Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0436(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0060/2014

Testi mressqa :

A8-0060/2014

Dibattiti :

PV 27/04/2015 - 20
CRE 27/04/2015 - 20

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2015 - 7.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0105

Testi adottati
PDF 337kWORD 97k
It-Tlieta, 28 ta' April 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
L-obbligu ta' żbark ***I
P8_TA(2015)0105A8-0060/2014
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2187/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 2347/2002 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar (KE) Nru 1434/98 fir-rigward tal-obbligu tal-ħatt (COM(2013)0889 – C7-0465/2013 – 2013/0436(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0889),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0465/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' April 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Frar 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(8)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0060/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 311, 12.9.2014, p. 68.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' April 2015 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2015 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2187/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 2347/2002 u (KE) Nru 1224/2009, u r-Regolamenti (UE) Nru 1379/2013 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-obbligu tal-ħatt u li jħassar r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1434/98
P8_TC1-COD(2013)0436

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 2015/812.)

Avviż legali