Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2012/0288(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0025/2015

Testi mressqa :

A8-0025/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 4
CRE 28/04/2015 - 4

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2015 - 7.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0100

Testi adottati
PDF 336kWORD 74k
It-Tlieta, 28 ta' April 2015 - Strasburgu
Id-direttiva dwar il-kwalità tal-karburanti u d-direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli ***II
P8_TA(2015)0100A8-0025/2015
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (10710/2/2014 – C8-0004/2015 – 2012/0288(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari(10710/2/2014 – C8‑0004/2015),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta’ April 2013(1),

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0595),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tal-1 ta' April 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(8)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 69 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0025/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 198, 10.7.2013, p. 56.
(2) Testi adottati tal-11 ta' Settembru 2013, P7_TA(2013)0357.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-28 ta'April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli
P8_TC2-COD(2012)0288

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, id-Direttiva (UE) 2015/1513.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza