71 200 000

09 02 01

Definizzjoni u implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika

-271 200

09 02 05

Miżuri dwar il-kontenut diġitali u industriji awdjoviżivi u ta’ mezzi oħra

-592 000

09 02 77 03

Proġett pilota — Ċentru Ewropew għal-Libertà tal-Istampa u tal-Midja

-456 508

09 03 03

Promozzjoni tal-interoperabbiltà, il-varar sostenibbli, l-operat u t-tiġdid tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali trans-Ewropej, kif ukoll il-koordinazzjoni fil-livell Ewropew

-1 898 831

09 03 51 01

Tlestija tal-programm Safer Internet (2009 sa 2013)

-450 000

09 04 03 02

Trawwim ta’ soċjetajiet Ewropej inklużivi, innovattivi u riflessivi

2 784 852

09 04 51

Tlestija tas-Seba’ Programm Kwadru (2007 sal-2013)

105 000 000

11 01 04 01

Infiq ta' appoġġ għal Affarijiet marittimi u sajd — Assistenza amministrattiva u teknika mhux operazzjonali

-774 900

11 01 06 01

Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju — Kontribuzzjoni mill Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS)

-809 000

11 03 01 (riżerva)

Stabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi

-69 567 000

11 06 12

Tlestija tal-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) — Objettiv ta’ konverġenza (2007 sa 2013)

69 540 126

12 02 01

Implimentazzjoni u żvilupp tas-suq intern

-1 170 000

12 02 77 03

Azzjoni preparatorja — Forum tas-Suq Uniku

-150 000

12 03 51

Tlestija ta’ attivitajiet preċedenti fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, rapportar finanzjarju u awditjar

-669 803

13 03 16

Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Konverġenza

2 400 700 000

13 03 18

Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Kompetittività reġjonali u impjiegi

227 006 319

13 03 19

Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Kooperazzjoni territorjali Ewropea

179 334 992

13 03 77 09

Azzjoni preparatorja dwar Forum tal-Atlantiku għall-Istrateġija Atlantika tal-Unjoni Ewropea

-433 000

13 05 63 02

Kooperazzjoni transfruntiera (KTF) — Kontribuzzjoni mill-Intestatura 4

-12 338 481

14 02 01

Appoġġ għall-funzjonament u l-modernizzazzjoni tal-unjoni doganali

7 500 000

14 03 01

Titjib tal-funzjonament tajjeb tas-sistemi tat-tassazzjoni

2 500 000

15 02 01 01

Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni u t-taħriġ u r-relevanza tiegħu għas-suq tax-xogħol

138 119 479

15 03 01 01

Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie — ħolqien, żvilupp u trasferiment ta' ħiliet u għarfien ġodda u innovazzjoni

40 861 137

16 03 01 03

Uffiċċju tal-informazzjoni

1 600 000

16 03 01 04

Komunikazzjoni tar-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni u azzjonijiet ta' 'Sħubija'

1 000 000

16 03 02 03

Informazzjoni elettronika u miktuba u għodod tal-komunikazzjoni

2 900 000

17 02 01

Salvagwardja tal-interess tal-konsumaturi u titjib tas-sikurezza u l-informazzjoni tagħhom

-1 449 000

17 03 10

Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard

-2 000 000

17 03 12 01

Kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

-7 602 918

18 02 01 01

Sostenn ta’ ġestjoni tal-fruntieri u politika komuni tal-viżi biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu

-7 446 000

18 02 01 02

Prevenzjoni u ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera organizzata u mmaniġġar aħjar tar-riskji u l-kriżijiet b’rabta mas-sigurtà

-9 236 000

18 03 51

Tlestija tal-operazzjonijiet u programmi fil-qasam tar-ritorn, refuġjati u flussi migratorji

19 431 000

19 02 01

Rispons għal kriżi u kriżi emerġenti

50 765 835

19 05 51

Tlestija ta’ azzjonijiet fil-qasam tar-relazzjonijiet u kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi industrijalizzati (mill-2007 sal-2013)

3 600 000

20 02 01

Relazzjonijiet kummerċjali esterni, inkluż l-aċċess għas-swieq ta’ pajjiżi terzi

1 181 809

20 02 03

Għajnuna għall-kummerċ — Inizjattivi multilaterali

1 000 000

21 02 07 06

L-ikel u s-sigurtà tan-nutrizzjoni u l-agrikoltura sostenibbli

6 000 000

21 02 40

Ftehimiet dwar il-kommoditajiet

20 000

21 02 51 01

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fl-oqsma tal-migrazzjoni u l-ażil

4 000 000

21 02 51 02

Kooperazzjoni mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Amerika Latina

23 000 000

21 02 51 03

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Asja, inklużi l-Asja Ċentrali u l-Lvant Nofsani

44 000 000

21 02 51 05

Parteċipanti mhux statali fl-iżvilupp

2 000 000

21 02 51 06

Ambjent u mmaniġġar sostenibbli tar-riżorsi naturali, inkluż l-enerġija

2 000 000

21 03 02 01

Sħubija tal-Lvant — Drittijiet tal-bniedem u mobbiltà

210 000 000

21 03 03 03

Sostenn lil kooperazzjoni oħra multinazzjonali fil-viċinat

40 000 000

21 03 51

Tlestija ta’ azzjonijiet fil-qasam tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u r-relazzjonijiet mar-Russja (ta’ qabel l-2014)

3 000 000

21 04 51

Tlestija tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (ta’ qabel l-2014)

3 000 000

21 05 51

Tlestija ta’ azzjonijiet fil-qasam ta’ theddid globali għas-sigurtà (ta’ qabel l-2014)

2 000 000

21 09 51 01

Asja

-2 500 000

22 02 51

Tlestija ta’ assistenza preċedenti ta’ qabel l-adeżjoni (ta’ qabel l-2014)

45 000 000

23 02 01

Konsenja ta’ għajnuna umanitarja u għajnuna alimentari rapida, effikaċi u bbażata fuq il-ħtiġijiet

256 150 900

23 03 51

Tlestija ta’ programmi u azzjonijiet fil-qasam tal-protezzjoni ċivili fl-Unjoni (ta’ qabel l-2014)

-500 000

24 01 07

Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

-10 000

24 02 01

Prevenzjoni u ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni

942 750

24 04 01

Sostenn għal assistenza reċiproka f'affarijiet doganali u faċilitar ta’ għodod elettroniċi siguri tal-komunikazzjoni għall-Istati Membri biex jirrapportaw irregolaritajiet

680 612

26 01 09

Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet

-22 000

26 01 23 01

Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fil-Lussemburgu

-13 000

26 02 01

Proċeduri għall-aġġudikazzjoni u r-riklamar ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvista, xogħlijiet u servizzi

-250 000

26 03 01 01

Soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej

10 000 000

29 02 01

Forniment ta’ informazzjoni statistika ta’ kwalità, l-implimentazzjoni ta’ metodi ġodda ta’ produzzjoni ta’ statistika Ewropea u tisħiħ tas-sħubija fi ħdan is-Sistema Statistika Ewropea

-11 294 249

29 02 51

Tlestija ta’ programmi statistiċi (ta’ qabel l-2013)

-9 872 560

32 02 52

Tlestija ta’ proġetti enerġetiċi biex jgħinu l-irkupru ekonomiku

65 000 000

33 02 01

Żgurar tal-protezzjoni tad-drittijiet u l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini

-2 000 000

33 02 02

Promozzjoni tan-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza

-5 177 700

34 02 01

Tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-Unjoni

6 000 000

34 02 04

Kontribuzzjoni għal ftehimiet klimatiċi multilaterali u internazzjonali

-74 969

34 02 51

Tlestija ta’ programmi preċedenti tal-azzjoni klimatika

2 903 358

XX 01 01 01 01

Remunerazzjoni u allowances

-317 000

SEC 7 - 1 2 0 0

Remunerazzjoni u allowances

-10 992

SEC 9 - 1 1 0 0

Remunerazzjoni u allowances

-5 843

Total

3 529 620 715

L-approprjazzjonijiet ta’ pagament addizzjonali li jirriżultaw għall-ABE Nru 3/2014 huma ta' EUR 3 529.6 miljun, li minnhom EUR 2 818.2 miljun flimkien ma’ EUR 350 miljun jikkonċernaw il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta’ Kontinġenza, f’konformità mad-dikjarazzjoni konġunta dwar strumenti speċjali li tinsab fit-taqsima 3.3 hawn taħt.

c)  L-ABE Nru 4/2014, kif modifikat bl-ittra tiegħu ta’ emenda, ġie approvat kif propost mill-Kummissjoni, bl-inklużjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn mill-ABE Nru 6/2014 relatati mal-ispiża ta’ appoġġ amministrattiv għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-riżerva għal Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli fit-taqsima tal-Kummissjoni). L-ammont ta’ EUR 248 460 tal-approprjazzjonijiet ta' pagament disponibbli identifikati fl-ABE Nru 4/2014 (Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data) huma allokati mill-ġdid għal Għajnuna umanitarja (linja baġitarja 23 02 01). It-talba għal approprjazzjonijiet addizzjonali għall-impenji u pagament relatati mal-Ombudsman Ewropew (Taqsima VIII) fl-ABE 6 tiġi rtirata, kif stabbilit fl-ittra ta’ emenda għall-ABE Nru 6/2014.

d)  L-ABE Nru 6/2014, kif modifikat bl-ittra tiegħu ta’ emenda, ġie approvat kif propost mill-Kummissjoni, fir-rigward tar-riżorsi proprji.

e)  L-ABE Nru 8/2014 (= ABE ġdid Nru 2/2014) dwar il-bilanċ favorevoli tal- 2013 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni.

3.   DIKJARAZZJONIJIET KONĠUNTI

3.1.   Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2014 (riżorsi proprji) u l-emenda tar-Regolament tal-Kunsill 1150/2000

"Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu li jadottaw l-abbozz ta' baġit emendatorju 6/2014 kif emendat bl-Ittra Emendatorja 1/2014.

Fid-dawl tal-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej ippreżentata mill-Kummissjoni fit-12 ta' Novembru 2014, il-Parlament Ewropew jimpenja ruħu li jagħti l-opinjoni tiegħu dwar ir-Regolament tal-Kunsill emendat Nru 1150/2000 fil-ħin sabiex jiżgura li dan jiġi adottat fis-sessjoni plenarja tal-PE ta' Diċembru 2014 u li l-Kunsill jadottah bħala parti mill-pakkett ġenerali."

3.2.   Dikjarazzjoni konġunta dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza

"Is-sena 2014 rat ammont kbir, mingħajr preċedent, ta' pagamenti pendenti ta' fondi strutturali u fondi ta' koeżjoni fil-bidu tal-qafas finanzjarju, filwaqt li għadd ta' programmi ġodda ngħataw il-flus minn ħafna qabel. Minħabba din is-sitwazzjoni unika u eċċezzjonali, li ma tistax tiġi akkomodata fil-limitu massimu ta’ pagament għall-2014, it-tliet istituzzjonijiet jaqblu li l-Marġini ta' Kontinġenza jiġi mobilizzat għas-sena finanzjarja 2014 bħala l-aħħar istanza.

L-istituzzjonijiet ifakkru li l-Artikolu 13 tar-Regolament dwar il-QFP jistipula li "L-ammonti magħmulin disponibbli permezz tal-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza għandhom jiġu kollha kkumpensati mal-marġini f'waħda jew aktar mill-intestaturi tal-QFP għas-sena finanzjarja attwali jew dawk futuri".

L-istituzzjonijiet jaqblu li jagħmlu l-għalmu tagħhom biex isibu soluzzjonijiet adatti sabiex il-livell eċċezzjonalment għoli ta' pagamenti pendenti tal-fondi strutturali u ta' koeżjoni tal-perijodu 2007-2013 ma jkomplux wara l-2014 u li, għalhekk, ser isir kull sforz biex jiġi żgurat li l-Marġini ta' Kontinġenza ma jiġix mobilizzat biex jiffinanzja l-impenji pendenti li jirriżultaw minn programmi għall-fondi strutturali u ta' koeżjoni fis-snin finanzjarji 2015-2020."

3.3.   Dikjarazzjoni konġunta dwar strumenti speċjali

"L-istituzzjonijiet ifakkru li l-Marġini ta' Kontinġenza huwa strument tal-aħħar istanza li għalhekk ma għandux jiġi mobilizzat jekk ikun għad hemm possibbiltajiet finanzjarji. Fil-qafas tal-baġit ġenerali għall-2014 hemm nuqqas ta’ qbil dwar jekk l-ammont ta' EUR 350 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament li jkopri strumenti speċjali oħra għadux disponibbli fil-marġini mhux allokat.

L-istituzzjonijiet jaqblu li huwa importanti ferm li jintlaħaq qbil fil-prinċipju dwar il-mobilizzazzjoni ta' strumenti speċjali oħra għall-pagamenti malajr kemm jista' jkun.

Madankollu, peress li ma kienx possibbli li jintlaħaq tali qbil fil-kuntest tan-negozjati tal-pakkett li jkopri l-ABE għall-2014 u l-baġit ġenerali għall-2015, l-istituzzjonijiet jaqblu li sabiex jiġi żgurat li dak il-pakkett jiġi adottat fil-ħin:

—   L-ammont ta' EUR 350 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament jiżdied mal-Marġini ta' Kontinġenza;

—   Isir sforz biex jintlaħaq ftehim rapidu dwar jekk u sa fejn strumenti speċjali oħra jistgħu jiġu mobilizzati lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP għall-pagamenti bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk u sa fejn l-ammont ta' EUR 350 miljun għandu jiġi kkumpensat skont il-marġnijiet tal-QFP għal pagamenti għas-snin finanzjarji attwali jew dawk futuri;

—   Dan ta' hawn fuq jiġi akkumpanjat – kif adatt – bil-modifiki meħtieġa tad-deċiżjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza għas-sena baġitarja 2014, jew bi kwalunkwe azzjoni oħra meħtieġa legalment biex tiġi żgurata l-osservanza sħiħa tar-Regolament dwar il-QFP u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu."

3.4.   Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prefinanzjament ta' Programmi Operazzjonali fl- 2014 u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

"Fil-kuntest tal-implimentazzjoni f'waqtha u effettiva tal-QFP 2014-2020, il-Kummissjoni Ewropea tikkonferma l-prefinanzjament, fl-2014, ta' Programmi Operazzjonali li jkunu ġew formalment ippreżentati fl-2014 u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa stabbiliti f'atti legali korrispondenti.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkonferma li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tibqa' prijorità politika għolja u li t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet ta' pagament relatati mill-2014 għall-2015 mhux ser jittardja l-implimentazzjoni tagħha."

3.5.   Dikjarazzjoni konġunta dwar il-finanzjament ta' miżuri ta' emerġenza b'reazzjoni għal projbizzjoni Russa fuq l-importazzjoni tal-ikel

"Wara l-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjoni tal-ikel, f'Awwissu u f'Settembru 2014 ġew adottati sensiela ta' miżuri ta' emerġenza, u fis-26 ta' Novembru 2014 ġie approvat pakkett ieħor immirat lejn is-settur tal-prodotti tal-ħalib fl-Istati Baltiċi. Hekk kif jiġi sodisfatti l-kondizzjonijiet li josservaw il-kriterji oġġettivi meħtieġa għall-eliġibbiltà, il-Kummissjoni tista' tipproponi pakkett ieħor immirat lejn is-settur tal-prodotti tal-ħalib fil-Finlandja.

Fl-Ittra Emendatorja tagħha (AL) 1/2015, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tiffinanzja, jekk meħtieġ, dawn il-miżuri permezz tar-riżerva għall-kriżijiet.

Mill-preżentazzjoni tal-ittra emendatorja AL 1/2015 'il hawn, feġġew dawn it-tliet elementi ġodda, li permezz tagħhom jistgħu jiġu ffinanzjati dawn il-miżuri ta' emerġenza mingħajr ma tintuża riżerva għall-kriżi:

—  Skont id-dikjarazzjonijiet tal-Istati Membri dwar l-użu proprju tal-miżuri adottati f’Awwissu u Settembru, l-ispiża titnaqqas minn EUR 344 miljun kif stmata inizjalment għal madwar EUR 234 miljun;

—  L-eċċess finali tal-eżerċizzju tal-FAEG tal-2014 huwa madwar EUR 230 miljun ogħla milli antiċipat fl-Ittra Emendatorja AL 1/2015, li kien għadu bbażat fuq stimi;

—  Il-korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom jinġabru fl-2015 huma mistennija li jkunu ogħla minn kif kienu previsti inizjalment f'Ottubru li għadda."

Abbażi ta' dawn it-tliet elementi l-ġodda, il-miżuri ta’ emerġenza msemmija hawn fuq (inklużi dawk relatati mas-settur tal-prodotti tal-ħalib fl-Istati Baltiċi, u għall-Finlandja ladarba jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet) jistgħu jiġu ffinanzjati fi ħdan l-approprjazzjonijiet mitluba fl-Ittra Emendatorja AL 1/2015 bis-saħħa ta' dan id-dħul assenjat addizzjonali mingħajr ma nirrikorru għar-riżerva għall-kriżi."

3.6.   Dikjarazzjoni konġunta dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament

"Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jfakkru fir-responsabbiltà kondiviża tagħhom, kif stabbilit fl-Artikolu 323 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li 'il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jassiguraw li jkun hemm disponibbli l-mezzi finanzjarji sabiex jippermettu li l-Unjoni tissodisfa l-obbligi legali tagħha fir-rigward ta' partijiet terzi'.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ifakkru fil-ħtieġa li tiġi żgurata, fid-dawl tal-implimentazzjoni, il-progressjoni ordnata tal-pagamenti b'rabta mal-approprjazzjonijiet ta' impenn sabiex jiġi evitat kull livell anormali ta' fatturi mhux imħallsa fi tmiem is-sena.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu li jiffissaw il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2015 għal EUR 141 214 040 563. Huma jitolbu lill-Kummissjoni tniedi kwalunkwe azzjoni meħtieġa, abbażi tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar il-QFP u r-Regolament Finanzjarju, sabiex tiġi koperta r-responsabbiltà assenjata mit-Trattat u, b'mod partikolari, wara li tkun ġiet eżaminata l-possibilità ta' riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet rilevanti, b'referenza partikolari għal kwalunkwe sottoimplimentazzjoni mistennija ta' approprjazzjonijiet (Regolament Finanzjarju Artikolu 41§2) biex titlob approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali f'baġit emendatorju li għandu jiġi ppreżentat hekk kif jidher li l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-2015 ma jkunux suffiċjenti biex ikopru n-nefqa.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ser jieħdu pożizzjoni dwar kwalunkwe abbozz ta' baġit emendatorju malajr kemm jista' jkun sabiex jevitaw kwalunkwe nuqqas fl-approprjazzjonijiet ta' pagament. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jipproċessaw malajr kwalunkwe trasferiment possibbli ta' approprjazzjonijiet ta' pagament, inkluż minn intestatura tal-qafas finanzjarju għal oħra, sabiex isir l-aħjar użu possibbli tal-approprjazzjonijiet ta' pagament imdaħħla fil-baġit u jallinjawhom mal-eżekuzzjoni u l-ħtiġijiet attwali.

Matul is-sena, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ser jissorvejlaw b'mod attiv l-istat ta' implimentazzjoni tal-baġit għall-2015, b'mod partikolari taħt is-subintestatura 1a (Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi), is-subintestatura 1b (Il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali) u l-iżvilupp rurali taħt l-intestatura 2 (Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali). Dan ser jieħu l-forma ta' laqgħat interistituzzjonali speċifiċi, f'konformità mal-punt 36 tal-Anness tal-Ftehim Interistituzzjonali, sabiex jitqies l-istat tal-implimentazzjoni tal-pagamenti u l-previżjonijiet riveduti.

Dawn il-laqgħat għandhom isiru tal-anqas tliet darbiet fl-2015 (fir-rebbiegħa meta jiġi ppreżentat l-abbozz ta' baġit, f'Lulju qabel il-qari tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit għall-2016 u f'Ottubru qabel ma tibda l-Konċiljazzjoni) u għandhom ikunu f'livell politiku fil-preżenza ta' Membri tal-Parlament Ewropew, Membri tal-Kunsill u l-Viċi President tal-Kummissjoni għall-Baġit u r-Riżorsi Umani. Il-laqgħat għandu jkollhom l-għan li ssir valutazzjoni konġunta fil-livell meħtieġ tal-ħtiġijiet ta' pagament, ibbażati fuq analiżi bir-reqqa tal-kontijiet eżistenti li għandhom jiġu onorati legalment u l-istimi għall-bqija tas-sena N u s-sena N+1."

3.7.   Dikjarazzjoni konġunta dwar pjan ta' pagament

"L-istituzzjonijiet jaqblu mal-għan li jitnaqqas il-livell ta' kontijiet mhux imħallsa, b'enfasi partikolari fuq il-politika ta' koeżjoni, fi tmiem is-sena sal-livell strutturali matul il-QFP attwali.

Sabiex jintlaħaq dan l-għan:

—  il-Kummissjoni taqbel li tippreżenta, flimkien mal-konklużjonijiet konġunti dwar il-Baġit għall-2015, l-aktar previżjoni aġġornata tal-livell ta' kontijiet mhux imħallsa sa tmien l-2014; il-Kummissjoni ser taġġorna dawn iċ-ċifri u ser tipprovdi xenarji alternattivi f'Marzu 2015 meta jkun hemm disponibbli stampa globali tal-livell ta' kontijiet mhux imħallsa fi tmiem l-2014, għall-biċċa l-kbira tal-oqsma ta' politika;

—  abbażi ta' dan, it-tliet istituzzjonijiet ser jagħmlu ħilithom biex jaqblu dwar livell massimu fil-mira tal-kontijiet mhux imħallsa fi tmiem is-sena li jistgħu jitqiesu bħala sostenibbli;

—  abbażi ta' dan, u filwaqt li jirrispettaw ir-Regolament dwar il-QFP, il-pakketti finanzjarji maqbula tal-programmi kif ukoll kull ftehim vinkolanti ieħor, it-tliet istituzzjonijiet ser jimpenjaw ruħhom li jimplimentaw, mill-2015, pjan biex jitnaqqas il-livell ta’ kontijiet mhux imħallsa li jikkorrispondu mal-implimentazzjoni tal-programmi tal-2007-2013 għal-livell maqbul komunament permezz tar-reviżjoni ta' nofs it-term tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali. It-tliet istituzzjonijiet ser jilħqu qbil dwar dan il-pjan fi żmien debitu qabel ma jiġi ppreżentat l-abbozz ta' baġit għall-2016. Minħabba l-livell eċċezzjonalment għoli ta' kontijiet mhux imħallsa, it-tliet istituzzjonijiet jaqblu li jikkunsidraw kull mezz possibbli biex jitnaqqas il-livell ta' dawk il-kontijiet.

Kull sena, il-Kummissjoni taqbel li takkumpanja l-abbozz ta' baġit tagħha b'dokument li jevalwa l-livell ta' kontijiet mhux imħallsa u li jispjega l-mod kif l-abbozz ta' baġit ser jagħti lok għat-tnaqqis ta' dan il-livell u b'kemm. Dan id-dokument annwali ser iqis il-progress li jkun sar u ser jipproponi aġġustamenti għall-pjan skont iċ-ċifri aġġornati."

3.8.   Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza bħala l-aħħar istanza

"Il-Parlament Ewropew jiddispjaċih li l-Kunsill ma jikkondividix l-interpretazzjoni tiegħu li EUR 350 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament mobilizzati fl-2014 fir-rigward tal-Istrumenti Speċjali previsti fir-Regolament dwar il-QFP għandhom jinqatgħu barra mil-limitu tal-pagamenti, u għalhekk iħallu marġini ta' EUR 711-il miljun li għandhom jiġu eżawriti qabel ma jsir rikors għall-Marġini ta' Kontinġenza.

Il-Parlament Ewropew ifakkar li, f'konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament dwar il-QFP, il-Marġini ta' Kontinġenza huwa strument tal-aħħar istanza. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu eżawriti kompletament il-possibbiltajiet finanzjarji l-oħra kollha qabel ma jsir rikors għall-Marġini ta' Kontinġenza. Fil-kuntest tat-tilwim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-kalkolu tal-marġini disponibbli taħt il-limitu massimu ta' pagamenti fl-2014, ma kienx possibbli li jintlaħaq qbil politiku dwar l-eżawriment ta’ marġini disponibbli ta' EUR 350 miljun qabel ma jsir rikors għall-marġini ta' kontinġenza.

Filwaqt li jfakkar li r-Regolament dwar il-QFP huwa bbażat fuq il-prinċipju ta' "flessibbiltà possibbli speċifika u massima" sabiex l-Unjoni tkun tista' tonora l-obbligi legali tagħha f'konformità mal-Artikolu 323 TFUE (Premessa 4 tar-Regolament dwar il-QFP), il-Parlament iqis li l-interess, li jsiru disponibbli approprjazzjonijiet addizzjonali biex jiġu onorati l-impenji legali pendenti permezz ta' mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza, huwa ta' importanza kbira. Għalhekk, il-Parlament jaċċetta mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza, minkejja l-interpretazzjoni tiegħu li EUR 350 miljun jibqgħu disponibbli taħt il-limitu ta' pagamenti.

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni biex tirriporta l-marġini mhux użat ta' EUR 350 miljun fl-aġġustament tekniku tagħha għall-2015 tal-marġini globali għall-pagamenti skont l-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament dwar il-QFP."

3.9.   Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-istrumenti speċjali

"Il-Kunsill ifakkar li l-istrumenti speċjali jistgħu jiġu attivati biss biex jiġu indirizzati ċirkostanzi ġenwinament mhux previsti.

Huwa jfakkar li l-Marġini ta' Kontinġenza ma għandux iwassal biex jinqabżu l-limiti massimi tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

Fir-rigward ta' strumenti speċjali oħra, il-Kunsill ifakkar li l-Artikolu 3(2) tar-Regolament dwar il-QFP jiddikjara li l-approprjazzjonijiet ta' impenn jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mil-limiti massimi tal-intestaturi rilevanti.

Il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni biex, meta tikkalkula l-marġini globali, taġixxi f'konformità mar-Regolament dwar il-QFP u mingħajr ma ssir ħsara għall-ftehim milħuq bejn it-tliet istituzzjonijiet dwar Dikjarazzjoni Konġunta dwar strumenti speċjali (3.3)."

Avviż legali - Politika tal-privatezza