Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/2111(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0078/2015

Testi mressqa :

A8-0078/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.42
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0151

Testi adottati
PDF 444kWORD 103k
L-Erbgħa, 29 ta' April 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
Kwittanza 2013: L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA)
P8_TA(2015)0151A8-0078/2015
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2111(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji(5)(ir-Regolament tal-Aġenzija), u b'mod partikolari l-Artikolu 39 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0078/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 232.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 232.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2111(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji(5)(ir-Regolament tal-Aġenzija), u b'mod partikolari l-Artikolu 39 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0078/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 232.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 232.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2111(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0078/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 25 858 799, li jirrappreżenta żieda ta' 0,23 % fuq l-2012; billi l-baġit kollu tal-Aġenzija ġej mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward tat-tlett kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u mmarkati bħala "Għadha għaddejja" jew "Pendenti" fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u kumment minnhom huwa mmarkat fir-rapport tal-Qorti tal-2013 bħala "Ikkompletata" waqt li t-tnejn l-oħra huma mmarkat bħala "Għadha għaddejja"; jikkonstata, barra minn hekk, li għat-tlett kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjoni korrettivi ukoll u żewġ kummenti huma issa mmarkati bħala ''Ikkompletata'', u l-ieħor bħala "Għadha għaddejja";

2.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li:

   din ħejjiet, bi ftehim mal-Kummissjoni, emenda għar-''Regola ta' Implimentazzjoni dwar l-użu u l-ingaġġ ta' Aġenti Temporanji'' tagħha sabiex tnaqqas l-impatt negattiv li r-regoli attwali kellhom fuq l-attivitajiet tal-Aġenzija sabiex tikseb aktar flessibbiltà għal dak li jirrigwarda t-tul tal-kuntratti tal-persunal operattiv kif ukoll biex tnaqqas ir-riskju ta' interruzzjoni tan-negozju jew it-telf ta' għarfien minħabba livelli għolja ta' tibdil tal-persunal;
   iddeċidiet li timplimenta miżuri xierqa sabiex tiżgura l-kontinwità tas-servizzi u s-sistemi tal-IT li huma orizzontali għall-attività tal-Aġenzija; jinnota f'dan ir-rigward, li ġie installat server ta' emerġenza fil-bini taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu; jinnota barra minn hekk li l-Pjan għall-kontinwità tal-attività ġie adottat mid-Direttur Eżekuttiv; u li l-Proċedura ta' Rkupru tad-Diżastri qiegħda fil-fażi ta' tħejjija u hija ppjanata li tiġi ttestjata f'Ġunju 2015;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 97,87 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 88,12 %;

Impenji u riporti

4.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija juru li l-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2013 kien ta' EUR 2 398 742, filwaqt li l-approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati għall-2014 ammontaw għal EUR 2 221 816; josserva li t-tnaqqis fl-ammont akkumulat riportat meta mqabbel mas-sena preċedenti seħħ minħabba s-sottovalutazzjoni/sovrastima tal-ispejjeż baġitarji tal-2013; ifakkar lill-Aġenzija fl-obbligu li għandha li tirrispetta l-prinċipju baġitarju ta' annwalità;

Trasferimenti

5.  Jinnota li skont ir-rapport ta' attività annwali, kif ukoll is-sejbiet tal-awditjar tal-Qorti, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2013 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

6.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tagħmel aktar progress fil-proċeduri ta' reklutaġġ tagħha, speċjalment għall-esperti esterni, sabiex ikunu garantiti t-trasparenza u t-trattament indaqs għall-applikanti filwaqt li jiġu żgurati l-kontinwità tan-negozju u l-prevenzjoni tat-telf ta' għarfien u esperjenza;

7.  Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li l-proċeduri ta' akkwist tal-Aġenzija jistgħu jibbenefikaw minn titjib fil-preċiżjoni u d-dokumentazzjoni tal-informazzjoni; jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar il-politika tal-ġestjoni tal-persunal tal-Aġenzija, hekk kif din se jkollha tbiddel nofs il-persunal operattiv tagħha matul il-perjodu bejn l-2013 u l-2015, fattur li jista' jwassal għal diżordni fl-attivitajiet operattivi tal-Aġenzija; iħeġġeġ lill-Aġenzija tiżviluppa politika koreneti, trasparenti u oġġettiva sabiex tindirizza l-waqfien tal-kuntratti tal-persunal temporanju tagħha;

8.  Jirrikonoxxi li skont ir-regolament ta' bażi tal-Aġenzija, l-impjegati temporanji tagħha jistgħu jiġu reklutati għal massimu ta' ħames snin b'estensjoni possibbli ta' massimu ta' tliet snin jekk din isseħħ fi ħdan l-ewwel għaxar snin ta' operat tal-Aġenzija; jaċċerta ruħu li sal-2013 l-Aġenzija użat il-perjodu ta' tmien snin bħala prattika standard;

9.  Jinnota bi tħassib li fl-2013, l-Aġenzija impjegat mill-ġdid erba' impjegati temporanji għal perjodu ieħor ta' tmien snin, u dan wara li l-kuntratti tagħhom mal-Aġenzija kienu ntemmu fl-2013 wara l-perjodu massimu ta' tmien snin, prattika li tmur kontra r-regolament fundatur tagħha; jinnota li l-proposta għal regolament fundatur rivedut tal-Aġenzija, li għadu ma ġiex adottat mill-Parlament u l-Kunsill, jinkludi dispożizzjonijiet simili; iqis li hu inaċċettabbli li l-Aġenzija tikser il-liġijiet u r-regoli tagħha stess, u jħeġġeġ lill-Aġenzija tirrispetta l-proċeduri ta' reklutaġġ tagħha;

10.  Jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li fil-proċeduri ta' reklutaġġ tagħha l-Aġenzija ma tiżgurax kriterji oġġettivi, trasparenza sħiħa u trattament indaqs; iħeġġeġ lill-Aġenzija tistabbilixxi linji gwida komprensivi, oġġettivi u trasparenti dwar il-kundizzjonijiet tal-eżami, bħal pereżempju l-inqas marka neċessarja biex wieħed jgħaddi mill-intervisti, il-kriterji oġġettivi għall-għażla tal-kandidati li jitpoġġew fuq il-listi ta' riżerva u t-tip u l-għadd ta' mistoqsijiet orali u bil-miktub tal-eżami, eċċ; jistieden lill-Aġenzija tistabbilixxi dawn il-garanziji fin-notifika tal-karigi battala sa tmiem Settembru 2015, u dan għal kull kariga battala; iħeġġeġ lill-Aġenzija barra minn hekk tadotta proċedura ta' appell għall-kandidati li ġew iddikjarati mhux eliġibbli biex japplikaw għal impjieg fl-Aġenzija;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

11.  Jesprimi d-diżappunt kbir tiegħu li l-Aġenzija għadha ma adottatx politika ċara, komprensiva u oġġettiva għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, minkejja rakkomandazzjonijiet tal-awtorità tal-kwittanza u li għal sena wara l-oħra kien hemm rakkomandazzjonijiet speċjali mill-Qorti;

12.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li hija ppjanat li tadotta l-politika riveduta tagħha dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess kif ukoll li tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord Amministrattiv matul l-2015; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza ladarba tiġi adottata l-politika l-ġdida u s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi jkunu disponibbli għall-pubbliku;

Awditjar intern

13.  Jinnota li skont id-Deċiżjoni 81/2013 tal-Aġenzija tal-20 ta' Marzu 2013, li temenda l-istandard ta' kontroll intern tal-funzjoni ta' awditjar intern, il-Kapaċità ta' Awditjar Intern ġiet imrażżna u s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) sar il-fornitur tal-funzjoni ta' awditjar intern; jinnota li fl-istess deċiżjoni, l-Aġenzija stabbiliet funzjoni ta' koordinatur ta' kontroll intern; jiddispjaċih li l-proċedura ta' reklutaġġ għall-kariga ta' koordinatur ta' kontroll intern kienet twila u li sa Jannar 2014, il-kandidat magħżul kien għadu ma bediex jaħdem fl-Aġenzija; jirrikonoxxi li l-kariga mtliet eventwalment fl-2014;

14.  Jirrikonoxxi li f'Novembru 2013 l-IAS wettaq awditjar ta' segwitu fuq tliet inkarigi tal-awditjar preċedenti;

15.  Jaċċerta ruħu mill-Aġenzija li, kif identifikat mill-IAS, l-awditi li ġejjin kien fihom rakkomandazzjonijiet li kellhom jiġu kkompletati sal-31 ta' Diċembru 2013:

   Ġestjoni tar-riżorsi umani (2009) - rakkomandazzjoni ''Importanti ħafna'' waħda;
   Ippjanar u bbaġitjar (2010) - tliet rakkomandazzjonijiet ''Importanti'',
   Ġestjoni tal-interoperabilità min-naħa ta' esperti (2011) - żewġ rakkomandazzjonijiet ''Importanti'';
   Twaqqif ta' element ta' assigurazzjoni (2012) - żewġ rakkomandazzjonijiet ''Importanti ħafna'', erba' rakkomandazzjonijiet ''Importanti'' u rakkomandazzjoni waħda ''Mixtieqa'';

16.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li minbarra rakkomandazzjoni ''Importanti ħafna'' mill-Awditjar dwar il-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani fi ħdan l-Aġenzija, ir-rakkomandazzjonijiet l-oħra kollha ngħalqu matul l-2014; iħeġġeġ lill-Aġenzija tieħu l-miżuri neċessarji biex tagħlaq ir-rakkomandazzjoni li fadal;

17.  Jinnota bi tħassib li l-Qorti tindika fir-rapport tal-awditjar annwali tagħha għall-2012 li l-Aġenzija ma tikkonformax mal-Istandard ta' Kontroll Intern tagħha rigward il-kontinwità tal-attività u li ma jeżistu l-ebda pjanijiet approvati għall-kontinwità tal-attività u l-irkupru mid-diżastri fil-qasam tal-IT; jirrikonoxxi li l-Aġenzija ddeċidiet li timplimenta miżuri adegwati sabiex tiżgura l-kontinwità tas-servizzi u s-sistemi tal-IT li huma orizzontali għall-attività tagħha; jappella lill-Aġenzija biex tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet li tkun implimentat;

Prestazzjoni

18.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li d-disponibbiltà ta' informazzjoni dwar l-impatt tal-attivitajiet tagħha fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni u dwar is-settur tan-negozju ferrovjarju hija pprovduta permezz ta' diversi parteċipazzjonijiet u preżentazzjonijiet f'wirjiet u fieri ferrovjarji Ewropej, kif ukoll permezz tal-organizzazzjoni ta' sessjonijiet ta' ħidma, preżentazzjonijiet u avvenimenti oħra fl-Istati Membri; jinnota barra minn hekk, li l-informazzjoni tiġi kkomunikata fuq il-websajt tal-Aġenzija permezz tal-pubblikazzjoni ta' dokumenti bħal rapporti annwali jew bulettini;

Żewġ lokalitajiet

19.  Jiddeplora l-fatt li l-Aġenzija hija esposta għal spejjeż addizzjonali peress li qed tuża żewġ lokalitajiet (Lille u Valenciennes) minn fejn twettaq l-attivitajiet tagħha; jirrikonoxxi l-isforzi li għamlet l-Aġenzija biex timminimizza l-impatt negattiv tad-deċiżjoni dwar is-sede tagħha;

20.  Jappella biex l-Aġenzija jkollha sede waħda, f'post faċilment aċċessibbli bit-trasport pubbliku sabiex jiġu ffrankati r-riżorsi skarsi u tiżdied l-effiċjenza tagħha;

Kummenti oħra

21.  Iqis li jekk l-Aġenzija għandha tirċievi setgħat ġodda b'riżultat tal-estensjoni tal-kompiti tagħha bħala aġenzija ta' ċertifikazzjoni għall-materjal ferrovjarju, parti mill-finanzjament għall-Aġenzija għandu jiġi minn miżati u ħlasijiet imposti fuq l-industrija ferrovjarja, li għandhom f'kull ċirkostanza jkunu adegwati għal-livell ta' spejjeż imġarrba mill-Aġenzija u m'għandhomx jirrappreżentaw spiża sproporzjonata għall-industrija ferrovjarja;

o
o   o

22.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(1)dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) Testi adottati ta' din id-data, P7_TA(2015)0130.

Avviż legali