Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/2078(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0082/2015

Testi mressqa :

A8-0082/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.12
CRE 29/04/2015 - 10.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0121

Testi adottati
PDF 662kWORD 302k
L-Erbgħa, 29 ta' April 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Parlament Ewropew
P8_TA(2015)0121A8-0082/2015
Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew (2014/2078(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510) – C8–0147/2014)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(7), u b'mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tas-27 ta' April 2005 dwar ir-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja 2013 — it-Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII, IX u X(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2012 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2013(10),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Artikolu 98(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0082/2015),

A.  billi l-President adotta l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2013 fil-25 ta' Ġunju 2014;

B.  billi s-Segretarju Ġenerali, bħala l-uffiċjal awtorizzanti b'delega ewlieni, iċċertifika, fis-6 ta' Novembru 2014, l-assigurazzjoni raġonevoli tiegħu li r-riżorsi assenjati għall-baġit tal-Parlament intużaw għall-iskop maħsub tagħhom u bi qbil mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

C.  billi l-awditu tal-Qorti tal-Awdituri stqarr li, fir-rigward tal-infiq amministrattiv fl-2013, l-istituzzjonijiet kollha operaw b'mod sodisfaċenti s-sistemi ta' superviżjoni u ta' kontroll rikjesti mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

D.  billi l-Artikolu 166(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 jirrikjedi li kull istituzzjoni tal-Unjoni tieħu l-passi kollha xierqa biex taġixxi fuq il-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament;

1.  Jagħti l-kwittanza lill-President tiegħu għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 66, 8.3.2013.
(2) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.
(3) ĠU C 201, 30.6.2014, p.1.
(4) ĠU C 398, 12.11.2014, p. 1.
(5) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(8) PE 349.540/Bur/ann/fin.
(9) ĠU C 249E, 30.8.2013, p. 18.
(10) ĠU C 257E, 6.9.2013, p. 104.


2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew (2014/2078(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tas-26 ta' Frar 2015 li tagħlaq l-inkjesta fuq inizjattiva proprja tagħha OI/1/2014/PMC dwar l-iżvelar ta' għemil ħażin moħbi (whistleblowing),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Artikolu 98(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0082/2015),

A.  billi fiċ-ċertifikazzjoni tiegħu tal-kontijiet finali, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Parlament stqarr l-assigurazzjoni raġonevoli tiegħu li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Parlament fl-aspetti materjali kollha, u li l-ebda kwistjoni li tirrikjedi riserva ma tressqet għall-attenzjoni tiegħu;

B.  billi, permezz tal-awditu tagħha, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-awditu ma identifika l-ebda dgħufija serja fir-rigward tas-suġġetti awditjati għall-Parlament u li s-sistemi ta' superviżjoni u ta' kontroll, fir-rigward tal-infiq amministrattiv fl-2013, ġew ivvalutati bħala effikaċi;

C.  billi, bi qbil mal-proċedura tas-soltu, intbagħat kwestjonarju lill-amministrazzjoni tal-Parlament u l-maġġoranza tat-tweġibiet ġew diskussi mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, fil-preżenza tal-Viċi Presidenti responsabbli mill-Baġit, tas-Segretarju Ġenerali, kif ukoll tal-Awditur Intern; billi, għall-ewwel darba, sensiela ta' mistoqsijiet mill-Membri ma rċevew l-ebda tweġiba, jew bil-miktub jew oralment, biex b'hekk il-Parlament inżamm milli jkollu l-informazzjoni rilevanti u milli jkun jista' jieħu deċiżjoni infurmata fir-rigward ta' ċerti aspetti importanti relatati mal-kwittanza tal-Parlament;

D.  billi hemm bżonn ta' skrutinju biex jiġi żgurat li l-amministrazzjoni u t-tmexxija politika tal-Parlament tagħti rendikont ta' għemilha liċ-ċittadini tal-Unjoni; billi hemm lok permanenti għal titjib f'termini ta' kwalità, effiċjenza u effikaċja fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi;

E.  billi r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri adottat fil-11 ta' Lulju 2014 jiddikjarata li potenzjalment, kieku l-Parlament jiċċentralizza l-attivitajiet tiegħu, jiffranka madwar EUR 114–il miljun fis-sena;

F.  billi l-Parlament hu l-unika istitutuzzjoni fost l-istituzzjonijiet kollha li tagħti l-kwittanza mhux lis-Segretarju Ġenerali jew lil Viċi President fil-kariga iżda lill-President;

Il-kontijiet tal-Parlament Ewropew

1.  Jikkonstata li l-approprjazzjonijiet finali tal-Parlament għall-2013 ammontaw għal EUR 1 750 463 939, jew 19,07 % tal-approprjazzjonijiet taħt l-Intestatura V tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali allokati għall-infiq amministrattiv għall-2013 tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fit-totalità tagħhom u li jirrappreżentaw żieda ta' 1,9 % fuq il-baġit 2012 (EUR 1 717 868 121);

2.  Jikkonstata li d-dħul totali li ddaħħal fil-kontijiet sal-31 ta' Diċembru 2013 kien ta' EUR 158 117 371 (2012: EUR 175 541 860), inklużi EUR 25 991 783 minn dħul assenjat (2012: EUR 22 274 843);

3.  Jieħu nota tal-fatt li erba' kapitoli kienu jirrappreżentaw 70 % tat-total tal-impenji: il-Kapitolu 10 (Membri tal-istituzzjoni), il-Kapitolu 12 (Uffiċjali u persunal temporanju), il-Kapitolu 20 (Bini u nefqiet relatati) u l-Kapitolu 42 (Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari);

4.  Jieħu nota taċ-ċifri li abbażi tagħhom ingħalqu l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2013, speċifikament:

(a)  Approprjazzjonijiet disponibbli (EUR)

l-approprjazzjonijiet għall-2013:

1 750 463 939

ir-riporti mhux awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2012:

0

ir-riporti awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2012:

305 457 875

l-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-dħul assenjat għall-2013:

25 991 783

ir-riporti li jikkorrispondu għad-dħul assenjat mill-2012:

106 900 532

Total:

2 188 814 129

(b)  Użu tal-approprjazzjonijiet fis-sena finanzjarja 2013 (EUR)

l-impenji:

2 162 476 429

il-pagamenti li saru:

1 769 756 705

l-approprjazzjonijiet riportati awtomatikament inklużi dawk li ġejjin mid-dħul assenjat:

384 709 057

l-approprjazzjonijiet riportati mhux awtomatikament:

734 000

l-approprjazzjonijiet ikkanċellati:

33 114 755

(c)  Dħul baġitarju (EUR)

daħlu fl-2013:

158 117 371

(d)  Karta tal-bilanċ totali sal-31 ta' Diċembru 2013 (EUR)

1 573 957 198

5.  Jikkonstata li fl-2013, id-99,02 % tal-approprjazzjonijiet iskritti fil-baġit tal-Parlament ġew impenjati, b'rata ta' kanċellazzjoni ta' 0,8 % u li, bħal ma ġara fis-snin preċedenti, inkiseb livell għoli ħafna ta' implimentazzjoni tal-baġit;

6.  Jindika, madankollu, li ċifra perċentwali tant għolja fl-eżekuzzjoni tal-baġit ma tiżvelax jekk tinkludix trasferimenti bl-iskop li kwalunkwe approprjazzjoni disponibbli fi tmiem is-sena tiġi ttrasferita lejn il-linji baġitarji għall-bini u, b'mod partikolari, għall-pagamenti kapitali antiċipati biex jitnaqqsu l-pagamenti ta' mgħax fil-ġejjieni; jitlob, għaldaqstant, li jirċievi ċ-ċifra tal-eżekuzzjoni tal-baġit qabel tibda l-proċedura "ta' tlaqqit"; 

7.  Jikkonstata f'dan il-kuntest li EUR 54 000 000 ġew ittrasferiti minn intestaturi b'approprazzjonijiet proviżorji u minn sorsi oħra sabiex jgħinu fil-finanzjament tal-estensjoni u l-modernizzazzjoni tal-Bini Konrad Adenauer (KAD), li huwa l-proġett ta' kostruzzjoni ewlieni fil-Lussemburgu;

8.  Jifhem li dan se jirriżulta fi tnaqqis ta' madwar EUR 18 100 000 fl-ispejjeż ta' finanzjament matul il-perjodu ta' kostruzzjoni u amortizzament tas-self; ifakkar lill-korpi kompetenti tiegħu madankollu li għandhom jiġu stabbiliti prefinanzjament jew ripagamenti għall-bini bħala parti mill-istrateġija baġitarja; jappella lill-korpi kompetenti tiegħu biex għaldaqstant jibbaġitjaw il-politika dwar il-proprjetà immobbli tal-Parlament għall-akkwiżizzjonijiet fil-ġejjieni b'mod ċar biżżejjed;

9.  Ifakkar lill-amministrazzjoni tiegħu li l-Parlament ripetutament appella biex il-politika dwar il-proprjetà immobbli tiegħu tiġi bbaġitjata b'mod xieraq; jistenna li dan isir sas-sena baġitarja tal-2016;

10.  Jikkritika l-livell dejjem jiżdied ta' riporti lejn l-2013 ta' EUR 305 457 875 (2012: EUR 222 900 384);

L-opinjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-affidabilità tal-kontijiet għall-2013 u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

11.  Ifaħħar il-fatt li dan l-awditu ma identifika l-ebda dgħufija serja fir-rigward tas-suġġetti awditjati għall-Parlament;

12.  Ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri twettaq valutazzjoni speċifika tal-infiq amministrattiv u ta' tip ieħor bħala grupp ta' politiki uniku għall-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni;

13.  Jieħu nota li l-Qorti tal-Awdituri sabet li t-testijiet tat-tranżazzjonijiet jindikaw li l-iżball l-iktar probabbli preżenti fil-popolazzjoni ta' dan il-grupp ta' politiki hu ta' 1 % u li għaldaqstant mhumiex affettwat minn livell ta' żball materjali u li s-sistemi ta' superviżjoni u ta' kontroll ġew ivvalutati bħala effikaċi;

14.  Jikkonstata li l-awditu inkluda eżami ta' kampjun ta' 153 tranżazzjoni ta' pagament, speċifikament 95 għall-infiq relatat mal-persunal, 17 għall-infiq għall-bini u 41 għall-infiq ta' tip ieħor; jenfasizza li l-infiq amministrattiv u ta' tip ieħor huwa kkunsidrat bħala qasam ta' riskju baxx u jappella lill-Qorti tal-Awdituri biex tikkonċentra ulterjorment l-analiżi tagħha fuq l-oqsma l-aktar suxxettibbli għall-iżbalji, speċifikament in-nuqqas ta' konformità mal-proċeduri għall-akkwist, l-infiq relatat mal-bini u l-implimentazzjoni ta' kuntratti;

15.  Ifakkar li jista' jiġi ffrankat ammont sostanzjali ta' riżorsi kieku l-Parlament kellu sede unika;

Ir-rapport annwali tal-Awditur Intern

16.  Jikkonstata li, waqt il-laqgħa tal-kumitat kompetenti mal-Awditur Intern li saret fis-26 ta' Jannar 2015, l-Awditur Intern ippreżenta r-rapport annwali tiegħu ffirmat fit-23 ta' Lulju 2014, waqt li stqarr li, fl-2013, huwa wettaq dan ix-xogħol ta' awditjar fuq l-amministrazzjoni tal-Parlament:

   inkarigu konsultattiv dwar l-Ispejjeż ta' Rappreżentanza u Intratteniment tal-Kumitati Parlamentari u d-Delegazzjonijiet Interparlamentari;
   segwitu trasversali għall-azzjonijiet pendenti mir-Rapporti ta' Awditjar Intern - Fażijiet I u II tal-2013;
   awditu tal-għarfien espert estern akkwiżit għal STOA (il-Valutazzjoni tal-Għażliet Xjentifiċi u Teknoloġiċi);
   rieżami perjodiku tal-proġett tal-Bini Konrad Adenauer (KAD) - Fażi 1: il-governanza u s-sistemi ta ġestjoni tal-proġett;
   rieżami tal-proġett għas-Sistema għall-Ġestjoni Finanzjarja (FMS) l-ġdida - Fażi 1: ambitu tal-proġett, governanza, riżorsi u ġestjoni tar-riskju;
   awditu tal-għarfien espert estern akkwiżit għad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Esterni;
   awditu tal-Uffiċċji ta' Informazzjoni u tal-proċess għas-saldu tal-infiq antiċipat ("regolarizzazzjoni");

17.  Jenfasizza fir-Rieżami ta' Awditjar tal-proġett tal-Bini Konrad Adenauer ("KAD") li:

   għandha tiġi żgurata t-tkomplija tal-effiċjenza u l-effikaċja tas-sħubija mal-awtoritajiet Lussemburgiżi sakemm idum għaddej il-proġett;
   għandu jiġi żgurat persunal adegwat għat-tim tal-proġett KAD sakemm idum għaddej il-proġett;
   għandhom jiġu ddefiniti u ċċarati ulterjorment il-proċeduri ta' ġestjoni u ta' kontroll finanzjarji li japplikaw għall-implimentazzjoni tal-ftehim lokattiv konkluż mal-kumpanija immobiljari “SI KAD PE”;

18.  Jappella biex, sal-20 ta' Mejju 2015, jitfassal sommarju qasir (tliet paġni) tal-kritiki ewlenin li jinsabu fir-rapport annwali tas-Servizz ta' Awditjar Intern;

Awditjar tal-Qafas ta' Kontroll Intern tal-Parlament

19.  Jikkonstata li, fi tmiem l-2013, wara awditi ta' segwitu suċċessivi, kien għad fadal 13-il azzjoni li baqgħu ma tlestewx mill-452 azzjoni qafas ta' kontroll intern li kien intlaħaq qbil dwarhom inizjalment; jieħu nota tal-progress li sar fir-rigward ta' erbgħa minn dawn it-13-il azzjoni li ppermetta valutazzjoni mill-ġdid tar-riskju residwu minn "sinifikanti" għal "moderat";

20.  Iħeġġeġ lill-maniġment dipartimentali u dak ċentrali biex jimplimentaw l-"azzjonijiet pendenti" li għad fadal mingħajr aktar dewmien; jappella lil dawn biex jaderixxu ma' kalendarji aktar stretti fir-rigward tal-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati; jappella lill-Awditur Intern biex iżomm lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit informat dwar il-progress miksub fir-rigward ta' dawk l-azzjonijiet; jistedinhom jikkwantifikaw l-ispejjeż u t-tfaddil tal-miżuri l-ġodda proposti f'din ir-riżoluzzjoni u jinkluduhom fil-monitoraġġ tal-kwittanza tal-2013;

Segwitu għar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza 2012

21.  Jieħu nota tat-tweġibiet bil-miktub għar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza għall-2012 mogħtija lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fit-28 ta' Ottubru 2014 u tal-preżentazzjoni mis-Segretarju Ġenerali għad-diversi mistoqsijiet u talbiet fir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-kwittanza għall-2012 u l-iskambju ta' fehmiet mal-Membri li segwa; jiddispjaċih li wħud mir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament ma ngħatawx is-segwitu xieraq;

22.  Jieħu nota tal-fatt li, wara ħames snin ta' implimentazzjoni tal-Istatut il-ġdid għall-assistenti parlamentari, l-evalwazzjoni kellha titressaq sa tmiem l-2014 skont kif qabel li jagħmel is-Segretarju Ġenerali fit-tweġibiet orali u bil-miktub tiegħu dwar is-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament dwar il-kwittanza għall-2012; jappella biex l-evalwazzjoni titwettaq b'mod assoċjat mar-rappreżentanti tal-assistenti parlamentari akkreditati tal-leġiżlatura preċedenti li għadhom jaħdmu fil-Parlament, u jappella biex titressaq sat-30 ta' Ġunju 2015 u jappella biex il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jiġi infurmat dwar ir-riżultati tagħha; jindika li, fil-31 ta' Diċembru 2013, kien hemm 1763 assistent parlamentari akkreditat impjegati fi ħdan il-Parlament;

23.  Jikkonstata li s-servizz tal-catering irreġistra defiċit ta' EUR 3 500 000 fi tmiem l-2013; jinsab sorpriż li żieda ta' klijenti b'madwar 150% matul il-perjodu mill-2002 sal-2011 ma pprovdietx l-opportunità għal sitwazzjoni finanzjarja bbilanċjata; itenni t-talba tiegħu, fid-dawl tat-tieni reviżjoni tal-prezzijiet (approvata mill-Bureau fl-10 ta' Ġunju 2013), li l-politiki tal-prezzijiet fil-Parlament m'għandhomx jitbiegħdu mill-prattika fl-istituzzjonijiet l-oħra; jindika, pereżempju, l-istruttura tal-prezzijiet differenti fis-servizzi tal-catering u l-kafetteriji tal-Kummissjoni; jindika, barra minn hekk, li ż-żieda sostanzjali fil-prezzijiet tal-menus offruti ma kinitx akkumpanjata minn titjib jew fil-kwalità jew fil-varjetà, li, għall-kuntrarju, iddeterjoraw b'mod konsiderevoli;

24.  Jistaqsi għaliex il-prezz tal-kafè pprovdut fl-entrata ta' xi kmamar tal-laqgħat tal-kumitati parlamentari hu 20 % aktar minn dak tal-istess prodott li jista' jinkiseb jew mill-istess tip ta’ magna jew fil-kafetteriji tal-Parlament; jindika li s-servizz huwa ġestit mill-istess kumpanja li hija responsabbli għall-catering u li topera wkoll id-distributuri awtomatiċi tal-kafè Nespresso fil-Parlament; iqis li hemm bżonn ta' spjegazzjoni dwar kemm se tiġi tiswa iktar l-estensjoni tal-kuntratt bejn il-Parlament u dan il-kuntrattur;

25.  Hu tal-fehma li għandha tingħata importanza partikolari biex jittejbu l-opportunitajiet għal aċċess mill-impriżi żgħar u ta' daqs medju għas-swieq tal-konċessjonijiet tal-Unjoni; hu tal-fehma li l-konċessjoni mogħtija mill-Parlament lill-kumpanija attwali responsabbli għall-catering fis-sede ta' Brussell hija xkiel għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi peress li ċċaħħad lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju oħrajn mid-drittijiet u l-opportunitajiet kummerċjali li s'issa kienet ftit li xejn kellhom ċans jibbenefikaw minnhom; jappella biex tiġi kkunsidrata l-introduzzjoni ta' grad ta' flessibilità fil-kuntratti ta' konċessjoni b'mod li jiġi żgurat li l-operaturi l-oħra jkollhom aċċess ġenwin u mhux diskriminatorju għal servizzi speċifiċi; hu tal-opinjoni li dan se jrawwem ukoll użu aktar ottimali tar-riżorsi u se jippermetti t-tgawdija ta' servizzi ta' kwalità aħjar bl-aqwa prezz;

Kwittanza tal-Parlament għall-2013

26.  Jikkonsata l-iskambju ta' fehmiet li sar bejn il-Viċi Presidenti responsabbli għall-baġit, is-Segretarju Ġenerali u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, fil-preżenza tal-Membru tal-Qorti tal-Awdituri u l-Awditur Intern, fis-26 ta' Jannar 2015;

27.  Jafferma għal darb'oħra li l-korpi governattivi u l-amministrazzjoni tal-Parlament huma mitluba jagħtu rendikont għar-riżorsi mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Parlament matul il-kwittanza u li għalhekk huwa essenzjali li l-proċedura deċiżjonali kollha kemm hi ssir b'mod kompletament trasparenti sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-Unjoni jingħataw stampa reali u preċiża ta' kif il-Parlament jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu u juża r-riżorsi li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tiegħu;

28.  Jikkritika l-fatt li s-Segretarju Ġenerali naqas milli jwieġeb sensiela ta' mistoqsijiet mill-Membri; itenni li monitoraġġ effikaċi tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament dejjem appella u se jkompli jappella għal kooperazzjoni mill-qrib bejn l-amministrazzjoni tal-Parlament u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit; jappella, għalhekk, lis-Segretarju Ġenerali biex jikkompleta l-kwestjonarju billi jwieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin bil-miktub:

Qafas ta' Eżekuzzjoni Strateġika għall-Parlament Ewropew

Dokumenti strateġiċi

Strateġija dwar Miżuri għal Użu Effiċjenti tar-Riżorsi

Il-Membri tal-Parlament Ewropew

Direttorat Ġenerali għall-KomunikazzjoniStrateġija ta' komunikazzjoni u preparazzjoni għall-kampanja ta’ informazzjoni għall elezzjonijiet tal-2014

Assistenti parlamentari akkreditati

Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-LoġistikaServizzi ta' catering

Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà u l-Protezzjoni

   (a) Meta kien qed jippreżenta l-Qafas ta' Eżekuzzjoni Strateġika għall-Parlament Ewropew fit-3 ta' Ġunju 2014, is-Segretarju Ġenerali ddikjara li l-Qafas ta' Eżekuzzjoni Strateġika hu bbażat fuq teorija akkademika żviluppata fl-Iskola tal-Inġinerija ta' Stanford f'Palo Alto (California). Jista' s-Segretarju Ġenerali jispjega kif il-Parlament wasal biex jagħżel din it-teorija bħala l-bażi għall-Qafas ta' Eżekuzzjoni Strateġika? Ġew ikkunsidrati, analizzati u mqabbla teoriji oħra żviluppati minn universitajiet jew stabbilimenti speċjalizzati oħra, b'mod partikolari fl-Ewropa, jew minn istituzzjonijiet internazzjonali oħra qabel ma l-Parlament għażel it-teorija ta' Stanford? Jekk iva, għaliex intgħażlet it-teorija żviluppata mill-Iskola tal-Inġinerija ta' Stanford? Id-deċiżjoni kif ittieħdet, u minn min?
   (b) It-teorija ta' Stanford tista' tintuża mingħajr ħlas, jew il-Parlament hu obbligat jagħmel xi tip ta' ħlas? Jekk iva, x'inhu l-ħlas involut?
   (c) Meta l-Qafas ta' Eżekuzzjoni Strateġika kien qed jiġi żviluppat, il-persunal tal-Parlament kellu jagħmel taħriġ speċifiku fi Stanford jew jew fi kwalunkwe istituzzjoni akkademika oħra? Jekk iva, liema membri tal-persunal (gradi u karigi) għamlu t-taħriġ u kemm qam dan it-taħriġ għal kull persuna? Se jkun hemm bżonn ta' aktar taħriġ fil-futur? Jekk iva, kemm se jqum?
   (d) Jeżistu pjanijiet biex jiġu organizzati diskussjonijiet interdipartimentali jew diskussjonijiet mal-Kumitat tal-Persunal u mat-trade unions dwar il-Qafas ta' Eżekuzzjoni Strateġika? Kif u meta se jiġi implimentat il-Qafas ta' Eżekuzzjoni Strateġika, probabbilment kemm se jqum?
   (e) F'dawn l-aħħar xhur is-Segretarju Ġenerali ressaq quddiem il-Bureau sensiela ta' dokumenti strateġiċi dwar il-funzjonament tal-Parlament li se jkollhom influwenza deċiżiva mhux biss fuq il-ħajja amministrattiva iżda anke fuq l-approċċ tal-Parlament għal-leġiferazzjoni u l-politiki tal-UE. Minħabba l-importanza ta' dawn id-dokumenti għall-organizzazzjoni u l-iżvilupp futur ta' ħidmitna, għalfejn ma saret l-ebda dispożizzjoni għal diskussjoni u proċedura deċiżjonali li jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati kollha, u mhux biss lill-Bureau tal-Parlament?
   (f) Qabel ma ġie propost u introdott il-kalendarju l-ġdid għal-laqgħat, ġie vvalutat l-impatt tal-bidliet fuq l-organizzazzjoni tal-ħidma tal-Membri (perjodi ta' ħin ristretti għal-laqgħat, il-laqgħat ta' ħidma, il-laqgħat mal-organizzazzjonijiet u l-membri tal-pubbliku, eċċ. apparti l-laqgħat uffiċjali)? Għalfejn il-Membri ma ġewx ikkonsultati dwar deċiżjoni li għandha impatt daqstant ċar fuq ħidmiethom?
   (g) Issa li ilu jopera għal diversi xhur, kemm kien effikaċi l-one-stop shop għall-forniment ta’ servizzi parlamentari lill-Membri?
   (h) L-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ li sar f'Mejju 2014 bħala parti minn din il-kampanja ġibed 5 000 żagħżugħ lejn Strasburgu. Meta kien qed jitħejja dan l-avveniment, tqiesu kif dovut is-sitwazzjoni ekonomika fl-Ewropa u l-mod kif l-infiq involut fl-organizzazzjoni ta' avveniment fuq din l-iskala seta' jiġi pperċepit miż-żgħażagħ Ewropej?
   (i) Ġeneralment, il-kunċett "SAQSI, IPPARTEĊIPA, AGĦŻEL" hu meqjus li kien ta' suċċess? X'inhuma l-indikaturi ta'prestazzjoni biex dan is-suċċess jitkejjel? Kif qed jinutża l-kunċett wara l-elezzjonijiet u saru xi valutazzjoni/rapport ta' evalwazzjoni wara l-kampanji leġiżlattivi u dwar il-valuri tal-PE? Jekk jogħġbok ipprovdi lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit b'kopja tal-evalwazzjoni.
   (j) X'valutazzjoni/evalwazzjoni saru tal-programm tal-għotjiet pluriennali għall-2012-2014 intenzjonat biex iqajjem kuxjenza dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew u jistgħu dawn l-evalwazzjonijiet jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit?
   (k) Diġà ġiet ivvalutata l-effikaċja tal-għodda għar-reklutaġġ tal-assistenti parlamentari akkreditati, APA-PEOPLE, li ġiet introdotta fil-bidu tal-leġiżlatura?
   (l) X'kienet ir-raġuni għalfejn ċerti assistenti parlamentari akkreditati damu diversi xhur biex ġew inklużi fil-lista ta' distribuzzjoni b'email rilevanti tal-PE (Assistants 8th legislature, Bruxelles), fatt li waqqafhom milli jirċievu informazzjoni dwar ħidmiethom? Ittieħdu xi miżuri?
   (m) Jixtieq ikun jaf ir-raġuni għalfejn il-prezzijiet fil-bini SQM huma 25 % ogħla milli fil-kantin tal-bini ASP u jistaqsi jekk dan jistax ixekkel l-intenzjoni biex titnaqqas il-folla ta' klijenti mill-kantin tal-bini ASP.
   (n) X'miżuri ġew identifikati biex tiżdied is-sigurtà wara l-ksur riċenti, b'mod speċjali dak li seħħ fis-7 ta' Ottubru 2014 minn dimostranti Kurdi? Il-kunċett ta' sigurtà globali l-ġdid se jiġi aġġornat?
   (o) Il-Parlament kiseb sistema ta' rikonoxximent elettroniku tal-pjanċi tal-karozzi? Kemm qamet? Din is-sistema ġiet installata u qed tintuża fl-intrati tal-garaxx sabiex jiġi kkontrollat jekk in-numru tal-pjanċa jikkorrispondix mal-informazzjoni fuq il-beġġ ta' dħul?

29.  Jirrakkomanda, fl-interessi ta' aktar trasparenza u effikaċja għall-attivitajiet politiċi u amministrattivi tal-Parlament, li l-Membri u l-persunal tal-Parlament kollha, kif ukoll il-pubbliku ġenerali jiġu informati, minnufih u b'mod ġenerali, dwar l-aġendi u l-minuti tal-laqgħat u d-deċiżjonijiet meħuda mill-korpi deċiżjonali tal-Parlament; ifakkar fl-utilità tal-Kumitat l-antik dwar ir-Regoli ta' Proċedura bħala forum għad-diskussjoni u t-titjib, b'mod trasparenti u pubbliku, kemm tal-proċess regolatorju u kemm tal-affarijiet interni tal-Parlament; jirrakkomanda f'dan ir-rigward li jitwaqqaf Kumitat newtrali dwar ir-Regoli ta' Proċedura u l-Affarijiet Interni li jippermetti li dawn il-kwistjonijiet kollha jiġu ttrattati u sussegwentement leġittimizzati mill-Parlament f'sessjoni plenarja;

30.  Jinsab profondament imħasseb dwar il-fatt li l-Parlament alloka EUR 17 800 000 għal attivitajiet promozzjonali deskritti bħala kampanja elettorali istituzzjonali matul il-perjodu bejn l-2013 u l-2014 filwaqt li l-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2014 reġgħet naqset għal 42,54 % (2009: 43 %); jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta' strateġija ġdida intenzjonata biex l-elezzjonijiet Ewropej fl-Istati Membri jsiru aktar attraenti;

31.  Jenfasizza li sa Ġunju 2015 hu mistenni rapport ta' evalwazzjoni ex post esterna dwar l-istrateġija ta' komunikazzjoni għall-elezzjonijiet tal-2014; jitlob li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jiġi informat dwar id-data ta' publikazzjoni; jistenna analiżi dettaljata tal-fondi fir-rapport;

32.  Jikkonstata li l-istħarriġ tal-Ewrobarometru tal-Parlament Ewropew (EB/PE 82.5) juri li matul il-kampanja elettorali tal-2014, 23 % ta' dawk li wieġbu kellhom impressjoni negattiva ħafna tal-Parlament, filwaqt li 43 % kellhom impressjoni newtrali; jindika li analiżi medjatika tissuġġerixxi li impressjoni negattiva spiss tkun marbuta mal-arranġamenti finanzjarji għall-Membri bħal pereżempju l-allowances, is-salarji u l-baġit tal-Parlament b'mod ġenerali; jinsab konvint għaldaqstant li hemm bżonn ta' titjib strutturali, pereżempju trasparenza sħiħa u l-kontabilizzazzjoni tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali, biex jitjiebu l-fiduċja fil-Parlament u l-appoġġ għalih;

33.  Jikkonstata l-istabbiliment tad-Direttorat Ġenerali l-ġdid għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari li se jipprovdi konsulenza akkademika indipendenti, prinċipalment lill-Membri individwali, biex b'hekk jissupplementa l-ħidma tad-dipartimenti tematiċi li jaqdu l-ħtiġijiet tal-korpi parlamentari;

34.  Jilqa' t-twaqqif ta' unità għall-valutazzjoni tal-impatt tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; jappella biex dan is-servizz jiffoka fuq il-kompromessi nnegozjati mill-Parlament u fuq l-emendi tal-Parlament għall-proposti tal-Kummissjoni; jappella biex jiġi żviluppat approċċ għal valutazzjoni minnufih tal-leġiżlazzjoni u tal-impatt tagħha, biex is-servizz jiġi promoss fost il-Membri, u biex jingħata rendikont analitiku tal-ispejjeż kumplessivi sat-30 ta' Ottubru 2015; iħeġġeġ lil dan is-servizz biex jorganizza skambji regolari ta' fehmiet mas-servizzi korrispondenti fil-Kummissjoni, il-Kunsill u l-parlamenti nazzjonali;

35.  Jikkonstata l-ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Parlament, li ġie finalment iffirmat fil-5 ta' Frar 2014 u li beda b'trasferiment ta' persunal importanti miż-żewġ kumitati lejn is-Servizz ta' Riċerka l-ġdid tal-Parlament Ewropew (EPRS); hu tal-opinjoni li kooperazzjoni interistituzzjonali effikaċi għandha tittejjeb u jemmen li r-raggruppament tal-għarfien espert u l-kapaċità tal-akkwist fl-oqsma fejn l-istituzzjonijiet jirrikjedu assistenza ta' natura simili għandu jtejjeb ir-rendiment u jista' jnaqqas l-ispejjeż globali; jittama li l-iżvilupp ta' dan il-ftehim bejn it-tliet istituzzjonijiet se jilħaq dawn l-objettivi, ikun ibbilanċjat u jkun ta' benefiċċju ndaqs għat-tliet istituzzjonijiet; jappella lil kull waħda minn dawn l-istituzzjonijiet biex, ladarba din il-kollaborazzjoni tkun ilha sena tiġi implimentata, twettaq valutazzjoni individwali tal-impatt ta' dan il-ftehim mill-prospettiva tar-riżorsi umani, l-infiq, is-sinerġiji, il-valur miżjud u s-sustanza;

36.  Jieħu nota tal-ħolqien tad-Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà u l-Protezzjoni; ifakkar li, mill-internalizzazzjoni tas-servizzi ta' sigurtà tal-Parlament, ġew iffrankati EUR 195 000 fl-2013 u l-projezzjonijiet huma li se jiġu ffrankati aktar minn EUR 11-il miljun fuq il-perjodu 2013-2016; jikkunsidra li hu xieraq li jinnegozja mal-gvern Belġjan kontribut akbar min-naħa tiegħu għas-sigurtà tal-Parlament, peress li l-Belġju jibbenefika ekonomikament mill-preżenza tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fit-territorju tiegħu; jappella biex, sat-30 ta' Settembru 2015, titressaq evalwazzjoni dwar il-kwalità tas-servizz ta' sigurtà qabel u wara l-ħolqien tad-Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà u l-Protezzjoni lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit; jinsisti li għandu jitwettaq studju komparattiv tas-sistemi ta' sigurtà tal-istituzzjonijiet l-oħra;

37.  Itenni li ż-żamma tas-sigurtà tal-binjiet tal-Parlament u l-inħawi immedjati ta’ madwarhom trid tingħata l-ogħla prijorità; jitlob li bħala parti minn dan ix-xogħol, għandha tittejjeb is-sigurtà fil-parkeġġi;

38.  Jinsab mħasseb dwar in-nuqqas ta' parità fl-amministrazzjoni fejn, sal-31 ta' Diċembru 2013, in-nisa kienu jirrappreżentaw 29 % tal-kapijiet ta' unità, 34 % tad-diretturi u 33 % tad-Diretturi Ġenerali; jappella għall-implimentazzjoni ta' pjan favur opportunitajiet indaqs, b'mod speċjali fir-rigward tal-karigi maniġerjali, b'mod li dan l-iżbilanċ jitranġa mill-aktar fis possibbli;

39.  Jappella biex jinstab bilanċ fir-rigward tal-pajjiż ta' oriġini fost l-uffiċjali ta' livell għoli fl-amministrazzjoni tal-Parlament; jistenna li sa tmiem l-2015 jitfassal rapport li jistabbilixxi l-progress li jkun sar fir-rigward tal-ksib ta' dan l-objettiv;

40.  Jitlob li sa tmiem l-2015 jingħata rendikonti analitiċi għal kull sena tat-tendenzi evoluttivi fil-livelli tal-persunal u l-ispejjeż għall-persunal, imqassmin skont il-grad u l-livell maniġerjali; jitlob lill-amministrazzjoni tal-Parlament tiddikjara jekk studji komparabbli tal-amministrazzjonijiet tal-assemblej parlamentari internazzjonali jistgħux jinkludu tagħlimiet importanti għall-ħidma tal-Parlament; jikkonstata li anke x-xogħol esternalizzat lil speċjalisti għandu jiġi inkluż fir-rapporti għall-promozzjoni tal-etos tat-trasparenza, waqt li jinqdew ukoll l-aħjar interessi tal-kostitwenti; jikkonstata bi tħassib li l-għadd kbir ta' persunal ibbażat fl-uffiċċju tal-President tal-Parlament Ewropew, li jammonta għal 35 persuna, inklużi żewġ xufiera u uxxier personali, iqajjem ħafna dubji u jagħti eżempju ħażin għat-tnaqqis tal-ispejjeż u r-responsabilità fiskali fi ħdan il-Parlament;

41.  Jikkonstata li l-miżuri ta' implimentazzjoni għall-Kodiċi ta' Mġiba għall-Membri ġew adottati mill-Bureau fil-15 ta' April 2013; jinsab mħasseb, madankollu, dwar in-nuqqas ta' implimentazzjoni u d-differenzi ta' interpretazzjoni kif irrapportati minn koalizzjoni ta' organizzazzjonijiet(1) mhux governattivi u jappella biex il-pożizzjoni tal-Kumitat Konsultattiv tissaħħaħ billi jingħata d-dritt ta' inizjattiva biex iniedi verifiki għal għarrieda tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi pprovduti mill-Membri;

42.  Jilqa' l-fatt li jeħtieġ li l-Membri jkunu aktar trasparenti fir-rigward tal-attivitajiet li jagħmlu apparti dawk previsti waqt li jkunu fil-kariga pubblika tagħhom; ifakkar, madankollu, li l-Membri, bl-istess mod bħad-deputati tal-parlamenti nazzjonali, m'għandhomx mandat esklużiv u jistgħu għalhekk jeżerċitaw attivitajiet professjonali oħra; hu tal-opinjoni li kieku l-mudell tad-dikjarazzjoni għall-Membri jkun aktar komprensiv, jgħin sabiex tiżdied it-trasparenza u jiġu evitati l-kunflitti ta' interess potenzjali; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jwaqqaf databażi pubblika, li tkun aċċessibbli permezz tas-sit tal-Parlament fuq l-internet, tal-attivitajiet kollha li jagħmlu l-Membri individwali apparti dawk previsti mill-mandat tagħhom;

43.  Jisħaq fuq il-ħtieġa għal aktar trasparenza fir-rigward tal-allowances għall-ispejjeż ġenerali tal-Membri; jappella lill-Bureau biex jaħdem fuq id-definizzjoni ta' regoli aktar preċiżi fir-rigward tal-obbligu li jingħata rendikont tan-nefqiet awtorizzati taħt din l-allowance, mingħajr ma joħloq spejjeż addizzjonali għall-Parlament;

44.  Jinsab mħasseb dwar in-nuqqas ta' verifika ex post tal-użu tal-karozzi tas-servizz min-naħa tal-Membri u jikkontesta l-fatt li l-President tal-Parlament għandu żewġ karozzi tas-servizz għad-dispożizzjoni tiegħu;

45.  Japprova l-fatt li permezz tat-tnaqqis ta' 5% mill-ispejjeż ta' vvjaġġar tal-Membri u l-ispejjeż tal-missjonijiet tal-persunal ġew iffrankati EUR 4 miljun fl-2013; jikkunsidra li hu rakkomandabbli li titwettaq politika stretta għat-tnaqqis tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar permezz ta' ftehimiet negozjati mal-linji tal-ajru; jappella lis-Segretarju Ġenerali biex iressaq proposti għal dak l-għan;

Ġestjoni tal-iskema ta' sussidju għall-gruppi ta' viżitaturi

46.  Jinsab profondament preokkupat li l-Qorti tal-Awdituri rrapportat, fl-analiżi panoramika tagħha tal-ġestjoni finanzjarja tal-baġit tal-Unjoni, li l-prattika li jsiru pagamenti fi flus kontanti għar-rimborż tal-ispejjeż lill-gruppi ta' viżitaturi tqajjem "tħassib dwar riskji għoljin"; jisħaq fuq il-fatt li 73% tas-sussidji tħallsu fi flus kontanti u 27% biss tħallsu permezz ta' trasferiment bankarju fl-2013; jinsab imħasseb dwar ir-riskju reputazzjonali għoli għall-Parlament u r-riskju sinifikanti għas-sigurtà involuti jekk il-pagamenti lill-gruppi ta' viżitaturi jsiru bi flus kontanti;

47.  Jissottolinja l-ħtieġa u l-valur li l-gruppi ta’ viżitaturi, qabel iż-żjara tagħhom, jiġu informati dwar il-mezzi ta' trasport sostenibbli lejn il-Parlament; jirrakkomanda l-introduzzjoni ta' rati differenti ta’ rimborż skont il-mezz ta' trasport magħżul u l-livell ta' emissjonijiet;

48.  Jisħaq fuq il-fatt li l-Parlament u l-Kunsill, sabiex joħolqu ekonomiji fit-tul fil-baġit tal-Unjoni, jeħtiġilhom jindirizzaw il-bżonn għal pjan direzzjonali għal sede unika, kif iddikjarat mill-Parlament f'bosta riżoluzzjonijiet preċedenti;

Id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni u d-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Esterni

49.  Jindika l-ispejjeż tad-delegazzjonijiet, l-assemblej parlamentari konġunti, id-delegazzjonijiet ad hoc u l-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali barra l-Unjoni fl-2013, li ammontaw għal madwar EUR 5 794 360; jappella biex, sa tmiem l-2015, jitfassal rendikont analitiku tal-ispejjeż f'dawn l-oqsma għall-perjodu bejn l-2005 u l-2015;

50.  Jikkonstata bi tħassib li delegazzjoni għal assemblea parlamentari waħda ġiet tiswa EUR 493 193; jistieden lill-Bureau jiżviluppa prinċipji sempliċi iżda effikaċi għal struttura aktar ekonomika tal-ispejjeż għaż-żjarat tad-delegazzjonijiet, b'mod partikolari billi jitqiesu l-importanza politika, it-tul u r-riżultati tagħhom;

Delegazzjonijiet interparlamentari

51.  Hu tal-fehma li hija kwistjoni ta' importanza u urġenza li tiġi żviluppata u miżjuda s-sustanza tal-websajts tad-delegazzjonijiet interparlamentari; jikkunsidra wkoll li hi xi ħaġa essenzjali li, jekk il-baġit ikun jippermetti, il-laqgħat pubbliċi tad-delegazzjonijiet għandhom jiġu trażmessi f'xandira diretta fuq l-internet, kif isir għal-laqgħat tal-kumitati parlamentari;

Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni

52.  Jiddeplora l-fatt li l-programm tal-għotjiet pluriennali bejn l-2012 u l-2014, intenzjonat biex iqajjem kuxjenza dwar ir-rwol tal-Parlament, ġie jiswa madwar EUR 14 500 000; jesprimi dubji dwar jekk dan il-programm tal-għotjiet jirrappreżentax il-kompetenzi fundamentali tal-Parlament u l-kompiti li jirriżultaw mill-prerogattivi leġiżlattivi, baġitarji u ta' kwittanza tiegħu; jappella lill-amministrazzjoni tiegħu biex tipprovdi lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit b’evalwazzjoni esterna ta' dan il-programm ta' għotjiet f'ħin utli għall-proċedura ta' kwittanza tal-2014;

53.  Jitlob li jingħata rendikont analitiku komplut tal-għotjiet kollha għall-proġetti ta' komunikazzjoni ffinanzjati mill-baġit tal-Parlament, inklużi l-ammonti involuti u l-benefiċjarji;

54.  Jitlob li jingħata rendikont analitiku tan-nefqa, jekk kien hemm, fuq l-organizzazzjonijiet MEP Ranking u Vote Watch Europe, mill-baġit tal-Parlament; jikkritika l-fatt li dawn l-organizzazzjonijiet jivvalutaw il-ħidma tal-Membri abbażi ta' kriterji kwantitattivi, li jistgħu jipprovdu inċentivi tat-tip ħażin u jiġġeneraw xogħol bla bżonn; hu tal-fehma li l-Membri qed jaffaċċjaw livelli dejjem akbar ta' burokrazija żejda u restrizzjonijiet dejjem aktar stretti fuq il-libertà tagħhom li jwettqu d-dmirijiet tagħhom;

EuroparlTV

55.  Ifakkar li l-baġit għal EuroparlTV kien ta' EUR 8 000 000 fl-2013 u EUR 5 000 000 fl-2014, u japprezza l-fatt li r-rendiment ta' dan is-servizz ittejjeb permezz ta' għadd ta attivitajiet u proġetti ġodda; jikkonstata li, bejn l-2012 u l-2014, l-għadd medju ta' kull xahar ta' filmati li rahom il-pubbliku żdied minn 53 000 għal 400 000;

56.  Ifakkar li, b'segwitu għad-deċiżjoni tal-Bureau tat-12 ta' Diċembru 2012, fl-2014 tnieda studju estern biex jagħti kontribut għall-iżviluppi fil-ġejjieni tas-servizz tal-Parlament ta' video fuq l-internet (EuroparlTV); jikkonstata li r-rakkomandazzjonijiet ta' dan l-istudju għandhom jiġu implimentati matul l-ewwel nofs tal-2015;

Il-Premju LUX

57.  Jieħu nota li l-infiq għall-Premju LUX fl-2013 ammonta għal EUR 448 000 bi qbil mal-ispejjeż tal-2012 (EUR 434 421) u kopra:

   il-proċedura relatata mal-għażla u l-kompetizzjoni uffiċjali;
   komunikazzjoni fi Brussell u Strasburgu;
   l-iffokar fuq il-Membri u s-sħab medjatiċi speċjalizzati, kif ukoll fuq il-pubbliku ġenerali;
   l-ispejjeż biex isiru s-sottotitoli fl-24 lingwa uffiċjali;
   il-ħolqien tal-verżjoni tal-film rebbieħ adattata għall-persuni b'vista jew smigħ batuti;
   l-involviment tal-Parlament fl-avvenimenti ċinematografiċi ewlenin fuq livell Ewropew sabiex jippromwovi l-Premju LUX;

58.  Jappella biex jinstabu effiċjenzi fil-baġit tiegħu;

59.  Jappella biex, sa tmiem l-2015, isir stħarriġ rappreżentattiv tal-Membri biex jiġi ddeterminat jekk il-premju LUX hux magħruf sew u kif inhu meqjus, jekk hu meqjus, fl-Istati Membri rispettivi tagħhom;

L-Uffiċċji ta' Informazzjoni

60.  Jikkonstata bi tħassib li l-ispejjeż għall-missjonijiet tal-Uffiċċji ta' Informazzjoni ammontaw għal EUR 1 839 696 fl-2013, bil-missjonijiet lejn Strasburgu li rrappreżentaw EUR 1 090 290; jiddispjaċih li l-ispejjeż għall-missjonijiet mill-Uffiċċji ta' Informazzjoni lejn Strasburgu żdiedu b'madwar 7 % mill-2012, b'żieda ulterjuri ta' 2 % dovuta għall-ħolqien tal-Uffiċċju ta' Informazzjoni ġdid fil-Kroazja; jitlob li jiġi pprovdut bid-dettalji dwar ir-raġunijiet ewlenin għaliex il-persunal tal-Uffiċċji ta' Informazzjoni mar fuq missjonijiet lejn Strasburgu u Brussell; jitlob li jiġi pprovdut b'rendikont analitiku tal-missjonijiet imwettqa mill-persunal ta' kull Uffiċċju ta' Informazzjoni fl-2005, l-2010 u l-2015, sabiex ikunu jistgħu jsiru paraguni; jinsisti li għandha tingħata prijorità għall-użu ta' video konferenzi, li kieku jwassal kemm għal tnaqqis fl-ispejjeż strutturali għall-baġit tal-Parlament, kif ukoll għal titjib ambjentali, u li ma jieħu xejn mill-attività tal-Parlament;

61.  Jindika li s-siti fuq l-internet ta' diversi Uffiċċji ta' Informazzjoni fl-Istati Membri ilhom mill-elezzjonijiet ma jiġu aġġornati; jiġbed l-attenzjoni lejn l-implikazzjonijiet li dan jista' jkollu għall-kredibilità tal-Parlament mal-pubbliku ġenerali; jinsisti li ssir investigazzjoni dwar l-użu tal-fondi allokati lill-Uffiċċji ta' Informazzjoni, bi spjegazzjoni tal-varjazzjoni sinifikanti fl-ispejjeż għal konnessjoni mal-internet bejn l-Istati Membri differenti;

Il-logo tal-Parlament

62.  Jinnota li l-logo tal-Parlament Ewropew inbidel; jesprimi diżapprovazzjoni li, għal darb'oħra, ma ġiex informat bid-deċiżjoni fi żmien utli; jappella lis-servizzi responsabbli biex jispjegaw għalfejn implimentaw din il-bidla, x'kien il-proċess biex ittieħdet id-deċiżjoni u kemm ġiet tiswa din il-bidla;

63.  Jappella għal deskrizzjoni dettaljata tal-ispejjeż esterni u interni kollha tal-Parlament relatati ma' Dar l-Istorja Ewropea, mifrudin skont l-ispejjeż tal-ippjanar (inkluż l-ippjanar preliminari), l-ispejjeż tal-investiment u l-ispejjeż operattivi (inklużi r-riżerva għall-kostruzzjoni u l-manutenzjoni, in-nefqa personali, l-ispejjeż ta' eżibizzjoni); jikkonstata li l-Kummissjoni qed tappoġġa l-finanzjament ta' Dar l-Istorja Ewropea b'allokazzjoni annwali ta' EUR 800 000; jindika li Dar l-Istorja Ewropea se jkollha effetti pożittivi mhux biss għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni iżda anke għall-istat Belġjan, fil-forma ta' attrazzjoni turistika ġdida, li tiġġenera d-dħul; jirrakkomanda, għaldaqstant, li l-istat Belġjan jintalab jappoġġa l-istabbiliment ta' Dar l-Istorja Ewropea;

Direttorat Ġenerali għall-Persunal

64.  Jieħu nota li l-uffiċjali tal-Parlament (impjegati taċ-ċivil permanenti) jistgħu, fil-prinċipju, jiġu reklutati biss permezz ta' kompetizzjonijiet pubbliċi fejn jirnexxu madwar 10 % tal-kandidati b'età medja ta' 34 sena; jinsab imħasseb li, minkejja l-fatt li l-impjiegi għaż-żgħażagħ huma prijorità ewlenija għall-Unjoni, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inkluż il-Parlament, m'għandhom assolutament l-ebda politika biex jagħtu spinta lill-impjiegi għaż-żgħażagħ taħt l-età ta' 30 sena;

65.  Jindika d-diffikultajiet biex jiġu reklutati uffiċjali jew aġenti minn ċerti Stati Membri b'mod partikolari; jinnota li l-iskali salarjali u l-kundizzjonijiet fil-livell ta' dħul offruti mill-istituzzjonijiet huma inqas attraenti għal persunal ġdid; jindika li, għal ħafna ċittadini mill-Istati Membri tal-UE15, ma joffru la salarji kompetittivi u lanqas prospetti ta' karriera attraenti, speċjalment għal dawk iċ-ċittadini li issa qed jilħqu l-età ta' rtirar; jindika li t-tiċkin inevitabbli tal-amministrazzjoni pubblika Ewropea, fil-futur immedjat, se jolqot ħażin il-kwalità tas-servizz ipprovdut u jwassal għar-riskju ta' żbilanċ ġeografiku akbar;

66.  Jitlob li jiġu analizzati l-attivitajiet organizzati u ffinanzjati mill-Kumitat tal-Persunal, b'dettalji dwar it-tipi ta' attivitajiet, l-ispejjeż imġarrba u l-konformità mal-ġestjoni finanzjarja soda;

67.  Jitlob lid-DĠ Persunal u lis-servizzi responsabbli jippromwovu b'mod attiv lin-nisa fil-karigi ta' livell għoli fil-Parlament jew "jivvalutaw ir-raġunijiet" għan-nuqqas ta' parità u sussegwentement jipproponu miżuri biex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tan-nisa fil-karigi ta' livell għoli fl-amministrazzjoni tal-Parlament;

68.  Jikkonstata li l-'Away Days' u avvenimenti simili għall-persunal fis-sena 2013 ġew jiswew ħafna (EUR 140 730 għal tmien avvenimenti); jikkunsidra li, fi żmien ta' kriżi u tnaqqis baġitarju b'mod ġenerali, il-kost tal-'Away Days' għall-persunal fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni jrid ikun proporzjonali u li dawn għandhom, fejn ikun possibbli, jiġu limitati għall-bini nnifsu tal-istituzzjonijiet, peress li l-valur miżjud li jirriżulta minnhom ma jiġġustifikax spejjeż daqstant għoljin;

Assistenti Parlamentari

69.  Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-miżuri meħuda biex tiġi organizzata l-ġestjoni tat-tmiem tal-kuntratti ta' madwar 1 700 assistent parlamentari akkreditat fit-tħejjija għal tmiem is-seba' leġiżlatura u l-bidu tat-tmien leġiżlatura, u b'mod partikolari l-implimentazzjoni ta' APA-People; jikkunsidra li, madankollu, kellu jiġi assenjat aktar persunal amministrattiv għar-reklutaġġ tal-assistenti parlamentari akkreditati f'ċerti oqsma biex jiġu żgurati aktar ħeffa u effiċjenza; jindika li r-riżorsi tal-persunal u dawk tekniċi ma kinux biżżejjed biex jevitaw dewmien fl-iffirmar tal-kuntratti tal-assistenti, interruzzjoni ta' kuntratti, u dewmien fil-ħlas ta' spejjeż, ta' allowances u għaldaqstant tas-salarji; jirrikonoxxi madankollu li l-proċess tjieb b'mod sinifikanti meta mqabbel ma' dak tal-2009, filwaqt li jikkonstata wkoll li l-Parlament jeħtieġlu jirsisti fl-isforzi tiegħu biex itejjeb il-ħeffa u l-effiċjenza tal-proċeduri ta' reklutaġġ tiegħu; jinsab imħasseb dwar il-fatt li għadha ma nstabet l-ebda soluzzjoni għall-assistenti parlamentari akkreditati li drittijiethom iddgħajfu b'segwitu għal tqassir tal-kuntratti tagħhom b'xahar minn tal-anqas bħala riżultat tal-elezzjonijiet bikrin għall-Parlament; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-leġiżlazzjoni dwar il-perjodi ta' eliġibilità pensjonistika jsiru konformi mal-bidliet li jaffettwaw il-leġiżlatura reali;

70.  Jiddispjaċih li r-rapport soċjali tal-Parlament għall-2013 – bħall-predeċessuri tiegħu – bilkemm jinkludi informazzjoni rigward l-assistenti parlamentari akkreditati, għalkemm dawn jirrappreżentaw madwar 29,4 % tal-persunal tal-Parlament; jappella biex din il-kwistjoni titranġa, minħabba l-importanza fundamentali ta' dan id-dokument fit-titjib tal-ġestjoni tal-persunal tiegħu;

71.  Jiddispjaċih dwar id-Deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-12 ta' Diċembru 2013 fil-Kawża F-129/12 u jiddispjaċih profondament dwar il-fatt li l-Parlament ġie kkundannat minħabba li ma setax jgħin lill-assistenti parlamentari akkreditati f'każijiet ta' fastidju u tkeċċijiet irregolari; jikkonstata d-deċiżjoni tal-Bureau tal-14 ta' April 2014 li tistabbilixxi l-Kumitat Konsultattiv għall-prevenzjoni ta' fastidju psikoloġiku fuq il-post tax-xogħol, sabiex jiġi evitat li l-assistenti parlamentari akkreditati jiġu esposti għalih; jinsab imħasseb, madankollu, dwar l-iżbilanċ fil-kompożizzjoni ta' dan il-Kumitat, li huwa kompost minn tliet Kwesturi, rappreżentant wieħed tal-amministrazzjoni u rappreżentant wieħed tal-assistenti parlamentari akkreditati; jikkonstata li, tal-anqas sa Novembru 2014, fi tliet każijiet quddiem il-kumitat, il-Kwesturi ddeċidew li ma kien hemm l-ebda ġustifikazzjoni għal azzjoni ulterjuri; jappella lill-Bureau għalhekk biex jeżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu rigward il-kompożizzjoni tal-Kumitat sabiex jiżgura rappreżentanza aktar bilanċjata b'minn tal-inqas żewġ membri tal-Kumitat li jkunu assistenti parlamentari akkreditati;

72.  Jikkonstata bi tħassib ir-rata għolja ta' assistenti parlamentari akkreditati li ma jkomplux bil-korsijiet lingwistiċi sal-aħħar, li tammonta għal 32 % meta mqabbla ma' 8 % għal persunal ieħor; jappella biex issir bidla fil-kurrikulu tal-korsijiet lingwistiċi sabiex jiġi żgurat li jitfasslu b'mod aktar speċifiku għall-kundizzjonijiet tax-xogħol speċifiċi tal-assistenti parlamentari akkreditati;

73.  Jappella biex jiġu investigati r-raġunijiet possibbli għad-diskrepenza estensiva bejn l-assistenti parlamentari akkreditati u persunal ieħor fir-rigward tat-teħid tal-liv minħabba mard;

74.  Jindika li l-allowances ta' sussitenza li jirċievu l-assistenti parlamentari akkreditati li jivvjaġġaw lejn Strasburgu jkunu 30-45 % inqas minn dawk ta' persunal ieħor; jindika wkoll li l-assistenti parlamentari akkreditati nnifishom jiġu rimborżati skont sistema bi tliet saffi, u dan ifisser li, f'ċerti każijiet, jista' jkun li l-ebda spiża ta' missjoni ma tkun pagabbli għall-vjaġġi lejn Strasburgu; jappella lill-Bureau biex jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jirrimedja din l-inugwaljanza u biex iġib id-drittijiet tal-assistenti parlamentari akkreditati konformi ma' dawk ta’ persunal ieħor;

75.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-għadd ta' assistenti lokali impjegati għal kull Membru fl-2013 varja ħafna, bejn xejn u 43; jitlob li ssir investigazzjoni biex jiġi vvalutat jekk il-proċeduri ta' reklutaġġ ġewx segwiti fil-każijiet b'numri kbar ta' assistenti lokali u biex jiġu vvalutati r-raġunijiet għal numri daqstant għoljin; jitlob li ssir evalwazzjoni tal-proċeduri għar-reklutaġġ ta' assistenti lokali u u li jitfasslu proposti biex dawn jiġu ssemplifikati b'mod li jiġu evitati numri eċċessivi ta' assistenti lokali għal kull Membru; jappella għal aktar trasparenza fir-rigward tal-impjieg ta' assistenti lokali u l-fornituri ta' servizzi; jappella biex tiġi ppubblikata fuq l-internet lista tal-ismijiet tal-fornituri ta' servizzi kollha mqabbda mill-Membri;

76.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Artikolu 43(d) tal-Miżuri ta' Implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri adottati f'Lulju 2008 jeskludu l-possibilità li l-Membri jimpjegaw lill-konjuġi jew is-sħab stabbli tagħhom barra miż-żwieġ jew lill-ġenituri tagħhom, uliedhom jew ħuthom bħala assistenti;

77.  Jinsab imħasseb dwar id-dewmien fl-adozzjoni tar-regoli interni dwar l-informaturi; jappella biex dawn ir-regoli jiġu implimentati mingħajr dewmien ulterjuri;

Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika

Il-politika tal-Parlament dwar il-bini

78.  Jieħu nota li fit-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu, il-Parlament jokkupa 1,1 miljun m² u hu s-sid ta' 81 % ta' din l-erja; iqis li hu tal-ogħla importanza li jiġu stabbiliti l-miżuri xierqa biex tiġi żgurata s-sostenibilità tal-bini tal-Parlament fil-konfront ta' aktar spejjeż ta' manutenzjoni;

79.  Jappella għal ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kummissjoni fir-rigward tal-ġestjoni konġunta ta' Djar l-Ewropa bil-għan, minn naħa waħda, li jistabbilixxu qafas għal servejs immobiljari skont programmazzjoni pluriennali fil-prospettiva ta' xiri jew lokazzjoni tal-proprjetà u, min-naħa l-oħra, li jissemplifikaw il-proċeduri amministrattivi u finanzjarji għall-ġestjoni ta' kuljum;

80.  Jieħu nota li Dar l-Ewropa f'Sofija ilha kompletament operattiva minn Lulju 2013; jikkonstata li l-bejjiegħ intalab iħallas għad-difetti u n-nuqqasijiet ta' konformità tal-istruttura tal-bini qabel ġie ffirmat il-kuntratt ta' xiri;

Id-Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni u l-Konferenzi u d-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni

81.  Jikkonstata b'sodisfazzjon li permezz tal-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Bureau dwar multilingwiżmu b'użu effiċjenti tar-riżorsi fl-2013 ġew iffrankati EUR 10 miljun u EUR 15 miljun fis-servizzi ta' interpretazzjoni u ta' traduzzjoni rispettivament, mingħajr ma ġie affettwat il-prinċipju tal-multilingwiżmu u mingħajr ma ddgħajfet il-kwalità tal-attività parlamentari; itenni li l-koperazzjoni interistituzzjonali hija essenzjali sabiex jiġu skambjati l-aħjar prattiki li jippromwovu l-effikaċja u jippermettu li jsir iffrankar;

Direttorat Ġenerali għall-Finanzi

Fond ta' Pensjoni Volontarja

82.  Jikkonstata li l-Fond ta' Pensjoni Volontarja żied id-defiċit attwarju stmat tiegħu, ikkalkolat abbażi tal-assi tal-Fond, għal EUR 197,5 miljun fi tmiem l-2013; jenfasizza li dawn il-projezzjonijiet tal-passiv fil-ġejjieni huma mifruxin fuq bosta deċennji;

83.  Jikkonstata li fl-aħħar mill-aħħar hu impossibbli li wieħed jiġġudika jekk il-Fond hux qed jitmexxa b'mod effiċjenti u xieraq, u jħeġġeġ biex issir valutazzjoni esterna;

84.  Jikkonstata, madankollu, li dan iqajjem tħassib dwar il-possibilità li l-Fond jiġi eżawrit u li l-Parlament qiegħed jiggarantixxi l-pagament tad-drittijiet għal pensjoni meta u jekk dan il-fond ma jkunx jista' jissodisfa l-obbligi tiegħu;

85.  Jieħu nota li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fl-2013 li d-deċiżjoni biex l-età tal-irtirar għal min ikun sottoskritt fil-Fond tiżdied minn 60 sa 63 sena b'mod li jiġi evitat eżawriment bikri tal-kapital u dik biex jiġi allinjat mal-Istatut il-ġdid għall-Membri tal-Parlament kienu validi;

Servizzi pprovduti lill-Membri

86.  Jappella biex l-ismijiet tal-fornituri ta' servizzi u s-servizzi pprovduti lill-Membru jsiru aċċessibbli għall-pubbliku fuq il-paġna fuq l-internet tal-Membri tal-Parlament, fejn id-data dwar l-assistenti parlamentari akkreditati u l-assistenti lokali;

Direttorat Ġenerali għall-Innovazzjoni u s-Sostenn Teknoloġiku

87.  Jieħu nota tal-proċess ta' internalizzazzjoni tal-persunal fid-Direttorat Ġenerali għall-Innovazzjoni u s-Sostenn Teknoloġiku u t-tnaqqis imwiegħed tal-ispejjeż u l-livell akbar ta' għarfien espert fost il-persunal fil-qasam informatiku; ifakkar li l-livell akbar ta' għarfien espert fir-rigward tal-innovazzjonijiet permanenti kien ukoll ir-raġuni li ngħatat biex dan is-settur jiġi esternalizzat ħafna snin ilu; jappella lis-Segretarju Ġenerali biex jikkopera mal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal biex isibu modi kif iħaffu l-proċedura ta' reklutaġġ u kif jattiraw l-aqwa esperti fil-qasam tat-teknoloġiji u s-sigurtà informatiċi;

88.  Ifakkar li l-kaxxi tal-email individwali personali u kunfidenzjali ta' wħud mill-Membri, l-assistenti parlamentari u l-uffiċjali ġew kompromessi wara li l-Parlament kien soġġett għal attakk minn intermedjarju informatiku ('man-in-the-middle attack') fejn hacker interċetta l-komunikazzjoni bejn smartphones privati u l-wifi pubbliku tal-Parlament;

89.  Jikkonstata li twettaq awditu tas-sigurtà tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni minn parti terza indipendenti fuq is-sistemi kollha fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u tat-telekomunikazzjonijiet Parlamentari bil-ħsieb li jitlesta pjan direzzjonali ċar lejn politika aktar qawwija fil-qasam tas-sigurtà tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fl-2015; jindika li l-awditu tas-sigurtà tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni kellu jiġi ppreżentat f'Diċembru 2014; itenni li, fid-dawl tat-theddida elevata għas-sigurtà ta' dan l-aħħar, din għandha tkun prijorità, u jitlob li l-Kumitat tiegħu għall-Kontroll tal-Baġit jiġi informat dwar ir-riżultati hekk kif dan ir-rapport ikun ġie ffinalizzat;

90.  Jieħu nota tal-miżuri immedjati u fuq żmien medju adottati mill-Bureau fid-9 ta' Diċembru 2013 sabiex jissaħħu r-regoli tal-Parlament dwar is-sigurtà fl-użu ta' apparat mobbli;

91.  Jinsisti li l-Parlament jikkollabora ulterjorment mad-Direttorat Ġenerali għall-Informatika tal-Kummissjoni biex jidentifikaw sostituti xierqa għall-għodda u l-infrastrutturi l-qodma fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni li jkunu jmorru fid-direzzjoni ta' soluzzjonijiet miftuħin, interoperabbli u mhux dipendenti fuq bejjiegħ partikolari bil-ħsieb li jiksbu ambjent informatiku għall-Parlament li jkun effiċjenti fir-rigward tal-ispejjeż u li jkun ta' kwalità għolja;

92.  Jilqa' t-tnedija xi snin ilu tal-applikazzjoni AT4AM utli ħafna u ta' suċċess kbir għat-tressiq tal-emendi; jikkunsidra li hemm bżonn tittejjeb u tiġi aġġornata, b'mod partikolari fir-rigward ta' funzjonijiet utli bħal ma jistgħu jkunu faċilità ta' awtokorrezzjoni u l-possibilità li tiġi ssejvjata kopja ta' salvagwardja;

93.  Jappella, għall-finijiet tat-trasparenza u l-ugwaljanza fir-rigward tad-disponibilità tad-dokumenti, biex il-Membri kollha, u mhux biss il-membri sħaħ jew sostituti tal-kumitat, jingħataw aċċess permezz tal-applikazzjoni ePetition għall-petizzjonijiet kollha ppreżentati miċ-ċittadini lill-Kumitat tiegħu għall-Petizzjonijiet;

Parlament li jirrispetta l-ambjent

94.  Jinsab konxju tal-kunċett "Dinja tax-Xogħol Ġdida" ("New World of Work") tal-Parlament, tal-akkreditament u l-proċess EMAS, u tal-programm ta' ħidma mingħajr karti inklużi l-applikazzjonijiet e-Committee u e-Meeting; jappella biex dan il-programm jissaħħaħ permezz tal-applikazzjonijiet disponibbli għal smartphones u tablets;

95.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-video konferenzi u t-telexogħol jistgħu jikkontribwixxu għal użu iktar effiċjenti tal-ħin u għal Parlament li jirrispetta aktar l-ambjent, peress li jnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi u tal-ivvjaġġar;

96.  Jieħu nota li l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra mill-vjaġġi tal-persunal tal-Parlament bejn Brussel, il-Lussemburgu u Strasburgu waqgħu b'34 % fl-2012 meta mqabbla ma' dawk tal-2006; jappella lill-Bureau biex jiżgura trasparenza sħiħa u biex tagħti wkoll rendikont tal-emissjonijiet ikkawżati mill-vjaġġi tal-Membri minn pajjiżhom sa Brussell u Strasburgu; jilqa' l-miżuri biex jikkumpensaw għall-emissjonijiet li ma jistgħux jitnaqqsu u li jkunu inevitabbli; jirrakkomanda wkoll li, mal-proġetti, jiġu implimentati politiki ta' kumpens ulterjuri skont l-"Istandard tad-Deheb" tal-Mekkaniżmu għal Żvilupp Nadif irrikonoxxut min-NU;

97.  Jappella lis-Segretarju Ġenerali biex ifassal pjan biex jitnaqqas in-numru tal-bagolli disponibbli għall-vjaġġi parlamentari; jissuġġerixxi li jintużaw bagolli ta' daqs iżgħar jew li tiġi implimentata sistema kondiviża, biex b'hekk jiġu jiswew anqas f'termini finanzjarji u tal-impronta tal-karbonju;

98.  Jappella lis-servizzi responsabbli biex jiżviluppaw kunċett sostenibbli u koerenti biex il-linja baġitarja 239 għall-kumpens tal-emissjonijiet ta' CO2 tintuża kompletament sal-ammont massimu, b'mod li l-emissjonijiet inevitabbli ta' CO2 tal-istituzzjoni jiġu kkumpensati bi proġetti skont l-"Istandard tad-Deheb" tal-Mekkaniżmu għal Żvilupp Nadif irrikonoxxut min-NU;

99.  Jappella biex is-sistema tal-arja kkundizzjonata tiffoka fuq l-effiċjenza enerġetika b'mod li jiġi żgurat li jkollha l-iżgħar impatt ambjentali possibbli;

Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija

100.  Jikkonstata li, mit-total ta' 264 kuntratt li ngħataw fl-2013, 120 kienu bbażati fuq proċeduri miftuħa jew ristretti, b'valur ta' EUR 465 miljun, u 144 fuq proċeduri negozjati, b'valur totali ta' EUR 152 miljun; jieħu nota li, għalkemm l-għadd totali tal-kuntratti mogħtija permezz ta' proċeduri negozjati kien 37 % inqas fl-2013 (144, meta mqabbel ma' 241 fl-2012), ma kien hemm l-ebda bidla partikolarment sinifikanti f'termini tal-valur tal-proċeduri negozjati;

101.  Jevidenzja f'dan il-kuntest il-ħtieġa li jiġi implimentat il-kunċett ta' Akkwist Pubbliku Ekoloġiku għall-kuntratti u s-sejħiet għal offerti kollha; jappella biex jiġu stabbiliti obbjettivi vinkolanti, krexxenti u ambizzjużi għall-kuntratti ekoloġiċi, b'mod speċifiku fl-oqsma tal-ikel u l-catering, il-vetturi u t-trasport, it-tagħmir sanitarju u tal-ilma, il-karti, il-ġestjoni tal-iskart, it-tagħmir informatiku u għall-ipproċessar ta' immaġnijiet, it-tidwil, it-tindif u l-għamara;

102.  Jikkonstata li l-maġġoranza tal-kuntratti mogħtija fl-2013 kienu kuntratti għal servizzi (61 %) b'valur totali ta' EUR 374 miljun u li tliet Direttorati Ġenerali taw 14-il kuntratt b'valur ta' aktar minn EUR 10 miljun; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li dawk il-kuntratti ta' valur għoli għandhom jiġu speċifikament soġġetti għal sistemi ta' kontroll adegwat li jissorveljaw kontinwament l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet;

103.  Jikkonstata li l-kuntratti mogħtija fl-2013 u fl-2012 jistgħu jinqasmu skont it-tip ta' kuntratt użat kif ġej:

Tip tal-kuntratt

2013

2012

Numru

Perċentwali

Numru

Perċentwali

Servizzi

Fornimenti

Xogħlijiet

Bini

189

48

19

8

72 %

18 %

7 %

3 %

242

62

36

4

70 %

18 %

12 %

1 %

Total

264

100 %

344

100 %

Tip tal-kuntratt

2013

2012

Valur (f'EUR)

Perċentwali

Valur (f'EUR)

Perċentwali

Servizzi

Fornimenti

Xogħlijiet

Bini

374 147 951

91 377 603

15 512 763

136 289 339

61 %

15 %

2 %

22 %

493 930 204

145 592 868

48 386 872

180 358 035

57 %

17 %

5 %

21 %

Total

617 327 656

100 %

868 267 979

100 %

(Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2013, p. 7)

104.  Jikkonstata li l-kuntratti mogħtija fl-2013 u fl-2012 jistgħu jinqasmu skont it-tip ta' proċedura użata kif ġej:

Tip tal-proċedura

2013

2012

Numru

Perċentwali

Numru

Perċentwali

Miftuħa

Ristretta

Negozjata

Kompetizzjoni

Eċċezzjoni

106

14

144

-

-

40 %

5 %

55 %

-

-

98

5

241

-

-

28 %

2 %

70 %

0 %

0 %

Total

264

100 %

344

100 %

Tip tal-proċedura

2013

2012

Valur (f'EUR)

Perċentwali

Valur (f'EUR)

Perċentwali

Miftuħa

Ristretta

Negozjata

Kompetizzjoni

Eċċezzjoni

382 045 667

83 288 252

151 993 737

-

-

62 %

13 %

25 %

-

-

381 116 879

245 156 318

241 994 782

-

-

44 %

28 %

28 %

0 %

0 %

Total

724 297 066

100 %

603 218 807

100 %

(Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2013, p. 9)

Proċeduri negozjati eċċezzjonali

105.  Jieħu nota li l-proċeduri negozjati eċċezzjonali kienu jirrappreżentaw id-39 % tal-proċeduri negozjati mnedija fl-2013; jinsab mħasseb li l-Parlament għamel użu mill-proċedura negozjata eċċezzjonali fl-2013 biex jagħti 56 kuntratt u jitlob li ma jiġix indikat biss in-numru totali tal-kuntratti iżda anke l-valur totali ta' dawn il-kuntratti;

106.  Hu tal-fehma li l-uffiċjali awtorizzanti għandhom joffru ġustifikazzjonijiet komprensivi u trasparenti talli jkunu għamlu użu minn proċedura negozjata eċċezzjonali; jitlob li l-informazzjoni tinġabar mill-Unità Finanzjarja Ċentrali fir-rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija lill-awtorità ta' kwittanza;

Gruppi politiċi (partita baġitarja 4 0 0)

107.  Jikkonstata li, fl-2013, l-approprjazzjonijiet iskritti fil-partita baġitarja 4 0 0, attribwita lill-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati, intużaw kif ġej:

Grupp

2013

2012

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati

Infiq

Rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet annwali

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati

Infiq

Rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet annwali

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss (2011)

PPE

21 680

4 399

18 437

85,04 %

7 642

21 128

2 024

18 974

89,81 %

4 178

S&D

15 388

6 849

17 649

114,69 %

4 588

14 908

6 313

14 520

97,40 %

6 702

ALDE

6 719

2 172

7 142

106,30 %

1 749

6 673

2 281

6 855

102,72 %

2 100

Verts/ALE

4 366

1 787

4 778

109,44 %

1 375

4 319

1 460

4 002

92,65 %

1 778

GUE/NGL

2 658

1 076

3 317

124,79 %

416

2 563

1 094

2 602

101,52 %

1 055

ECR

4 046

1 602

4 598

113,64 %

1 050

3 765

1 219

3 407

90,51 %

1 577

EFD

2 614

939

2 422

92,65 %

1 132

2 538

881

2 494

98,29 %

925

Membri mhux affiljati

1 316

367

931

70,74 %

441

1 362

413

963

70,73 %

367

Total

58 786

19 193

59 274

100,83 %

18 394

57 255

15 687

53 817

94,00 %

18 680

* l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR

Il-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej

108.  Jikkonstata li, fl-2013, l-approprjazzjonijiet iskritti fil-partita baġitarja 4 0 2 intużaw kif ġej(2):

Partit

Taqsira

Riżorsi proprji*

Għotja tal-PE

Dħul totali

Għotja tal-PE bħala % tal-infiq eleġibbli (massimu 85 %)

Bilanċ pożittiv mid-dħul (trasferiment għar-riżervi) jew telf

Partit Popolari Ewropew

PPE

1 439

6 464

9 729

85 %

192

Partit Soċjalista Ewropew

PSE

1 283

4 985

6 841

85 %

118

Alleanza tal-Liberali u l-Partit tad-Demokratiċi għall-Ewropa

ALDE

518

2 232

3 009

85 %

33

Partit tal-Ħodor Ewropew

Verts

461

1 563

2 151

78 %

-36

Alleanza tal-Konservattivi u Riformisti Ewropej

AECR

307

1 403

1 970

85%

45

Partit tax-Xellug Ewropew

EL

233

948

1 180

68 %

-258

Partit Demokratiku Ewropew

EDP/PDE

91

437

528

85 %

0

Demokratiċi tal-UE

EUD

48

197

245

85 %

12

Alleanza Ewropea Ħielsa

EFA

93

439

592

85 %

12

Moviment Politiku Kristjan Ewropew

ECPM

61

305

366

85 %

8

Alleanza Ewropea għal-Libertà

EAF

68

384

452

85 %

1

Alleanza Ewropea tal-Movimenti Nazzjonali

AEMN

53

350

403

85 %

-38

Moviment għal Ewropa ta' Libertajiet u Demokrazija

MELD

107

594

833

85 %

0

Total

4 762

20 301

28 299

83 %

89

(*) l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR

109.  Jikkonstata li, fl-2013, l-approprjazzjonijiet iskritti fil-partita baġitarja 4 0 3 intużaw kif ġej(3):

Fondazzjoni

Taqsira

Affiljata mal-partit

Riżorsi proprji*

Għotja tal-PE

Dħul totali

Għotja tal-PE bħala % tal-infiq eleġibbli (massimu 85 %)

Ċentru għall-Istudji Ewropej

CES

PPE

772

3 985

4 757

85 %

Fondazzjoni għall-Istudji Progressivi Ewropej

FEPS

PSE

491

2 762

3 253

85 %

Forum Liberali Ewropew

ELF

ALDE

214

1 108

1 322

85%

Fondazzjoni Ħadra Ewropea

GEF

Verts

158

881

1 039

85%

Nittrasformaw l-Ewropa

TE

EL

130

538

668

85 %

Istitut tad-Demokratiċi Ewropej

IED

PDE

50

219

269

85 %

Ċentru Maurits Coppieters

CMC

EFA

50

227

277

85 %

Direzzjoni ġdida – Fondazzjoni għar-Riforma Ewropea

ND

AECR

183

645

828

85 %

Fondazzjoni Ewropea għal-Libertà

EFF

EAF

39

210

249

85 %

Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Interstatali Ewropea

OEIC

EUD

20

123

143

85 %

Fondazzjoni Politika Kristjana Ewropea

ECPF

ECPM

31

170

201

85 %

Fondazzjoni għal Ewropa ta' Libertajiet u Demokrazija

FELD

MELD

60

280

340

85 %

Identitajiet u Tradizzjonijiet Ewropej

ITE

AEMN

31

177

208

85 %

Total

-

2 229

11 325

13 554

85 %

(*) l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR

-

2 229

11 325

13 554

85 %

(1) ALTER-EU: Mind the Gap (http://www.alter-eu.org/sites/default/files/documents/Mind%20the%20Gap%20briefing.pdf)
(2) Sors: PV BUR. 20.10.2014 (PE 538.295/BUR) u PV BUR. 20.10.2014 (PE 538.297/BUR) punt 12
(3) Sors: PV BUR. 20.10.2014 (PE 538.295/BUR) u PV BUR. 20.10.2014 (PE 538.297/BUR) punt 12

Avviż legali