Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/2122(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0087/2015

Testi mressqa :

A8-0087/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.43
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0152

Testi adottati
PDF 445kWORD 104k
L-Erbgħa, 29 ta' April 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
Kwittanza 2013: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)
P8_TA(2015)0152A8-0087/2015
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2122(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0087/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 247.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 247.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2122(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0087/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 247.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 247.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2122(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0087/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ("l-Awtorità") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 28 188 749, li jirrappreżenta żieda ta' 39,01 % meta mqabbel mal-2012, u dan minħabba kompiti addizzjonali fdati f'idejn l-Awtorità;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (''il-Qorti''), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward ta' sitt kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u immarkat bħala "Għadha għaddejja" jew "Pendenti" fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa tnejn huma mmarkati fir-rapport tal-Qorti bħala "Ikkompletata", tlieta bħala "Għadha għaddejja" u għal wieħed bħala "Mhux applikabbli"; jikkonstata barra minn hekk li, għas-seba' kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa żewġ kummenti huma mmarkati bħala ''Ikkompletata'', tlieta bħala "Għadha għaddejja" u tnejn bħala ''Mhux applikabbli'';

2.  Jirrikonoxxi mill-Awtorità li:

   il-persunal u l-ippjanar tal-baġit ġew integrati fl-ippjanar tal-ħidma annwali tagħha sabiex jitqiesu l-prijoritajiet fl-organizzazzjoni kollha, kif ukoll biex il-persunal jiġi rilokat b'kompiti differenti fejn possibbli;
   il-proċeduri ta' reklutaġġ tagħha ġew modifikati sabiex jinkludu aktar kontrolli, bħalma huma kontrolli ex ante, mudelli aktar ċari u mekkaniżmi riveduti għall-evalwazzjoni tal-kandidati, u li skont ir-rapport tal-Qorti, l-azzjoni korrettiva għar-rakkomandazzjoni tal-Qorti dwar din il-kwistjoni ġiet ikkompletata;
   il-komunikazzjoni tagħha dwar il-ħidma u l-attivitajiet tagħha indirizzata liċ-ċittadini tal-Unjoni issir permezz tal-pubblikazzjoni u t-tixrid ta' informazzjoni permezz ta' ċertu numru ta' mezzi, inklużi l-websajt pubblika tagħha u tipi differenti ta' dokumenti dwar suġġetti, iżda li mhijiex limitata biss għal dawn;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 93,18 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 72,54 %;

4.  Jieħu nota li, bil-għan li jiġi żgurat li jittieħdu azzjonijiet korrettivi relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit fi żmien xieraq, l-Awtorità użat varjetà ta' metodi, bħal rappurtar ta' kull xahar lid-Direttur Eżekuttiv u rappurtar trimestrali lill-Bord Maniġerjali; jinnota li dan wassal għal rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ogħla meta mqabbel mas-sena ta' qabel;

Impenji u riporti

5.  Jirrikonoxxi li l-impenji saru b'mod aktar f'waqtu minħabba li żdied il-livell ġenerali tal-approprjazzjonijiet impenjati fuq is-sena ta' qabel; jinnota bi tħassib li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati jibqa' għoli għat-Titolu III fil-livell ta' 58 %, u li dan juri żieda ta' 6 %;

6.  Jinnota li l-livell għoli ta' riporti jirriżulta primarjament minn servizzi tal-IT ikkuntrattati fi tmiem is-sena, servizzi miksuba fl-2013 iżda mhux imħallsa qabel tmiem is-sena, kif ukoll minn dewmien fil-proċeduri ta' akkwist tal-IT u min-natura pluriennali ta' proġetti relatati mal-IT; jappella lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri li ttieħdu bil-għan li jitnaqqas il-livell ta' riporti għall-aktar ammont baxx possibbli;

Trasferimenti

7.  Jinnota bi tħassib li l-livell ta' trasferimenti huwa għoli ħafna hekk kif ilaħħaq 18 % tal-baġit, li jammonta għal EUR 5 100 000; jiddispjaċih li din iċ-ċifra turi żieda meta mqabbel mal-2012, u li dan jindika nuqqasijiet kontinwi fl-ippjanar baġitarju; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-azzjonijiet li ħadet biex tirrimedja dawn in-nuqqasijiet;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

8.  Jaċċerta ruħu mill-Awtorità li l-proċeduri ta' akkwist ġew ċentralizzati għall-akkwisti kollha 'l fuq minn EUR 15 000 bil-għan li tittejjeb il-puntwalità tagħhom, il-kontroll tal-kwalità u l-konformità; jieħu nota tal-fatt li r-rappurtar ta' kull xahar dwar l-istatus tal-pjan ta' akkwist lid-Direttur Eżekuttiv inbeda fl-2013;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

9.  Jinnota mill-Awtorità li hija saħħet aktar il-linji gwida tagħha dwar l-etika billi żviluppat politika dwar il-kunflitti ta' interess mhux għall-persunal li tqis il-linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Kunflitti ta' Interess fl-Aġenziji Deċentralizzati tal-UE, u li tapplika għall-membri tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord Maniġerjali;

10.  Jinnota li l-politika tal-Awtorità dwar il-kunflitti ta' interess fiha dispożizzjoni dwar il-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali; josserva li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord Maniġerjali, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tad-Direttur Eżekuttiv u l-maniġment superjuri, mhumiex disponibbli pubblikament; jappella lill-Awtorità biex tirrimedja dan in-nuqqas bħala kwistjoni ta' urġenza u biex tagħmel dawk id-dokumenti faċilment aċċessibbli permezz tal-websajt tagħha;

Awditjar intern

11.  Jirrikonoxxi mill-Awtorità li fl-2013, is-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq rieżami limitat tal-implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern, wara r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju mwettaq fl-2012 u l-Pjan ta' Awditjar Strateġiku tal-Awtorità 2013-2015;

12.  Jinnota li fir-rieżami tiegħu tal-Istandards ta' Kontroll Intern tal-2013, l-IAS ħareġ 14-il rakkomandazzjoni f'oqsma differenti, waħda minnhom immarkata bħala “Importanti Ħafna”, u kkonkluda li l-maġġorparti tal-15-il Standard ta' Konroll Intern riveduti ġew implimentati kompletament jew fil-biċċa l-kbira tagħhom; jinnota li wara żjara ta' segwitu mwettqa mill-IAS f'Ġunju 2014, nofs ir-rakkomandazzjonijiet kienu ġew implimentati, inkluża waħda immarkata bħala “Importanti Ħafna”;

Kummenti oħra

13.  Jiddispjaċih li l-ħlasijiet tard jikkostitwixxu 27 % tal-ħlasijiet kollha għal prodotti u servizzi riċevuti, li jirriżultaw fi ħlas tal-imgħax li jammonta għal EUR 3 834, kif ukoll ħlasijiet b'dewmien ta' medja ta' 32 jum; jappella lill-Awtorità tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza informazzjoni dettaljata dwar il-miżuri meħuda biex tittratta din il-kwistjoni u biex ittejjeb il-puntwalità tal-proċessi tal-ħlas;

14.  Jinnota li l-arranġamenti attwali ta' finanzjament tal-Aġenzija mhumiex flessibbli, joħolqu piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa u jaf jipperikolaw l-indipendenza tagħha; iħeġġeġ lill-Awtorità tikkoopera mal-Kummissjoni sabiex tirrevedi l-istruttura ta' finanzjament attwali tagħha;

15.  Jieħu nota tal-fatt li, wara d-diskussjonijiet tagħha mal-Istat Membru ospitanti, l-Awtorità bdiet titlob ir-rimborż tal-VAT skont il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea(1) u d-“Direttiva tal-VAT” tal-Kunsill(2); jinnota li sa tmiem l-2013, kien ittieħed lura biss 39 % tal-VAT impost għall-perjodu 2011-2013; jappella lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-azzjonijiet li ħadet biex titlob lura il-VAT imħallas, u tagħti stima tat-tul taż-żmien li matulu l-ammont totali jista' jintalab lura;

16.  Ifakkar li l-Parlament Ewropew kien sewwieq kruċjali fl-isforzi biex titwaqqaf Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (SESF) ġdida u komprensiva wara l-kriżi finanzjarja, u fil-ħolqien tal-Awtorità fl-2011, bħala parti minn din is-sistema;

17.  Jinnota l-osservazzjoni li saret mill-Kummissjoni fir-rapport reċenti tagħha dwar il-ħidma tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) u tas-SESF, li tgħid li l-ASE, minkejja l-kundizzjonijiet diffiċli, stabbilixxew malajr organizzazzjonijiet li jiffunzjonaw tajjeb u li, b'mod ġenerali, issodisfaw il-varjetà wiesgħa ta' kompiti li għandhom, għalkemm iffaċċjaw talbiet dejjem akbar b'riżorsi umani limitati;

18.  Jenfasizza li r-rwol tal-Awtorità biex ikun promoss reġim superviżorju komuni fis-suq uniku huwa essenzjali biex jiġu żgurati swieq finanzjarji aktar integrati, effiċjenti u sikuri fl-Unjoni, biex b'hekk jingħata kontribut għall-irkupru ekonomiku u l-ħolqien ta' impjiegi u tkabbir fl-Ewropa u jiġu evitati kriżijiet futuri fis-settur finanzjarju;

19.  Jirrikonoxxi li s-SESF għadha fi stadju ta' twaqqif u jenfasizza li l-kompiti diġà mogħtija lill-Awtorità, kif ukoll il-kompiti futuri previsti fil-ħidma leġiżlattiva li għaddejja, jeħtieġu livell adegwat ta' persunal u ta' baġit li jippermettu superviżjoni ta' kwalità għolja; jenfasizza li għandha dejjem tiġi kkunsidrata bir-reqqa l-ħtieġa li jitħalltu flimkien kompiti addizzjonali ma' riżorsi addizzjonali; jenfasizza madankollu, li kull żieda potenzjali fil-mezzi tagħha għandha tkun preċeduta u/jew ikkomplementata minn sforzi ta' razzjonalizzazzjoni adegwati kull fejn hu possibbli; jiġbed l-attenzjoni fuq ir-rwol koordinatur tal-Awtorità u l-ħtieġa li tikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali biex tissodisfa l-mandat tagħha;

20.  Jisħaq li, minħabba r-riżorsi limitati tagħha, l-Awtorità jeħtiġilha żżomm strettament mal-kompiti assenjati lilha mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill; jissottolinja l-fatt li l-Awtorità għandha twettaq dawn il-kompiti kompletament, imma li m'għandhiex tfittex li tmur lil hinn mill-mandat tagħha, u li jeħtiġilha tibqa' indipendenti; jiġbed l-attenzjoni fuq il-fatt li l-Awtorità għandha tivverifika l-ħtieġa li tfassal linji gwida u rakkomandazzjonijiet;

21.  Jiġbed l-attenzjoni fuq il-fatt li l-Awtorità għandha tisfrutta kompletament is-setgħat tagħha fil-qasam tal-ħarsien tal-konsumatur li huma mogħtija lilha bis-saħħa tal-mandat tagħha; jenfasizza li, f'dan il-qasam, l-Awtorità għandha tikkoordina aktar mill-qrib ma' ASE oħrajn permezz tal-Kumitat Konġunt;

22.  Jistieden lill-Awtorità tiżgura li fil-ġejjieni ma jittieħed l-ebda impenn legali qabel l-impenji tal-baġit;

o
o   o

23.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) Il-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 115, 9.5.2008, p. 266).
(2) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
(3) Testi adottati ta' din id-data, P7_TA(2015)0130.

Avviż legali