Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 17 ta' Diċembru 2014 - StrasburguVerżjoni finali
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti Stati AKP
 Preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova ***I
 Trattament tariffarju għal merkanzija li toriġina mill-Ekwador ***I
 Mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza fl-2014
 Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2014: Dħul minn multi, ħlasijiet ta' imgħax, rimborżi u ħlasijiet lura - Approprjazzjonijiet ta' ħlas - Persunal tal-Kummissjoni, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
 Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2014: Riżorsi proprji tradizzjonali (TOR), bażijiet tal-VAT u Dħul Gross Nazzjonali (DGN)
 Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE: Għargħar fl-Italja - Terremot fil-Greċja - Silġ fis-Slovenja - Silġ u għargħar fil-Kroazja
 Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2014: Għargħar fl-Italja (Sardenja) fl-2013 – Terremot fil-Greċja – Silġ fis-Slovenja – Silġ u għargħar fil-Kroazja fl-2014
 Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2014: Reviżjoni tal-previżjonijiet tar-riżorsi proprji tradizzjonali, tal-kontribuzzjonijiet tal-VAT u d-DGN
 Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE: Għargħar fis-Serbja, fil-Kroazja u fil-Bulgarija
 Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2014: Għargħar fis-Serbja, l-Kroazja u l-Bulgarija
 Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2014 : bilanċ pożittiv li jirriżulta mill-implimentazzjoni tas-sena finanzjarja 2013
 Riżorsi proprji tal-Unjoni - aġġustament tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri *
 Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE: reġjuni milquta minn katastrofijiet
 Mobilizzazzjoni tal-istrument ta' flessibbiltà – finanzjament tal-programmi tal-Fondi Strutturali għal Ċipru
 Baġit ġenerali ġdid tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015
 Klassifikazzjoni ta’ ksur serju tat-trasport bit-triq
 It-tiġdid tal-Istrateġija ta' Sigurtà Interna tal-UE
 Rikonoxximent ta' stat Palestinjan
 L-industrija tal-azzar tal-UE: nipproteġu l-ħaddiema u l-industriji
 Is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni

Ebda oġġezzjoni għal att delegat: arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti Stati AKP
PDF 222kWORD 53k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Novembru 2014 li jemenda l-Anness 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika C(2014)08355 – 2014/2954(DEA))
P8_TA(2014)0085B8-0346/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2014)08355),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2014, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, tal-5 ta' Diċembru 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika(1), u b’mod partikolari l-Artikoli 2(2) u 24(6) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati(2),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba inċiżi tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura li skada fis-16 ta' Diċembru 2014,

A.  billi skont ir-Regolament (UE) Nru 527/2013, mill-1 ta' Ottubru 2014 il-Kenja ma baqgħetx koperta mill-arranġament tal-aċċess għas-suq permess skont ir-Regolament (KE) Nru 1528/2007;

B.  billi fis-16 ta' Ottubru 2014 il-Kenja, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha kkonkludew negozjati dwar Ftehim ta' Sħubija Ekonomika;

C.  billi fl-14 ta' Novembru 2014 il-Kummissjoni adottat att delegat biex terġa' ddaħħal il-Kenja fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007;

D.  billi l-Kummissjoni enfasizzat li deċiżjoni li ma jsirux oġġezzjonijiet tista' tillimita d-devjazzjoni potenzjali tat-traffiku kummerċjali u n-nuqqas ta' esportazzjonijiet fl-UE filwaqt li tnaqqas id-dannu lis-setturi tat-tuna, tal-ortikultura u tal-fjuri li jinqatgħu;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.
(2) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 59.


Preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova ***I
PDF 301kWORD 53k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova (COM(2014)0542 – C8-0128/2014 – 2014/0250(COD))
P8_TA(2014)0086A8-0053/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0542),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0128/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-10 ta' Diċembru 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0053/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li jidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Diċembru 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1383/2014.)


Trattament tariffarju għal merkanzija li toriġina mill-Ekwador ***I
PDF 300kWORD 50k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trattament tariffarju għal merkanzija li toriġina mill-Ekwador (COM(2014)0585 – C8-0172/2014 – 2014/0287(COD))
P8_TA(2014)0087A8-0056/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0585),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0172/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-10 ta' Diċembru 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0056/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Diċembru 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trattament tariffarju għal merkanzija li toriġina fl-Ekwador

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1384/2014.)


Mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza fl-2014
PDF 316kWORD 60k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza, b'konformità mal-punt 14 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (COM(2014)0328 – C8-0020/2014 – 2014/2037(BUD))
P8_TA(2014)0088A8-0068/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0328 – C8‑0020/2014),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(1)(Regolament QFP), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(2), u b'mod partikolari l-punt 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta dwar approprjazzjonijiet ta' pagament mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, kif miftiehma fil-konklużjonijiet konġunti tat-12 ta' Novembru 2013(3),

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, adottat b'mod definittiv fl-20 ta' Novembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2014, adottat mill-Kummissjoni fil-15 ta' April 2014 (COM(2014)0329),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2014 adottata mill-Kunsill fit-12 ta' Diċembru 2014 (16740/2014 – C8-0289/2014),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0068/2014),

A.  billi l-implimentazzjoni tal-QFP 2014-2020 bdiet b'ammont kbir ta' pagamenti pendenti, b'kontijiet mhux imħallsa li jammontaw għal madwar EUR 23,4 biljun fi tmiem l-2013 għall-Politika ta' koeżjoni biss, u livell ta' impenji pendenti (RAL) li jlaħħaq il-EUR 221,7 biljun sal-istess data, jiġifieri EUR 41 biljun aktar minn dak li kien oriġinarjament previst meta ntlaħaq qbil dwar il-QFP 2007-2013; billi din is-sitwazzjoni hija inaċċettabbli u teħtieġ miżuri urġenti, li tuża l-mekkaniżmi ta' flessibbiltà inklużi fir-Regolament QFP, bil-għan li ma tipperikolax it-twettiq tal-politiki u l-programmi tal-Unjoni, kif maqbul unanimament fil-QFP, iżda wkoll biex jiġu limitati t-talbiet għal imgħax fuq ħlasijiet tard u jkun evitat li jiżdiedu l-esponiment ekonomiku u l-vulnerabbiltà tal-benefiċjarji tal-baġit tal-Unjoni;

B.  billi, fil-qafas tal-konċiljazzjoni baġitarja għall-2014, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu b'mod konġunt, fid-dawl tal-ħtieġa li tkun żgurata progressjoni ordinata tal-pagamenti u tkun evitata bidla anomala tar-RAL fil-baġit tal-2015, li jużaw il-mekkaniżmi ta' flessibbiltà differenti li jinsabu fir-Regolament QFP, inkluż il-Marġni ta' Kontinġenza;

C.  billi, wara li ġew eżaminati l-possibbiltajiet finanzjarji kollha l-oħra li jirreaġixxu għal ċirkostanti imprevisti, il-Kummissjoni kienet proponiet li timmobilizza l-ammont kollu tal-Marġni ta' Kontinġenza disponibbli biex jikkumplementa l-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2014, 'il fuq mil-limitu massimu għall-pagamenti.

D.  billi l-Kunsill ma jinterpretax bl-istess mod bħall-Parlament u l-Kummissjoni l-fatt li t-EUR 350 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament mobilizzati fl-2014 fir-rigward tal-Istrumenti Speċjali previsti fir-Regolament QFP għandhom jingħaddu barra l-limitu massimu għall-pagamenti u b'hekk iħalli marġni ta' EUR 711 miljun li għandhom jintużaw qabel ma jsir rikors għall-Marġni ta' Kontinġenza; billi, skont dan, id-deċiżjoni tibqa' miftuħa għal jekk u sa liema punt l-ammont ta' EUR 350 miljun għandux jitnaqqas mill-marġni tal-QFP għall-pagamenti għas-snin finanzjarji attwali jew futuri;

E.  billi ġie miftiehem li, fil-qafas tan-negozjati dwar il-pakketti baġitarji 2014-2015, jiġi mobilizzat il-Marġni ta' Kontinġenza għal ammont ta' EUR 2 818,2 miljun u EUR 350 miljun, jiġifieri EUR 3 168,2 miljun;

F.  billi din il-mobilizzazzjoni aktarx ma tindirizzax b'mod sostenibbli l-kwistjoni dwar l-iskarsezzi ta' pagament reċenti u dwar iż-żieda fl-impenji pendenti, iżda tillimita biss iż-żieda fil-kontijiet pendenti li ġew riportati għas-sena ta' wara, numru li, mill-2010, kiber b'aktar minn 50 % kull sena ;

G.  billi, barra minn hekk, il-finanzjament ta' din il-mobilizzazzjoni jista' jsir prattikament mingħajr ma jkun gravanti fuq il-baġits nazzjonali minħabba dħul addizzjonali ieħor mhux mistenni għas-sena 2014;

H.  billi, barra minn hekk, il-mobbilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza fl-2014 ma tinvolvi l-ebda żieda fil-limitu massimu globali għall-pagamenti (EUR 908 biljun fil-prezzijiet tal-2011) tal-QFP 2014-2020, kif stipulat b'mod ċar fl-Artikolu 13(4) tar-Regolament QFP peress li hu bbilanċjat skont il-marġni tas-snin finanzjarji futuri kif stipulat fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament QFP;

1.  Jaqbel mal-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza għall-2014, kif preżentat fl-anness;

2.  Jissottolinja li l-mobilizzazzjoni ta' dan l-istrument, kif prevista fl-Artikolu 13 tar-Regolament QFP, turi biċ-ċar għal darb'oħra l-bżonn kruċjali li l-baġit tal-Unjoni jsir aktar flessibbli;

3.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2015/435.)

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) Testi adottati, 20.11.2013, P7_TA(2013)0472.


Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2014: Dħul minn multi, ħlasijiet ta' imgħax, rimborżi u ħlasijiet lura - Approprjazzjonijiet ta' ħlas - Persunal tal-Kummissjoni, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
PDF 233kWORD 64k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2014 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni (16740/2014 – C8-0289/2014 – 2014/2036(BUD))
P8_TA(2014)0089A8-0069/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, adottat b'mod definittiv fl-20 ta' Novembru 2013(2),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta dwar l-approprjazzjonijiet ta' ħlas mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni (dikjarazzjoni konġunta tat-12 ta' Novembru 2013), kif miftiehma fil-konklużjonijiet konġunti tat-12 ta' Novembru 2013(3), kif ukoll id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni dwar l-approprjazzjonijiet ta' ħlas, kif miftiehma fl-istess konklużjonijiet konġunti,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(4) (ir-Regolament QFP'),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(5) (FII),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2014, adottat mill-Kummissjoni fit-28 ta' Mejju 2014(COM(2014)0329),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta’ Kontinġenza fl-2014, adottata fit-28 ta' Mejju 2014 (COM(2014)0328),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet konġunti approvati mill-Parlament u mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2014,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2014 adottata mill-Kunsill fit-12 ta' Diċembru 2014 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (16740/2014 – C8-0289/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0069/2014),

A.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju (ABE) Nru 3/2014 għall-baġit ġenerali tal-2014 kif preżentat oriġinarjament mill-Kummissjoni jipproponi li jiżdiedu kemm il-previżjoni tad-dħul li jirriżulta minn multi u penali, u dħul ieħor b'EUR 1 568 miljun u kemm l-approprjazzjonijiet ta' ħlas b'EUR 4 738 biljun fl-intestaturi 1a, 1b, 2 u 4 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), bil-għan li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta' ħlas sal-aħħar tas-sena billi jiġu koperti l-obbligi li jirriżultaw minn impenji passati u attwali;

B.  billi l-implimentazzjoni tal-QFP 2014-2020 bdiet b'ammont enormi ta' ħlasijiet arretrati, b'kontijiet mhux imħallsa li kienu jammontaw għal madwar EUR 23 400 miljun fi tmiem l-2013 għall-Politika ta' Koeżjoni waħedha u livell ta' impenji pendenti (RAL) li laħaq il-EUR 221,7 biljun fl-aħħar tal-2013, i.e. EUR 41 000 miljun aktar mill-ammont li ġie previst oriġinalment meta ntlaħaq il-qbil dwar il-QFP 2007-2013;

C.  billi, mit-total tal-ABE Nru 3/2014, EUR 99 miljun biss huma intenzjonati biex ikopru l-programmi għall-2014-2020 taħt il-politika ta' koeżjoni, il-bqija għandhom x'jaqsmu mal-għeluq tal-programmi tal-2007-2013 (EUR 3 296 miljun) u l-ħtiġijiet ta' ħlas li joħorġu minn intestaturi oħra (EUR 1 340 miljun);

D.  billi l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni impenjaw ruħhom permezz tad-dikjarazzjoni konġunta tat-12 ta' Novembru 2013 li jiżguraw li l-Unjoni jkollha l-mezzi finanzjarji disponibbli biex tkopri l-obbligi ġuridiċi tagħha fl-2014 billi tissalvagwardja progressjoni b'ordni tal-ħlasijiet u billi tirrikorri għal diversi mekkaniżmi ta' flessibilità inklużi fir-Regolament QFP, inkluż l-Artikolu 13 (il-marġni ta' kontinġenza);

E.  billi xi delegazzjonijiet fil-Kunsill esprimew riżervi rigward l-użu tal-marġni ta' kontinġenza fl-ABE Nru 3/2014, li l-Parlament jikkunsidra tħassib mhux ġustifikat u li jmur kontra l-ispirtu tar-Regolament QFP u l-FII;

1.  Jieħu nota tal-ABE Nru 3/2014 kif propost mill-Kummissjoni;

2.  Japprova l-konklużjonijiet konġunti miftiehma mill-Parlament u mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2014 bl-għan li jiġi previst tisħiħ fil-pagamenti, fil-baġit tal-2014, fuq għadd ta' intestaturi baġitarji sal-livell ta' EUR4 246 miljun, li minnhom EUR 3 168 miljun se jkunu mobilizzati permezz tal-Marġni ta' Kontinġenza għall-2014;

3.  Jilqa', b'mod partikolari, iż-żidiet fl-approprjazzjoni ta' ħlas għall-Intestatura 1a u l-Intestatura 4, li b'mod ġenerali inżammu fil-kompromess finali deskritt fil-konklużjonijiet konġunti tat-8 ta' Diċembru 2014;

4.  Jilqa' ż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta' ħlas għall-Intestatura 1b li hi l-qasam ewlieni effettwat min-nuqqas ta' pagamenti fil-baġit tal-Unjoni b'mod ġenerali; jikkunsidra, mandankollu, li dan huwa l-minimu assolut biex jiġu koperti l-ħtiġijiet effettivi sa tmiem l-2014 u mhux se jkunu biżżejjed biex ikopru l-effett ta' valanga rikorrenti tal-kontijiet mhux imħallsa li ilu jespandi mill-baġit tal-2010; ifakkar, b'mod partikolari, li l-maġġoranza tal-fatturi taħt l-intestatura 1b tradizzjonalment mressqa mill-Istati Membri lejn l-aħħar ta' kull sena finanzjarja bil-ħsieb li jiġu evitati diżimpenji possibbli minħabba l-applikazzjoni tar-regoli N+2 u N+3;

5.  Jappoġġa l-proposta għall-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza u jissottolinja l-interpretazzjoni tiegħu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament QFP li l-pagamenti marbutin mal-istrumenti speċjali jridu jingħaddu oltre limiti massimi; jemmen li kwalunkwe interpretazzjoni oħra ddgħajjef il-bażi għall-qbil politiku dwar il-QFP 2014-2020, speċifikament il-fehim li għandha tiġi implimentata flessibilità speċifika u massima li tippermetti li l-Unjoni tissodisfa l-obbligi tagħha;

6.  Ifakkar li l-adozzjoni tal-ABE Nru 3/2014, l-ABE Nru 4/2014, l-ABE Nru 6/2014, u l-ABE Nru 8/2014 se tnaqqas is-sehem tal-kontribuzzjoni DGN mill-Istati Membri għall-baġit tal-Unjoni b'total ta' EUR 8 688 miljun, u għalqdaqstant se tikkumpensa kompletament il-ħtiġijiet ta' ħlas addizzjonali rikjesti fl-ABE Nru 3/2014, kif maqbul fil-konklużjonijiet konġunti tat-8 ta' Diċembru 2014;

7.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2014;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiddikjara li l-Baġit Emendatorju Nru 2/2014 ġie adottat b'mod definittiv u jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(2) ĠU L 51, 20.2.2014, p. 1.
(3) Testi adottati tal-20 ta' Novembru 2013, P7_TA(2013)0472.
(4) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(5) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(6) ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.


Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2014: Riżorsi proprji tradizzjonali (TOR), bażijiet tal-VAT u Dħul Gross Nazzjonali (DGN)
PDF 304kWORD 60k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2014 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni (16741/2014 – C8-0290/2014 – 2014/2053(BUD))
P8_TA(2014)0090A8-0076/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, adottat b'mod definittiv fl-20 ta' Novembru 2013(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 4/2014 adottat mill-Kummissjoni fid-9 ta' Lulju 2014 (COM(2014)0461)),

–  wara li kkunsidra l-ittra emendatorja Nru 1 tal-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 4/2014, li l-Kummissjoni ppreżentat fis-16 ta' Ottubru 2014,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet konġunti approvati mill-Parlament u mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2014,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2014 adottata mill-Kunsill fil-12 ta' Diċembru 2014 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (16741/2014 – C8-0290/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8‑0076/2014),

A.  billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju (ABE) Nru 4/2014, jirrigwarda reviżjoni tal-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (i.e. dazji doganali u imposti fuq is-settur taz-zokkor), il-VAT u d-Dħul Gross Nazzjonali (DGN), l-ibbaġitjar tal-korrezzjonijiet rilevanti li jikkonċernaw r-Renju Unit, u reviżjoni tal-previżjoni ta' dħul ieħor li jiġi minn multi, li b'hekk jirriżulta f'bidla fil-livell u d-distribuzzjoni bejn l-Istati Membri u l-kontribuzzjoni tar-riżorsi proprji tagħhom għall-baġit tal-Unjoni,

B.  billi l-ABE Nru 4/2014 inaqqas ukoll l-approprjazzjonijiet baġitarji ta’ impenn u ta’ ħlas għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data b’EUR 248 260 u jipproponi xi modifiki għan-nomenklatura tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali biex jirrifletti l-bażi legali adottata,

C.  billi l-ABE huwa kruċjali biex jevita nuqqas ta’ likwidità li jista’ jwassal għal nuqqas ta’ implimentazzjoni fl-2014,

1.  Jieħu nota tal-ABE Nru 4/2014, emendat bl-ittra emendatorja Nru 1 tal-ABE Nru 4/2014, li jipprovdi għar-reviżjoni tal-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (i.e. dazji doganali u imposti fuq is-settur taz-zokkor), fuq il-bażi tal-aħjar estimi tal-Kummissjoni u ċerti żviluppi oħrajn, kif ukoll ir-reviżjoni ulterjuri tal-previżjoni ta’ dħul ieħor, li jiġi minn serje ta’ multi li saru definittivi u għalhekk jistgħu jiġu bbaġitjati;

2.  Jinnota li t-tnaqqis fir-Riżorsi Proprji Tradizzjonali, previst li jkun madwar EUR 646,1 miljun, u fir-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT, b’EUR 192,4 miljun, huwa kkumpensat bil-multi msemmija hawn fuq għal ammont kumulat ta’ EUR 2 433 miljun u b’hekk jitnaqqas mekkanikament il-bżonn għal kontribuzzjonijiet addizzjonali tal-DGN b’EUR 1 594,5 miljun;

3.  Jinnota li l-ABE Nru 4/2014, inkluża l-ittra emendatorja Nru 1 tiegħu, jipprovdi għal tnaqqis kumplessiv fir-rekwiżiti għar-riżorsi proprji addizzjonali, primarjament minħabba l-ibbaġitjar ta' multi u mgħax fuq ħlasijiet li jaslu tard li saru definittivi, u li jammonta għal EUR 2 433 miljun;

4.  Jinnota li l-ABE Nru 4/2014 jipproponi tnaqqis kemm fl-approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll f’dawk ta’ ħlas għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) b’EUR 248 460 minħabba d-dewmien fil-ħatra tal-Kontrollur u l-Assistent KEPD l-ġodda;

5.  Iħaddan il-konklużjonijiet konġunti miftiehma mill-Parlament u mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2014 bil-għan li japprova l-ABE Nru 4/2014 kif oriġinarjament propost mill-Kummissjoni, u kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1 għal ABE Nru 4/2014, bl-inklużjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn mill-ABE Nru 6/2014 relatati mall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-riżerva għall-Ftehimiet ta' Sħubija dwar Sajd Sostenibbli, kif ukoll ir-riallokazzjoni tal-ammont ta' EUR 248 460 tal-approprjazzjonijiet ta' ħlas disponibbli identifikati fl-intestatura għall-KEPD għalll-intestatura baġitarja 23 02 01 Għajnuna umanitarja;

6.  Ifakkar li l-adozzjoni ta' dan l-ABE se tnaqqas il-bżonn għal riżorsi proprji addizzjonali għall-baġit tal-Unjoni b'EUR 2 433 miljun u għalhekk, flimkien mas-sehem imnaqqas tal-kontribuzzjoni tal-DGN mill-Istati Membri lill-baġit tal-Unjoni li jirriżulta mill-ABE Nru 3/2014, l-ABE Nru 6/2014 u l-ABE Nru 8/2014, tikkumpensa bis-sħiħ għall-ħlasijiet addizzjonali meħtieġa rikjesti fl-ABE Nru 3/2014, kif miftiehem fil-konklużjonijiet konġunti tat-8 ta' Diċembru 2014;

7.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2014;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 3/2014 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(2) ĠU L 51, 20.2.2014, p. 1.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(5) ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.


Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE: Għargħar fl-Italja - Terremot fil-Greċja - Silġ fis-Slovenja - Silġ u għargħar fil-Kroazja
PDF 310kWORD 54k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-punt 11 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (għargħar fl-Italja, terremot fil-Greċja, silġ fis-Slovenja u silġ u għargħar fil-Kroazja) (COM(2014)0565 – C8-0137/2014 – 2014/2072(BUD))
P8_TA(2014)0091A8-0073/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0565 – C8-0137/2014),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), u b' mod partikolari tal-punt 11 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet konġunti approvati mill-Parlament u mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2014,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0073/2014),

1.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2015/436.)

(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2014: Għargħar fl-Italja (Sardenja) fl-2013 – Terremot fil-Greċja – Silġ fis-Slovenja – Silġ u għargħar fil-Kroazja fl-2014
PDF 224kWORD 55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2014 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni (16742/2014 – C8-0291/2014 – 2014/2073(BUD))
P8_TA(2014)0092A8-0078/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, adottat b'mod definittiv fl-20 ta' Novembru 2013(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2014, adottat mill-Kummissjoni fit-8 ta' Settembru 2014 (COM(2014)0564),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet konġunti approvati mill-Parlament u mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2014,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2014 adottata mill-Kunsill fit-12 ta' Diċembru 2014 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (16742/2014 – C8-0291/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0078/2014),

A.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2014 huwa relatat mal-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE (EUSF) għal ammont ta' EUR 46 998 528 f’approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas fir-rigward tal-għargħar fl-Italja (Sardenja) matul Novembru 2013, terremot fil-Greċja (Kefalonja), maltempati bis-silġ fis-Slovenja, u l-istess maltempati bis-silġ, segwiti minn għargħar fil-Kroazja, fit-tmiem ta' Jannar / bidu ta' Frar 2014,

B.  billi l-għan tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2014 huwa li dan l-aġġustament baġitarju jiddaħħal b'mod formali fil-baġit tal-2014,

1.  Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2014, kif imressaq mill-Kummissjoni;

2.  Jenfasizza l-urġenza li tiġi rilaxxata l-assistenza finanzjarja mill-EUSF għall-pajjiżi milquta minn dawn id-diżastri naturali;

3.  Jenfasizza li n-nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' ħlas għall-2014, li kien ir-raġuni sottostanti għall-preżentazzjoni tal-abozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2014 u l-proposta mill-Kummissjoni li takkumpanjah biex jiġi mobilizzat il-Marġini ta' Kontinġenza, jeskludi minn qabel il-possibbiltà li jinstabu r-riżorsi għall-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2014 permezz ta' riallokazzjoni;

4.  Japprova l-Konklużjonijiet konġunti li sar qbil dwarhom mill-Parlament u mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2014 bl-għan li jiġu approvati l-approprjazzjonijiet ta’ impenn addizzjonali li jammontaw għal EUR 47 miljun fil-baġit 2014 u l-ħtiġijiet ta' ħlasijiet korrispondenti jiġu trasferiti għall-baġit 2015;

5.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatortju Nru 5/2014;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiddikjara li l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 4/2014 ġie adottat b'mod definittiv u jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(2) ĠU L 51, 20.2.2014, p. 1.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2014: Reviżjoni tal-previżjonijiet tar-riżorsi proprji tradizzjonali, tal-kontribuzzjonijiet tal-VAT u d-DGN
PDF 227kWORD 57k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2014 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni (16743/2014 – C8-0288/2014 – 2014/2162(BUD))
P8_TA(2014)0093A8-0074/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, adottat b'mod definittiv fl-20 ta' Novembru 2013(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 6/2014 adottat mill-Kummissjoni fis-17 ta' Ottubru 2014 (COM(2014)0649),

–  wara li kkunsidra l-Ittra emendatorja Nru 1/2014 tal-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2014, adottata mill-Kummissjoni fit-3 ta' Diċembru 2014 (COM(2014)0730),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet konġunti miftiehma mill-Parlament u l-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2014,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2014, adottata mill-Kunsill fit-12 ta' Diċembru 2014 u li ntbagħtet lill-Parlament dakinhar stess (16743/2014 – C8-0288/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0074/2014),

A.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju (ABE) Nru 6/2014 għandu x'jaqsam mar-reviżjoni tal-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali, il-kontribuzzjonijiet tal-VAT u l-DGN, it-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet baġitarji għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd kif ukoll ir-riżerva għal Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli, kif ukoll iż-żieda fl-approprjazzjonijiet baġitarji għall-Ombudsman Ewropew,

B.  billi l-impatt ġenerali ta' dan l-ABE fuq id-dħul, wara l-adozzjoni tal-Ittra emendatorja 1/2014 għall-ABE Nru 6/2014, huwa tnaqqis fir-rekwiżiti għar-riżorsi proprji ta' ammont ġenerali ta' EUR 4 095,5 miljun, inkluż tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet tal-DGN mill-Istati Membri ta' EUR 4 515,5 u żieda fl-ammont ta' Riżorsi Proprji Tradizzjonali ta' EUR 420 miljun,

C.  billi l-għan tal-ABE Nru 6/2014 huwa li jdaħħal dawn l-aġġustamenti baġitarji b'mod formali fil-baġit 2014,

1.  Jieħu nota tal-ABE Nru 6/2014 kif imressaq mill-Kummissjoni u kif emendat mill-Ittra emendatorja Nru 1/2014;

2.  Jinnota li t-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet baġitarji relatat mal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd kif ukoll ir-riżerva għal Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli jammonta għal tnaqqis totali ta' EUR 76,3 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' EUR 6,2 miljun f'approprjazzjonijiet ta' ħlas li jirriżultaw primarjament mill-adozzjoni, li saret wara, tal-bażi legali għall-Fond u l-valutazzjoni aġġornata tal-istatus tan-negozjati marbuta mal-Ftehimiet dwar is-Sajd imsemmija qabel;

3.  Jilqa' l-proposta li jintużaw EUR 6,2 miljun mill-iffrankar f'approprjazzjonijiet ta' ħlas msemmi fil-paragrafu 2, biex jgħinu jiffinanzjaw kriżijiet ta' għajnuna umanitarja possibbli sa tmiem is-sena;

4.  Jenfasizza li l-impatt ġenerali tal-ABE Nru 6/2014 fuq il-kontribuzzjonijiet tal-DGN huwa t-tnaqqis ta' EUR 4 515,5 miljun u ż-żieda ta' EUR 420 miljun fil-previżjonijiet għar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali;

5.  Iħaddan il-Konklużjonijiet konġunti miftiehma mill-Parlament u mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2014 bil-għan li jiġi aċċettat l-ABE Nru 6/2014 kif emendat bl-Ittra emendatorja tiegħu, inkluż ċaqlieq tal-parti tan-nefqa għall-ABE Nru 3/2014 u l-ABE Nru 4/2014;

6.  Ifakkar li l-adozzjoni ta' l-ABE Nru 6/2014 se tnaqqas il-bżonn ta' kontribuzzjonijiet tal-DGN tal-Istati Membri b'EUR 4 515,5 miljun u għalhekk, flimkien mat-tnaqqis tas-sehem tal-kontribuzzjoni tal-DGN mill-Istati Membri għall-Baġit tal-Unjoni li jirriżulta mill-ABE Nru 3/2014, l-ABE Nru 4/2014 u l-ABE Nru 8/2014, se tikkumpensa bis-sħiħ għall-bżonnijiet ta' ħlasijiet addizzjonali rikjesti fl-ABE Nru 3/2014 kif miftiehem fil-konklużjonijiet konġunti tat-8 ta' Diċembru 2014;

7.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2014;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiddikjara li l-Baġit Emendatorju Nru 5/2014 ġie adottat b'mod definittiv u jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(2) ĠU L 51, 20.2.2014, p. 1.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE: Għargħar fis-Serbja, fil-Kroazja u fil-Bulgarija
PDF 308kWORD 51k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-punt 11 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Għargħar fis-Serbja, fil-Kroazja u fil-Bulgarija) (COM(2014)0648 – C8-0223/2014 – 2014/2161(BUD))
P8_TA(2014)0094A8-0075/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0648 – C8‑0223/2014),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikulari l-punt 11 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet konġunti li sar qbil dwarhom mill-Parlament u mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2014;

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0075/2014),

1.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2015/437.)

(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2014: Għargħar fis-Serbja, l-Kroazja u l-Bulgarija
PDF 223kWORD 54k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2014 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni (16744/2014 – C8-0292/2014 – 2014/2163(BUD))
P8_TA(2014)0095A8-0072/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, adottat b'mod definittiv fl-20 ta' Novembru 2013(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2014, adottat mill-Kummissjoni fis-17 ta' Ottubru 2014 (COM(2014)0650),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet konġunti approvati mill-Parlament u mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2014;

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2014 adottata mill-Kunsill fit-12 ta' Diċembru 2014 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (16744/2014 – C8-0292/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0072/2014),

A.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2014 huwa relatat mal-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE (EUSF) għal ammont ta’ EUR 79 726 440 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta' ħlas fir-rigward tal-għarar fis-Serbja u l-Kroazja f'Mejju 2014 u tal-għarar fil-Bulgarija f'Ġunju 2014;

B.  billi l-għan tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2014 huwa li dan l-aġġustament baġitarju jiddaħħal b'mod formali fil-baġit tal-2014,

1.  Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju (ABE) Nru 7/2014, kif imressaq mill-Kummissjoni;

2.  Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tiġi rilaxxata l-assistenza finanzjarja mill-EUSF għall-pajjiżi affettwati minn dawn id-diżastri naturali;

3.  Jenfasizza li n-nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' ħlas għall-2014, li kien r-raġuni għat-tressiq tal-ABE Nru 3/2014 u l-proposta ta' akkumpanjament mill-Kummissjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza, jeskludi a priori l-possibilità li jinstabu r-riżorsi għall-ABE Nru 7/2014 permezz ta' riallokazzjoni;

4.  Japprova l-konklużjonijiet konġunti li sar qbil dwarhom mill-Parlament u mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2014 bl-għan li jiġu approvati l-approprjazzjonijiet ta’ impenn addizzjonali li jammontaw għal EUR 80 miljun fil-baġit 2014 u l-ħtiġijiet tal-ħlasijiet korrispondenti jiġu trasferiti għall-baġit 2015;

5.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2014;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiddikjara li l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2014 ġie adottat b'mod definittiv u jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(2) ĠU L 51, 20.2.2014, p. 1.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2014 : bilanċ pożittiv li jirriżulta mill-implimentazzjoni tas-sena finanzjarja 2013
PDF 302kWORD 59k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2014 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni (16745/2014 – C8-0293/2014 – 2014/2225(BUD))
P8_TA(2014)0096A8-0079/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, adottat b'mod definittiv fl-20 ta' Novembru 2013(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4) ,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 2/2014, adottat mill-Kummissjoni fis-15 ta' April 2014 (COM(2014)0234),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 8/2014, adottat mill-Kummissjoni fil-27 ta' Novembru 2014 (COM(2014)0722),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet konġunti approvati mill-Parlament u mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2014;

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2014 adottata mill-Kunsill fit-12 ta' Diċembru 2014 u li ntbagħtet lill-Parlament dakinhar stess (16745/2014 – C8-0293/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0079/2014),

A.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju (ABE) Nru 8/2014 ġie ppreżentat mill-Kummissjoni għax il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ma setax jilħaq qbil dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2014, li kellu skop u kontenut identiċi bħal tal-ABE 8/2014;

B.  billi l-ABE Nru 8/2014 jimmira li jdaħħal fil-baġit 2014 is-surplus li jirriżulta mis-sena finanzjarja 2013, li jammonta għal EUR 1 005 miljun;

C.  billi l-komponenti ewlenin ta' dan is-surplus jikkostitwixxu eżitu pożittiv għall-introjtu ta' EUR 771 miljun, sottoeżekuzzjoni tan-nefqa ta' EUR 276 miljun u differenza ta' kambju pożittiva ta' EUR 42 miljun;

D.  billi min-naħa tal-introjtu ż-żieda tiġi prinċipalment mill-multi u mill-interessi moratorji (EUR 1 331 miljun), filwaqt li l-ammont tar-riżorsi proprji effettivament miġbur meta mqabbel ma' dak imniżżel fil-baġit naqas (- EUR 226 miljun) u d-dħul mis-surplus, mill-bilanċi u mill-aġġustamenti qiegħed jonqos ukoll (- EUR 360 miljun);

E.  billi fin-naħa tan-nefqa s-sottoimplimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet għall-2013 (EUR 107 miljun) u għall-2012 (EUR 54 miljun) ma rriżultatx mill-kapaċità mnaqqsa ta' assorbiment i żda fir-realtà l-indikaturi disponibbli kollha jippuntaw lejn il-fatt li kien hemm skarsezza ta' approprjazzjonijiet ta' pagament kemm fil-baġit tal-2012 kif ukoll f'dak tal-2013;

F.  billi l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju jiddisponi li dan il-baġit emendatorju għandu jkun iddedikat esklużivament lil kwalunkwe diskrepanza bejn il-kontijiet provviżorji u l-estimi u li kwalunkwe ammont żejjed se jiddaħħal fil-baġit tal-Unjoni permezz ta' dan il-baġit emendatorju;

1.  Jieħu nota li l-ABE Nru 8/2014 iddedikat esklużivament għall-inklużjoni fil-baġit tas-surplus tal-2013, għal ammont ta' EUR 1 005 miljun, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju, kif ippreżentat mill-Kummissjoni u tal-pożizzjoni tal-Kunsill;

2.  Josserva li l-ABE Nru 8/2014 ġie ppreżentat mill-Kummissjoni għax il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ma setax jilħaq qbil dwar l-ABE Nru 2/2014, li kellu skop u kontenut identiċi, u li l-Kunsill kien approva fil-qari tiegħu ddatat is-17 ta' Lulju 2014, filwaqt li l-Parlament kien introduċielu emenda fil-pożizzjoni tiegħu adottata fit-22 ta' Ottubru 2014 bil-għan li jżomm ir-rabta politika u proċedurali mal-abbozzi ta' baġits emendatorju Nri 3, 4, 5, 6 u 7/2014;

3.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ma setax jilħaq qbil dwar l-adozzjoni tal-ABE Nru 2/2014 minħabba d-differenzi fil-pożizzjonijiet bejn il-Parlament u l-Kunsill f'dawk li huma l-bżonnijiet ta' pagamenti pendenti għall-2014 u l-pakkett tal-ABE Nri 2-7/2014, u mhux dwar il-kontenut tal-ABE Nru 2/2014 insè;

4.  Ifakkar li l-adozzjoni ta' dan l-ABE Nru 8/2014 se tnaqqas is-sehem tal-kontribuzzjoni ING mill-Istati Membri lill-baġit tal-Unjoni b'EUR 1 005 miljun u għalhekk se tikkumpensa parzjalment għall-kontribuzzjoni tagħhom lill-finanzjament tal-abbozzi tal-baġits emendatorji Nri 3, 5 u 7/2014;

5.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 8/2014;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiddikjara li l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2014 ġie adottat b'mod definittiv u jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(2) ĠU L 51, 20.2.2014, p. 1.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(5) ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.


Riżorsi proprji tal-Unjoni - aġġustament tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri *
PDF 401kWORD 67k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (COM(2014)0704 – C8-0250/2014 – 2014/0332(NLE))
P8_TA(2014)0097A8-0066/2014

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2014)0704),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 322(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0250/2014),

–  wara li kkunsidra l-ittra mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0066/2014),

A.  billi fid-dawl tal-aħħar reviżjonijiet statistiċi miftiehma mill-Istati Membri, jidher li matul numru ta’ snin għadd ta' Stati Membri ħallsu anqas mill-kontribuzzjonijiet dovuti minnhom lill-baġit tal-Unjoni, waqt li oħrajn ħallsu iżjed; billi dawn id-devjazzjonijiet inħolqu mill-bidliet statistiċi maġġuri notifikati mill-Istati Membri;

B.  billi r-regoli attwalment fis-seħħ, kif miftiehma unanimament fi ħdan il-Kunsill, kienu jirriżultaw fil-korrezzjoni f’waqtha tal-ħlasijiet neqsin kif ukoll ta’ dawk żejda;

C.  billi, bħala regola ġenerali, l-Istati Membri fil-passat kollha ħallsu mDGNħajr dewmien sinifikanti l-ammonti kollha tal-kontribuzzjonijiet tagħhom ibbażati fuq l-DGN u l-VAT lill-baġit tal-Unjoni, anki fi żminijiet ta’ kriżi u pressjoni fiskali qawwija;

D.  billi ċerti Stati Membri li fil-passat ibbenefikaw minn sottostima tal-DGN tagħhom esprimew in-nuqqas ta’ rieda tagħhom li jħallsu sal-iskadenza legali l-ammonti addizzjonali dovuti;

E.  billi l-Kunsill talab lill-Kummissjoni tippreżenta proposta li takkomoda din is-sitwazzjoni billi tbiddel ir-regoli kkonċernati u tippermetti d-diferiment u l-ħlasijiet bin-nifs tal-ammonti dovuti;

F.  billi, skont ir-reviżjoni leġiżlattiva li għaddejja bħalissa, seba' Stati Membri ddeċidew li ma jdaħħlux fil-kont tal-UE l-bilanċi rispettivi tagħhom tal-DGN u tal-VAT fl-ewwel jum ta' xogħol ta' Diċembru 2014; billi l-Kummissjoni sussegwentement irrivediet l-ammonti mdaħħla fil-bidu fl-ABE Nru 6/2014, b'kunsiderazzjoni għall-ammonti li effettivament kienu disponibbli f'din id-data;

G.  billi dan qed iseħħ ftit wara li l-istituzzjonijiet iffinalizzaw proċess leġiżlattiv, li beda fl-2011, għar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar ir-Riżorsi Proprji, u saħansitra qabel ma l-pakkett leġiżlattiv il-ġdid daħal fis-seħħ;

H.  billi din il-proposta tifforma parti minn pakkett ta’ negozjar aktar wiesa’ dwar il-baġits emendatorji 2014 u l-baġit 2015;

I.  billi, għall-fini ta’ trasparenza, rapport dwar il-kalkoli u d-data sottostanti għall-aġġustamenti tal-bilanċ tal-VAT u l-DGN għandu jiġi ppreżentat kull sena lill-Parlament fil-kuntest tal-proċedura baġitarja, filwaqt li jippermetti biżżejjed żmien għal kunsiderazzjoni tiegħu, u d-deċiżjoni tal-Istati Membri rigward id-dati u l-livell ta' ħlasijiet bin-nifs għandha tiġi notifikata lill-Parlament;

J.  billi r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ;

1.  Jenfasizza li din il-proposta biex temenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 għandha l-oriġini tagħha fil-konsegwenzi ta’ darba tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal ċerti Stati Membri;

2.  Jiddeplora l-fatt li l-kwistjoni tad-diferiment tal-aġġustamenti tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali ħadet preċedenza fi ħdan il-Kunsill fuq li tinstab pożizzjoni ta’ negozjar dwar in-negozjati baġitarji tal-2014 u l-2015, li ġiet stabbilita biss fl-aħħar ġurnata tal-perjodu ta’ 21 jum ta’ konċiljazzjoni kif provdut fl-Artikolu 314 tat-TFUE u li dan kollu kkontribwixxa għan-nuqqas tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni milli jilħaq ftehim;

3.  Jenfasizza li l-flessibilità u l-urġenza, li l-Kunsill unanimament jirrikjedi fir-rigward taż-żmien tal-kontribuzzjonjiet tal-Istati Membri għall-baġit tal-Unjoni, huma rrifjutati minn għadd ta’ delegazzjonijiet tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni mDGNħajr intoppi tal-QFP 2014-2020 u, b’mod partikolari, il-ħlas f’waqtu tal-ħlasijiet lill-benefiċjarji tal-baġit tal-Unjoni;

4.  Jinsab imħasseb mill-proposta ta’ diskrezzjoni akbar f'idejn l-Istati Membri fir-rigward ta’ meta jagħtu l-kontribuzzjonijiet addizzjonali tagħhom li jirriżultaw mill-aġġustamenti tal-DGN għall-baġit tal-Unjoni; jenfasizza li dan joħloq preċedent li jista’ jkollu impatt fuq it-teżor tal-Kummissjoni, fuq iż-żmien tal-ħlasijiet lill-benefiċjarji tal-baġit tal-Unjoni u, essenzjalment, fuq il-kredibilità tal-baġit tal-Unjoni;

5.  Jenfasizza l-fatt li din il-proposta twassal biex is-sistema tar-Riżorsi Proprji tkun saħansitra aktar kumplessa u hija mmirata li temenda l-leġiżlazzjoni li dalwaqt se tkun mibdula, retroattivament, b’testi leġiżlattivi li diġà hemm qbil dwarhom; jenfasizza, f'dan il-kuntest, ir-rwol kruċjali tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji fit-twassil ta’ proposti li jegħlbu n-nuqqasijiet tas-sistema preżenti;

6.  Jirrikonoxxi madankollu l-ammonti eċċezzjonalment għolja tal-aġġustamenti tal-2014 fir-rigward tar-Riżorsi Proprji bbażati fuq il-VAT u l-DGN, li jistgħu jirrappreżentaw piż finanzjarju qawwi għal ċerti Stati Membri;

7.  Jenfasizza li l-proposta tal-Kummissjoni hija parti minn pakkett ta’ negozjar aktar wiesa' li jinkludi l-emendi baġitarji 2014 u l-baġit 2015 u, għalhekk, jevita milli jirrifjutaha;

8.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni biex konsegwentement timmodifika l-proposta tagħha, skont l-Artikolu 293(2) tat-TFUE u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom;

10.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

11.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;

12.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2
Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000
Artikolu 10 – paragrafu 7a – subparagrafu 5
L-Istati Membri jistgħu japplikaw l-ewwel subparagrafu, jekk dawn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni qabel l-ewwel jum tax-xogħol ta’ Diċembru bid-deċiżjoni tagħhom, u bid-data jew id-dati tad-dħul tal-ammont tal-aġġustamenti fil-kont imsemmi fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament.
L-Istati Membri jistgħu japplikaw l-ewwel subparagrafu, jekk dawn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni qabel l-ewwel jum tax-xogħol ta’ Diċembru bid-deċiżjoni tagħhom, u bid-data jew id-dati tad-dħul tal-ammont tal-aġġustamenti fil-kont imsemmi fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’kull deċiżjoni bħal din, inklużi lill-Istati Membri kkonċernati, l-għadd ta’ ħlasijiet akkont, l-ammont ta’ kull ħlas akkont u d-dati tad-dħul fil-kontijiet.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)
Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000
Artikolu 10 – paragrafu 8

Il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:
'8. L-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4 sa 7 jikkonstitwixxu modifikazzjonijiet għall-introjtu fir-rigward tas-sena finanzjarja li fiha jseħħu.
'8. L-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4 sa 7 jikkonstitwixxu modifikazzjonijiet għall-introjtu fir-rigward tas-sena finanzjarja li fiha jseħħu. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-modifiki fid-dħul li jaqgħu taħt dan l-Artikolu.'

Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE: reġjuni milquta minn katastrofijiet
PDF 306kWORD 53k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-punt 11 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (COM(2014)0348 – C8-0021/2014 – 2014/2038(BUD))
P8_TA(2014)0098A8-0077/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0348 – C8-0021/2014),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet konġunti approvati mill-Parlament u mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0077/2014),

A.  Billi, skont ir-Regolament (UE) Nru 661/2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2012/2002, l-ammont ta’ EUR 50 000 000 huwa disponibbli għall-ħlas ta’ pagamenti bil-quddiem permezz ta’ approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni,

1.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma ' din ir-riżoluzzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2015/422.)

(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


Mobilizzazzjoni tal-istrument ta' flessibbiltà – finanzjament tal-programmi tal-Fondi Strutturali għal Ċipru
PDF 311kWORD 57k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità, b'konformità mal-punt 12 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (COM(2014)0349 – C8-0022/2014 – 2014/2039(BUD))
P8_TA(2014)0099A8-0071/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0349 – C8-0022/2014),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(1), (Regolament QFP) u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(2), u b'mod partikulari l-punt 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ baġit ġenerali l-ġdid tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, adottat mill-Kummissjoni fit-28 ta' Novembru 2014 (COM(2014)0723),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta’ baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, adottata mill-Kunsill fis-12 ta’ Diċembru 2014 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (16739/2014 – C8-0287/2014),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fis-17 ta' Diċembru 2014 dwar l-abbozz ġenerali tal-baġit tal-2015(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0071/2014),

A.  billi, wara li ġew eżaminati l-possibilitajiet kollha għall-allokazzjoni mill-ġdid tal-approprjazzjonjiet ta’ impenn taħt is-subintestatura 1b, jidher li tinħtieġ il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn,

B.  billi l-Kummissjoni pproponiet li timmobilizza l-Istrument ta’ Flessibbiltà lil hinn mil-limitu massimu tal-QFP sabiex tikkomplementa l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, bl-ammont ta' EUR 79 8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn fir-rigward tal-allokazzjoni addizzjonali mill-Fondi Strutturali lil Ċipru, b'ammont totali ta' EUR 100 miljun għall-2015,

1.  Jirrimarka li, minkejja tisħiħ ristrett fl-approprjazzjonijiet ta' impenn fuq għadd limitat ta' partiti tal-baġit, il-limitu massimu għall-2015 tas-subintestatura 1b ma jippermettix finanzjament adegwat għal prijoritajiet politiċi importanti u urġenti tal-Unjoni;

2.  Jaqbel għalhekk mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà u jemenda l-proposta tal-Kummissjoni sabiex jiffinanzja l-allokazzjoni addizzjonali għall-programmi tal-Fondi Strutturali Ċiprijotti taħt is-subintestatura 1b sal-ammont ta' EUR 83,26 miljun;

3.  Itenni li l-mobilizzazzjoni ta' dan l-istrument, kif prevista fl-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-QFP, turi biċ-ċar għal darb'oħra l-ħtieġa kruċjali li l-baġit tal-Unjoni jkun flessibbli;

4.  Itenni l-opinjoni tiegħu li ilha stabbilita li, mingħajr preġudizzju għall-possibiltà li l-approprjazzjonijiet ta' pagament jiġu mobilizzati għal intestaturi baġitarji speċifiċi permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà mingħajr mobilizzazzjonijiet preċedenti f'impenji, il-pagamenti li jirriżultaw minn impenji preċedentement mobilizzati permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà jistgħu jingħaddu biss oltre l-limiti massimi;

5.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2015/421.)

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) Testi adottati, P8_TA(2014)0100.


Baġit ġenerali ġdid tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015
PDF 821kWORD 292k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (16739/2014 – C8-0287/2014 – 2014/2224(BUD))
P8_TA(2014)0100A8-0067/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3) (ir-Regolament QFP),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4) (Ftehim Interistituzzjonali 2 ta' Diċembru 2013),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2014 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit, Taqsima III – il-Kummissjoni(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2014 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2015(6) ,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 adottat mill-Kummissjoni tal-24 ta' Ġunju 2014 (COM(2014)0300),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, adottata mill-Kunsill tat-2 ta' Settembru 2014 u li ntbagħat lill-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2014 (12608/2014 – C8-0144/2014),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ġenerali tal-baġit għall-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015(7),

–  wara li kkunsidra l-fatt li l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ma laħaqx ftehim dwar test konġunt fi żmien il-wieħed u għoxrin ġurnata msemmija fl-Artikolu 314(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ġdid tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 li adottat il-Kummissjoni fis-27 ta' Novembru 2014 (COM(2014)0723), skont l-Artikolu 314(8) TFUE,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tat-trilogu baġitarju tat-8 ta' Diċembru 2014,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-abbozz ġdid tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, li l-Kummissjoni adottat fit-12 ta' Diċembru 2014 (16739/2014)– C8-0287/2014) u li ntbagħtet lill-Parlament dakinhar stess,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0067/2014),

1.   Ifakkar li "l-abbozz ta’ pakkett" miftiehem, kif stipulat fl-anness, li ġie miftiehem wara negozjati diffiċli, mir-rappreżentanti tal-Parlament u l-Kunsill matul it-trilogu tat-8 ta’ Diċembru 2014 fih tliet elementi: L-Abbozz ta' Baġits Emendatorji Nru 3-8/2014 għal ammont ġenerali ta' EUR 49,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 3 529,6 miljun addizzjonali minn flejjes ġodda f'approprjazzjonijiet ta' pagament, il-baġit tal-Unjoni għas-sena 2015 stabbilit għal-livell ta' EUR 145 321,5 miljun u EUR 141 214,0 miljun, f'approprjazzjonijiet ta' impenn u pagament rispettivament, u sitt dikjarazzjonijiet konġunti kif ukoll tliet dikjarazzjonijiet unilaterali;

2.  Jissottolinja li, filwaqt li jippermetti lill-Kummissjoni tirrispondi għall-aktar ħtiġijiet ta' pagament urġenti fl-2014, il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali fil-baġit tal-2014 mhux se jkun biżżejjed biex isolvi l-effett rikorrenti ta' ġmigħ ta' kontijiet penedenti fl-2015; għalhekk iqiegħed l-enfasi fuq id-dikjarazzjoni konġunta dwar pjan ta' pagamenti li jakkumpanja l-pakkett ta' qbil fuq il-baġit 2014 and l-baġit 2015;

3.  Huwa konvint, madankollu, li jeħtieġ li l-isforzi jiġu intensifikati fis-snin li ġejjin bil-għan li l-livell ta' kontijiet pendenti jitnaqqas għal livell sostenibbli, b' enfażi partikolari fuq il-politika ta' koeżjoni; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-impenn konġunt tat-tliet istituzzjonijiet tal-Unjoni li jikkunsidraw kwalunkwe mezz possibbli biex inaqqsu l-livell ta' dawk il-kontijiet, kif imfisser fid-dikjarazzjoni konġunta dwar pjan ta' pagamenti li jakkumpanja l-pakkett ta' qbil baġitarju ta' din is-sena;

4.  Jilqa' ż-żieda ta' EUR 244,2 miljun fil-livell ġenerali ta' approprjazzjonjiet ta' impenn meta mqabbla mal-pożizzjoni oriġinali tal-Kunsill tat-2 ta' Settembru 2014; jinsab sodisfatt mill-fatt li t-tnaqqis mill-Kunsill ta' EUR 521,8 miljun f'impenji ġie invertit totalment u li EUR 170,7 miljun addizzjonali ġew miżjuda, inkluż il-pakkett sħiħ ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji u EUR 95 miljun għal Orizzont 2020, COSME, ERASMUS u l-għajnuna umanitarja;

5.  Jiddispjaċih madankollu li l-Kunsill għal darb'oħra ma kienx lest jikkomplimenta d-dikjarazzjonijiet politiċi tiegħu b'riżorsi baġitarji suffiċjenti rigward l-appoġġ għal impjiegi u tkabbir kif ukoll għall-impenji internazzjonali tal-Unjoni, li wera billi ma qabilx ma' żieda fil-baġit għal-limitu tal-QFP fl-Intestaturi 1a u 4; jinsab kuntent li ż-żidiet miksuba fin-negozjati jikkorrispondu mal-prijoritajiet politiċi tal-Parlament; jiddispjaċih madankollu, f'dan il-kuntest, li l-Kunsill jidher li m'għad għandu l-ebda prijorità politika u jinteressah biss li, kemm jista' jkun, jillimita l-ispejjeż b'mod orizzontali;

6.  Jilqa' l-fatt li bis-saħħa ta' dħul assenjat addizzjonali identifikat fil-Politika Agrikola Komuni wara l-preżentazzjoni tal-ittra emendatorja Nru 1/2015 tal-Kummissjoni, instabet soluzzjoni għall-finanzjament ta’ EUR 273,6 miljun għall-miżuri ta' emerġenza b'reazzjoni għall-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjoni tal-ikel mingħajr ma tkun mobilizzata mill-bidu nett ir-riżerva għal-kriżijiet fis-settur agrikolu;

7.  Jilqa' pożittivament li l-livell ġenerali tal-approprjazzjonijiet ta' pagament miftiehem għall-2015 għandu żieda ta' 1,6 % meta mqabbla mal-baġit 2014, u huwa EUR 1 217,1 miljun aktar mill-ewwel qari tal-Kunsill; jinsab partikolarment sodisfatt li, bis-saħħa tar-riallokazzjoni ta' EUR 448,5 miljun u d-dħul żejjed assenjat u identifikat fl-ittra emendatorja imsemmija hawn fuq, il-livelli ta' pagament miksuba fl-Intestaturi 1a u 4 huma aktar mill-Abbozz ta' Baġit inizjali tal-24 ta' Ġunju 2014;

8.  Jinnota madankollu li, b'mod partikolari fir-rigward ta' pagamenti, in-negozjati baġitarji saru aktar u aktar diffiċli matul l-aħħar snin, primarjament minħabba l-pożizzjoni mhux flessibbli tal-Kunsill; jenfasizza għal darb'oħra l-pożizzjoni tiegħu li l-funzjoni prinċipali tal-proċedura baġitarja għandha tkun li jkun hemm qbil dwar il-prijoritajiet politiċi fl-impenji baġitarji, filwaqt li l-pagamenti għandhom sempliċement ikunu meqjusa bħala segwitu tekniku biex ikunu onorati dawn l-impenji; ifakkar lill-Kunsill li d-definizzjonijiet tat-tip ta' approprjazzjoni fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u r-regoli ta' applikazzjoni tiegħu, li jistqarru li "l-approprjazzjonijiet ta’ pagament għandhom ikopru l-pagamenti magħmula biex jonoraw l-impenji legali li jsiru matul is-sena finanzjarja jew snin finanzjarji preċedenti";

9.  Jilqa' l-fatt li l-Kunsill, fl-aħħar, qabel mal-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza għall-2014, anki jekk b'ammont aktar baxx minn dak meħtieġ; jilqa' ukoll, iż-żieda ġenerali fil-baġit 2014, f'għadd ta' linji baġitarji sal-livell ta' EUR 4,2 biljun, li minnhom EUR 3 168,2 miljun se jkunu mobilizzati permezz tal-Marġini ta' Kontinġenza għall-2014, kif ukoll il-fatt li żidiet proposti fl-ABE Nru 3/2014 f'approprjazzjonijiet ta' pagament għal-Intestatura 1a u l-Intestatura 4 inżammu l-istess fil-biċċa l-kbira tagħhom fil-kompromess finali; jinnota li ż-żidiet prinċipalment huma mmirati lejn is-subintestatura 1b, fejn bħalissa hemm il-parti l-kbira tal-problema tal-kontijiet pendenti fi tmiem is-sena; ifakkar li l-Parlament, fil-qari tiegħu tal-baġit 2014, diġà kien ippreveda l-ħtieġa għal aktar approprjazzjonijiet ta' impenn (il-qbil finali kien EUR 983 miljun anqas mill-pożizzjoni adottata mill-Parlament); jitlob li l-Kunsill ma jippruvax, b'mod artifiċjali, inaqqas il-baġit tal-Unjoni kull sena;

10.  Ma jaqbilx madankollu mal-pożizzjoni tal-Kunsill li ma jintużax id-dħul żejjed mill-multi biex ikunu koperti l-bżonnijiet ta' pagamenti pendenti; hu tal-fehma li sakemm il-kriżi tal-pagamenti tiġi solvuta, id-dħul imprevist kollu għandu jintuża kollu biex jittratta din il-problema; ifakkar li l-abbozz ta' pakkett intlaħaq minħabba li ssodisfa t-talba tal-Parlament li l-problema tal-pagamenti pendenti tiġi stabilizzata; jissottolinja li, madankollu, soluzzjoni reali tal-kriżi ta' pagamenti tal-Unjoni tirrikjedi limitu adegwat ta' kontijiet pendenti;

11.  Jiddeplora l-fatt li l-kwistjoni ta' diferiment tal-aġġustamenti ta' kontribuzzjonijiet nazzjonali ħadet preċedenza fi ħdan il-Kunsill fuq li tinstab pożizzjoni ta' negozjar għan-negozjati baġitarji 2014 u 2015, liema pożizzjoni ġiet stabbilita biss fl-aħħar jum l-21 ġurnata tal-perjodu ta' konċiljazzjoni previst fl-Artikolu 314 tat-TFUE u kkontribwiet għal-falliment tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni li jilħaq ftehim;

12.  Ifakkar li, skont l-Artikolu 310 tat-TFUE, id-dħul u l-infiq murija fil-baġit tal-Unjoni għandhom ikunu f'bilanċ;

13.  Jorbot l-ogħla importanza politika mad-dikjarazzjonijiet konġunti miftiehma bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, b'mod partikolari dwar il-pjan ta' pagament u l-użu ta' strumenti speċjali; jinsisti li l-pjan ta' pagament għandu jkun iffinalizzat kemm jista' jkun malajr u f'kull każ qabel l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-Abbozz ta' Baġit 2016; jenfasizza għal darb'oħra li l-approvazzjoni tiegħu tal-QFP kienet ibbażata fuq il-fehim li l-istrumenti speċjali kollha marbuta mal-pagamenti huma kkunsidrati lil hinn mil-limiti massimi u li kull interpretazzjoni oħra tikkawża awtomatikament il-ftuħ mill-ġdid tal-ftehim tal-QFP;

14.  Itenni l-pożizzjoni li ilu jħaddan inn żmien, li l-pagamenti ta' strumenti speċjali għandhom ikunu kkalkolati lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP, kif huwa l-każ għall-impenji; jiddispjaċih, għal darb' oħra, li ma setax jintlaħaq qbil mal-Kunsill fuq dan il-punt; jenfasizza li, madankollu, jeħtieġ li jsir kull sforz biex mill-aktar fis possibbli jintlaħaq qbil fuq dan il-punt;

15.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu li hemm ħtieġa essenzjali li ssir riforma fil-fond tas-sistema ta' riżorsi proprji biex jissolvew l-imblokki attwali fin-negozjati baġitarji u għalhekk jorbot l-ogħla importanza mal-ħidma tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji, taħt il-presidenza ta' Mario Monti;

16.  Jiddispjaċih bin-nuqqas ta' rieda kemm tal-Kunsill kif ukoll tal-Kummissjoni li jipprovdu l-aġenziji tal-Unjoni b'riżorsi neċessarji, speċjalment rigward il-persunal, biex jissodisfaw il-mandati li ngħataw mill-awtorità leġiżlattiva u jenfasizza li l-ftehim attwali ma jimplikax aċċettazzjoni min-naħa tal-Parlament tal-kunċett tal-Kummissjoni ta' riżerva ta' riallokazzjoni ; barra minn hekk, jiddispjaċih bil-kbir dwar it-tnaqqis tal-persunal f'aġenziji ffinanzjati bil-ħlasijiet u jqis li mhumiex ġustifikati inkwantu l-pożizzjonijiet rispettivi mhumiex iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni;

17.  Jilqa' ż-żieda fl-approprjazzjonijiet għad-disgħa mħallfin ġodda tal-Qorti tal-Ġustizzja; itenni li għandhom jittieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex tkun finalizzata l-proċedura leġiżlattiva sal-1 ta' Ottubru 2015 li tippermetti żieda effikaċi fl-għadd tagħhom; iħeġġeġ lill-Kunsill isib ftehim mingħajr dewmien dwar it-tqassim tal-postijiet għall-imħallfin il-ġodda; jirrikjedi li l-Qorti tippreżenta evalwazzjoni f'waqtha u aġġornata, tal-bżonnijiet finanzjarji addizzjonali għall-imħallfin l-ġodda u l-persunal tagħhom, lill-Kunsill u l-Parlament; jinsisti li l-bżonn ta' persunal addizzjonali li jkun jikkorrispondi mal-ħatra ta' mħallfin ġodda għandu jiġi evalwat b'mod prudenti;

18.  Jilqa' l-implimentazzjoni tal-ewwel fażi tal-ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni; jemmen li dan il-ftehim huwa eżempju tajjeb ta' kif jinstabu sinerġiji bejn l-istituzzjonijiet li se jżid l-effiċjenza u jwassal għall-iffrankar; jistenna li t-tieni fażi ta' dan il-ftehim tkun finalizzata sa Lulju 2015;

19.  Jilqa' t-trasferimenti baġitarji newtrali ta' "spejjeż amministrattivi komuni" għall-persunal tal-Kummissjoni fid-delegazzjonijiet, mit-Taqsima III (il-Kummissjoni) għat-Taqsima X (SEAE) tal-baġit; itenni li dan it-trasferiment se jwieġeb għall-bżonn ta' simplifikazzjoni fil-ġestjoni tan-nefqa amministrattiva tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u ma għandu jkollu ebda impatt ieħor fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi tal-Kummissjoni u lanqas fuq il-kundizzjonijiet ta' xogħol tal-persunal tal-Kummissjoni fid-delegazzjonijiet; jinsisti li t-trasferiment għandu jkun implimentat permezz ta' kooperazzjoni tajba bejn is-SEAE u l-Kummissjoni;

20.  Jiddispjaċih, b'mod ġenerali, bin-nuqqas ta' abilità tal-Kunsill li jikseb pożizzjoni komuni, speċjalment matul il-21 ġurnata ta' perjodu ta' konċiljazzjoni u fir-rigward tal-adozzjoni tal-Abbozz ta' Baġits Emendatorji, u jistieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jaqblu b'mod konġunt, fil-bidu tal-2015, dwar modi kif itejbu l-proċedura baġitarja bil-għan li tkun faċilitata l-adozzjoni tal-baġit tal-Unjoni li għandhom ikunu punt ta' tluqta' approċċ strutturali ġdid tal-baġit Ewropew b'tali mod li kemm jista' jkun jiġu evitati kunflitti bla bżonn u rikorrenti u jitkattar l-għarfien fost l-interlokuturi dwar kemm l-infiq tal-Unjoni jikkontribwixxi għall-impenn komuni ta' tkabbir ekonomiku u impjiegi għall-Unjoni;

21.  Japprova mingħajr emendi l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ġdid ta' baġit għall-2015 kif ukoll id-dikjarazzjonijiet konġunti annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

22.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

23.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet u lill-entitajiet l-oħra kkonċernati kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

ANNESS

ABBOZZ TA' PAKKETT

Baġit 2015 – Konklużjonijiet konġunti

Dan l-abbozz ta’ pakkett ikopri t-taqsimiet li ġejjin:

1.  Baġit 2015

2.  Baġit 2014 — Abbozzi ta' baġits emendatorji (ABE) Nru 3/2014 sa 8/2014

3.  Dikjarazzjonijiet konġunti

DESKRIZZJONI FIL-QOSOR

A.   Baġit 2015

Skont l-abbozz ta’ pakkett:

—  il-livell globali ta’ approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit tal-2015 huwa stabbilit fl-ammont ta’ EUR 145 321.5 miljun. B'mod ġenerali, dan iħalli marġini taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-2015 ta' EUR 1 760.1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn;

—  il-livell globali ta’ approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-2015 huwa stabbilit fl-ammont ta’ EUR 141 214.0 miljun. Dan jinkludi ammont ta’ EUR 126.7 miljun li hu relatat mal-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE marbuta mal-abbozzi tal-baġits emendatorji Nru 5/2014 u 7/2014;

—  l-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-2015 huwa mobilizzat għal ammont ta’ EUR 83.3 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn;

—  l-approprjazzjonijiet ta’ pagament tal-2015 relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għal assistenza addizzjonali għal Ċipru fl-2014 u l-2015 huma stmati mill-Kummissjoni li jammontaw għal EUR 11.3 miljun.

B.   Baġit 2014

Skont l-abbozz ta’ pakkett:

—  l-ABE Nru 3/2014 sa 8/2014 huma aċċettati kif propost mill-Kummissjoni, bl-eċċezzjonijiet stabbiliti fit-taqsima 2;

—  bħala konsegwenza, il-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-baġit tal-2014 jiżdied b’EUR 49.8 miljun, minħabba l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE (li jammonta għal EUR 126.7 miljun) marbuta mal-ABE Nru 5/2014 u 7/2014, li huwa parzjalment ikkumpensat mit-tnaqqis ta’ EUR 76.9 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn fl-ABE Nru 3/2014, 4/2014 u 6/2014 (fil-parti l-kbira relatati mas-sajd);

—  bħala konsegwenza, il-livell ta’ approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-2014 jiżdied bl-ammont ta’ EUR 3 529.6 miljun;

—  il-Marġini ta’ Kontinġenza għall-2014 jiġi mobilizzat għal ammont ta’ EUR 2 818.2 miljun u EUR 350 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament, f’konformità mad-dikjarazzjoni konġunta dwar strumenti speċjali li tinsab fit-taqsima 3.3 hawn taħt.

1.   BAĠIT 2015

1.1.   Linji “magħluqa”

Sakemm ma jingħadx mod ieħor hawn taħt f’dawn il-konklużjonijiet, il-linji baġitarji kollha mhux emendati mill-Kunsill jew mill-Parlament Ewropew, u dawk li għalihom il-Parlament Ewropew aċċetta l-emendi tal-Kunsill matul il-qari rispettiv tagħhom, huma kkonfermati.

Għall-partiti l-oħra tal-baġit, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu dwar il-konklużjonijiet inklużi fit-taqsimiet 1.2 sa 1.7 hawn taħt.

1.2.   Kwistjonijiet orizzontali

a)   Aġenziji deċentralizzati

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f’approprjazzjonijiet ta' impenn u f’approprjazzjonijiet ta' pagament) u l-għadd ta’ postijiet għall-aġenziji deċentralizzati kollha huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit (AB) il-ġdid:

Żidiet ta’ postijiet tal-pjan ta’ stabbiliment u l-approprjazzjonijiet relatati meta mqabbla mal-AB oriġinali:

—  Awtorità Bankarja Ewropea (EBA): +9 postijiet u + EUR 585 000;

—  Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA): +3 postijiet u + EUR 195 000;

—  Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA): +4 postijiet u + EUR 260 000;

—  Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO): +4 postijiet u + EUR 260 000; u

—  Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL): +5 postijiet, ikkombinati mat-tnaqqis ta' -EUR 600 000);

Għall-FRONTEX, żieda fl-infiq operazzjonali ta’ EUR 20.0 miljun f’approprjazzjonijiet ta' impenn u f’approprjazzjonijiet ta’ pagament.

b)   Aġenziji eżekuttivi

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f’approprjazzjonijiet ta' impenn u f’approprjazzjonijiet ta' pagament) u l-għadd ta’ postijiet għall-aġenziji eżekuttivi huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-AB il-ġdid.

c)   Proġetti Pilota/Azzjonijiet Preparatorji

Pakkett komprensiv ta’ 59 Proġett Pilota/Azzjoni Preparatorja (PP/AP) huwa maqbul, kif propost fl-AB il-ġdid, kemm għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn kif ukoll għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament. Meta PP jew AP tidher li hi koperta b’bażi legali eżistenti, il-Kummissjoni tista’ tipproponi t-trasferiment ta’ approprjazzjonijiet għall-bażi legali korrispondenti biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-azzjoni.

Dan il-pakkett jirrispetta bis-sħiħ il-limiti massimi għall-PP u l-AP previsti fir-Regolament Finanzjarju.

d)   Spejjeż amministrattivi komuni tad-Delegazzjonijiet tal-UE

It-trasferiment ta’ “l-Ispejjeż amministrattivi komuni tad-Delegazzjonijiet tal-UE” mit-taqsima tal-Kummissjoni għat-taqsima tas-SEAE tal-baġit, kif propost fl-AB il-ġdid, huwa maqbul.

1.3.   Infiq skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju – approprjazzjonijiet ta’ impenn

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet ta' hawn fuq dwar il-linji baġitarji “magħluqa”, l-aġenziji u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu dwar dan li ġej:

a)   Subintestatura 1a

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-AB il-ġdid biex tiġi riflessa l-prijorità ta’ kontribut għat-titjib tal-aċċess għall-finanzi permezz tal-baġit tal-UE, speċjalment għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs):

(f'EUR 1,000)

Linja baġitarja

Isem

Rinforzi tal-approprjazzjonijiet ta' impenn

2015 AB

AB ġdid 2015

Differenza

24 957,026 457,01 500,002 02 02

Titjib tal-aċċess għal finanzjament għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) f’forma ta’ ekwità u dejn

162 791,7

174 791,7

12 000,0

08 02 02 02Il-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali – Faċilitar tal-aċċess għall-finanzjament għall-intraprendituri, speċjalment dawk l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol, u l-intrapriżi soċjali

04 03 02 03

Titjib tal-aċċess għal finanzjament ta’ riskju għal investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni

337 534,7

342 534,7

5 000,0

Total

18 500,0

Barra minn hekk, it-tisħiħ li ġej tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn meta mqabbel mal-AB il-ġdid huma aċċettati:

(f'EUR 1,000)

Linja baġitarja

Isem

AB ġdid 2015

Baġit 2015

Differenza

02 02 01

Promozzjoni tal-intraprenditorija u titjib tal-kompetittività u l-aċċess għas-swieq għall-intrapriżi tal-Unjoni

106 561,8

108 561,8

2 000,0

02 04 03 02

Trawwim ta' soċjetajiet Ewropej sikuri

148 235,9

153 235,9

5 000,0

08 02 01 01

Tisħiħ tar-riċerka esploratorja fil-Kunsill Ewropew għar-Riċerka

1 631 723,2

1 650 723,2

19 000,0

08 02 02 01

Tmexxija fin-nanoteknoloġiji, materjali avvanzati, teknoloġija tal-lażer, bijoteknoloġija u manifattura u proċessar avvanzati

498 592,7

503 592,7

5 000,0

08 02 03 05

Kisba ta’ ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u provvista sostenibbli ta’ materja prima

291 719,4

297 719,4

6 000,0

09 04 02 01

Rwol ta’ tmexxija fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

819 154,4

824 154,4

5 000,0

09 04 03 02

Trawwim ta’ soċjetajiet Ewropej inklużivi, innovattivi u riflessivi

41 725,8

43 725,8

2 000,0

15 02 01 01

Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni u t-taħriġ u r-relevanza tiegħu għas-suq tax-xogħol

1 336 476,0

1 348 476,0

12 000,0

15 02 01 02

Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew taż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja tad-demokrazija Ewropea

161 745,0

165 245,0

3 500,0

15 02 03

Żvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-isport

20 439,0

20 939,0

500,0

15 03 01 01

Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie — ħolqien, żvilupp u trasferiment ta' ħiliet u għarfien ġodda u innovazzjoni

734 668,4

737 668,4

3 000,0

Total

63 000,0

B’konsegwenza ta’ dan, u wara li jitqiesu l-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji u t-trasferiment tal-ispejjeż komuni tad-delegazzjonijiet tal-UE għat-taqsima tas-SEAE, il-livell ta’ impenji maqbul huwa stabbilit għal EUR 17 551.7 miljun, li jħalli marġini ta’ EUR 114.3 miljun taħt il-limitu massimu tal-infiq tas-subintestatura 1a.

b)   Subintestatura 1b

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost fl-AB il-ġdid.

Filwaqt li jitqiesu l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-mobilizzazzjoni ta’ EUR 83.3 miljun mill-Istrument ta’ Flessibbiltà għal assistenza addizzjonali lil Ċipru, il-livell ta’ impenji maqbul huwa stabbilit għal EUR 49 230.3 miljun.

c)   Intestatura 2

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-AB il-ġdid.

Abbażi tal-elementi ġodda li ħarġu minn meta ġiet ippreżentata l-ittra emendatorja (IE) Nru 1/2015, b’mod partikolari l-informazzjoni dwar l-użu effettiv tal-miżuri ta’ emerġenza meħudin minn Awwissu 2014 bħala rispons għall-projbizzjoni fuq l-importazzjoni tal-ikel Russu, l-eċċess finali tal-FAEG għall-2014 u t-tbassir aġġornat ta’ korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom jinġabru fl-2015, il-miżuri ta’ emerġenza msemmija hawn fuq (inklużi dawk relatati mas-settur tal-prodotti tal-ħalib fl-Istati Baltiċi, li għalihom il-Kummissjoni adottat pakkett ieħor fis-26 ta' Novembru 2014, kif ukoll għall-Finlandja ladarba jintlaħqu l-kondizzjonijiet), jistgħu jiġu ffinanzjati fi ħdan l-approprjazzjonijiet mitluba fl-IE Nru 1/2015 mingħajr ma jsir rikors għar-riżerva ta’ kriżi agrikola, bis-saħħa ta’ dan id-dħul addizzjonali assenjat.

B’konsegwenza għal dan, u wara li jitqiesu l-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji u t-trasferiment tal-ispejjeż komuni tad-delegazzjonijiet tal-UE għat-taqsima tas-SEAE, il-livell ta’ impenji maqbul huwa stabbilit għal EUR 58 808.6 miljun, li jħalli marġini ta’ EUR 790.4 miljun taħt il-limitu massimu tal-infiq tal-intestatura 2.

d)   Intestatura 3

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-AB il-ġdid. Iż-żieda fl-infiq operazzjonali ta’ FRONTEX hija kkumpensata bi tnaqqis korrispondenti tal-partita tal-baġit 18 02 01 01 (Sostenn ta’ ġestjoni tal-fruntieri u politika komuni tal-viżi biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu).

B’konsegwenza għal dan, u wara li jitqiesu l-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji, il-livell ta’ impenji maqbul huwa stabbilit għal EUR 2 146.7 miljun, li jħalli marġini ta’ EUR 99.3 miljun taħt il-limitu massimu tal-infiq tal-intestatura 3.

e)   Intestatura 4

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-AB il-ġdid, b’mod partikolari fir-rigward tat-trasferiment tal-infiq amministrattiv komuni tad-delegazzjonijiet tal-UE għat-taqsima tas-SEAE tal-baġit.

Barra minn hekk, it-tisħiħ li ġej tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn meta mqabbel mal-AB il-ġdid huwa aċċettat:

(f'EUR 1,000)

Linja baġitarja

Isem

AB ġdid 2015

Baġit 2015

Differenza

21 03 01 04

Sostenn għall-proċess ta’ paċi u assistenza finanzjarja lill-Palestina u l-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-refuġjati tal-Palestina (UNRWA)

264 500,0

286 500,0

22 000,0

23 02 01

Konsenja ta’ għajnuna umanitarja u għajnuna alimentari rapida, effikaċi u bbażata fuq il-ħtiġijiet

872 446,0

882 446,0

10 000,0

Total

32 000,0

Madankollu, it-trasferiment tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE mill-intestatura 4 għall-intestatura 5 (taqsima tas-SEAE) kif propost fl-AB il-ġdid ma ġiex aċċettat. Konsegwentement, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament fuq il-linja baġitarja 19 03 01 07 (Rappreżentanti Speċjali tal-UE, intestatura 4) jerġgħu jiġu kif kienu qabel kif propost fl-AB oriġinali.

B’konsegwenza għal dan, u wara li jitqiesu l-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji u t-trasferiment tal-ispejjeż komuni tad-delegazzjonijiet tal-UE għat-taqsima tas-SEAE, il-livell ta’ impenji maqbul huwa stabbilit għal EUR 8 408.4 miljun, li jħalli marġini ta’ EUR 340.6 miljun taħt il-limitu massimu tal-infiq tal-intestatura 4.

f)   Intestatura 5

L-għadd ta’ postijiet fil-pjanijiet ta’ stabbiliment tal-Istituzzjonijiet u l-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-AB il-ġdid, u b'hekk ġew integrati dawn li ġejjin:

—  il-qari rispettiv tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għat-taqsimiet tagħhom tal-baġit;

—  il-qari tal-Parlament Ewropew għall-Qorti tal-Ġustizzja;

—  il-qari tal-Parlament Ewropew għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni; u

—  għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-livell ta’ approprjazzjonijiet propost mill-Kummissjoni fl-AB oriġinali żdied biex jitqies it-trasferiment ta' approprjazzjonijet ta' newtralità baġitarja relatati mal-"ispejjeż amministrattivi komuni tad-Delegazzjonijiet tal-UE" mit-taqsima tal-Kummissjoni għat-taqsima tas-SEAE tal-baġit. Madankollu, it-trasferiment tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE mill-intestatura 4 għat-taqsima tas-SEAE taħt l-intestatura 5 kif propost fl-AB il-ġdid ma ġiex aċċettat. Konsegwentement, l-ebda approprjazzjoni għal dan l-għan mhi inkluża fit-taqsima tas-SEAE tal-baġit.

B’kollox, meta mqabbel mal-AB oriġinali, dawn il-bidliet iwasslu għal:

—  tnaqqis nett ta’ 35 post tal-pjan ta’ stabbiliment, minħabba t-tnaqqis ta’ 47 post għall-Parlament Ewropew li huwa parzjalment ikkumpensat minn żieda ta’ 12-il post għall-Qorti tal-Ġustizzja;

—  tnaqqis nett f’approprjazzjonijet ta’ EUR 0.6 miljun, minħabba t-tnaqqis ta’ EUR 1.4 miljun għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri, EUR 1.4 miljun għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u EUR 0.4 miljun għall-Kumitat tar-Reġjuni, li huwa parzjalment ikkumpensat minn żieda ta’ EUR 2.6 miljun għall-Qorti tal-Ġustizzja;

—  iż-żieda ta’ EUR 71.5 miljun għas-SEAE tirrifletti t-trasferiment ta' newtralità baġitarja tal-"ispejjeż amministrattivi komuni tad-Delegazzjonijiet tal-UE", li huwa kompletament ikkumpensat fit-taqsima tal-Kummissjoni fis-subintestatura 1a (EUR 0.6 miljun), l-intestatura 2 (EUR 0.1 miljun), l-intestatura 4 (EUR 45.7 miljun) u l-intestatura 5 (EUR 25.2 miljun). B’mod ġenerali, dawn it-trasferimenti jirriżultaw f’żieda netta ta’ approprjazzjonijiet taħt l-intestatura 5 ta’ EUR 46.3 miljun.

Barra minn hekk, kif imqabbel mal-AB il-ġdid, it-trasferiment ta' postijiet tax-xogħol u approprjazzjonijiet ta' impenn ta' newtralità baġitarja mill-Kunsill għall-PMO (Uffiċċju tal-Kontrollur tal-Pagi) huwa maqbul, biex jieħu kont tat-trasferiment sa mill-1 ta' Jannar 2015 tad-determinazzjoni u l-ġestjoni tad-drittijiet ta' pensjoni ta' membri tal-persunal tal-Kunsill attivi u rtirati għall-PMO: żieda ta' sitt postijiet tax-xogħol ta' pjan ta' stabbiliment ta' AST 7 kif ukoll żieda ta' EUR 504 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn fil-Kummissjoni (Taqsima III) jiġu kompletament ikkumpensati bit-tnaqqis ta' 6 postijiet tax-xogħol ta' pjan ta' stabbilment ta' AST 7 kif ukoll bi tnaqqis ta' EUR 504 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn fil-Kunsill (taqsima II).

B’konsegwenza għal dan, b'kont meħud tal-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji kif ukoll it-trasferiment tal-ispejjeż komuni tad-delegazzjonijiet tal-UE għat-taqsima SEAE, il-livell ta’ impenji maqbul huwa stabbilit għal EUR 8 660,5 miljun, li jħalli marġini ta’ EUR 415,5 miljun taħt il-limitu tan-nefqa tal-intestatura 5.

1.4.   Approprjazzjonijiet ta' pagament

Il-livell globali ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-baġit 2015 huwa stabbilit fl-ammont ta’ EUR 141 214 040 563.

Dan jinkludi ammont ta’ EUR 126.7 miljun li jirrelataw mal-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE marbuta ma' ABE Nru 5/2014 u 7/2014, kif ukoll ammont ta’ EUR 440 miljun lihuwa relatat maċ-ċaqliq ta’ approprjazzjonijiet ta' pagament għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ mill-baġit tal-2014 għall-baġit tal-2015.

Id-distribuzzjoni tal-livell globali ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-baġit tal-2015 tieħu kont tal-passi li ġejjin:

a)  approprjazzjonijiet ta' pagament għal nefqa mhux differenzjata kif stabbilita hawn fuq, b’mod partikolari taħt l-intestaturi 2 u 5; u

b)  l-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-pakkett ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji kif stabbiliti hawn fuq, huma kkalkulati kif ġej: approprjazzjonijiet ta' pagament għall-proġetti pilota kollha u għall-azzjonijiet preparatorji huma stabbiliti għal 50 % tal-impenji korrispondenti jew fil-livell propost mill-Parlament Ewropew, skont liem ikun l-anqas; fil-każ ta' estensjoni ta' proġetti pilota eżistenti u azzjonijiet preparatorji l-livell ta' pagamenti huwa wieħed definit fl-AB b'żieda ta' 50 % tal-impenji korrispondenti ġodda, jew fil-livell propost mill-Parlament Ewropew, skont liem ikun l-anqas;

c)  it-tnaqqis ta’ EUR 123.3 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament meta mqabbel mal-AB ġdid huwa mifrux b’mod proporzjonali fost il-linji baġitarji kollha b’approprjazzjonijiet differenzjati li mhumiex affettwati mill-punt b) t'hawn fuq, bl-eċċezzjoni tal-linji baġitarji li ġejjin, li għalihom il-livell tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament huwa stabbilit fil-livell tal-AB il-ġdid:

—  l-ispiża għas-subintestatura 1a (Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi) u għall-intestatura 4 (Ewropa Globali);

—  Il-linji baġitarji 04 02 17, 04 02 60, 11 06 12, 13 03 16 u 13 03 60 għall-objettiv ta' Konverġenza; u

—  Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Internazzjonali.

Abbażi tar-riżultati miksuba fil-punt c) t'hawn fuq, isiru l-aġġustamenti finali li ġejjin:

—  ammont ta’ EUR 100 miljun huwa miżjud mal-linja baġitarja 13 04 02

(Tlestija tal-Fond ta’ Koeżjoni (2007-2013)), ikkumpensat minn:

—  tnaqqis ta' EUR 50 miljun mil-linja baġitarja 13 03 18 (Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) - Kompetittività reġjonali u impjieg); u

—  tnaqqis ta’ EUR 50 miljun, mifruxa mal-linji baġitarji kollha b’approprjazzjonijiet differenzjati li mhumiex affettwati mill-punt b) t'hawn fuq, għall-ispejjeż tas-subintestatura 1a (Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi) u l-intestatura 4 (Ewropa Globali), bl-eċċezzjoni tal-linja baġitarja 23 02 (Għajnuna umanitarja, assistenza għall-ikel u l-istat ta' preparazzjoni għal diżastri), li għalihom l-ammonti stabbiliti fl-AB il-ġdid huma miżmuma.

1.5.   Rimarki Baġitarji

F’dak li jirrigwarda r-rimarki baġitarji, l-AB il-ġdid huwa approvat, b'hekk jintegra l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, ħlief għal-linji baġitarji 04 03 01 03 u 19 03 01 06, bil-fehim li dawn l-emendi ma jistgħux jimmodifikaw jew jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ bażi legali eżistenti, jew ikollhom effett fuq l-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet.

1.6.   Linji baġitarji ġodda

In-nomenklatura baġitarja kif proposta mill-Kummissjoni fl-AB il-ġdid ser tibqa' l-istess.

1.7.   Riżervi

L-ebda ammont m’hu mqiegħed taħt riżervi kondizzjonali għat-taqsima tal-Kummissjoni.

2.   BAĠIT 2014

a)  L-approprjazzjonijiet ta’ impenn addizzjonali (EUR 126,7 miljun) mitluba għall-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE fl-ABE Nru 5/2014 u 7/2014 ġew approvati. Il-pagamenti korrispondenti jiġu ttrasferiti għall-baġit tal-2015.

b)  L-ABE Nru 3/2014 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni, bi tnaqqis ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament kif ġej:

—  Żvilupp rurali: EUR 90 miljun għat-tlestija tal-programmi ta’ żvilupp rurali 2007-2013 mhumiex aċċettati b'kont meħud tal-livell iktar baxx milli mistenni tad-dikjarazzjoni ta' pagamenti ppreżentata mill-Istati Membri f’Novembru 2014. Barra minn hekk, ġie maqbul tnaqqis ta’ EUR 20 miljun mill-Programmi l-ġodda;

—  L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ: tnaqqis ta' EUR 420 miljun għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ġie maqbul. Madankollu, ammont ta’ EUR 440 miljun ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ huwa miżjud mal-baġit tal-2015, kif stabbilit fit-taqsima 1.4 t'hawn fuq;

—  Tnaqqis ulterjuri ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ EUR 648,1 miljun huwa maqbul, imqassam fuq il-linji baġitarji msaħħa mill-Marġini ta’ Kontinġenza filwaqt li jitħallew kif inhuma l-ammonti rikjesti għal-linji baġitarji 13 03 16 (Konverġenza tal-FEŻR), 04 06 01 (FEAD), u 21 03 02 01 u 21 03 03 03 (Appoġġ għall-Ukraina).

Riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament:

—  ir-riallokazzjoni proposta mill-Kummissjoni fit-"trasferiment globali" (DEC 31/2014) hija aċċettata;

—  ir-riallokazzjoni proposta mill-Kummissjoni għat-taqsima tal-Kummissjoni fl-ABE Nru 6/2014 hija aċċettata; madankollu, l-approprjazzjonijiet ta' pagament disponibbli għar-riallokazzjoni mill-FEMS (spiża ta' appoġġ amministrattiv) u r-riżerva għall-Ftehimiet Internazzjonali ta’ Sħubija dwar is-Sajd (total ta' EUR 6 150 900) huma riallokati għall-Għajnuna Umanitarja (linja baġitarja 23 02 01);

—  b’kont meħud tas-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-baġit u l-prospetti għal tmiem is-sena, riallokazzjoni ulterjuri li tammonta għal EUR 30,4 miljun hija maqbula. Dan jikkonċerna l-linji baġitarji li ġejjin:

—  Artikolu 01 03 02 (Għajnuna makrofinanzjarja): EUR 5 miljun;

—  Artikolu 04 03 02 (PROGRESS): EUR 10,0 miljun;

—  Artikolu 12 02 01 (Suq intern): EUR 1,2 miljun;

—  Artikolu 17 03 51 (Saħħa pubblika): EUR 0,7 miljun;

—  Partita 18 02 01 02 (Il-prevenzjoni ta’ u l-ġlieda kontra l-Kriminalità): EUR 2,3 miljun;

—  Partita 21 09 51 01 (DCI Asja): EUR 2,5 miljun;

—  Artikolu 33 02 02 (Promozzjoni tan-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza): EUR 2,2 miljun; u

—  Artikolu 29 02 01 u 29 02 51 (Statistiċi): EUR 6,5 miljun.

It-tabella ta’ hawn taħt turi t-tisħiħ u t-tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta' pagament li rriżultaw fl-ABE Nru 3/2014 (inkluż riallokazzjoni permezz tat-"trasferiment globali", l-ABE Nru 6/2014 u l-aħħar aġġornament tas-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-baġit) kif approvat skont il-linji stabbiliti hawn fuq:

Linji baġitarji

Isem

ABE Nru 3/2014

Adottat

01 03 02

Assistenza makrofinanzjarja

-28 960 000

01 04 51

Tlestija ta' programmi fil-qasam tal-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) (qabel l-2014)

12 000 000

02 02 02

Titjib tal-aċċess għal finanzjament għal intrapriżi żgħar u medji (SMEs) fil-forma ta’ ekwità u dejn

4 540 126

02 05 01

Żvilupp u forniment ta’ infrastruttura u servizzi globali tar-radjunavigazzjoni bis-satelliti (Galileo) sal-2019

70 000 000

04 02 64

Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

-420 000 000

04 03 02 01

Progress — Appoġġ għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika tal-impjiegi u dik soċjali tal-Unjoni u l-leġislazzjoni dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol

-2 950 000

04 03 02 03

Mikrofinanzjament u Intraprenditorija Soċjali — Żieda fl-aċċess u d-disponibbiltà tal-finanzjament għal persuni legali u fiżiċi, speċjalment dawk li huma l-iktar distanti mis-suq tax-xogħol u l-intrapriżi soċjali

-7 114 776

04 06 01

Promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u t-taffija tal-agħar forom ta’ faqar fl-Unjoni

99 000 000

05 02 10 02

Miżuri ta’ promozzjoni — Pagamenti diretti mill-Unjoni

-308 029

05 04 60 01

Promozzjoni ta’ żvilupp rurali sostenibbli, aktar bilanċjat territorjalment u ambjentalment, settur agrikolu tal-Unjoni aktar favorevoli għall-klima u innovattiv

-20 000 000

05 06 01

Ftehimiet agrikoli internazzjonali

-3 784 411

05 08 77 06

Azzjoni Preparatorja — Osservatorju Ewropew tal-prezzijiet u l-marġini tal-farms

-612 329

05 08 77 09

Azzjoni preparatorja — Riżorsi ġenetiċi tal-UE tal-pjanti u tal-annimali

-600 000

05 08 77 10

Proġett pilota — Agropol: żvilupp ta’ Reġjun Mudell ta’ Negozju Agrikolu transkonfinali Ewropew

-600 000

05 08 77 11

Proġett pilota — Agroforestrija

-350 000

05 09 03 01

Żgurar ta’ provvisti suffiċjenti ta’ ikel sikur u ta’ kwalità għolja u prodotti oħra b’bażi bijoloġika

-1 666 954

07 02 77 03

Azzjoni preparatorja — Valutazzjoni tal-impatt ambjentali strateġika tal-iżvilupp fl-Artiku Ewropew

356 052

08 02 01 01

Tisħiħ tar-riċerka esploratorja fil-Kunsill Ewropew għar-Riċerka

24 970 695

08 02 02 02

Titjib tal-aċċess għal finanzjament ta’ riskju għal investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni

4 540 126

08 02 51

Tlestija tal-programm kwadru tar-riċerka preċedenti — Is-Seba’ Programm Kwadru — Azzjonijiet indiretti KE (2007 sa 2013)

50 000 000

08 04 01

Kostruzzjoni, operazzjoni u esplojtazzjoni tal-faċilitajiet ITER — Impriża Konġunta Ewropea għal ITER — Fużjoni għall-Enerġija (F4E)

-8 800 000

08 04 51

Tlestija tal-Impriża Konġunta Ewropea ITER — Fużjoni għall-Enerġija (F4E) (2007 sa 2013)

-71 200 000

09 02 01

Definizzjoni u implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika

-271 200

09 02 05

Miżuri dwar il-kontenut diġitali u industriji awdjoviżivi u ta’ mezzi oħra

-592 000

09 02 77 03

Proġett pilota — Ċentru Ewropew għal-Libertà tal-Istampa u tal-Midja

-456 508

09 03 03

Promozzjoni tal-interoperabbiltà, il-varar sostenibbli, l-operat u t-tiġdid tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali trans-Ewropej, kif ukoll il-koordinazzjoni fil-livell Ewropew

-1 898 831

09 03 51 01

Tlestija tal-programm Safer Internet (2009 sa 2013)

-450 000

09 04 03 02

Trawwim ta’ soċjetajiet Ewropej inklużivi, innovattivi u riflessivi

2 784 852

09 04 51

Tlestija tas-Seba’ Programm Kwadru (2007 sal-2013)

105 000 000

11 01 04 01

Infiq ta' appoġġ għal Affarijiet marittimi u sajd — Assistenza amministrattiva u teknika mhux operazzjonali

-774 900

11 01 06 01

Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju — Kontribuzzjoni mill Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS)

-809 000

11 03 01 (riżerva)

Stabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi

-69 567 000

11 06 12

Tlestija tal-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) — Objettiv ta’ konverġenza (2007 sa 2013)

69 540 126

12 02 01

Implimentazzjoni u żvilupp tas-suq intern

-1 170 000

12 02 77 03

Azzjoni preparatorja — Forum tas-Suq Uniku

-150 000

12 03 51

Tlestija ta’ attivitajiet preċedenti fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, rapportar finanzjarju u awditjar

-669 803

13 03 16

Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Konverġenza

2 400 700 000

13 03 18

Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Kompetittività reġjonali u impjiegi

227 006 319

13 03 19

Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Kooperazzjoni territorjali Ewropea

179 334 992

13 03 77 09

Azzjoni preparatorja dwar Forum tal-Atlantiku għall-Istrateġija Atlantika tal-Unjoni Ewropea

-433 000

13 05 63 02

Kooperazzjoni transfruntiera (KTF) — Kontribuzzjoni mill-Intestatura 4

-12 338 481

14 02 01

Appoġġ għall-funzjonament u l-modernizzazzjoni tal-unjoni doganali

7 500 000

14 03 01

Titjib tal-funzjonament tajjeb tas-sistemi tat-tassazzjoni

2 500 000

15 02 01 01

Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni u t-taħriġ u r-relevanza tiegħu għas-suq tax-xogħol

138 119 479

15 03 01 01

Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie — ħolqien, żvilupp u trasferiment ta' ħiliet u għarfien ġodda u innovazzjoni

40 861 137

16 03 01 03

Uffiċċju tal-informazzjoni

1 600 000

16 03 01 04

Komunikazzjoni tar-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni u azzjonijiet ta' 'Sħubija'

1 000 000

16 03 02 03

Informazzjoni elettronika u miktuba u għodod tal-komunikazzjoni

2 900 000

17 02 01

Salvagwardja tal-interess tal-konsumaturi u titjib tas-sikurezza u l-informazzjoni tagħhom

-1 449 000

17 03 10

Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard

-2 000 000

17 03 12 01

Kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

-7 602 918

18 02 01 01

Sostenn ta’ ġestjoni tal-fruntieri u politika komuni tal-viżi biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu

-7 446 000

18 02 01 02

Prevenzjoni u ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera organizzata u mmaniġġar aħjar tar-riskji u l-kriżijiet b’rabta mas-sigurtà

-9 236 000

18 03 51

Tlestija tal-operazzjonijiet u programmi fil-qasam tar-ritorn, refuġjati u flussi migratorji

19 431 000

19 02 01

Rispons għal kriżi u kriżi emerġenti

50 765 835

19 05 51

Tlestija ta’ azzjonijiet fil-qasam tar-relazzjonijiet u kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi industrijalizzati (mill-2007 sal-2013)

3 600 000

20 02 01

Relazzjonijiet kummerċjali esterni, inkluż l-aċċess għas-swieq ta’ pajjiżi terzi

1 181 809

20 02 03

Għajnuna għall-kummerċ — Inizjattivi multilaterali

1 000 000

21 02 07 06

L-ikel u s-sigurtà tan-nutrizzjoni u l-agrikoltura sostenibbli

6 000 000

21 02 40

Ftehimiet dwar il-kommoditajiet

20 000

21 02 51 01

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fl-oqsma tal-migrazzjoni u l-ażil

4 000 000

21 02 51 02

Kooperazzjoni mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Amerika Latina

23 000 000

21 02 51 03

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Asja, inklużi l-Asja Ċentrali u l-Lvant Nofsani

44 000 000

21 02 51 05

Parteċipanti mhux statali fl-iżvilupp

2 000 000

21 02 51 06

Ambjent u mmaniġġar sostenibbli tar-riżorsi naturali, inkluż l-enerġija

2 000 000

21 03 02 01

Sħubija tal-Lvant — Drittijiet tal-bniedem u mobbiltà

210 000 000

21 03 03 03

Sostenn lil kooperazzjoni oħra multinazzjonali fil-viċinat

40 000 000

21 03 51

Tlestija ta’ azzjonijiet fil-qasam tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u r-relazzjonijiet mar-Russja (ta’ qabel l-2014)

3 000 000

21 04 51

Tlestija tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (ta’ qabel l-2014)

3 000 000

21 05 51

Tlestija ta’ azzjonijiet fil-qasam ta’ theddid globali għas-sigurtà (ta’ qabel l-2014)

2 000 000

21 09 51 01

Asja

-2 500 000

22 02 51

Tlestija ta’ assistenza preċedenti ta’ qabel l-adeżjoni (ta’ qabel l-2014)

45 000 000

23 02 01

Konsenja ta’ għajnuna umanitarja u għajnuna alimentari rapida, effikaċi u bbażata fuq il-ħtiġijiet

256 150 900

23 03 51

Tlestija ta’ programmi u azzjonijiet fil-qasam tal-protezzjoni ċivili fl-Unjoni (ta’ qabel l-2014)

-500 000

24 01 07

Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

-10 000

24 02 01

Prevenzjoni u ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni

942 750

24 04 01

Sostenn għal assistenza reċiproka f'affarijiet doganali u faċilitar ta’ għodod elettroniċi siguri tal-komunikazzjoni għall-Istati Membri biex jirrapportaw irregolaritajiet

680 612

26 01 09

Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet

-22 000

26 01 23 01

Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fil-Lussemburgu

-13 000

26 02 01

Proċeduri għall-aġġudikazzjoni u r-riklamar ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvista, xogħlijiet u servizzi

-250 000

26 03 01 01

Soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej

10 000 000

29 02 01

Forniment ta’ informazzjoni statistika ta’ kwalità, l-implimentazzjoni ta’ metodi ġodda ta’ produzzjoni ta’ statistika Ewropea u tisħiħ tas-sħubija fi ħdan is-Sistema Statistika Ewropea

-11 294 249

29 02 51

Tlestija ta’ programmi statistiċi (ta’ qabel l-2013)

-9 872 560

32 02 52

Tlestija ta’ proġetti enerġetiċi biex jgħinu l-irkupru ekonomiku

65 000 000

33 02 01

Żgurar tal-protezzjoni tad-drittijiet u l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini

-2 000 000

33 02 02

Promozzjoni tan-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza

-5 177 700

34 02 01

Tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-Unjoni

6 000 000

34 02 04

Kontribuzzjoni għal ftehimiet klimatiċi multilaterali u internazzjonali

-74 969

34 02 51

Tlestija ta’ programmi preċedenti tal-azzjoni klimatika

2 903 358

XX 01 01 01 01

Remunerazzjoni u allowances

-317 000

SEC 7 - 1 2 0 0

Remunerazzjoni u allowances

-10 992

SEC 9 - 1 1 0 0

Remunerazzjoni u allowances

-5 843

Total

3 529 620 715

L-approprjazzjonijiet ta’ pagament addizzjonali li jirriżultaw għall-ABE Nru 3/2014 huma ta' EUR 3 529.6 miljun, li minnhom EUR 2 818.2 miljun flimkien ma’ EUR 350 miljun jikkonċernaw il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta’ Kontinġenza, f’konformità mad-dikjarazzjoni konġunta dwar strumenti speċjali li tinsab fit-taqsima 3.3 hawn taħt.

c)  L-ABE Nru 4/2014, kif modifikat bl-ittra tiegħu ta’ emenda, ġie approvat kif propost mill-Kummissjoni, bl-inklużjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn mill-ABE Nru 6/2014 relatati mal-ispiża ta’ appoġġ amministrattiv għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-riżerva għal Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli fit-taqsima tal-Kummissjoni). L-ammont ta’ EUR 248 460 tal-approprjazzjonijiet ta' pagament disponibbli identifikati fl-ABE Nru 4/2014 (Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data) huma allokati mill-ġdid għal Għajnuna umanitarja (linja baġitarja 23 02 01). It-talba għal approprjazzjonijiet addizzjonali għall-impenji u pagament relatati mal-Ombudsman Ewropew (Taqsima VIII) fl-ABE 6 tiġi rtirata, kif stabbilit fl-ittra ta’ emenda għall-ABE Nru 6/2014.

d)  L-ABE Nru 6/2014, kif modifikat bl-ittra tiegħu ta’ emenda, ġie approvat kif propost mill-Kummissjoni, fir-rigward tar-riżorsi proprji.

e)  L-ABE Nru 8/2014 (= ABE ġdid Nru 2/2014) dwar il-bilanċ favorevoli tal- 2013 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni.

3.   DIKJARAZZJONIJIET KONĠUNTI

3.1.   Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2014 (riżorsi proprji) u l-emenda tar-Regolament tal-Kunsill 1150/2000

"Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu li jadottaw l-abbozz ta' baġit emendatorju 6/2014 kif emendat bl-Ittra Emendatorja 1/2014.

Fid-dawl tal-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej ippreżentata mill-Kummissjoni fit-12 ta' Novembru 2014, il-Parlament Ewropew jimpenja ruħu li jagħti l-opinjoni tiegħu dwar ir-Regolament tal-Kunsill emendat Nru 1150/2000 fil-ħin sabiex jiżgura li dan jiġi adottat fis-sessjoni plenarja tal-PE ta' Diċembru 2014 u li l-Kunsill jadottah bħala parti mill-pakkett ġenerali."

3.2.   Dikjarazzjoni konġunta dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza

"Is-sena 2014 rat ammont kbir, mingħajr preċedent, ta' pagamenti pendenti ta' fondi strutturali u fondi ta' koeżjoni fil-bidu tal-qafas finanzjarju, filwaqt li għadd ta' programmi ġodda ngħataw il-flus minn ħafna qabel. Minħabba din is-sitwazzjoni unika u eċċezzjonali, li ma tistax tiġi akkomodata fil-limitu massimu ta’ pagament għall-2014, it-tliet istituzzjonijiet jaqblu li l-Marġini ta' Kontinġenza jiġi mobilizzat għas-sena finanzjarja 2014 bħala l-aħħar istanza.

L-istituzzjonijiet ifakkru li l-Artikolu 13 tar-Regolament dwar il-QFP jistipula li "L-ammonti magħmulin disponibbli permezz tal-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza għandhom jiġu kollha kkumpensati mal-marġini f'waħda jew aktar mill-intestaturi tal-QFP għas-sena finanzjarja attwali jew dawk futuri".

L-istituzzjonijiet jaqblu li jagħmlu l-għalmu tagħhom biex isibu soluzzjonijiet adatti sabiex il-livell eċċezzjonalment għoli ta' pagamenti pendenti tal-fondi strutturali u ta' koeżjoni tal-perijodu 2007-2013 ma jkomplux wara l-2014 u li, għalhekk, ser isir kull sforz biex jiġi żgurat li l-Marġini ta' Kontinġenza ma jiġix mobilizzat biex jiffinanzja l-impenji pendenti li jirriżultaw minn programmi għall-fondi strutturali u ta' koeżjoni fis-snin finanzjarji 2015-2020."

3.3.   Dikjarazzjoni konġunta dwar strumenti speċjali

"L-istituzzjonijiet ifakkru li l-Marġini ta' Kontinġenza huwa strument tal-aħħar istanza li għalhekk ma għandux jiġi mobilizzat jekk ikun għad hemm possibbiltajiet finanzjarji. Fil-qafas tal-baġit ġenerali għall-2014 hemm nuqqas ta’ qbil dwar jekk l-ammont ta' EUR 350 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament li jkopri strumenti speċjali oħra għadux disponibbli fil-marġini mhux allokat.

L-istituzzjonijiet jaqblu li huwa importanti ferm li jintlaħaq qbil fil-prinċipju dwar il-mobilizzazzjoni ta' strumenti speċjali oħra għall-pagamenti malajr kemm jista' jkun.

Madankollu, peress li ma kienx possibbli li jintlaħaq tali qbil fil-kuntest tan-negozjati tal-pakkett li jkopri l-ABE għall-2014 u l-baġit ġenerali għall-2015, l-istituzzjonijiet jaqblu li sabiex jiġi żgurat li dak il-pakkett jiġi adottat fil-ħin:

—   L-ammont ta' EUR 350 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament jiżdied mal-Marġini ta' Kontinġenza;

—   Isir sforz biex jintlaħaq ftehim rapidu dwar jekk u sa fejn strumenti speċjali oħra jistgħu jiġu mobilizzati lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP għall-pagamenti bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk u sa fejn l-ammont ta' EUR 350 miljun għandu jiġi kkumpensat skont il-marġnijiet tal-QFP għal pagamenti għas-snin finanzjarji attwali jew dawk futuri;

—   Dan ta' hawn fuq jiġi akkumpanjat – kif adatt – bil-modifiki meħtieġa tad-deċiżjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza għas-sena baġitarja 2014, jew bi kwalunkwe azzjoni oħra meħtieġa legalment biex tiġi żgurata l-osservanza sħiħa tar-Regolament dwar il-QFP u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu."

3.4.   Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prefinanzjament ta' Programmi Operazzjonali fl- 2014 u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

"Fil-kuntest tal-implimentazzjoni f'waqtha u effettiva tal-QFP 2014-2020, il-Kummissjoni Ewropea tikkonferma l-prefinanzjament, fl-2014, ta' Programmi Operazzjonali li jkunu ġew formalment ippreżentati fl-2014 u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa stabbiliti f'atti legali korrispondenti.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkonferma li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tibqa' prijorità politika għolja u li t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet ta' pagament relatati mill-2014 għall-2015 mhux ser jittardja l-implimentazzjoni tagħha."

3.5.   Dikjarazzjoni konġunta dwar il-finanzjament ta' miżuri ta' emerġenza b'reazzjoni għal projbizzjoni Russa fuq l-importazzjoni tal-ikel

"Wara l-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjoni tal-ikel, f'Awwissu u f'Settembru 2014 ġew adottati sensiela ta' miżuri ta' emerġenza, u fis-26 ta' Novembru 2014 ġie approvat pakkett ieħor immirat lejn is-settur tal-prodotti tal-ħalib fl-Istati Baltiċi. Hekk kif jiġi sodisfatti l-kondizzjonijiet li josservaw il-kriterji oġġettivi meħtieġa għall-eliġibbiltà, il-Kummissjoni tista' tipproponi pakkett ieħor immirat lejn is-settur tal-prodotti tal-ħalib fil-Finlandja.

Fl-Ittra Emendatorja tagħha (AL) 1/2015, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tiffinanzja, jekk meħtieġ, dawn il-miżuri permezz tar-riżerva għall-kriżijiet.

Mill-preżentazzjoni tal-ittra emendatorja AL 1/2015 'il hawn, feġġew dawn it-tliet elementi ġodda, li permezz tagħhom jistgħu jiġu ffinanzjati dawn il-miżuri ta' emerġenza mingħajr ma tintuża riżerva għall-kriżi:

—  Skont id-dikjarazzjonijiet tal-Istati Membri dwar l-użu proprju tal-miżuri adottati f’Awwissu u Settembru, l-ispiża titnaqqas minn EUR 344 miljun kif stmata inizjalment għal madwar EUR 234 miljun;

—  L-eċċess finali tal-eżerċizzju tal-FAEG tal-2014 huwa madwar EUR 230 miljun ogħla milli antiċipat fl-Ittra Emendatorja AL 1/2015, li kien għadu bbażat fuq stimi;

—  Il-korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom jinġabru fl-2015 huma mistennija li jkunu ogħla minn kif kienu previsti inizjalment f'Ottubru li għadda."

Abbażi ta' dawn it-tliet elementi l-ġodda, il-miżuri ta’ emerġenza msemmija hawn fuq (inklużi dawk relatati mas-settur tal-prodotti tal-ħalib fl-Istati Baltiċi, u għall-Finlandja ladarba jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet) jistgħu jiġu ffinanzjati fi ħdan l-approprjazzjonijiet mitluba fl-Ittra Emendatorja AL 1/2015 bis-saħħa ta' dan id-dħul assenjat addizzjonali mingħajr ma nirrikorru għar-riżerva għall-kriżi."

3.6.   Dikjarazzjoni konġunta dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament

"Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jfakkru fir-responsabbiltà kondiviża tagħhom, kif stabbilit fl-Artikolu 323 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li 'il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jassiguraw li jkun hemm disponibbli l-mezzi finanzjarji sabiex jippermettu li l-Unjoni tissodisfa l-obbligi legali tagħha fir-rigward ta' partijiet terzi'.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ifakkru fil-ħtieġa li tiġi żgurata, fid-dawl tal-implimentazzjoni, il-progressjoni ordnata tal-pagamenti b'rabta mal-approprjazzjonijiet ta' impenn sabiex jiġi evitat kull livell anormali ta' fatturi mhux imħallsa fi tmiem is-sena.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu li jiffissaw il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2015 għal EUR 141 214 040 563. Huma jitolbu lill-Kummissjoni tniedi kwalunkwe azzjoni meħtieġa, abbażi tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar il-QFP u r-Regolament Finanzjarju, sabiex tiġi koperta r-responsabbiltà assenjata mit-Trattat u, b'mod partikolari, wara li tkun ġiet eżaminata l-possibilità ta' riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet rilevanti, b'referenza partikolari għal kwalunkwe sottoimplimentazzjoni mistennija ta' approprjazzjonijiet (Regolament Finanzjarju Artikolu 41§2) biex titlob approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali f'baġit emendatorju li għandu jiġi ppreżentat hekk kif jidher li l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-2015 ma jkunux suffiċjenti biex ikopru n-nefqa.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ser jieħdu pożizzjoni dwar kwalunkwe abbozz ta' baġit emendatorju malajr kemm jista' jkun sabiex jevitaw kwalunkwe nuqqas fl-approprjazzjonijiet ta' pagament. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jipproċessaw malajr kwalunkwe trasferiment possibbli ta' approprjazzjonijiet ta' pagament, inkluż minn intestatura tal-qafas finanzjarju għal oħra, sabiex isir l-aħjar użu possibbli tal-approprjazzjonijiet ta' pagament imdaħħla fil-baġit u jallinjawhom mal-eżekuzzjoni u l-ħtiġijiet attwali.

Matul is-sena, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ser jissorvejlaw b'mod attiv l-istat ta' implimentazzjoni tal-baġit għall-2015, b'mod partikolari taħt is-subintestatura 1a (Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi), is-subintestatura 1b (Il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali) u l-iżvilupp rurali taħt l-intestatura 2 (Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali). Dan ser jieħu l-forma ta' laqgħat interistituzzjonali speċifiċi, f'konformità mal-punt 36 tal-Anness tal-Ftehim Interistituzzjonali, sabiex jitqies l-istat tal-implimentazzjoni tal-pagamenti u l-previżjonijiet riveduti.

Dawn il-laqgħat għandhom isiru tal-anqas tliet darbiet fl-2015 (fir-rebbiegħa meta jiġi ppreżentat l-abbozz ta' baġit, f'Lulju qabel il-qari tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit għall-2016 u f'Ottubru qabel ma tibda l-Konċiljazzjoni) u għandhom ikunu f'livell politiku fil-preżenza ta' Membri tal-Parlament Ewropew, Membri tal-Kunsill u l-Viċi President tal-Kummissjoni għall-Baġit u r-Riżorsi Umani. Il-laqgħat għandu jkollhom l-għan li ssir valutazzjoni konġunta fil-livell meħtieġ tal-ħtiġijiet ta' pagament, ibbażati fuq analiżi bir-reqqa tal-kontijiet eżistenti li għandhom jiġu onorati legalment u l-istimi għall-bqija tas-sena N u s-sena N+1."

3.7.   Dikjarazzjoni konġunta dwar pjan ta' pagament

"L-istituzzjonijiet jaqblu mal-għan li jitnaqqas il-livell ta' kontijiet mhux imħallsa, b'enfasi partikolari fuq il-politika ta' koeżjoni, fi tmiem is-sena sal-livell strutturali matul il-QFP attwali.

Sabiex jintlaħaq dan l-għan:

—  il-Kummissjoni taqbel li tippreżenta, flimkien mal-konklużjonijiet konġunti dwar il-Baġit għall-2015, l-aktar previżjoni aġġornata tal-livell ta' kontijiet mhux imħallsa sa tmien l-2014; il-Kummissjoni ser taġġorna dawn iċ-ċifri u ser tipprovdi xenarji alternattivi f'Marzu 2015 meta jkun hemm disponibbli stampa globali tal-livell ta' kontijiet mhux imħallsa fi tmiem l-2014, għall-biċċa l-kbira tal-oqsma ta' politika;

—  abbażi ta' dan, it-tliet istituzzjonijiet ser jagħmlu ħilithom biex jaqblu dwar livell massimu fil-mira tal-kontijiet mhux imħallsa fi tmiem is-sena li jistgħu jitqiesu bħala sostenibbli;

—  abbażi ta' dan, u filwaqt li jirrispettaw ir-Regolament dwar il-QFP, il-pakketti finanzjarji maqbula tal-programmi kif ukoll kull ftehim vinkolanti ieħor, it-tliet istituzzjonijiet ser jimpenjaw ruħhom li jimplimentaw, mill-2015, pjan biex jitnaqqas il-livell ta’ kontijiet mhux imħallsa li jikkorrispondu mal-implimentazzjoni tal-programmi tal-2007-2013 għal-livell maqbul komunament permezz tar-reviżjoni ta' nofs it-term tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali. It-tliet istituzzjonijiet ser jilħqu qbil dwar dan il-pjan fi żmien debitu qabel ma jiġi ppreżentat l-abbozz ta' baġit għall-2016. Minħabba l-livell eċċezzjonalment għoli ta' kontijiet mhux imħallsa, it-tliet istituzzjonijiet jaqblu li jikkunsidraw kull mezz possibbli biex jitnaqqas il-livell ta' dawk il-kontijiet.

Kull sena, il-Kummissjoni taqbel li takkumpanja l-abbozz ta' baġit tagħha b'dokument li jevalwa l-livell ta' kontijiet mhux imħallsa u li jispjega l-mod kif l-abbozz ta' baġit ser jagħti lok għat-tnaqqis ta' dan il-livell u b'kemm. Dan id-dokument annwali ser iqis il-progress li jkun sar u ser jipproponi aġġustamenti għall-pjan skont iċ-ċifri aġġornati."

3.8.   Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza bħala l-aħħar istanza

"Il-Parlament Ewropew jiddispjaċih li l-Kunsill ma jikkondividix l-interpretazzjoni tiegħu li EUR 350 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament mobilizzati fl-2014 fir-rigward tal-Istrumenti Speċjali previsti fir-Regolament dwar il-QFP għandhom jinqatgħu barra mil-limitu tal-pagamenti, u għalhekk iħallu marġini ta' EUR 711-il miljun li għandhom jiġu eżawriti qabel ma jsir rikors għall-Marġini ta' Kontinġenza.

Il-Parlament Ewropew ifakkar li, f'konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament dwar il-QFP, il-Marġini ta' Kontinġenza huwa strument tal-aħħar istanza. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu eżawriti kompletament il-possibbiltajiet finanzjarji l-oħra kollha qabel ma jsir rikors għall-Marġini ta' Kontinġenza. Fil-kuntest tat-tilwim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-kalkolu tal-marġini disponibbli taħt il-limitu massimu ta' pagamenti fl-2014, ma kienx possibbli li jintlaħaq qbil politiku dwar l-eżawriment ta’ marġini disponibbli ta' EUR 350 miljun qabel ma jsir rikors għall-marġini ta' kontinġenza.

Filwaqt li jfakkar li r-Regolament dwar il-QFP huwa bbażat fuq il-prinċipju ta' "flessibbiltà possibbli speċifika u massima" sabiex l-Unjoni tkun tista' tonora l-obbligi legali tagħha f'konformità mal-Artikolu 323 TFUE (Premessa 4 tar-Regolament dwar il-QFP), il-Parlament iqis li l-interess, li jsiru disponibbli approprjazzjonijiet addizzjonali biex jiġu onorati l-impenji legali pendenti permezz ta' mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza, huwa ta' importanza kbira. Għalhekk, il-Parlament jaċċetta mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza, minkejja l-interpretazzjoni tiegħu li EUR 350 miljun jibqgħu disponibbli taħt il-limitu ta' pagamenti.

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni biex tirriporta l-marġini mhux użat ta' EUR 350 miljun fl-aġġustament tekniku tagħha għall-2015 tal-marġini globali għall-pagamenti skont l-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament dwar il-QFP."

3.9.   Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-istrumenti speċjali

"Il-Kunsill ifakkar li l-istrumenti speċjali jistgħu jiġu attivati biss biex jiġu indirizzati ċirkostanzi ġenwinament mhux previsti.

Huwa jfakkar li l-Marġini ta' Kontinġenza ma għandux iwassal biex jinqabżu l-limiti massimi tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

Fir-rigward ta' strumenti speċjali oħra, il-Kunsill ifakkar li l-Artikolu 3(2) tar-Regolament dwar il-QFP jiddikjara li l-approprjazzjonijiet ta' impenn jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mil-limiti massimi tal-intestaturi rilevanti.

Il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni biex, meta tikkalkula l-marġini globali, taġixxi f'konformità mar-Regolament dwar il-QFP u mingħajr ma ssir ħsara għall-ftehim milħuq bejn it-tliet istituzzjonijiet dwar Dikjarazzjoni Konġunta dwar strumenti speċjali (3.3)."

(1) ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.
(2) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(5) Testi adottati ta' din id-data, P7_TA(2014)0247.
(6) Testi adottati ta' din id-data, P7_TA(2014)0450.
(7) Testi adotatti ta' dik id-data, P8_TA(2014)0036


Klassifikazzjoni ta’ ksur serju tat-trasport bit-triq
PDF 230kWORD 62k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' ksur serju tar-regoli tal-Unjoni, li jista' jwassal għat-telf ta' reputazzjoni tajba tal-operatur tat-trasport bit-triq u li jemenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D034120/02 – 2014/2859(RPS))
P8_TA(2014)0101B8-0325/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni (D034120/02),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fit-30 ta' Ġunju 2014 mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5a(3)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2), (3) u (4)(c) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-għan tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 huwa l-implimentazzjoni sħiħa ta' suq intern tat-trasport bit-triq b'kondizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni, li titlob l-applikazzjoni uniformi ta' regoli komuni għall-awtorizzazzjoni għad-dħul għall-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq tal-merkanzija jew tal-passiġġieri;

B.  billi dawn ir-regoli komuni ser jikkontribwixxu għall-kisba ta' kwalità għolja ta' kwalifika professjonali għall-operaturi tat-trasport, lejn ir-razzjonalizzazzjoni tas-suq, lejn it-titjib tal-kwalità tas-servizz, fl-interess tal-operaturi tat-trasport bit-triq, tal-klijenti tagħhom u tal-ekonomija kollha kemm hi, kif ukoll lejn aktar sigurtà fit-toroq;

C.  billi l-Artikolu 6 jipprovdi lista mhux eżawrjenti tar-regoli tal-UE marbuta mal-valutazzjoni tar-reputazzjoni tajba, li tinkludi: ir-regoli applikabbli għall-ħinijiet tas-sewqan u l-ħinijiet tax-xogħol tax-xufiera; l-użu tat-takografi; il-piżijiet massimi u d-dimensjonijiet tal-vetturi kummerċjali użati għat-trasport internazzjonali; il-kwalifiki inizjali u t-taħriġ kontinwu tax-xufiera; l-istat ta' kemm vetturi kummerċjali huma tajbin għat-triq; l-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq jew, fejn xieraq, l-aċċess għas-suq tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri; is-sikurezza fit-trasport bit-triq tal-merkanzija perikoluża; l-istallazzjoni u l-użu ta' tagħmir għall-kontroll tal-veloċità fuq ċerti kategoriji ta' vetturi; il-liċenzji tas-sewqan; id-dħul għall-professjoni; u t-trasport ta' annimali;

D.  billi skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, il-Kummissjoni hija mitluba tfassal lista ta' kategoriji, tipi u gradi ta' serjetà ta' ksur serju ta' dawn ir-regoli Komunitarji, li, flimkien ma' dawk stabbiliti fl-Anness IV, jistgħu jwasslu għat-telf ta' reputazzjoni tajba;

E.  billi l-Istati Membri huma mitluba jqisu l-informazzjoni dwar dak il-ksur, inkluża l-informazzjoni mingħand Stati Membri oħra, meta jistabbilixxu l-prijoritajiet għal kontrolli skont l-Artikolu 12(1);

F.  billi skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, il-Kummissjoni, hija u tipprepara dawn il-miżuri, intalbet tistipula l-kategoriji u t-tipi ta' ksur li jokkorru frekwentement;

G.  billi, fid-dawl tal-att bażiku, il-miżura li għandha tittieħed mill-Kummissjoni kienet mistennija li tinkudi lista sħiħa kemm ta' ksur armonizzat kif ukoll ta' grad armonizzat ta' serjetà li jista' jwassal għat-telf ta' reputazzjoni tajba tal-operatur tat-trasport bit-triq;

H.  billi l-Kummissjoni, hija u tipprepara dawn il-miżuri, jeħtiġilha tiddefenixxi l-grad ta' serjetà tal-ksur skont il-potenzjal tagħhom li joħolqu riskju ta' fatalitajiet jew korriment serju;

I.  billi l-lista ppreparata mill-Kummissjoni setgħet tikkunsidra biss dak il-ksur li jista' joħloq riskju ta' fatalitajiet jew korriment serju, filwaqt li ksur serju tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009(5) ikollu impatt sinifikanti fuq il-kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien li naturalment jista' jkollu potenzjal għoli li joħloq riskju ta' fatalitajiet jew korriment serju;

J.  billi l-lista naqset milli tinkludi lista kompleta tal-ksur serju tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009, ladarba l-punt 10 tal-Anness 1 għall-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni ma jinkludix il-kabotaġġ illegali, li, minħabba l-impatt negattiv li jkollu fuq ix-xufiera, huwa evidenti li għandu jitqies bħala ksur serju;

K.  billi regoli oħra marbuta mal-kabotaġġ illegali, pereżempju b'rabta mat-twettiq tal-kabotaġġ b'manjiera li mhijiex konformi mar-rekwiżiti nazzjonali relatati mal-leġiżlazzjoni soċjali applikabbli għall-kuntratt, għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' ksur serju, fid-dawl tal-potenzjal tagħhom li joħolqu riskju ta' fatalitajiet jew korriment serju;

L.  billi l-lista ta' kategoriji, tipi u gradi ta' serjetà ta' ksur serju li ġiet inkluża tagħmel użu minn kliem ordinarju, bħalma huma "f'konformità" jew "validu", u dan ikompli jikkomplika l-interpretazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti tat-tipi u l-gradi ta' serjetà ta' ksur serju;

M.  billi r-regolamenti eżistenti diġà jinkludu dispożizzjonijiet ċari fir-rigward tar-responsabilità tat-trasportaturi, ix-xufiera u l-kumpanija responsabbli għat-trasport ta' oġġetti perikolużi;

N.  billi l-obbligi u r-responsabilitajiet tal-atturi differenti involuti fit-trasport ta' oġġetti perikolużi jistgħu jiġu ostakolati, f'dak li għandu x'jaqsam ma' gruppi ta' ksur kontra d-Direttiva 2008/68/KE bħalma hu stabbilit fil-punt 9 tal-Anness I għall-miżura proposta;

O.  billi, għaldaqstant, l-abbozz ta' miżura ppreżentat mill-Kummissjoni m'għandux jitqies kompatibbli mal-għan jew il-kontenut tal-att leġiżlattiv ta' bażi;

1.  Joġġezzjona għall-adozzjoni tal-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni;

2.  Iqis li l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni mhuwiex kompatibbli mal-għan u l-kontenut tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' regolament, u lill-Kumitat tippreżentalu lista ġdida ta' ksur serju tar-regoli tal-Unjoni li jista' jwassal għat-telf ta' reputazzjoni tajba tal-operatur tat-trasport bit-triq;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51.
(2) ĠU L 102, 15.3.2006, p. 35.
(3) ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.
(4) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(5) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72.


It-tiġdid tal-Istrateġija ta' Sigurtà Interna tal-UE
PDF 236kWORD 75k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar it-tiġdid tal-Istrateġija ta' Sigurtà Interna tal-UE (2014/2918(RSP))
P8_TA(2014)0102B8-0350/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 6, 7 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 4, 16, 20, 67, 68, 70, 71, 72, 75, 82, 83, 84, 85, 86, 87 u 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 6, 7, 8, 10(1), 11, 12, 21, 47-50, 52 u 53 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Ġunju 2014 dwar ir-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE 2010-2014 (COM(2014)0365),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Europol dwar is-Sitwazzjoni u t-Tendenzi tat-Terroriżmu fl-UE (TE-SAT) għas-sena 2014,

–  wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tat-Theddid mill-Kriminalità Organizzata ffaċilitat mill-Internet (iOCTA) tal-Europol għas-sena 2014,

–  wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tat-Theddid Gravi tal-Kriminalità Organizzata tal-Europol (SOCTA) għas-sena 2013,

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni 01/2014 tal-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Data dwar l-applikazzjoni tal-kunċetti tan-neċessità u tal-proporzjonalità u l-protezzjoni tad-dejta fis-settur tal-infurzar tal-liġi,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni adottata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fl-24 ta' Settembru 2014 dwar theddid għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali kkaważat minn atti terroristiċi (Riżoluzzjoni 2178 (2014)),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' April 2014 dwar l-eżami ta' nofs il-perjodu tal-Programm ta' Stokkolma(1),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-programm ta' sorveljanza tal-NSA tal-Istati Uniti, il-korpi ta' sorveljanza f'diversi Stati Membri u l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE(2),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Frar 2014 dwar sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2012)(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2013 dwar it-tieni rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Sigurtà Interna tal-UE(4),

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna għall-UE, kif adottata mill-Kunsill fil-25 ta' Frar 2010,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-Istrateġija ta' Sigurtà Interna tal-UE (O-000089/2014 – B8‑0044/2014 u O‑000090/2014 – B8‑0045/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2)tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi t-Trattat ta' Lisbona stabbilixxa l-pedamenti għall-iżvilupp ta' politika ta' sigurtà tal-UE, kondiviża mill-qrib mill-UE u l-Istati Membri tagħha, imsejsa fuq l-istat tad-dritt, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u s-solidarjetà, u soġġetta għall-kontroll demokratiku fil-Livell Ewropew u nazzjonali, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà; billi permezz tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona l-Parlament Ewropew sar attur sħiħ fil-qasam tal-politiki ta' sigurtà bil-għan li jiżgura l-kontroll demokratiku, u għaldaqstant il-Parlament ingħata l-jedd li jipparteċipa b'mod attiv fid-determinazzjoni tal-prijoritajiet f'dan il-qasam u li jieħu sehem mal-atturi relevanti kollha fil-livell tal-UE u l-livell nazzjonali sabiex jikseb politika tas-sigurtà tal-UE komprensiva, immirata u effikaċi;

B.  billi s-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Ewropa nbidlet b'mod drammatiku fis-snin reċenti minħabba taqlib u kunflitti ġodda fil-viċinat immedjat tal-UE, l-iżvilupp rapidu ta' teknoloġiji ġodda, u ż-żieda tar-radikaliżmu li qed tkun il-kawża ta' vjolenza u terroriżmu; billi ħafna mill-isfidi tal-lum fil-qasam tas-sigurtà huma ta' natura transfruntiera u transsettorjali, u jmorru lil hinn mill-kapaċità ta' kwalunkwe Stat Membru individwali li jista' jirreaġġixxi għalihom b'mod effikaċi, u billi dan jitlob approċċ Ewropew komuni;

C.  billi l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom responsabilità komuni biex jiżguraw s-sigurtà u l-libtertà taċ-ċittadini Ewropej; billi l-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja huma objettivi li għandhom jiġu segwiti b'mod parallel, u billi, sabiex jinkisbu l-libertà u l-ġustizzja, il-miżuri ta' sigurtà għaldaqstant għandhom dejjem ikunu bbażati fuq l-evidenza, f'konformità mal-prinċipji tan-neċessità, il-proporzjonalità u r-rispett tad-drittijiet fundamentali u abbażi ta' responsabilità u sorveljanza adegwata u demokratika;

D.  billi għandha tingħata attenzjoni speċjali lis-sostenn u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità fl-UE;

E.  billi l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna (ISS) għall-perjodu 2010-2014 waslet fi tmiemha u qed titħejja Strateġija ta' Sigurtà Interna ġdida għall-perjodu 2015-2019;

1.  Jilqa' t-tħejjija tal-Istrateġija ta' Sigurtà Interna (ISS) għall-erba' snin li ġejjin; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, mindu ġiet stabbilita l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna attwali, tfaċċaw theddidiet għas-sigurtà ġodda, filwaqt li oħrajn jeħtieġu rispons ta' politika differenti; itenni, barra minn hekk, li d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona inkorpora l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE fid-dritt tal-UE; jemmen, għaldaqstant, li l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna attwali għandha tiġi vvalutata bir-reqqa, aġġornata u mmodifikata;

2.  Jemmen li l-prerekwiżiti għal strateġija ta' sigurtà interna effikaċi jinkludu analiżi magħmula bir-reqqa tat-theddidiet għas-sigurtà li għandhom jiġu indirizzati, analiżi li għandha ssir mill-Europol b'kooperazzjoni mill-qrib ma' entitajiet relevanti oħra tal-UE u l-Istati Membri;

3.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ma tinkludix evalwazzjoni tal-istrumenti attwali u l-valutazzjoni korrispondenti tal-lakuni li għadhom jeżistu; jappella b'mod urġenti lill-Kummissjoni biex tagħti rendikont tas-sitwazzjoni attwali u tikkonċentra l-isforzi tagħha fuq l-implimentazzjoni xierqa u l-użu aħjar tal-leġiżlazzjoni u l-istrumenti eżistenti qabel ma jiġi propost il-ħolqien ta' oħrajn ġodda; jistieden lill-Kunsill, speċifikament, biex f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni jevalwa b'mod komprensiv l-implimentazzjoni tal-miżuri adottati fil-qasam tas-sigurtà interna qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, billi jagħmel użu mill-proċedura prevista mill-Artikolu 70 TFUE;

4.  Jitlob li l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna l-ġdida tkun progressiva u strateġika, kif ukoll faċilment adattabbli għal sitwazzjonijiet dejjem jinbidlu, billi tiffoka mhux biss fuq it-theddidiet eżistenti, iżda wkoll fuq it-theddidiet għas-sigurtà li qed jitfaċċaw, u billi jittieħed approċċ integrat, komprensiv u olistiku fir-rigward ta' oqsma ta' prijorità bħaċ-ċibersigurtà, it-traffikar tal-bnedmin u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, u fir-rigward ta' temi interkonnessi bħall-kriminalità organizzata, il-ħasil tal-flus u l-korruzzjoni;

5.  Jinnota bi tħassib in-numru dejjem jogħla ta' ċittadini tal-UE li jivvjaġġaw lejn żoni li jinsabu f'kunflitt biex jingħaqdu ma' organizzazzjonijiet terroristi u sussegwentement jirritornaw lejn it-territorju tal-UE, u b'hekk jikkostitwixxu theddidiet ġodda għas-sigurtà interna tal-UE; biħsiebu jindirizza din it-tendenza inkwetanti b'approċċ multidimensjonali, fosthom (i) it-teħid ta' azzjoni b'mod komprensiv fir-rigward ta' fatturi sottostanti bħalma huma r-radikalizzazzjoni, l-intolleranza u d-diskriminazzjoni permezz tal-promozzjoni tat-tolleranza politika u reliġjuża, billi jiġu żviluppati l-koeżjoni soċjali u l-inklużività, u tiġi ffaċilitata r-riintegrazzjoni, (ii) l-analiżi u l-ħolqien ta' kontrobilanċ tal-inċitament għat-twettiq ta' atti terroristi motivati mill-estremiżmu, u t-tluq bl-iskop ta' għaqda ma' organizzazzjonijiet terroristi, (iii) il-prevenzjoni u t-twaqqif tar-reklutaġġ u l-parteċipazzjoni fil-kunflitti, inkluż l-ivvjaġġar stess min-naħa tal-ġellieda barranin lejn żoni li jinsabu f'kunflitt, fi ħdan l-oqfsa legali xierqa, (iv) l-isfrattar tas-sostenn finanzjarju li jingħata lil organizzazzjonijiet terroristi u individwi li biħsiebhom jingħaqdu magħhom, u (v) jiġi previst it-teħid ta' proċedimenti kriminali fejn xieraq;

6.  Jindika l-fatt li t-theddidiet fuq is-sigurtà saru aktar varjati, internazzjonali, multipli u asimmetriċi, u jeħtieġ li jkun hemm kooperazzjoni transfruntiera u kooperazzjoni bejn l-aġenziji aktar mill-qrib; jitlob li jkun hemm kooperazzjoni operazzjonali aktar effikaċi bejn l-Istati Membri permezz ta' użu akbar tal-istrumenti importanti li diġà jeżistu, bħall-Iskwadri ta' Investigazzjoni Konġunta, u qsim aktar rapidu u effiċjenti tad-data u l-informazzjoni relevanti, li jkun soġġett għas-salvagwardji adegwati tal-protezzjoni tad-data u l-privatezza; jissottolinja, b'rabta ma' dan, l-importanza kbira tal-adozzjoni rapida tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data proposta sabiex jiġi provdut qafas legali komprensiv għall-kondiviżjoni tad-data fil-qasam tal-infurzar tal-liġi; jissottolinja li, biex issir promozzjoni ulterjuri tal-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri jeħtieġ li jittieħdu miżuri addizzjonali għall-bini tal-fiduċja; jappoġġa, għaldaqstant, it-tisħiħ tal-programmi Ewropej ta' taħriġ u skambju għal professjonisti nazzjonali sabiex titrawwem aktar il-kultura ta' infurzar tad-dritt Ewropew;

7.  Ifakkar lill-Kunsill Ewropew fl-obbligu tiegħu skont l-Artikolu 222 Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jwettaq valutazzjoni regolari tat-theddidiet għall-UE, u jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti konkreti dwar kif l-aħjar timplimenta dan l-obbligu, billi ġġib flimkien, fil-livell tal-UE u fil-livell nazzjonali, il-valutazzjonijiet dwar it-theddidiet u r-riskji, li attwalment huma kkaratterizzati minn frammentazzjoni u punt fokali wisq limitat;

8.  Jitlob li jinstab il-bilanċ ix-xieraq bejn il-politiki ta' prevenzjoni u l-miżuri repressivi sabiex jiġu protetti l-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja; jisħaq fuq il-fatt li l-miżuri ta' sigurtà għandhom dejjem jiġu segwiti f'konformità mal-prinċipji tal-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali kollha; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni biex, hija u tfassal u timplimenta l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna l-ġdida, tieħu kont debitu tas-sentenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Data, li tesiġi li l-istrumenti kollha jikkonformaw mal-prinċipji tal-proporzjonalità, in-neċessità u l-legalità, u jinkludu s-salvagwardji adegwati tal-kontabilità u r-rimedji ġudizzjarji;

9.  Iqis li hija ħasra li l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna għad m'għandhiex 'dimensjoni tal-ġustizzja' reali; ifakkar li, f'konformità mal-programm ta' Stokkolma, il-fiduċja reċiproka trid tissaħħaħ billi b'mod progressiv tiġi żviluppata kultura ġudizzjarja Ewropea msejsa fuq id-diversità ta' sistemi u tradizzjonijiet legali, permezz tal-kooperazzjoni Ewropea u l-leġiżlazzjoni Ewropea f'dan il-qasam u, b'mod speċifiku, permezz tal-iżvilupp ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali;

10.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-implimentazzjoni xierqa tal-Istrateġija ta' Sigurtà Interna l-ġdida hija ta' importanza deċiżiva, li jeħtieġ li jkun hemm diviżjoni ċara tal-kompiti bejn il-livelli tal-UE u l-livelli nazzjonali u li kemm il-Parlament Ewropew, kif ukoll il-parlamenti nazzjonali jeħtieġ li jkunu parti minn dan il-proċess ta' monitoraġġ; biħsiebu, għaldaqstant, iwettaq eżerċizzji ta' monitoraġġ regolari fuq l-implimentazzjoni korretta tal-Istrateġija ta' Sigurtà Interna, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali;

11.  Jenfasizza l-importanza tal-koerenza bejn l-aspetti interni u esterni tas-sigurtà; jemmen li għandhom jissaħħu s-sinerġiji bejn l-għodod tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) u l-Ġustizzja u Affarijiet Interni (ĠAI), inklużi l-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja ma' pajjiżi terzi, speċjalment permezz tal-użu ta' ftehimiet ta' assistenza legali reċiproka, f'konformità sħiħa mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 2, 3, 6 u 21 TUE; jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq il-fatt li l-atturi relevanti kollha, inklużi l-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu u Koordinatur tal-UE Kontra t-Traffikar, għandhom jaħdmu flimkien mill-qrib, u jintegraw l-aspetti interni u esterni;

12.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu provduti riżorsi finanzjarji adegwati għall-implimentazzjoni xierqa tal-miżuri stabbiliti fl-Istrateġija ta' Sigurtà Interna, u b'mod partikolari li jiġi żgurat li l -aġenziji tal-UE, bħall-Europol u l-Eurojust, jkunu mgħammra kif meħtieġ biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom; jirrikonoxxi, b'rabta ma' dan, ir-rwol importanti li jistgħu jkollhom ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-iżvilupp ta' għodod li jgħinu fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata u serja;

13.  Jissottolinja l-fatt li, fil-prattika, l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna għandha konsegwenzi wkoll f'dak li għandu x'jaqsam mal-għoti ta' prijorità lill-operazzjonijiet tal-aġenziji Ewropej u l-finanzjament Ewropew fil-qasam tal-ĠAI, qasam li fih il-Parlament huwa koleġiżlatur; iħeġġeġ lill-Kunsill, għaldaqstant, biex qabel ma jadotta l-istrateġija l-ġdida, iqis b'mod xieraq il-kontribut tal-Parlament fl-Istrateġija ta' Sigurtà Interna l-ġdida;

14.  Biħsiebu jelabora ulterjorment il-pożizzjoni tiegħu fir-rigward tal-prijoritajiet u l-azzjonijiet fil-qasam tas-sigurtà interna, abbażi tal-komunikazzjoni mistennija tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna, u jibda djalogu siewi mal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni fl-ispirtu tat-Trattat ta' Lisbona;

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Testi adottati, P7_TA(2014)0276.
(2) Testi adottati, P7_TA(2014)0230.
(3) Testi adottati, P7_TA(2014)0173.
(4) Testi adottati, P7_TA(2013)0384.


Rikonoxximent ta' stat Palestinjan
PDF 294kWORD 62k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar ir-rikonoxximent ta’ stat Palestinjan (2014/2964(RSP))
P8_TA(2014)0103RC-B8-0277/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani tas-17 ta' Novembru 2014,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli/Viċi President dwar l-attakk fis-sinagoga ta' Har Nof fit-18 ta' Novembru 2014 u dwar l-attakk terroristiku f'Ġerusalemm tal-5 ta' Novembru 2014, u d-dikjarazzjoni tal-Kelliem tar-Rappreżentant Għoli tal-UE dwar l-aħħar żviluppi fil-Lvant Nofsani tal-10 ta' Novembru 2014,

–  wara li kkunsidra t-tħabbira tat-30 ta' Ottubru 2014 tal-Gvern Svediż li jirrikonoxxi l-Istat tal-Palestina, kif ukoll ir-rikonoxximent preċedenti min-naħa ta' Stati Membri oħra qabel l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-mozzjonijiet dwar ir-rikonoxximent tal-Istat tal-Palestina approvati mill-House of Commons tar-Renju Unit fit-13 ta' Ottubru 2014, mis-Senat Irlandiż fit-22 ta' Ottubru 2014, mill-Parlament Spanjol fit-18 ta' Novembru 2014, mill-Assemblea Nazzjonali Franċiża fit-2 ta' Diċembru 2014, u mill-Assemblea Portugiża fit-12 ta' Diċembru 2014,

–  wara li kkunsidra l-Liġi Internazzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-UE ripetutament ikkonfermat l-appoġġ tagħha għas-soluzzjoni ta' żewġ stati abbażi tal-fruntieri tal-1967, b'Ġerusalemm bħala l-kapitali taż-żewġ stati bl-Istat ta' Iżrael sikur u bi Stat tal-Palestina indipendenti, demokratiku, kontigwu u vijabbli jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u s-sigurtà u talbet li t-taħdidiet ta' paċi diretti bejn l-Iżrael u l-Awtorità Palestina jissuktaw;

B.  billi s-sejbien ta' paċi ġusta u dejjiema bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani ilha kwistjoni ta' interess ewlieni għall-kommunità internazzjonali, inkluża l-Unjoni Ewropea, għal aktar minn nofs seklu;

C.  billi t-taħditiet diretti dwar il-paċi bejn il-partijiet huma wieqfa; billi l-UE stiednet lill-partijiet ifittxu azzjonijiet li jwasslu għall-ambjent ta’ fiduċja meħtieġ biex jiġu żgurati negozjati b'sinifikat, joqogħdu lura milli jieħdu azzjonijiet li jdgħajfu l-kredibilità tal-proċess u jipprevjenu t-tixwix;

D.  billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2012, il-Parlament Ewropew enfasizza li l-mezzi paċifici u mhux vjolenti huma l-uniku mod li permezz tiegħu tista’ tinkiseb paċi ġusta u dejjiema bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani, talab li jinħolqu l-kundizzjonijiet biex jissuktaw it-taħditiet diretti ta' paċi bejn iż-żewġ partijiet, appoġġja, f'dan ir-rigward, it-talba tal-Palestina li ssir stat osservatur mhux membru fin-Nazzjonijiet Uniti, qies li dan kien pass importanti biex l-pretiżi Palestinjani jsiru aktar viżibbli, aktar b'saħħithom u aktar effikaċi, u stieden, f'dan ir-rigward, lill-Istati Membri tal-UE u lill-komunità internazzjonali jilħqu ftehim f'din id-direzzjoni;

E.  billi l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċidiet fid-29 ta’ Novembru 2012 li tagħti lill-Palestina l-istatus ta’ stat osservatur mhux membru fin-NU;

F.  billi r-rikonoxximent tal-Istat tal-Palestina jagħmel parti mill-kompetenza tal-Istati Membri;

G.  filwaqt li jfakkar fl-impenn tal-PLO li tirrikonoxxi l-Istat ta' Iżrael sa mill-1993;

1.  Jappoġġja fil-prinċipju r-rikonoxximent ta' stat Palestinjan u s-soluzzjoni ta' żewġ stati, u jemmen li dawn għandhom jimxu id f'id mal-iżvilupp tat-taħdidiet ta' paċi, li għandhom jitmexxew 'il quddiem;

2.  Jappoġġja l-isforzi tal-President Abbas u l-gvern Palestinjan ta' kunsens nazzjonali; jerġa' jisħaq fuq l-importanza li tiġi kkonsolidata l-awtorità tal-gvern Palestinjan ta' kunsens u l-amministrazzjoni tiegħu fl-Istrixxa ta' Gaża; iħeġġeġ lill-fazzjonijiet Palestinjani kollha, inkluż il-Ħamas, jaċċettaw l-impenji tal-PLO u jtemmu d-diviżjonijiet interni; jitlob li l-UE tkompli tagħti appoġġ u għajnuna għall-bini tal-kapaċitajiet istituzzjonali Palestinjani;

3.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-fatt li f'dan ir-reġjun, it-tensjonijiet qed jikbru u l-vjolenza qed tiżdied; jikkundanna bil-qawwa kollha l-atti kollha ta' terroriżmu u vjolenza, u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-qraba tal-vittmi; iwissi dwar ir-riskju ta' eskalazzjoni ulterjuri tal-vjolenza li tinvolvi siti mqaddsa, li jistà jittrasforma l-kunflitt bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani f'kunflitt reliġjuż; jistieden lill-mexxejja politiċi min-naħat kollha biex jaħdmu flimkien permezz ta' azzjonijiet viżibbli ħalli jbaxxu t-tensjonijiet u jenfasizza li l-mezzi mhux vjolenti u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju huma l-uniku mod ta' kif tista' tinstab soluzzjoni sostenibbli u paċi ġusta u dejjiema bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani; jenfasizza li kwalunkwe azzjoni vjolenti tista' biss tkebbes l-estremiżmu fuq iż-żewġ naħat; iħeġġeġ lill-partijiet kollha biex jibqgħu lura minn kwalunkwe azzjoni li tista' taggrava s-sitwazzjoni permezz ta' tixwix, provokazzjoni, użu eċċessiv ta' forza jew ritaljazzjoni;

4.  Jenfasizza wkoll li kwalunkwe azzjoni li tqajjem dubji dwar l-impenji ddikjarati għal soluzzjoni negozjata għandha tiġi evitata; jissottolinja li l-insedjamenti huma illegali skont id-dritt internazzjonali; jitlob liż-żewġ partijiet ma jeħdux azzjonijiet li jistgħu jdgħajfu l-vijabbiltà u l-prospetti tas-soluzzjoni ta' żewġ stati;

5.  Itenni s-sostenn qawwi tiegħu għas-soluzzjoni ta' żewġ stati abbażi tal-fruntieri tal-1967, b'Ġerusalemm bħala l-kapitali taż-żewġ stati, bl-Istat ta' Iżrael sikur u bi Stat tal-Palestina indipendenti, demokratiku, kontigwu u vijabbli jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u s-sigurtà abbażi tad-dritt ta' awtodeterminazzjoni u r-rispett sħiħ tal-liġi internazzjonali;

6.  Jilqa' ż-żjara riċenti tar-Rappreżentant Għoli/Viċi President fl-Iżrael u fil-Palestina u l-impenn tagħha li tinvolvi ruħha b'mod proattiv fi proċess pożittiv li jkollu l-għan li ċ-ċirku ta' kunflitt jitkisser u li joħloq l-kundizzjonijiet politiċi għal progress ġenwin fil-proċess ta' paċi; jemmen li l-Unjoni Ewropea għandha ġġorr ir-responsabilità tagħha u ssir attur u faċilitatur ġenwin fil-proċess ta' paċi tal-Lvant Nofsani, anke fil-perspettiva tal-ħtieġa li jissuktaw it-taħdidiet ta' paċi , inkluż permezz ta' approċċ komuni u strateġija komprensiva biex tinstab soluzzjoni għall-kunflitt bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani; itenni li approċċ diplomatiku taħt l-awspiċi tal-Kwartett għal-Lvant Nofsani huwa meħtieġ, u jfakkar fl-importanza tal-Inizjattiva Għarbija għall-Paċi;

7.  Jistieden lill-RGħ/VP tiffaċilita pożizzjoni komuni tal-UE f'dan ir-rigward;

8.  Jissottolinja l-ħtieġa ta' paċi komprensiva, li ttemm kwalunkwe pretiża u twettaq l-aspirazzjonijiet leġittimi taż-żewġ partijiet, inklużi dawk tal-Iżraeljani għas-sigurtà u dawk tal-Palestinjani għal stat; jenfasizza li l-unika soluzzjoni possibbli għall-kunflitt hija l-koeżistenza ta' żewġ stati, l-Iżrael u l-Palestina;

9.  Jiddeċiedi li jvara inizjattiva ta’ “Membri Parlamentari għall-Paċi” intiża biex tiġbor flimkien Membri Parlamentari Ewropej, Iżraeljani u Palestinjani bil-għan li tgħin biex tmexxi 'l quddiem l-aġenda għall-paċi u tikkumplementa l-isforzi diplomatiċi tal-UE;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Mibgħut tal-Kwartett għal-Lvant Nofsani, lill-Knesset u l-Gvern ta' Iżrael, lill-President tal-Awtorità Palestinjana u lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan.


L-industrija tal-azzar tal-UE: nipproteġu l-ħaddiema u l-industriji
PDF 344kWORD 111k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar is-settur tal-azzar fl-UE: il-protezzjoni tal-ħaddiema u l-industriji (2014/2976(RSP))
P8_TA(2014)0104RC-B8-0352/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, li minnu tnissel it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2011 bit-titolu 'Il-politika industrijali: it-tisħiħ tal-kompetittività' (COM(2011)0642),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2012 bit-titolu 'Industrija Ewropea aktar b'saħħitha għat-tkabbir u l-irkupru ekonomiku – Aġġornament tal-komunikazzjoni dwar il-politika industrijali' (COM(2012)0582),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ġunju 2013 bit-titolu 'Pjan ta' Azzjoni għal industrija tal-azzar kompetittiva u sostenibbli fl-Ewropa' (COM(2013)0407),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2014 dwar il-Pjan ta' Azzjoni għal industrija tal-azzar kompetittiva u sostenibbli fl-Ewropa(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-industrija tal-azzar, u dwar ir-ristrutturar, it-trasferiment u l-għeluq ta' kumpaniji fl-UE,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2014 dwar impjiegi u aspetti soċjali tal-istrateġija Ewropa 2020(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2013 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar informazzjoni lill-ħaddiema u konsultazzjoni tal-ħaddiema, antiċipazzjoni u ġestjoni tar-ristrutturazzjoni(3),

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-impjant tal-azzar Acciai Speciali Terni (AST) fl-Italja (O-000087/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

L-isfidi ġenerali

A.  billi s-settur tal-azzar Ewropew kellu rwol storikament sinifikanti fil-proċess ta' integrazzjoni Ewropea u jikkostitwixxi l-bażi għall-ħolqien tal-valur miżjud industrijali Ewropew;

B.  billi s-settur tal-azzar għandu rwol essenzjali fl-ekonomija u l-industrija tal-Ewropa u attwalment qed iġarrab tnaqqis sostanzjali fid-domanda, li qed jikkawża telf kontinwu ta' impjiegi u kompetittività li mhuwiex sinjal tajjeb għall-irkupru meħtieġ tal-ekonomija Ewropea;

C.  billi l-UE għandha tippromwovi politika favur l-iżvilupp tal-produzzjoni industrijali fl-Istati Membri kollha sabiex tissalvagwardja l-impjiegi fl-UE u għandha tagħmel l-almu tagħha biex tilħaq l-objettiv indikattiv tagħha li sal-2020 iżżid is-sehem tal-PDG iġġenerat mill-industrija għal 20 %;

D.  billi wieħed mill-objettivi tal-UE huwa li tappoġġa l-industrija tal-azzar u telimina x-xkiel u t-theddid għall-kompetittività tal-industrija, u li l-industrija ssir reattiva għal kundizzjonijiet tas-suq Ewropew, kif ukoll ta' swieq mhux Ewropej, li qed jinbidlu;

E.  billi fis-snin reċenti l-industrija tal-azzar ħabbtet wiċċha ma' sfidi enormi f'termini ta' ristrutturar u fużjonijiet industrijali, bi spejjeż soċjali korrispondenti, kif ukoll f'termini ta' rekwiżiti ġodda biex jintlaħqu l-miri tal-UE rigward il-klima;

F.  billi għadd kbir ta' produtturi tal-azzar, b'mod partikolari, kienu qed jużaw strateġiji li jiffukaw fuq redditi finanzjarji fuq terminu qasir għad-detriment tal-innovazzjoni, l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, l-impjieg u t-tiġdid tal-ħiliet;

G.  billi l-industrija Ewropea tal-azzar qed tħabbat wiċċha ma' kriżi ta' investiment li qed tipperikola l-futur tagħha stess, filwaqt li, fl-istess ħin, il-materjali tal-azzar huma mistennija jkollhom rwol kruċjali fil-provvediment ta' soluzzjonijiet industrijali sostenibbli għall-urbanizzazzjoni, il-mobilità u t-tibdil demografiku;

H.  billi żieda fid-domanda limitata se tfisser li l-Ewropa, minn esportatur nett se ssir importatur nett tal-azzar, speċjalment ta' prodotti ċatti u prodotti ta' valur miżjud għoli;

I.  billi skont il-Kummissjoni l-għeluq ta' impjanti wassal għal telf ta' 60 000 impjieg mill-2007, u l-produzzjoni naqset minn 210 miljun tunnellata fl-2007 għal 166 miljun tunnellata fl-2013(4);

Il-kompetittività u l-kummerċ

J.  billi r-rikonċiljazzjoni tal-ħtieġa għal prestazzjoni ambjentali għolja maż-żieda fil-kompetittività globali filwaqt li jittaffa t-tħassib dwar ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju u jittejjeb l-aċċess għall-materja prima għadhom sfidi fundamentali għas-settur tal-azzar, meta jitqies il-fatt li kompetituri differenti huma marbuta bi standards differenti;

K.  billi l-ispejjeż għall-enerġija jridu jiġu kkunsidrati f'approċċ globali għall-industrija tal-azzar, u billi l-prezzijiet tal-enerġija għall-konsumaturi industrijali fl-UE jista' jkollhom impatt dirett fuq il-kompetittività;

L.  billi titjib ulterjuri fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u r-riżorsi jista' jfisser aktar iffrankar tal-ispejjeż u tnaqqis tal-emissjonijiet għall-industrija;

M.  billi d-domanda mis-settur awtomobilistiku hija limitata minħabba kapaċità strutturali żejda, filwaqt li setturi oħrajn, bħal tal-enerġija rinnovabbli u l-infrastruttura tal-enerġija jirrappreżentaw opportunitajiet reali għas-settur (pereżempju, turbina tar-riħ waħda ta' 3mW hija ekwivalenti ta' 500 karozza);

L-aspetti soċjali

N.  billi rati tal-qgħad għoljin fl-UE jikkorelataw mal-kontrazzjoni tal-bażi tal-produzzjoni industrijali u tal-manifattura tagħha, u billi l-kriżi attwali ħolqot tbatija soċjali profonda għall-ħaddiema u r-reġjuni milquta;

O.  billi l-industrija tal-azzar tal-UE hija impjegatur ewlieni, li tirrappreżenta 'l fuq minn 350 000 impjieg dirett u bosta miljuni aktar f'industriji relatati, inkluża l-katina tal-provvista tar-riċiklaġġ;

P.  billi s-sitwazzjoni ta' xi impjanti tal-azzar fl-Ewropa qed tikkaġuna tħassib serju għall-ħaddiema u l-awtoritajiet nazzjonali u lokali;

Q.  billi l-kumpaniji involuti fir-ristrutturar għandhom jaġixxu b'mod soċjalmentresponsabbli, fid-dawl tal-fatt li l-esperjenza wriet li r-ristrutturar soċjalment u ekonomikament sostenibbli jirrikjedi djalogu soċjali suffiċjenti, b'enfasi speċjali fuq l-għoti ta' informazzjoni lill-ħaddiema u l-konsultazzjoni tagħhom, bħalma hu spjegat fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-15 ta' Jannar 2013 li ssemmiet qabel;

R.  billi l-involviment komprensiv tas-sħab soċjali fil-livelli kollha, u t-tisħiħ tad-djalogi soċjali fil-livell tal-UE huma kruċjali għas-salvagwardja kemm tal-interessi tal-kumpaniji tal-azzar kif ukoll tal-ħaddiema tagħhom;

S.  billi bosta impjanti, li jirrappreżentaw kapaċità ta' 20 miljun tunnellata, ilhom temporanjament inattivi għal aktar minn tliet snin; billi, fl-istess ħin, il-forzi tax-xogħol ta' ħafna impjanti fl-Ewropa huma kkaratterizzati minn ħaddiema tas-sengħa li qegħdin jikbru fl-età u li kważi laħqu l-età tal-irtirar;

Ir-riċerka u l-iżvilupp / it-teknoloġija

T.  billi l-industriji ta' teknoloġija avvanzata – pereżempju fis-settur tal-azzar – intużaw bħala mudell ta' know-how teknoloġiku li jrid jiġi protett, u billi jeħtieġ li tittieħed azzjoni immedjata biex jiġi evitat li dawn l-industriji jiġu delokalizzati barra l-UE;

U.  billi r-riċerka u l-iżvilupp huma strateġiċi għal industrija li trid issib mod kif tnaqqas l-emissjonijiet tagħha, speċjalment (iżda mhux esklużivament) tad-diossidu tal-karbonju;

L-isfidi

1.  Jisħaq fuq il-fatt li l-irkupru ekonomiku tal-Ewropa jiddependi ħafna minn industrija tal-manifattura b'saħħitha, li fiha l-industrija tal-azzar ikollha rwol importanti, u li l-manifattura tiddependi fuq it-tkabbir u d-domanda domestiċi;

2.  Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li jiġu ppreservati n-know-how u l-għarfien espert żviluppati f'distretti industrijali importanti, fattur li jiżgura d-diversifikazzjoni, is-salvagwardji ambjentali u l-prodotti innovattivi;

3.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħaffef it-tħejjija tagħha tal-pjan direzzjonali għall-politika industrijali li tħabbar għall-ewwel nofs tal-2015 sabiex tingħata spinta lill-industrija Ewropea fil-kuntest tas-suq globali bl-għan li jiġu ggarantiti kundizzjonijiet indaqs ta' kompetizzjoni filwaqt li jiġu żgurati standards għoljin fl-oqsma soċjali u ambjentali fl-UE u li ssir ħidma favur ir-reċiproċità fil-pajjiżi terzi;

4.  Iqis li approċċ ambizzjuż għar-riindustrijalizzazzjoni fil-kuntest tar-rieżami ta' nofs il-perjodu tal-istrateġija Ewropa 2020 huwa ta' importanza fundamentali għall-kisba ta' politika industrijali tal-UE ġenwina u għat-tnedija mill-ġdid tal-kompetittività industrijali tal-UE fil-livell globali;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tistudja l-pożizzjoni strateġika tal-industrija Ewropea tal-azzar fid-dinja, fid-dawl tal-fatt li l-produzzjoni tal-azzar hija meqjusa strateġika f'għadd kbir ta' pajjiżi, u tiżviluppa b'mod speċifiku pjan direzzjonali ċar għall-inizjattivi fuq terminu medju u twil li biħsiebha tipproponi sabiex tappoġġa l-industrija tal-azzar fl-Ewropa; jenfasizza li pjan direzzjonali bħal dan irid jinkludi involviment komprensiv u bikri tas-sħab soċjali fil-livelli kollha; iqis li, fid-dawl tat-tkomplija tal-kriżi, għandu jiġi ppreżentat ukoll rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni dwar l-azzar sabiex nibnu fuq ir-riżultati pożittivi ta' din is-sena u ma jintilifx il-momentum;

6.  Jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi strument ta’ analiżi tas-suq tal-azzar fil-fond li jista’ jipprovdi informazzjoni preċiża dwar il-bilanċ Ewropew u globali tal-provvista tal-azzar u d-domanda għalih, li jiddistingwi bejn il-komponenti strutturali u ċikliċi tal-iżvilupp ta’ dan is-suq; jemmen li l-monitoraġġ tas-suq tal-azzar jista’ jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-trasparenza tas-swieq tal-azzar u tar-ruttam u jipprovdi inputs importanti għall-miżuri korrettivi u proattivi, li huma inevitabbli minħabba n-natura ċiklika tal-industrija tal-azzar; jitlob lill-Kummissjoni tuża dan l-istrument ta' analiżi tas-suq biex tantiċipa r-riskji u tinvestiga kif l-għeluq tal-impjanti qed jaffettwa l-irkupru tas-settur;

7.  Jitlob lill-Kummissjoni biex fuq perjodu qasir tipprovdi rapport dwar l-isfidi ewlenin li qed tħabbat wiċċha magħhom l-industrija tal-azzar fl-Ewropa, inklużi l-aspetti soċjali, ekonomiċi u ambjentali; ifakkar, f'dan ir-rigward, li wara li skada t-Trattat li waqqaf il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, il-Kummissjoni għandha d-dritt li tindirizza l-impatt ekonomiku u soċjali tal-iżviluppi fl-industrija Ewropea tal-azzar; jistieden lill-Kummissjoni tħaddan l-esperjenza pożittiva, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mar-riċerka u l-kunsiderazzjonijiet strateġiċi tripartitiċi;

8.  Jitlob li jitwaqqaf mill-ġdid u b'urġenza l-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Azzar fil-kuntest tal-Kulleġġ tal-Kummissarji li għadu kemm ġie elett, bil-parteċipazzjoni sħiħa tal-Parlament, u li tiġi organizzata laqgħa f'dak il-qafas bl-għan li l-partijiet ikkonċernati relevanti jiġu informati dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-40 miżura stipulati fil-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni dwar l-azzar; jistieden lill-Kummissjoni torganizza, kull meta jkun xieraq jew possibbli, laqgħat tal-Grupp ta' Livell Għoli fi żminijiet xierqa sabiex il-ħidma tiegħu tista' talimenta d-diskussjonijiet fi ħdan il-Kunsill Kompetittività; jistieden lill-Kummissjoni torganizza laqgħat tematiċi darba fis-sena dwar il-politiki tal-kompetizzjoni, il-kummerċ, l-enerġija u l-klima ma' industriji oħrajn li jużaw ħafna enerġija, peress li xi wħud mill-preokkupazzjonijiet tas-settur tal-azzar huma rilevanti wkoll għal industriji oħrajn li jużaw ħafna enerġija;

9.  Iqis li huwa essenzjali li l-awtoritajiet reġjonali u lokali u t-trade unions li jirrappreżentaw iż-żoni li l-impjanti tal-azzar jinsabu fihom ikunu involuti mill-qrib, sabiex jippromwovu l-kooperazzjoni u l-iskambji ta' informazzjoni u l-aħjar prassi fost il-partijiet ikkonċernati ewlenin fl-Istati Membri;

10.  Jenfasizza l-ħtieġa li jsir studju dwar kif tista' tiġi indirizzata l-krizi fil-qasam tal-investiment sabiex l-industrija Ewropea tinbidel f'industrija sostenibbli u li tħalli qligħ, filwaqt li jitqies il-fatt li l-investimenti fl-industrija tal-azzar huma kkaratterizzati minn redditi fuq perjodu ta' żmien twil; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra li tiddedika parti mill-pakkett ta' investiment tagħha għal proġetti infrastrutturali vijabbli u fit-tul, u għal proġetti industrijali fuq skala kbira ffukati fuq l-innovazzjoni, inklużi proġetti ta' effiċjenza enerġetika u b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, li jistgħu wkoll jagħtu spinta sinifikanti lid-domanda għall-azzar fl-UE;

11.  Jinkoraġġixxi wkoll l-użu ta’ strumenti finanzjarji innovattivi oħra bħall-faċilitajiet ta' finanzjament għall-kondiviżjoni tar-riskji li jagħtu prijorità lill-industriji tal-azzar fi kriżi; jistieden lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp biex ifasslu qafas ta’ finanzjament fit-tul għall-proġetti tal-azzar;

12.  Jenfasizza li l-appoġġ għas-settur tal-azzar huwa kruċjali, inkluż l-iżvilupp strateġiku ta' setturi ewlenin oħra li jużaw l-azzar, pereżempju fis-settur tal-enerġija (ġenerazzjoni u distribuzzjoni ta' enerġija rinnovabbli), fis-settur tat-trasport u l-proġetti ta' kostruzzjoni effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, biex b'hekk jinħolqu inċentivi għal proċessi ta' produzzjoni effiċjenti, jissaħħaħ is-suq intern u jingħataw inċentivi għall-iżvilupp tal-ħiliet;

13.  Jitlob l-applikazzjoni tal-approċċ 'valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja' sabiex jiġu evlalwati l-impatti ambjentali u jitnaqqas l-użu ta' riżorsi tul l-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja, inklużi l-estrazzjoni u l-konverżjoni ta' materja prima, segwiti mill-manifattura u d-distribuzzjoni, permezz tal-użu u/jew il-konsum, sabiex jitrawwem l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' materjali u l-irkupru tal-enerġija u biex jitnaqqas ir-rimi finali;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni tivverifika jekk l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni wasslitx għal soluzzjonijiet inġusti fis-suq Ewropew tal-azzar, b'effetti negattivi potenzjali fuq l-effiċjenza tiegħu, u, f'dak il-każ, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta miżuri korrettivi u tipprevjeni sitwazzjonijiet bħal dawn fil-futur; jisħaq fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet u r-rimedji tal-Kummissjoni fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni m'għandhomx jipperikolaw il-vijabilità ekonomika ta' impjanti individwali li jipproduċu l-azzar, speċjalment fil-kuntest taż-żieda fil-kompetizzjoni globali; iżid li l-Kummissjoni għandha taġixxi wkoll biex tħares l-infrastruttura industrijali ewlenija u l-kapaċità ta' produzzjoni minn impriżi li jaħkmu u jbigħu l-assi ta' impriżi oħra;

15.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-iskema attwali tal-għajnuna mill-Istat lill-industriji li jużaw ħafna enerġija ma tiġġenerax tfixkil fis-suq intern, u b'hekk tiggarantixxi kundizzjonijiet indaqs ta' kompetizzjoni għall-kumpaniji; huwa tal-fehma li l-industriji li jużaw ħafna enerġija jeħtieġu qafas stabbli għall-investimenti tagħhom sabiex jiggarantixxu livell għoli ta' impjieg;

Il-kummerċ u l-kompetittività

16.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti aktar importanza lill-politika industrijali billi tadotta miżuri li jippermettu li tingħata ħajja ġdida lill-kompetittività tal-industrija Ewropea fis-suq dinji, u tiggarantixxi kundizzjonijiet indaqs ta' kompetizzjoni effikaċi għall-atturi ekonomiċi kollha;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza, fi żmien debitu u b'mod effikaċi, l-importazzjoni fis-suq tal-UE ta' azzar suġġett għal dumping jew għal sussidji illegali u biex tuża, fejn ikun adegwat, l-istrumenti ta' rimedju kummerċjali tal-UE skont il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE;

18.  Jitlob lill-Kummissjoni teżamina l-fattibilità ta' aġġustament tal-karbonju fuq il-fruntieri (il-ħlas ta' kwoti tal-ETS għal azzar li ġej minn barra l-UE) bil-għan li jinħolqu kundizzjonijiet ekwi fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2, biex b'hekk jiġi eliminat il-fenomenu tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-ftehimiet kummerċjali futuri jinkludu dispożizzjonijiet li jtejbu b'mod sinifikanti l-opportunitajiet ta' esportazzjoni u l-aċċess għas-suq għall-prodotti Ewropej tal-azzar u dawk ibbażati fuq l-azzar; jisħaq fuq il-fatt li l-kummerċ ġust ta' prodotti tal-azzar jista' jopera biss abbażi tal-konformità mad-drittijiet bażiċi tal-impjieg u l-istandards ambjentali, u jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-importazzjonijet bi prezzijiet ta' dumping iwasslu għal kompetizzjoni inġusta, b'mod partikolari għall-produtturi tal-azzar inossidabbli fl-Ewropa; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġu modernizzati l-istrumenti għad-difiża tan-negozju tal-UE, u jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu azzjoni konkreta sabiex jaċċelleraw dan il-proċess ta' modernizzazzjoni, biex b'hekk jiżguraw li jkun hemm kompetizzjoni ġusta u jippermettu lill-UE tieħu miżuri rapidi u proporzjonati fil-ġlieda kontra l-prattiki kummerċjali inġusti;

20.  Jemmen li l-miżuri pożittivi proposti hawnhekk jippermettu lill-industrija tal-azzar issir aktar kompetittiva fuq livell internazzjonali, fatt li juri li l-prodotti tal-azzar tal-UE jissodisfaw standards soċjali, ambjentali u ekonomiċi ogħla minn dawk li jinsabu bnadi oħra, u jissottolinja l-kwalità tal-produtturi tal-azzar tal-UE, li fl-istess waqt ikun qed itejjeb il-perċezzjoni tal-konsumaturi;

21.  Jenfasizza l-fatt li l-istandards għoljin Ewropej rigward il-ħarsien tal-klima u tal-ambjent jistgħu jsiru standards globali, u dan jiggarantixxi kundizzjonijiet ġusti ta' kompetizzjoni;

22.  Jinnota d-diffikultajiet li s-settur tal-azzar qed iħabbat wiċċu magħhom f'ħafna Stati Membri, li xi wħud minnhom huma kkawżati minn tnaqqis sinifikanti fid-domanda globali, żieda fl-ispejjeż tal-enerġija u żieda fid-delokalizzazzjoni tal-manifattura Ewropea; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni timplimenta bis-sħiħ il-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi (COM(2011)0571) u r-rakkomandazzjonijiet dwar il-Pjattaforma Ewropea għall-Użu Effiċjenti tar-Riżorsi;

23.  Jemmen li l-leġiżlazzjoni dwar l-iskart għandha tittejjeb sabiex jiġi appoġġat il-funzjonament tas-suq tar-ruttam tal-azzar tal-UE, pereżempju permezz ta' reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Vetturi li M'għadhomx Jintużaw; ifakkar fl-importanza ta' suq tar-ruttam li jiffunzjona tajjeb, li għandu jkompli jiġi stimulat u msaħħaħ fid-dawl tal-istrateġija għal ekonomija ċirkolari tal-UE, sabiex jiġu evitati żidiet eċċessivi tal-prezzijiet b'riżultat tal-preżenza ta' industriji ta' pajjiżi terzi fis-suq tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex tikkunsidra l-applikazzjoni ta' dazji tal-esportazzjoni fis-suq tar-ruttam tal-UE sabiex jiġi evitat id-dumping ambjentali li jseħħ normalment;

L-aspetti soċjali

24.  Ifakkar fil-ħtieġa li jsir investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ tal-ħaddiema, u jisħaq fuq ir-relevanza ta' monitoraġġ għaqli min-naħa tal-Kummissjoni tal-iżviluppi li qed isiru sabiex jiġu salvagwardjati l-wirt industrijali u l-forza tax-xogħol ikkonċernati;

25.  Jitlob lill-Kummissjoni tieħu passi biex tiżgura li l-Istati Membri ma jkollhomx jikkompetu kontra xulxin meta produttur kbir tal-azzar li jħaddem impjanti f'diversi pajjiżi jħabbar ristrutturar; barra minn hekk, minħabba l-importanza tal-politiki ta' koordinazzjoni biex tkun żgurata industrija tal-azzar sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva li tirreaġixxi għal kundizzjonijiet tas-suq Ewropew u ta' swieq mhux Ewropej li jinbidlu, jitlob li tinstab soluzzjoni pan-Ewropea li tissalvagwardja u toħloq impjiegi tajbin u attività industrijali fir-reġjuni tal-Ewropa;

26.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-industrija, is-sħab soċjali u l-awtoritajiet lokali jantiċipaw ir-rekwiżiti ta' taħriġ li joriġinaw minn ristrutturar possibbli tal-impjanti li ngħalqu temporanjament;

27.  Huwa favur il-promozzjoni ta' programm ta' trasferiment tal-għarfien espert sabiex il-ħaddiema tas-sengħa li huma akbar fl-età jittrażmettu l-għarfien u l-ħiliet tagħhom lill-ħaddiema l-ġodda fl-impjanti Ewropej tal-azzar;

28.  Jisħaq fuq il-fatt li l-istandards tal-UE tar-responsabbiltà soċjali korporattiva u l-parteċipazzjoni tal-impjegati għandhom jiġu implimentati wkoll mill-kumpaniji Ewropej f'pajjiżi terzi;

29.  Jisħaq fuq il-fatt li l-involviment tal-ħaddiema f'miżuri ta' innovazzjoni u ristrutturar huwa essenzjali biex jiġi xprunat is-suċċess ekonomiku, u għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni toħloq pjattaforma li tinkludi s-sħab soċjali bl-għan li tagħti pariri dwar, timplimenta u timmonitorja l-pjan ta' azzjoni Ewropew dwar l-azzar;

30.  Jappella biex is-sħab soċjali ta' impjanti tal-azzar li jinsabu f'qagħda ekonomika kritika jikkunsidraw l-alternattivi li jeżistu biex jitnaqqas kollettivament il-ħin tax-xogħol f'sitwazzjonijiet ta' kriżi sabiex jiġu evitati s-sensji u t-telf ta' impjiegi;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni tissimplifika l-użu tal-fondi relevanti tal-UE, bħalma huma l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE), u l-istrumenti ta' politika sabiex ittaffi l-ispejjeż soċjali ta' aġġustament, u tiżgura li l-ħiliet relevanti jinżammu u jiġu żviluppati għall-kompetittività futura tal-industrija;

32.  Jipproponi li l-rikavat tal-bejgħ tal-kwoti mingħajr ħlas tal-kumpaniji jiġi investit mill-ġdid fl-ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju (tagħmir, teknoloġiji, R&Ż, taħriġ tal-ħaddiema);

33.  Jemmen li t-tibdil drastiku li jista' jseħħ fil-ġejjieni fis-settur tal-azzar u f'setturi industrijali oħra għandu jiġi antiċipat; iqis, f’dan ir-rigward, li l-Istati Membri għandhom jallinjaw iktar mill-qrib il-politiki ta' edukazzjoni u ta' taħriġ mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol bl-għan li jkunu jistgħu jlaħħqu ma' sitwazzjonijiet simili u jippromwovu l-interess fl-oqsma tekniċi u xjentifiċi, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm professjonisti speċjalizzati fis-settur tal-azzar sabiex jixprunaw l-innovazzjoni;

34.  Jenfasizza l-bżonn ta' persuni kwalifikati u kompetenti biex l-Ewropa tlaħħaq mat-tranżizzjoni lejn proċessi ta' produzzjoni u prodotti iktar sostenibbli, u jappella għal strateġija Ewropea dwar it-taħriġ u l-edukazzjoni; jilqa' l-proġett ta' Edukazzjoni Vokazzjonali Teknika u Taħriġ b'Approċċ aktar Ekoloġiku għas-settur tal-azzar, li fih il-kumpaniji tal-azzar, l-istituti ta' riċerka u s-sħab soċjali investigaw b'mod konġunt il-ħiliet meħtieġa għas-sostenibbiltà ambjentali; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa ulterjorment l-implimentazzjoni tar-riżultati tal-proġett;

Ir-riċerka u l-iżvilupp / it-teknoloġija

35.  Jagħraf il-ħtieġa li l-aqwa tekniki disponibbli (BATs) jiġu żviluppati u disseminati fl-UE kollha, biex tiġi appoġġata, fejn ikun possibbli, is-sostituzzjoni tal-minerali bir-ruttam ferruż, kif ukoll biex jiżdied l-użu tal-fran tal-ark elettriċi (EAFs) u s-sostituzzjoni tal-faħam tal-kokk bil-gass;

36.  Jappella biex l-investiment jiġi orjentat lejn teknoloġiji li jimmassimizzaw l-użu tad-dħul ta' enerġija, pereżempju billi jottimizzaw l-użu tal-gassijiet tal-ipproċessar u tas-sħana residwa għall-produzzjoni tal-fwar u tal-elettriku;

37.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw protezzjoni soċjali u kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati u pagi deċenti, permezz tal-liġi jew ta' ftehimiet kollettivi, u protezzjoni effikaċi kontra t-tkeċċija inġusta;

38.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jsir investiment fir-riċerka u l-iżvilupp bħala aspetti kruċjali fit-tiġdid u fl-għoti ta' nifs ġdid lill-ekonomija b'mod ġenerali, u lill-industrija tal-azzar b'mod partikolari, li hija bbażata fuq ċikli ta' ħajja twal u potenzjal kbir ta' riċiklaġġ; isemmi, f'dan ir-rigward, it-teknoloġiji eżistenti u ġodda bbażati fuq l-idroġenu li jintużaw għar-riduzzjoni ta' minerali tal-ħadid, li għandhom il-potenzjal li jnaqqsu jew jeliminaw ammonti kbar ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju; jitlob l-istabbiliment u l-promozzjoni ta' marka kummerċjali għall-prodotti tal-azzar etiċi 'made in Europe';

39.  Jemmen li sforzi konġunti fir-riċerka u l-iżvilupp jippromwovu l-użu baxx tal-karbonju u l-produzzjoni tal-azzar b'impatt baxx, u b'hekk jiffavorixxu industrija aktar sostenibbli u kompetittiva;

40.  Jissottolinja, f'dan ir-rigward, l-importanza kruċjali tal-programmi Orizzont 2020 u Industrija bi Proċessi Sostenibbli permezz tal-Effiċjenza fl-Użu tar-Riżorsi u l-Enerġija (SPIRE), kif ukoll il-ħtieġa għal finanzjament, min-naħa tal-Bank Ewropew tal-Investiment u l-istrument futur NER400, tal-programmi ta' innovazzjoni u riċerka l-aktar riskjużi;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta politika ta' innovazzjoni ambizzjuża li twitti t-triq għall-iżvilupp ta' prodotti u proċessi innovattivi, ta' kwalità għolja u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, politika li tippermetti lill-UE tibqa' kompetittiva fid-dawl ta' kompetizzjoni globali dejjem aktar ħarxa; jenfasizza l-fatt li s-soluzzjoni għat-titjib tal-kompetittività tal-industrija Ewropea tal-azzar, fid-dawl tal-preżenza ta' fornituri minn pajjiżi terzi, hija l-innovazzjoni fil-prodotti l-ġodda - bħalma huma prodotti tal-azzar tal-massa, inklużi folji tal-azzar b'saħħithom ħafna u b'reżistenza għolja li jintużaw għall-produzzjoni tal-vetturi, kif ukoll azzar illigat ħafna bi proprjetajiet fiżiċi u kimiċi differenti, u proċessi ta' produzzjoni ġodda, speċjalment il-metallurġija bl-użu tal-idroġenu u l-metallurġija bl-użu tat-teknika tat-tidwib mill-ġdid tal-metall - u jemmen li dan il-qasam għandu jingħata appoġġ partikolari;

42.  Ifakkar li l-innovazzjoni trid tiġi stimulata billi jiġu appoġġati mhux biss ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u t-trasferiment tal-għarfien iżda wkoll l-introduzzjoni fis-suq u r-raggruppamenti tal-innovazzjoni, permezz tal-promozzjoni ta' sħubijiet pubbliċi-privati f'setturi strateġiċi bħalma hija l-industrija tal-azzar sabiex jiġi mmobilizzat aktar kapital privat;

43.  Jappoġġa l-finanzjament tal-proġetti pilota industrijali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju bl-għan li tiġi ssodisfata l-ħtieġa urgenti ta' tranżizzjoni għal ekonomija sostenibbli u dekarbonizzata, ekonomija li l-aspetti ewlenin tagħha huma l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli u l-infrastruttura intelliġenti, u bl-għan li t-teknoloġija ta' produzzjoni tal-azzar b'emissjonijiet baxxi ħafna ta' CO2 (Ultra-low CO2 steelmaking, ULCOS), tinbidel f'għodda tal-politika industrijali effiċjenti mil-lat ambjentali u fl-użu tal-enerġija;

44.  Jemmen li l-possibilitajiet ta' tnaqqis, b'mod partikolari għas-setturi tal-industrija tal-azzar, jiddependu bil-kbir fuq teknoloġiji ġodda, u b'hekk jenfasizza r-rwol importanti li l-programmi ta' riċerka u innovazzjoni ffinanzjati mill-UE jista' jkollhom sabiex tingħata spinta lill-ekonomija Ewropea permezz ta' Orizzont 2020, kif ukoll ir-rwol tagħhom fl-iżgurar tal-kompetittività tas-settur tal-azzar Ewropew u l-kwalità għolja tal-produzzjoni tiegħu; ifakkar li r-riċerka u l-innovazzjoni huma xpruni importanti għat-tkabbir ekonomiku u għall-industrija kompetittiva;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta l-inizjattiva SustSteel, bħalma ġie propost fil-pjan ta' azzjoni dwar l-azzar, inizjattiva li għandha l-appoġġ sħiħ tal-Parlament, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni, u biex dan tagħmlu mill-aktar fis possibbli;

o
o   o

46.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Testi adottati, P7_TA(2014)0069.
(2) Testi adottati, P8_TA(2014)0060.
(3) Testi adottati, P7_TA(2013)0005.
(4) Dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu 'Is-sitwazzjoni attwali rigward l-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Pjan ta' Azzjoni għal industrija tal-azzar kompetittiva u sostenibbli fl-Ewropa tal-11 ta' Ġunju 2013 (COM(2013)0407)’ (SWD(2014)0215).


Is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni
PDF 240kWORD 72k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Dicembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni (2014/2907(RSP))
P8_TA(2014)0105B8-0362/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951 u l-protokolli addizzjonali għalihom,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ottubru 2013 dwar miżuri tal-UE u tal-Istati Membri biex jindirizzaw il-fluss ta' refuġjati b'riżultat tal-kunflitt fis-Sirja(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-flussi migratorji fil-Mediterran, b'attenzjoni partikolari għall-ġrajjiet traġiċi ftit 'il barra minn Lampedusa(2),

–  wara li kkunsidra d-diskors mill-President tal-Parlament Ewropew matul iż-żjara tiegħu f'Lampedusa fit-2 u t-3 ta' Ottubru 2014, biex ifakkar l-anniversarju tat-traġedja tat-3 ta' Ottubru 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tiegħu dwar iż-żjarat mid-delegazzjonijiet tiegħu f'Lampedusa f'Novembru 2011, fil-Ġordan fi Frar 2013 biex jivvalutaw is-sitwazzjoni tar-refuġjati mis-Sirja, u fil-Bulgarija f'Jannar 2014 biex jivvalutaw is-sitwazzjoni tal-applikanti għall-ażil u r-refuġjati u b'mod partikolari mis-Sirja,

–  wara li kkunsidra d-dibattiti fis-sessjonijiet plenarji tiegħu tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar il-politiki migratorji tal-UE fil-Mediterran, b'attenzjoni partikolari għall-ġrajjiet traġiċi li seħħew ftit 'il barra minn Lampedusa,

–  wara li kkunsidra d-dibattiti li saru mill-bidu tal-leġiżlatura attwali: fil-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tiegħu fit-22 ta' Lulju 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni dwar il-ħidma tat-Task Force fil-Mediterran; fl-4 ta' Settembru 2014 dwar l-attivitajiet tal-Frontex fil-Mediterran u dwar it-Task Force fil-Mediterran; fl-24 ta' Settembru 2014 dwar il-Ħames Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil (2013)(3) u dwar ir-rapport annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil (EASO) dwar is-sitwazzjoni tal-ażil fl-Unjoni Ewropea (2013),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjni tal-Kummissjoni dwar il-ħidma tat-Task Force fil-Mediterran tal-4 ta' Diċembru 2013(4),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-20 ta' Diċembru 2013,

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-22 ta' Mejju 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni dwar il-ħidma tat-Task Force fil-Mediterran(5),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tas-26 u s-27 ta' Ġunju 2014, fejn iddefinixxa l-linji gwida strateġiċi għall-ippjanar leġiżlattiv u operazzjonali għas-snin li ġejjin fi ħdan l-ispazju tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja(6),

–  wara li kkunsidra l-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss, ippreżentati fil-15 ta' Lulju 2014 mill-President Juncker fis-sessjoni plenarja tal-Parlament,

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-politiki Ewropej tal-immigrazzjoni tal-11 ta' Settembru 2014(7),

–  wara li kkunsidra l-impenji meħuda mill-Kummissarju għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni u ċ-Ċittadinanza, is-Sur Avramopoulos, fis-smigħ tiegħu quddiem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern fit-30 ta' Settembru 2014,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar "Tittieħed azzjoni biex jiġu ġestiti aħjar il-flussi migratorji" adottati fl-10 ta' Ottubru 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' April 2012 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE) intitolat "Ħajjiet mitlufa fil-Baħar Mediterran",

–  wara li kkunsidra r-rapporti annwali tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Migranti, b'mod partikolari r-rapport ippubblikat f'April 2013 dwar il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-UE u l-impatt tagħha fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti, u r-rapport ippubblikat f'April 2014 dwar l-isfruttament ta' ħaddiema migranti,

–  wara li kkunsidra d-diskors mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku matul iż-żjara Tiegħu fil-Parlament fil-25 ta' Novembru 2014,

–  wara li kkunsidra l-Mistoqsijiet għal Tweġiba Orali lill-Kunsill u l-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni (O-000078/2014 – B8-0037/2014 and O-000079/2014 – B8-0038/2014),

–  wara li kkunsidra d-dibattitu dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni li sar fil-Parlament fil-25 ta' Novembru 2014,

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi skont l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni(8), minn tal-inqas 3072 persuna mietu fil-Baħar Mediterran fl-ewwel disa' xhur tal-2014, fatt li għal darb'oħra juri l-ħtieġa li jsir dak kollu possibbli biex jiġu salvati l-ħajjiet tan-nies li jinsabu f'periklu, u l-ħtieġa li l-Istati Membri jirrispettaw l-obbligi internazzjonali tagħhom rigward is-salvataġġ fuq il-baħar;

B.  billi madwar 500 migrant ġew irrappurtati maqtula wara li d-dgħajsa li kienet qed iġġorrhom mill-Eġittu lejn l-UE apparentament intlaqtet u ġiet mgħerrqa apposta mit-traffikanti; billi t-traffikanti jisfruttaw il-migrazzjoni irregolari u billi dawk in-netwerks huma ta' riskju serju għall-ħajjiet tal-migranti u sfida għall-UE;

C.  billi l-Italja varat l-operazzjoni "Mare Nostrum" ta' pattuljar, salvataġġ u sorveljanza sabiex issaħħaħ l-attivitajiet ta' salvataġġ umanitarju fil-Mediterran li salvaw 150 810 migrant matul perjodu ta' 364 jum(9); billi l-Gvern Taljan ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jneħħi gradwalment il-Mare Nostrum;

D.  billi l-operazzjoni konġunta "Triton", ikkoordinata mill-Frontex, saret kompletament operattiva fl-1 ta' Novembru 2014 u mhuwiex ċar x'kontribuzzjonijiet se jsiru mill-Istati Membri fil-ġejjieni;

1.  Jirrikonoxxi li huwa importanti li jkun żviluppat approċċ olistiku għall-migrazzjoni;

2.  Itenni l-ħtieġa li l-UE iżżid t-taqsim ġust tar-responsabbiltà u s-solidarjetà lejn l-Istati Membri li jirċievu l-ikbar għadd ta' refuġjati u applikanti għall-ażil f'termini assoluti jew inkella f'termini proporzjonali (f'konformità mal-Artikolu 80 tat-TFUE); ifakkar l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 78 u 79 tat-TFUE;

3.  Jiddispjaċih għall-imwiet traġiċi fil-Mediterran; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jagħmlu kull ma jistgħu sabiex jipprevjenu aktar imwiet fuq il-baħar; huwa konxju tal-bżonn li jkun żgurat li l-obbligi ta' tfittxija u salvataġġ ikunu ssodisfati b'mod effikaċi u li għaldaqstant ikunu ffinanzjati kif xieraq fuq terminu ta' żmien medju u twil;

4.  Iqis li huwa meħtieġ li ssir riflessjoni dwar it-tisħiħ tal-politika tal-fruntieri u s-sigurtà u dwar kif jitjieb ir-rwol futur tal-Frontex u l-EASO; jistieden lill-Istati Membri jkomplu juru solidarjetà u impenn billi jikkontribwixxu biżżejjed għall-baġits u l-operazzjonijiet ta' dawn l-aġenziji;

5.  Ifakkar li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali qawwija kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-immigrazzjoni klandestina kemm lejn l-UE kif ukoll fi ħdanha, u wkoll fuq individwi jew gruppi li jisfruttaw migranti vulnerabbli fl-UE, u għandhom iwaqqfu kampanji ta' informazzjoni fuq firxa wiesgħa biex iqajmu kuxjenza dwar it-tipi ta' riskji li jaffaċċjaw dawk li jpoġġu ħajjithom f'idejn il-kuntrabandisti u dawk li huma l-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin;

6.  Iqis li għandhom jiġu esplorati possibbiltajiet oħra ta' migrazzjoni legali;

7.  Iqis il-bżonn li jiġu esplorati inizjattivi futuri li jsegwu eżempji tajbin ta' risistemazzjoni, inkluż il-programm volontarju ta' risistemazzjoni stabbilit fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni; ifakkar li l-finanzjament tal-UE joffri għajnuna lil dawk l-Istati Membri li huma lesti jimplimentaw il-programmi dwar ir-risistemazzjoni;

8.  Jenfasizza l-ħtieġa li tkun eżaminata l-istrateġija ġenerali dwar il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, inklużi l-Afrika sub-Saħarjana, l-Afrika ta' Fuq u l-Lvant Nofsani fir-rigward tal-għajnuna umanitarja, finanzjarja u politika, inkluż fil-qasam tal-infurzar tal-liġi fejn xieraq; barra minn hekk, jitlob kjarifika dwar ir-rwol tal-politiki dwar il-protezzjoni reġjonali, ir-risistemazzjoni u dawk ta' ritorn, inklużi l-ftehimiet dwar il-ġestjoni tal-migrazzjoni kemm tal-pajjiż ta' oriġini kif ukoll il-pajjiżi ta' tranżitu, sabiex ikunu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li l-pajjiżi terzi jirrispettaw id-dritt internazzjonali rigward is-salvataġġ tal-ħajjiet fuq il-baħar, u jiżguraw il-protezzjoni tar-refuġjati u r-rispett tad-drittijiet fundamentali;

9.  Għandu jqis il-possibbiltà ta' proċessar rapidu flimkien ma' pajjiżi terzi ta' tranżitu u oriġini, u ta' ritorn għal dawk li ma jikkwalifikawx għall-ażil u l-protezzjoni fl-UE, filwaqt li jiġi żgurat li r-riżorsi jintużaw bl-aħjar mod għal dawk li jirrikjedu l-protezzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jitħeġġu l-politiki ta' ritorn volontarju filwaqt li tkun garantita l-protezzjoni tad-drittijiet għall-migranti kollha u jkun żgurat aċċess sigur u legali għas-sistema tal-ażil tal-UE;

10.  Iqis li għandha ssir analiżi dettaljata dwar kif il-fondi tal-Affarijiet Interni, inklużi l-fondi ta' emerġenza, qed jintefqu f'dan il-kuntest, b'mod partikolari għall-azzjonijiet fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil, il-kontroll tal-fruntieri, il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni klandestina u t-traffikar, u r-ritorn, kif ukoll analiżi tal-fondi relatati mal-politika barranija u ta' żvilupp tal-UE;

11.  Jesprimi tħassib dwar kif tkun żgurata implimentazzjoni effikaċi tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil – inklużi, fejn u jekk meħtieġ, il-varar tal-mekkaniżmu għal twissija bikrija, tħejjija u ġestjoni ta' kriżijiet (l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013) jew l-użu ta' proċeduri ta' ksur fejn il-leġiżlazzjoni tal-UE mhijiex implimentata kif suppost – u kif ikunu garantiti standards komuni effikaċi għall-akkoljenza, il-proċeduri u l-kwalifika madwar l-UE, li jipproteġu dawk l-aktar vulnerabbli u jinkoraġixxu l-inklużjoni soċjali tar-refuġjati;

12.  Jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu biex jivvaluta l-politiki varji involuti, b'riżorsi addizzjonali bħal dawk għat-tmexxija tas-seduti ta' smigħ u d-delegazzjonijiet ad hoc, jiżvuluppa sett ta' rakkomandazzjonijiet u jirrapporta lill-plenarja fil-forma ta' rapport ta' inizjattiva strateġika qabel tmiem l-2015;

13.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0414.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0448.
(3) COM(2014)0288.
(4) COM(2013)0869.
(5) SWD(2014)0173, Partijiet 1 u 2.
(6) EUCO 79/14
(7) REX/414.
(8) Vjaġġi Fatali: l-Intraċċar tal-Ħajjiet Mitlufa waqt il-Migrazzjoni, IOM, 2014.
(9) http://www.marina.difesa.it/EN/operations/Pagine/MareNostrum.aspx

Avviż legali