Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/2117(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0119/2015

Testi mressqa :

A8-0119/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.47
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0156

Testi adottati
PDF 419kWORD 79k
L-Erbgħa, 29 ta' April 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
Kwittanza 2013: L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (ESA)
P8_TA(2015)0156A8-0119/2015
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (ESA) għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2117(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE tat-12 ta' Frar 2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8–0119/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur-Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 267.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 267.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2117(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE tat-12 ta' Frar 2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8–0119/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 267.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 267.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2117(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8–0119/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2013 kien ta' EUR 104 000, ċifra li tirrappreżenta l-istess ammont meta mqabbel mal-2012;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija li fir-rigward ta' kumment wieħed li sar fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u mmarkat bħala "Għadha għaddejja" fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u l-kumment issa huwa mmarkat bħala "Ikkompletata"; jinnota, barra minn hekk, li l-kumment li sar fir-rapport tal-Qorti tal-2012 issa huwa mmarkat bħala "Pendenti";

Kummenti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

2.  Josserva li skont in-noti tal-Aġenzija dwar il-kontijiet annwali tagħha, s-salarji kollha u xi spejjeż addizzjonali għas-servizzi amministrattivi tħallsu direttament mill-baġit tal-Kummissjoni; jinnota li l-ispejjeż marbutin mas-salarji ġew żvelati filwaqt li ma ngħata l-ebda dettall dwar l-ispejjeż marbutin mas-servizzi amministrattivi; jesprimi tħassib li din is-sitwazzjoni tnaqqas it-trasparenza rigward il-livell ta' dipendenza tal-Aġenzija fil-konfront tal-Kummissjoni; jenfasizza li l-Aġenzija għandu jkolha awtonomija finanzjarja kif stabbilit fl-istatuti tagħha;

3.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li hija se tippreżenta lill-awtorità ta' kwittanza rapport aktar iddettaljat dwar il-bżonnijiet tagħha koperti direttament mill-Kummissjoni;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f'rata ta' approprjazzjonijiet ta' impenn ta' 95 % u rata ta' approprjazzjonijiet ta' pagament ta' 59,22 %;

Kontrolli interni

5.  Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti li ma hemmx dokumentazzjoni suffiċjenti tal-elementi prinċipali tal-kontrolli interni tal-Aġenzija, bħal strateġija ta' ġestjoni u kontroll tar-riskju, proċeduri ta' monitoraġġ tal-prestazzjoni, valutazzjoni tal-funzjonament tas-sistema ta' kontroll intern u kodiċi ta' standards professjonali;

o
o   o

6.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0130.

Avviż legali