Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/0164(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0032/2014

Testi mressqa :

A8-0032/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 11/02/2015 - 9.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0017

Testi adottati
PDF 302kWORD 53k
L-Erbgħa, 11 ta' Frar 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
Miżuri relatati mal-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra d-dumping u kontra s-sussidji b’miżuri ta’ salvagwardjar ***I
P8_TA(2015)0017A8-0032/2014
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Frar 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri li l-Unjoni tista’ tadotta relatati mal-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra d-dumping u kontra s-sussidji b’miżuri ta’ salvagwardjar (kodifikazzjoni) (COM(2014)0318 – C8-0016/2014 – 2014/0164(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0318),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0016/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0032/2014),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, li tidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Frar 2015 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) 2015/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri li l-Unjoni tista’ tieħu relattivament għall-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra d-dumping jew kontra s-sussidji ma' miżuri ta’ salvagwardja (kodifikazzjoni)
P8_TC1-COD(2014)0164

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/477.)

Avviż legali