Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/0238(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0010/2015

Testi mressqa :

A8-0010/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 11/02/2015 - 9.16
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0030

Testi adottati
PDF 220kWORD 52k
L-Erbgħa, 11 ta' Frar 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u r-Repubblika tas-Senegal ***
P8_TA(2015)0030A8-0010/2015

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Frar 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u r-Repubblika tas-Senegal u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (12812/2014 – C8-0276/2014 – 2014/0238(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (12812/2014),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal (12830/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 43, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(7), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0276/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Baġits (A8-0010/2015),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tgħaddi lill-Parlament il-minuti u l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt li jiddisponi għalihom l-Artikolu 7 tal-Ftehim, kif ukoll il-programm settorjali pluriennali li jiddisponi għalih l-Artikolu 4 tal-Protokoll il-ġdid;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tibgħat lill-Parlament u lill-Kunsill, qabel ma jiskadi l-Ftehim preżenti u hekk kif ikunu qed jinbdew negozjati għal wieħed futur, tagħrif iddettaljat fis-sura ta' rapport ex-post dwar il-kosti u l-benefiċċji tal-Ftehim;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq lill-Parlament rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim, rigward b'mod partikolari l-programm pluriennali msemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim, kif ukoll tagħti fid-dettall kif il-fondi mogħtija skont il-Ftehim jiġu użati;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, filwaqt li jaġixxu fil-limiti tas-setgħat rispettivi tagħhom, iżommu lill-Parlament mgħarraf immedjatament u b’kollox fl-istadji kollha tal-proċeduri relatati mal-protokoll u t-tiġdid tiegħu, skont it-termini tal-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

7.   Jistieden lill-Kummissjoni tiffoka b'mod partikolari fuq il-promozzjoni tal-ġestjoni lokali u l-obbligu ta' għoti ta' rendikont, kif ukoll tiffaċilita d-dispożizzjoni ta' tagħrif adegwat lill-atturi lokali kollha li huma interessati fil-Ftehim u l-implimentazzjoni tiegħu;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tas-Senegal.

Avviż legali