Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 16 ta' Diċembru 2014 - StrasburguVerżjoni finali
Elezzjoni tal-Ombudsman Ewropew
 Eżami xjentifiku ta' kwistjonijiet dwar l-ikel ***I
 Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet fil-Periklu (CITES) ***
 Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) ċivili mal-Marokk ***
 It-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija mal-Ukraina ***
 Il-parteċipazzjoni tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea ***
 Ir-reġim tat-taxxa “octroi de mer” fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi *
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2014/010 IT/Whirlpool - Italja
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2013/006 PL/Fiat Auto Poland S.A.
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2014/013 EL/Odyssefs Fokas - Greċja
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2013/014 FR/Air France - Franza
 Ħatra tal-Membri tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni *

Elezzjoni tal-Ombudsman Ewropew
PDF 295kWORD 51k
Deċiżjoni
Anness
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2014 li taħtar l-Ombudsman Ewropew (2014/2092(INS)
P8_TA(2014)0073

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 24 u l-Artikolu 228 tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tiegħu tad-9 ta' Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-kompiti tal-Ombudsman(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 204 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra s-sejħa għan-nominazzjonijiet(2),

–  wara li kkunsidra l-vot tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2014,

1.  Jaħtar lil Emily O'REILLY biex isservi bħala Ombudsman Ewropew sat-tmiem tal-leġislatura;

2.  Jitlob lil Emily O'REILLY biex tieħu ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex id-deċiżjoni annessa tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Ġustizzja.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-16 ta’ Diċembru 2014

li taħtar l-Ombudsman Ewropew

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2014/949/UE, Euratom.)

(1) ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.
(2) ĠU C 293, 2.9.2014, p. 13.


Eżami xjentifiku ta' kwistjonijiet dwar l-ikel ***I
PDF 302kWORD 53k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE tal-25 ta' Frar 1993 dwar assistenza lill-Kummissjoni u koperazzjoni mill-Istati Membri fl-eżami xjentifiku ta' kwistjonijiet dwar l-ikel (COM(2014)0246 – C8-0005/2014 – 2014/0132(COD))
P8_TA(2014)0074A8-0059/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0246),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0005/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta' Lulju 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-26 ta' Novembru 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0059/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Diċembru 2014 bil-ħsieb li tadotta d-Direttiva (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE dwar assistenza lill-Kummissjoni u koperazzjoni mill-Istati Membri fl-eżami xjentifiku ta' kwistjonijiet dwar l-ikel

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva (UE) 2015/254.)

(1) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet fil-Periklu (CITES) ***
PDF 285kWORD 49k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) (09412/2014 – C8-0042/2014 – 2013/0418(NLE))
P8_TA(2014)0075A8-0036/2014

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (09412/2014),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES),

–  wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0042/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 207 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafu, l-Artikolu 99(2), l-Artikolu 108(7) u l-Artikolu 39 tar-Regoli ta ' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0036/2014),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Konvenzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) ċivili mal-Marokk ***
PDF 213kWORD 49k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) Ċivili bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tal-Marokk (10437/2014 – C8-0108/2014 – 2013/0414(NLE))
P8_TA(2014)0076A8-0045/2014

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10437/2014),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) Ċivili bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tal-Marokk (10717/2006),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 172 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8‑0108/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2), l-Artikolu 108(7) u l-Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0045/2014),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tal-Marokk.


It-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija mal-Ukraina ***
PDF 214kWORD 49k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina (11047/2014 – C8-0114/2014 – 2014/0154(NLE))
P8_TA(2014)0077A8-0039/2014

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina (11047/2014),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina(1),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0114/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafu, l-Artikolu 99(2), l-Artikolu 108(7) u l-Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0039/2014),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għat-tiġdid tal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ukraina.

(1) ĠU L 36, 12.2.2003, p. 32.


Il-parteċipazzjoni tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea ***
PDF 212kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea u ta' tliet ftehimiet relatati (06698/2014 – C8-0002/2014 – 2014/0047(NLE))
P8_TA(2014)0078A8-0026/2014

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06698/2014),

–  wara li kkunsidra l-ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea u tliet ftehimiet relatati (06696/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 217, 218(6) u it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8‑0002/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0026/2014),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim u tat-tliet ftehimiet relatati;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja.


Ir-reġim tat-taxxa “octroi de mer” fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi *
PDF 214kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-reġim tat-taxxa “octroi de mer” fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi (COM(2014)0666 – C8-0242/2014 – 2014/0308(CNS))
P8_TA(2014)0079A8-0054/2014

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2014)0666),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0242/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0054/2014),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2014/010 IT/Whirlpool - Italja
PDF 327kWORD 75k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f’konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni EGF/2014/010 IT/Whirpool, ippreżentata mill-Italja) (COM(2014)0672 – C8-0231/2014 – 2014/2170(BUD))
P8_TA(2014)0080A8-0064/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0672 – C8‑0231/2014),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006(1), (Regolament dwar il-FEG),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikulari l-punt 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-proċedura ta ' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8‑0064/2014),

A.  billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għal ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin u biex tgħin fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol,

B.  billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u wara li jkun ġie kkunsidrat kif dovut il-FII tat-2 ta ' Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG),

C.  billi l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-FEG tirrifletti l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jiġi introdott mill-ġdid il-kriterju tal-mobilizzazzjoni b'rabta mal-kriżi, biex tiżdied il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal 60 % tal-ispejjeż totali stmati tal-miżuri proposti, biex tiżdied l-effiċjenza għat-trattament tal-applikazzjonijiet għall-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u għall-approvazzjoni, biex jiġu estiżi l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eleġibbli għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għaż-żgħażagħ, u biex jiġu finanzjati l-inċentivi għat-twaqqif ta' impriżi proprji,

D.  billi l-awtoritajiet Taljani ressqu l-applikazzjoni EGF/2014/010 IT/Whirlpool fit-18 ta’ Ġunju 2014 wara li ngħataw is-sensja 608 ħaddiem tal-Whirlpool Europe S.r.l, impriża li kienet topera fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-diviżjoni 27 ta’ NACE Rev. 2 ("Manifattura ta’ tagħmir elettriku"), u ħames fornituri u produtturi aktar 'l isfel fil-katina ta' produzzjoni,

E.  billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eleġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG,

1.  L-awtoritajiet Taljani ressqu l-aplikazzjoni skont il-kriterju ta’ intervent tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-FEG, li jeħtieġ li tal-inqas 500 ħaddiem li ngħataw is-sensja jew li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet, fuq perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur, f’impriża fi Stat Membru, inklużi l-ħaddiema li jingħataw is-sensja fost il-fornituri u l-produtturi aktar 'l isfel fil-katina ta' produzzjoni; jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament huma ssodisfati u li, għalhekk, l-Italja għandha dritt għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-regolament;

2.  Jinnota li l-awtoritajiet Taljani ressqu l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja tal-FEG fit-18 ta' Ġunju 2014 u li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli mill-Kummissjoni fil-28 ta' Ottubru 2014; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni osservat l-iskadenza stretta ta' 12-il ġimgħa stabbilita fir-Regolament dwar il-FEG;

3.  Jinnota li l-awtoritajiet Taljani jargumentaw li l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali kellha effett profond fuq l-għażliet tal-konsum tal-unitajiet domestiċi Taljani li qiesu mill-ġdid id-deċiżjonijiet tagħhom dwar ix-xiri, b’mod partikolari dawk relatati ma’ xiri ta’ oġġetti li jservu għal ħafna żmien, inklużi apparati domestiċi;

4.  Jenfasizza li, minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika li wasslet għal tnaqqis sinifikanti tal-konsum tal-unitajiet domestiċi, is-suq Taljan għal apparati domestiċi kbar naqas minn EUR 3 174 biljuni fl-2010 għal EUR 2 649 biljun fl-2013, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 16,5 %;

5.  Jaqbel li t-tnaqqis qawwi fil-produzzjoni tat-tagħmir elettriku matul il-perjodu 2008-2012 huwa marbut mal-kriżi ekonomika u finanzjarja globali li ġiet indirizzata fir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) u li l-Italja għaldaqstant hi intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja tal-FEG;

6.  Jinnota li sal-lum, is-settur tal-"Manifattura ta' tagħmir elettriku" kien is-suġġett ta' żewġ applikazzjonijiet oħra tal-FEG(5), ibbażati wkoll fuq il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali;

7.  Jinnota li dawn is-sensji se jkomplu jiggravaw aktar is-sitwazzjoni tal-qgħad fil-provinċja ta’ Trento, fejn ir-rata tal-qgħad irduppjat minn mindu bdiet il-kriżi, u telgħet minn 2,9 % fl-2007 għal 6,1 % fl-2013; jenfasizza li t-tnaqqis fl-impjieg affettwa kemm is-settur tal-kostruzzjoni (-10,3 %) kif ukoll dak tal-industrija (-2,4 %) u li fi Trentino n-numru ta' persuni qiegħda, li sar stħarriġ dwarhom mill-ISTAT fl-ewwel trimestru tal-2014, huwa madwar 18 700, filwaqt li n-numru ta’ dawk irreġistrati fl-uffiċċji tal-impjiegi tal-Provinċja hu madwar 41 800;

8.  Jinnota li minbarra l-502 sensji fil-Whirpool, ikkunsidrata bħala l-impriża primarja, fi ħdan il-perjodu ta’ referenza, 106 ħaddiema li ngħataw is-sensja f’ħames fornituri u produtturi aktar 'l isfel fil-katina ta' produzzjoni huma inklużi wkoll fl-għadd ta’ benefiċjarji eliġibbli, li jammonta għal 608 persuna b’kollox, li kollha kemm huma meqjusa bħala benefiċjarji fil-mira tal-miżuri tal-FEG;

9.  Jinnota li l-ispiża totali ta’ din l-applikazzjoni hi ta' EUR 3 150 000, li minnhom EUR 126 000 huma ddedikati għall-implimentazzjoni, u li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG tammonta għal EUR 1 890 000, somma li tirrappreżenta 60 % tal-ispejjeż totali;

10.  Jilqa' l-fatt li, sabiex il-ħaddiema jingħataw assistenza malajr, l-awtoritajiet Taljani ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fl-4 ta' Frar 2014, qabel id-deċiżjoni finali dwar l-għoti tal-appoġġ tal-FEG għall-pakkett ikkoordinat propost u saħansitra qabel l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG;

11.  Jilqa' l-fatt li s-sħab soċjali kienu involuti fin-negozjar ta' miżuri li għandhom jiġu appoġġjati; japprezza barra minn hekk il-fatt li t-trejdjunjins huma involuti fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tat-tfassil mill-ġdid possibbli tal-miżuri, kif ukoll il-fatt li huma assoċjati mal-evalwazzjoni tar-riżultati; jilqa’ ukoll il-fatt li l-miżuri ppjanati, il-kontenut tagħhom u l-aspetti rilevanti tal-implimentazzjoni tagħhom (inkluża l-iskeda taż-żmien) ġew ippreżentati u diskussi mal-eks ħaddiema tal-impjant ta’ Whirpool ta’ Spini di Gargarolo matul għadd ta' laqgħat (15 b'kollox) li saru bejn Frar u Marzu 2014 u li, minn numru totali ta' ħaddiema li pparteċipaw f'dawn il-laqgħat, 393 irreġistraw bħala parteċipanti f’dawn il-miżuri;

12.  Jinnota li s-servizzi personalizzati li jridu jiġu pprovduti jinkludu: sessjonijiet ta’ informazzjoni, parteċipazzjoni u reġistrazzjoni, l-għoti ta’ pariri u gwida, valutazzjoni tal-ħiliet, taħriġ ġenerali u taħriġ mill-ġdid, taħriġ vokazzjonali, gwida personalizzata (coaching), akkumpanjament wara l-integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg u akkumpanjament lejn l-intraprenditorija, benefiċċju għal meta wieħed ikun qed ifittex impjieg, benefiċċju għall-parteċipazzjoni u kontribuzzjonijiet għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u benefiċċju għal għoti ta’ impjieg;

13.  Jinnota li 16,78 % tal-benefiċjarji fil-mira mhumiex ċittadini tal-UE; iqis li ċerti elementi tal-attività tal-gwida personalizzata jistgħu jkunu partikolarment utli biex jgħinu lil dawn il-benefiċjarji jintegraw mill-ġdid fis-suq tax-xogħol;

14.  Huwa favur il-valutazzjoni tar-riżultati konkreti tal-attivitajiet ta' taħriġ, taħriġ mill-ġdid u dawk vokazzjonali pprovduti lill-parteċipanti sabiex tittieħed ħarsa aħjar lejn l-effiċjenza tal-miżuri pprovduti;

15.  Jilqa' l-miżuri ta' akkumpanjament wara l-integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg u ta' akkumpanjament lejn l-intraprenditorija;

16.  Iqis li l-benefiċċju ta' għoti ta' impjieg iservi bħala inċentiv għal impjegaturi ġodda biex jimpjegaw mill-ġdid il-parteċipanti b'kuntratti permanenti jew ta' mhux inqas minn 12-il xahar; jinnota li inqas minn nofs (250) il-benefiċarji kollha huma stmati li jipparteċipaw f'din il-miżura;

17.  Jilqa' pożittivament il-fatt li se jkunu rrispettati l-prinċipji tat-trattament ugwali u tan-nondiskriminazzjoni fl-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom;

18.  Ifakkar li, f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-FEG, it-tfassil tal-pakkett ikkoordinat tas-servizzi personalizzati għandu jantiċipa perspettivi futuri tas-suq tax-xogħol u l-kapaċitajiet meħtieġa u għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sostenibbli;

19.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

20.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

21.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f’konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/010 IT/Whirpool, ippreżentata mill-Italja)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE)2015/42.)

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26).
(5)FEG/2009/010 LT AB Snaige COM(2010)0008, FEG/2011/023 IT Antonio Merloni COM(2013)0090.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2013/006 PL/Fiat Auto Poland S.A.
PDF 501kWORD 75k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/006 PL/Fiat Auto Poland S.A. mill-Polonja) (COM(2014)0699 – C8-0243/2014 – 2014/2181(BUD))
P8_TA(2014)0081A8-0062/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0699 – C8-0243/2014),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(1) (Regolament tal-FEG),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0062/2014),

A.  billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji u biex tgħin ir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol;

B.  billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u wara li jkun ġie kkunsidrat kif dovut il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG),

C.  billi l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013(4) tirrifletti l-qbil li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill li jerġa' jiddaħħal il-kriterju dwar il-mobilizzazzjoni f''każ ta' kriżi, li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tiżdied għal 60 % tal-ispiża totali stmata tal-miżuri proposti, li tiżdied l-effiċjenza fit-trattament tal-applikazzjonijiet FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi iż-żmien għal valutazzjoni u approvazzjoni jitqassar, li l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eliġibbli jiġu estizi billi jiġu inklużi dawk li jaħdmu għal rashom u ż-żgħażagħ u li jiġu ffinanzjati l-inċentivi għat-twaqqif ta' negozju proprju;

D.  billi l-Polonja ressqet l-applikazzjoni FEG/2013/006 PL/Fiat għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara 1079 sensja, 829 minn Fiat Auto Poland u 250 mill-21 fornitur u produttur fl-istadju aħħari tal-produzzjoni, b'777 persuna mistennija jipparteċipaw fil-miżuri FEG, marbuta ma' tnaqqis fil-produzzjoni fl-impjant Tychy ta' Fiat Auto Poland S.A. ("l-impjant Tychy tal-Fiat") li jinsab fil-provinċja ta' Slaskie, fil-Polonja, matul il-perjodu ta' referenza mill-21 ta' Jannar 2013 sal-21 ta' Mejju 2013;

E.  billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG,

1.  Jinnota li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament FEG huma sodisfatti u li, għalhekk, jaqbel mal-Kummissjoni li l-Polonja hija intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament;

2.  Jinnota li l-awtoritajiet Pollakki ressqu l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fid-29 ta' Lulju 2013, akkumpanjata minn informazzjoni addizzjonali sas-16 ta' Ġunju 2014 u li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli mill-Kummissjoni fl-10 ta' Novembru 2014;

3.  Jilqa' l-fatt li, biex il-ħaddiema jingħataw assistenza rapida, l-awtoritajiet Pollakki ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fil-21 ta' Jannar 2013, ferm qabel id-deċiżjoni dwar l-għoti tal-appoġġ tal-FEG għall-pakkett koordinat propost;

4.  Jinnota li l-industrija awtomobilistika Ewropea tilfet sehem mis-suq mill-2007 'l hawn, meta l-produzzjoni Ewropea tal-karozzi tal-passiġġieri ammontat għal 32,2 % tal-produzzjoni globali, persentaġġ li waqa' għal 23,2 % fl-2012; barra minn hekk, jenfasizza li l-produzzjoni tal-UE-27 naqset b'7 % mill-2011 għall-2012, filwaqt li l-livelli ta' produzzjoni dinjija żdiedu b'5,3 % fl-istess perjodu; jenfasizza li s-sitwazzjoni kienet saħansitra agħar fil-livell nazzjonali fejn il-volum tal-produzzjoni naqas bi kważi terz fl-2012 meta mqabbel mal-livelli tal-2011;

5.  Konsegwentement, jaqbel mal-Kummissjoni li s-sensji fl-impjant Tychy tal-Fiat u l-fornituri u l-produtturi fl-istadju aħħari tal-produzzjoni tiegħu huma marbuta ma' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji minħabba l-globalizzazzjoni; jissottolinja li l-impatt tal-globalizzazzjoni mar għall-agħar bl-effett tal-kriżi finanzjarja li naqqas il-bejgħ ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri fl-Unjoni għal-livell l-aktar baxx minn mindu bdiet tinżamm l-istatistika;

6.  Jinnota li s-sensji fl-impjant Tychy tal-Fiat mistennija jkollhom impatt negattiv fuq ir-reġjun, hekk kif l-ex ħaddiema tal-Fiat Auto Poland, il-fornituri u l-produtturi fl-istadju aħħari tal-produzzjoni jirrappreżentaw 10 %tal-persuni qiegħda kollha li jgħixu fiż-żona;

7.  Jirrimarka li r-rata tal-qgħad fir-reġjun ta' Slaskie żdiedet mill-2011; barra minn hekk, jinnota żieda ta' sensji kollettivi fir-reġjun li kważi rduppjaw bejn l-2011 u l-2012;

8.  Jinnota li, sal-lum il-ġurnata, is-settur awtomobilistiku kien suġġett ta' 21 applikazzjoni FEG, li 12 minnhom huma bbażati fuq globalizzazzjoni relatata mal-kummerċ, filwaqt li d-disgħa l-oħra huma bbażati fuq il-kriterju ta' kriżi;

9.  Jinnota li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li se jiġu kofinanzjati jinkludi l-miżuri li ġejjin għar-riintegrazzjoni fl-impjieg tat-777 ħaddiem li ngħataw is-sensja: taħriġ u spejjeż relatati mat-taħriġ, taħriġ intraprenditorjali, boroż ta' studju għat-taħriġ, boroż ta' studju għall-apprendistat, spejjeż tal-apprendistat, xogħlijiet ta' intervent, għotjiet għal impjieg indipendenti, inċentivi għar-reklutaġġ;

10.  Jinnota li l-ħruġ ta' għotjiet għall-impjieg indipendenti (sa EUR 4 995 kull ħaddiem) huwa kondizzjonali u marbut mas-suċċess tal-attività ta' impjieg indipendenti; jirrimarka li din il-kondizzjonalità m'għandhiex tiskoraġġixxi lill-parteċipanti milli japplikaw għal din il-miżura ta' appoġġ;

11.  Jinnota li l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati tlestiet fi tmiem l-2013 u li, skont id-data provviżorja, 269 persuna ħadu sehem fi 313-il attività differenti fil-kuntest tal-pakkett, li minnhom 219-il  persuna sabu x-xogħol bħala riżultat tal-appoġġ li ngħata;

12.  Jinnota li, skont id-data provviżorja, l-ispiża totali għall-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati kienet aktar baxxa, b'mod sinifikanti, minn dik stmata minħabba l-għadd aktar baxx ta' ħaddiema li pparteċipaw fis-servizzi;

13.  Jenfasizza li, minkejja li l-għadd ta' ħaddiema li pparteċipaw fl-azzjonijiet kien anqas mill-istima inizjali, skont id-data provviżorja, l-għadd ta' ħaddiema qiegħda koperti bil-pakkett u li għadhom irreġistrati fl-Uffiċċju tax-Xogħol jammonta għal 85, b'tali mod li jagħti prova li l-maġġoranza tal-ħaddiema milquta mis-sensji fil-Fiat Auto Poland sabu x-xogħol;

14.  Jilqa' l-fatt li l-Kunsill Reġjonali tal-Impjiegi kien involut fit-tħejjija tal-applikazzjoni FEG u r-rwol tiegħu fid-deċiżjoni tal-pakkett ta' attivitajiet għall-proġett;

15.  Ifakkar fl-importanza li l-impjegabilità tal-ħaddiema kollha tittejjeb permezz ta ' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat ikun adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, iżda wkoll għall-ambjent reali tan-negozju; jemmen li d-disinn tal-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati għandu jantiċipa l-perspettivi tas-suq tax-xogħol għall-ġejjieni u l-ħiliet rikjesti u għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija li tagħmel użu effiċjenti mir-riżorsi u li tkun sostenibbli;

16.  Jenfasizza li, bi qbil mal-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa r-riintegrazzjoni tal-ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja f'impjieg stabbli; jisħaqfuq il-fatt li, barra minn hekk, l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss miżuri attivi fis-suq tax-xogħol li jwasslu għal impjieg dejjiemi u fit-tul; itenni li l-assistenza mill-FEG ma għandha tissostitwixxi la l-azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi, u lanqas il-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

17.  Jilqa' l-fatt li, fost miżuri oħra, il-ħidma ta' intervent hija speċifikament immirata lejn il-grupp ta' ħaddiema li għandhom aktar minn 50 sena, grupp li jikkostitwixxi proporzjon sinifikanti tal-benefeċjarji; jinnota li dan il-grupp ta' età huwa f'riskju ogħla ta' qgħad fit-tul u esklużjoni mis-suq tax-xogħol;

18.  Jissottolinja l-livell għoli ta' persuni aktar avvanzati fl-età u persuni b'inqas kwalifiki affettwati mis-sensji, li jirrappreżentaw 18,7 % u 62,6 % rispettivament tal-ħaddiema kollha affettwati; jitlob li dawk iż-żewġ gruppi u l-miżuri FEG speċjali mmirati lejhom jingħataw attenzjoni speċjali;

19.  Iqis li s-sitt ħaddiema bi problemi tas-saħħa jew diżabilitajiet fit-tul jista' jkollhom ħtiġijiet speċjali f'dak li jirrigwarda approċċ personalizzat;

20.  Jilqa' l-fatt li l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll dak tan-nondiskriminazzjoni kien u se jibqa' jiġi applikat matul id-diversi stadji ta' implimentazzjoni tal-miżuri FEG u l-aċċess għalihom;

21.  Jinnota li fl-20 ta' Diċembru 2012, Fiat Auto Poland laħqet qbil mat-trade unions, skont liema qbil kienu definiti l-kriterji għall-għażla tal-ħaddiema li kellhom jingħataw is-sensja kif ukoll l-inċentivi li kellhom jingħataw lil dawk il-ħaddiema li jaqblu li jititlqu mill-azjenda volontarjament;

22.  Jinnota li l-informazzjoni fornuta dwar il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; jenfasizza li l-awtoritajiet Pollakki kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva dwar dik id-data fir-rapporti annwali tagħha sabiex tiżgura r-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma tkun tista' sseħħ l-ebda duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;

23.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

24.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

25.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEG/2013/006 PL/Fiat Auto Poland S.A. mill-Polonja)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2015/41.)

(1) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855).


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2014/013 EL/Odyssefs Fokas - Greċja
PDF 339kWORD 79k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-Punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/013 EL/Odyssefs Fokas, imressqa mill-Greċja) (COM(2014)0702 – C8-0245/2014 – 2014/2183(BUD))
P8_TA(2014)0082A8-0063/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0702 – C8‑0245/2014),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006(1) (Regolament dwar il-FEG),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba(3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0063/2014),

A.  billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin jew dawk ta' kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex tgħin lil dawk il-ħaddiema jerġgħu jintegraw ruħhom fis-suq tax-xogħol;

B.  billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u wara li jkun ġie kkunsidrat kif dovut il-FII tat-2 ta’ Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG);

C.  billi l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-FEG tirrifletti l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jiġi introdott mill-ġdid il-kriterju ta' mobilizzazzjoni b'rabta mal-kriżi, biex il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tiġi stabbilita għal 60 % tal-ispejjeż totali stmati tal-miżuri proposti, biex tiżdied l-effiċjenza fit-trattament tal-applikazzjonijiet għall-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u l-approvazzjoni, biex jiġu estiżi l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eliġibbli għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għaż-żgħażagħ, u biex jiġu ffinanzjati l-inċentivi għat-twaqqif ta' impriżi proprji;

D.  billi l-awtoritajiet Griegi ppreżentaw l-applikazzjoni EGF/2014/013 EL/Odyssefs Fokas S.A fid-29 ta' Lulju 2014 wara t-tkeċċija ta' 551 ħaddiema f'Odyssefs Fokas S.A., impriża li kienet topera fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt NACE Rev. 2 diviżjoni 47 ("Kummerċ bl-imnut, ħlief għall-vetturi bil-mutur u muturi");

E.  billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG;

1.  Jilqa' l-fatt li l-awtoritajiet Griegi qiesu l-benefiċċji kbar ta' dan l-istrument baġitarju u diġà użawh bosta drabi bħala mezz biex jiffaċċjaw l-effetti negattivi tal-kriżi finanzjarja u ekonomika;

2.  Jinnota li l-awtoritajiet Griegi ppreżentaw l-applikazzjoni skont il-kriterju ta' intervent tal-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar il-FEG, li jirrikjedi mill-anqas 500 ħaddiem li ngħataw is-sensja jew li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet matul perjodu ta' referenza ta' erba' xhur f'impriża fi Stat Membru, inklużi l-ħaddiema li ngħataw is-sensja jew persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet fir-rigward tal-fornituri tagħha u tal-produtturi tagħha aktar 'l isfel fil-katina tal-produzzjoni;

3.  Jinnota li l-awtoritajiet Griegi ppreżentaw l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fid-29 ta' Lulju 2014 u li l-valutazzjoni tagħha tqiegħdet għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni fil-11 ta' Novembru 2014; jilqa' l-valutazzjoni rapida ta' anqas minn ħames xhur;

4.  Jinnota li l-awtoritajiet Griegi jsostnu li l-ġrajjiet li wasslu għas-sensji kienu prinċipalment tnejn: it-tnaqqis tad-dħul disponibbli għall-unitajiet domestiċi ― minħabba ż-żieda fil-piż tat-taxxa, it-tnaqqis fis-salarji (kemm ta’ impjegati privati kif ukoll ta' ħaddiema tal-gvern) u ż-żieda fil-qgħad ― li rriżultaw fi tnaqqis qawwi tal-kapaċità tal-akkwist; u t-tnaqqis drastiku ta’ self lil intrapriżi u lil individwi minħabba n-nuqqas ta’ likwidità fil-banek Griegi;

5.  Jaqbel li dawn il-fatturi huma marbutin mal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali indirizzata fir-Regolament (KE) Nru 546/2009(4) u li l-Greċja għaldaqstant hija intitolata għal kontribuzzjoni mill-FEG;

6.  Jinnota li sal-lum, is-settur tal-bejgħ bl-imnut kien is-suġġett ta' tliet applikazzjonijiet għall-FEG, tnejn minnhom mill-Greċja, ibbażati wkoll fuq il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali;

7.  Jinnota li dawn is-sensji sejrin ikomplu jaggravaw is-sitwazzjoni tal-qgħad f'pajjiż fejn matul il-perjodu 2008-2013 in-numru ta' persuni qiegħda żdied b'erba' darbiet u li jippreżenta l-ogħla rata ta’ qgħad fost l-Istati Membri u l-ħames l-ogħla waħda madwar id-dinja; jinsab partikolarment imħasseb dwar ir-reġjuni ta' Attika u tal-Maċedonja Ċentrali, li jikkonċentraw 90 % tas-sensji u li diġà jippreżentaw rati ta' qgħad 'il fuq mill-medja nazzjonali ta' 27,5 %;

8.  Jinnota li minbarra l-551 sensja matul il-perjodu ta' referenza, il-benefiċjarji eliġibbli jinkludu 49 ħaddiem imkeċċi qabel il-perjodu ta' referenza ta' erba' xhur, u b'hekk l-għadd totali ta' benefiċjarji eliġibbli jammonta għal 600 persuna; jinnota li 89,17 % tal-ħaddiema ssensjati eliġibbli għal appoġġ mill-FEG huma nisa.

9.  Jilqa' l-fatt li, barra minn hekk, l-awtoritajiet Griegi sejrin jipprovdu servizzi personalizzati kkofinanzjati mill-FEG lil massimu ta’ 500 żagħżugħ(a) li mhumiex fl-impjieg, edukazzjoni jew taħriġ (NEETs) li jkollhom anqas minn 30 sena fid-data ta’ preżentazzjoni tal-applikazzjoni, peress li s-sensji kollha msemmijin fil-paragrafu 8 jseħħu fir-reġjuni tal-livell 2 tan-NUTS ta' Κεντρική Μακεδονία (Maċedonja Ċentrali) (EL12), Θεσσαλία (Tessalja) (EL14) u Aττική (Attika) (EL30), li huma eliġibbli skont l-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, u għaldaqstant in-numru totali ta' benefiċarji hu 1100;

10.  Jinnota li l-awtoritajiet Griegi ddeċidew li jipprovdu servizzi personalizzati kkofinanzjati mill-FEG lil massimu ta' 500 NEET taħt it-30 sena; jinnota li skont l-applikazzjoni, l-awtoritajiet Griegi sejrin jużaw – fost l-oħrajn – kriterji allinjati mal-kriterji inklużi fil-Pjan ta' Implimentazzjoni tal-Inizjattiva Favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ (jiġifieri żgħażagħ f'riskju tal-esklużjoni, il-livell tad-dħul tal-unitajiet domestiċi, il-livell tal-edukazzjoni, it-tul taż-żmien tal-qgħad, u oħrajn), kif ukoll, espressjonijiet ta' interess; jappella lill-awtoritajiet Griegi biex iżommu f'moħħhom il-kriterji soċjali u jiżguraw li l-għażla tal-benefiċjarji għall-appoġġ mill-FEG tkun tirrispetta kompletament il-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u opportunitajiet indaqs;

11.  Jappoġġa l-kriterji soċjali applikati mill-awtoritajiet Griegi biex jidentifikaw l-NEETs fil-mira tal-miżuri tal-FEG, bil-kunsiderazzjoni tad-data dwar dħul tal-unitajiet domestiċi, il-livell tal-edukazzjoni u t-tul taż-żmien tal-qgħad; jappella biex l-għażla tal-benefiċjarji tirrispetta b'mod sħiħ il-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni sabiex tagħti opportunitajiet anke lil dawk l-iżjed imbiegħda mis-suq tax-xogħol;

12.  Jistieden lill-awtoritajiet Griegi jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar l-azzjonijiet u l-eżiti ffinanzjati bl-għan li jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki, speċjalment fir-rigward tal-għażla u l-appoġġ ipprovdut lill-NEETs;

13.  Jinnota li l-ispejjeż totali stmati huma ta' EUR 10 740 000, li minnhom EUR 210 000 huma ddedikati għall-implimentazzjoni, u li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG tammonta għal EUR 6 444 000, somma li tirrappreżenta 60 % tal-ispejjeż totali;

14.  Jinnota li l-kontribuzzjoni għal attivitajiet ta' tħejjija, ta' ġestjoni, informazzjoni u reklamar, u kontroll u rrapurtar jikkostitwixxu 1,96% tal-baġit totali; jinnota barra minn hekk li hu ppjanat li kważi nofs din il-kontribuzzjoni tintuża għall-informazzjoni u r-reklamar;

15.  Jilqa' l-fatt li, sabiex il-ħaddiema jingħataw assistenza malajr, l-awtoritajiet Griegi ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fl-20 ta' Ottubru 2014, qabel id-deċiżjoni definittiva dwar l-għoti tal-appoġġ mill-FEG għall-pakkett koordinat propost;

16.  Jinnota li l-awtoritajiet Griegi indikaw li l-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati tfassal b'konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-benefiċjarji fil-mira (eks imjegati ta' Fokas u avukati tal-impjegati) u l-Federazzjoni tal-Impjegati Privati fil-Greċja;

17.  Jinnota li s-servizzi personalizzati li għandhom jiġu pprovduti ġew imfassla biex jikkunsidraw il-bżonnijiet speċifiċi tal-NEETs u jikkonsistu fil-miżuri li ġejjin: gwida okkupazzjonali, taħriġ, taħriġ mill-ġdid u taħriġ vokazzjonali, kontribuzzjoni għall-bidu ta’ negozju, benefiċċji għat-tfittix għal impjieg, benefiċċji għat-taħriġ u benefiċċji tal-mobilità;

18.  Jenfasizza l-importanza tas-servizzi personalizzati immirati biex jgħinu l-benefiċjarji fil-mira biex jidentifikaw il-ħiliet tagħhom u biex jistabbilixxu pjan realistiku għal karriera abbażi tal-interessi u tal-kwalifiki tagħhom;

19.  Jilqa' l-fatt li l-monitoraġġ hu inkluż fil-miżuri proposti, li jipprevedi segwitu tal-parteċipanti matul is-sitt xhur li jmiss wara tmiem l-implimentazzjoni tal-miżuri;

20.  Jinnota li l-parti l-kbira tal-fondi mitluba għandhom l-għan li jappoġġaw il-kontribuzzjoni għat-tnedija ta' negozji ġodda (EUR 3 000 000) u miżuri ta' taħriġ (EUR 2 960 000);

21.  Jinnota li l-ammont massimu eliġibbli ta' EUR 15 000 se jingħata lil 200 ħaddiema u NEET magħżula bħala kontribuzzjoni biex ikunu jistgħu jwaqqfu n-negozji proprji tagħhom; jenfasizza l-fatt li l-għan ta' din il-miżura hu l-promozzjoni tal-intraprenditorija billi jiġi pprovdut finanzjament għal inizjattivi ta' negozju vijabbli, li għandhom iwasslu għall-ħolqien ta' aktar postijiet tax-xogħol fuq perjodu ta' żmien medju; jinnota li dan l-ammont massimu eleġibbli se jingħata taħt kundizzjonijiet speċifiċi u skont il-vijabbiltà tan-negozji ġodda appoġġjati;

22.  Jenfasizza l-valur miżjud ġenwin u jirrakkomanda l-offerta għal miżuri attivi fis-suq tax-xogħol; jinnota li madwar terz tal-appoġġ ippjanat jikkonsisti f'benefiċċji u għaldaqstant f'miżuri passivi tas-suq tax-xogħol;

23.  Jinnota li l-ispiża għal miżuri ta' taħriġ f'din l-applikazzjoni tikkumpara tajjeb ma' dik ta' applikazzjoni preċedenti mill-Greċja; jinnota li hemm varjazzjoni ta' dawn l-ispejjeż f'applikazzjonijiet simili minn Stati Membri oħrajn;

24.  Jappella sabiex il-miżuri tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) ippjanati fi ħdan il-perjodu ta' programmazzjoni tal-FSE l-ġdid jikkomplementaw il-pjan tal-FEG u jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni tal-ħaddiema f'setturi ekonomiċi sostenibbli u orjentati lejn il-ġejjieni; ifakkar li, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG, il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati għandu jkun imfassal b'mod li jantiċipa l-perspettivi u l-kapaċitajiet meħtieġa fil-ġejjieni tas-suq tax-xogħol, u għandu jkun jaqbel mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti u sostenibbli fl-użu tar-riżorsi;

25.  Jilqa' l-fatt li se jkunu rispettati l-prinċipji tat-trattament ugwali u tan-nondiskriminazzjoni fl-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom;

26.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

27.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

28.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni EGF/2014/013 EL/Odyssefs Fokas, ippreżentata mill-Greċja)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2015/43.)

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2013/014 FR/Air France - Franza
PDF 326kWORD 77k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/014 FR/Air France, minn Franza) (COM(2014)0701 – C8-0247/2014 – 2014/2185(BUD))
P8_TA(2014)0083A8-0065/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0701 – C8-0247/2014),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(1) (Regolament dwar il-FEG),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0065/2014),

A.  billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin u biex tgħinhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol;

B.  billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u wara li jkun ġie kkunsidrat kif dovut il-FII tat-2 ta’ Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG),

C.  billi l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013(4) tirrifletti l-qbil li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jiddaħħal mill-ġdid il-kriterju dwar il-mobilizzazzjoni f'każ ta' kriżi, biex il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tiżdied għal 60 % tal-ispiża totali stmata tal-miżuri proposti, biex tiżdied l-effiċjenza fit-trattament tal-applikazzjonijiet tal-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għal valutazzjoni u approvazzjoni, biex jiġu estiżi l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eliġibbli billi jiġu introdotti dawk li jaħdmu għal rashom u ż-żgħażagħ u biex jiġu ffinanzjati l-inċentivi għat-twaqqif ta' negozji tagħhom stess;

D.  billi Franza ressqet l-applikazzjoni EGF/2013/014 FR/Air France għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, b'segwitu għal 5213-il sensja, bi 3886 persuna mistennija jipparteċipaw fil-miżuri, matul u wara l-perjodu ta' referenza mill-1 ta' Lulju 2013 sal-31 ta' Ottubru 2013, b'rabta mat-tnaqqis fis-sehem tas-suq tal-Unjoni fit-trasport bl-ajru,

E.  billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG,

1.  Jinnota li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament dwar il-FEG huma ssodisfati; għaldaqstant jaqbel mal-Kummissjoni li Franza hi intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dak ir-Regolament;

2.  Jinnota li l-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fl-20 ta' Diċembru 2013, issupplementata b'informazzjoni addizzjonali sal-24 ta' Lulju 2014, u li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli mill-Kummissjoni fil-11 ta' Novembru 2014;

3.  Jilqa' l-fatt li, sabiex il-ħaddiema jingħataw assistenza malajr, l-awtoritajiet Franċiżi ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fis-6 ta' Novembru 2012, ferm qabel id-deċiżjoni u saħansitra l-applikazzjoni dwar l-għoti tal-appoġġ mill-FEG għall-pakkett koordinat propost;

4.  Iqis li s-sensji fi ħdan Air France huma marbuta ma' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin minħabba l-globalizzazzjoni, hekk kif is-sehem tas-suq tal-Unjoni fil-qasam tat-trasport bl-ajru sejjer lura partikolarment fid-dawl tat-tkabbir spettakolari ta' tliet kumpaniji ewlenin fil-Golf Persjan, xejra li qed tkompli taggrava minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali;

5.  Jinnota li s-sensji f'Air France mistennija jkollhom impatt negattiv fuq ir-reġjun ta' Île-de-France, li qed iħabbat wiċċu wkoll ma' sensja oħra tal-massa hekk kif l-impjant tal-produzzjoni Peugeot Citroën Automobile (PSA) f'Aulnay se jingħalaq kompletament fl-2014;

6.  Jinnota li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li se jiġu kofinanzjati jinkludi l-miżuri li ġejjin għall-integrazzjoni mill-ġdid f'impjieg tat-3886 ħaddiem li ngħataw is-sensja: servizzi ta' konsulenza u gwida vokazzjonali għall-ħaddiema, taħriġ, kontribuzzjoni għall-ħolqien ta' negozju, attivitajiet ta' tagħrif u komunikazzjoni regolari, allowance għal bidla fl-impjieg u benefiċċju ta' mobilità;

7.  Jilqa' l-ammont ta' EUR 21 580 020 ddedikat lill-allowance għal bidla fl-impjieg li se jitħallas sal-aħħar tal-congé de reclassement u li jammonta għal 70 % tal-aħħar salarju gross tal-ħaddiem; jinnota l-fatt li r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 jillimita s-sehem ta' tali allowance għal 35 % tal-ammont totali mobilizzat tal-FEG f'każ partikolari iżda jenfasizza li Franza ressqet l-applikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 546/2009(5), li japplika għal applikazzjonijiet imressqa sal-aħħar tal-2013, u li jippermetti użu ferm aktar ġeneruż ta' fondi għal allowances speċifiċi, bħalma huma l-allowance għal bidla fl-impjieg u l-kontribuzzjoni għall-ħolqien ta' negozju;

8.  Jopponi l-użu tal-FEG bħala mezz ta' finanzjament għas-sensji; jippromwovi l-fatt li dan il-fond jintuża biex jgħin fir-riintegrazzjoni tal-ħaddiema fis-suq tax-xogħol;

9.  Ifakkar li l-fondi għandhom jgħinu fir-riintegrazzjoni tal-benefiċjarji fis-suq tax-xogħol minflok ma jipprovdulhom sostituzzjoni għas-salarju wara li jingħataw is-sensja; jinnota li dan l-għan jista' jintlaħaq aħjar permezz ta' dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013 attwalment fis-seħħ;

10.  Jilqa' l-fatt li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati tfassal b'konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-benefiċjarji fil-mira u s-sħab soċjali: taħriġ, servizzi ta’ konsulenza għall-ħaddiema; kontribuzzjonijiet għall-ħolqien ta' negozju, allowances għal bidla fl-impjieg, benefiċċji ta' mobilità;

11.  Ifakkar fl-importanza li tittejjeb l-impjegabilità tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat jiġi adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja, iżda anke għall-ambjent kummerċjali reali;

12.  Jinnota b'dispjaċir li l-maġġoranza tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandhom bejn il-55 u l-64 sena; jilqa' l-inċentivi differenzjati fi ħdan il-miżura ta' kontribuzzjoni għall-ħolqien ta' negozju għar-reklutaġġ ta' ħaddiema li għandhom aktar minn 55 sena;

13.  Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEG, għandu jiġi żgurat li l-FEG jappoġġja l-integrazzjoni mill-ġdid f'impjieg stabbli tal-ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-fatt li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss miżuri attivi fis-suq tax-xogħol li jwasslu għal impjieg dejjiemi u fit-tul; itenni li l-assistenza mill-FEG ma għandha tissostitwixxi la l-azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas il-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

14.  Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li għandhom jiġu ffinanzjati mill-FEG ma tinkludix informazzjoni dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali, iżda tirreferi għal ftehim bil-miktub mal-intrapriża li qed tagħti s-sensji dwar il-fatt li bl-implimentazzjoni tal-miżuri deskritti hawn fuq, din mhijiex se tirċievi kontribuzzjonijiet finanzjarji minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni għall-istess miżuri; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta’ dik id-data fir-rapporti annwali tagħha sabiex tiżgura r-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma jkunx jista' jkun hemm duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;

15.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

16.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

17.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/014 FR/Air France, minn Franza)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2015/44.)

(1) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855).
(5) Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26).


Ħatra tal-Membri tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni *
PDF 221kWORD 54k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra tal-President, il-Viċi President u l-Membri tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (C(2014)9456 – C8-0284/2014 – 2014/0901(NLE))
P8_TA(2014)0084A8-0070/2014

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2014 għall-ħatra tal-President, il-Viċi President u l-Membri tal-Bord (C(2014)9456),

–  wara li kkunsidra t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010(1),

–  wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0070/2014),

A.  billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprevedi li l-President, il-Viċi President u l-Membri tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (il-Bord) imsemmi fl-Artikolu 43(1)(b) ta' dak ir-Regolament għandhom jinħatru fuq il-bażi ta' mertu, ħiliet, għarfien ta' kwistjonijiet bankarji u finanzjarji, u esperjenza rilevanti għas-superviżjoni finanzjarja, ir-regolamentazzjoni u r-riżoluzzjoni bankarja;

B.  billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprevedi li l-ħatriet għall-Bord għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-bilanċ bejn is-sessi, l-esperjenza u l-kwalifiki;

C.  billi skont l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Kummissjoni adottat fid-19 ta' Novembru 2014 lista mqassra ta' kandidati għall-karigi ta' President u Viċi President tal-Bord;

D.  billi skont l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Kummissjoni adottat fl-1 ta' Diċembru 2014 lista mqassra ta' kandidati għall-karigi ta' Membri tal-Bord imsemmi fl-Artikolu 43(1)(b) ta' dak ir-Regolament;

E.  billi skont l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, iż-żewġ listi mqassra ntbagħtu lill-Parlament;

F.  billi, fil-5 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni adottat proposta għall-ħatra tal-President, il-Viċi President u l-Membri tal-Bord u bagħtet din il-proposta lill-Parlament;

G.  billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament imbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidati proposti għall-karigi ta' President, Viċi President u Membri tal-Bord, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

H.  billi, fit-8 ta' Diċembru 2014, il-Kumitat organizza seduta ma' Elke König, il-kandidata proposta għall-kariga ta' President tal-Bord, fejn għamlet dikjarazzjoni ta' ftuħ u mbagħad wieġbet il-mistoqsijiet mill-Membri tal-Kumitat;

I.  billi, fid-9 ta' Diċembru 2014, il-Kumitat organizza seduta ta' smigħ ma' Timo Löyttyniemi, il-kandidat propost għall-kariga ta' Viċi President tal-Bord, kif ukoll ma' Mauro Grande, Antonio Carrascosa, Joanne Kellermann u Dominique Laboureix, bħala l-erba' kandidati proposti għall-kariga ta' Membru tal-Bord. Il-ħames kandidati proposti kollha għamlu dikjarazzjoni ta' ftuħ f'dik is-seduta u mbagħad wieġbu l-mistoqsijiet mill-Membri tal-Kumitat;

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra ta' dawn il-kandidati proposti li ġejjin:

   (a) Elke König għall-kariga ta' President tal-Bord,
   (b) Timo Löyttyniemi għall-kariga ta' Viċi President tal-Bord,
   (c) Mauro Grande għall-kariga ta' Membru tal-Bord,
   (d) Antonio Carrascosa għall-kariga ta' Membru tal-Bord,
   (e) Joanne Kellermann għall-kariga ta' Membru tal-Bord,
   (f) Dominique Laboureix għall-kariga ta' Membru tal-Bord;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 225, 30.07.2014, p. 1.

Avviż legali