Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/0174(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0203/2015

Testi mressqa :

A8-0203/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 07/07/2015 - 5.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0240

Testi adottati
PDF 339kWORD 66k
It-Tlieta, 7 ta' Lulju 2015 - Strasburgu
L-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ ***I
P8_TA(2015)0240A8-0203/2015
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Unjoni fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skond ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (Kodifikazzjoni). (COM(2015)0049 – C8-0041/2015 – 2014/0174(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0049),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0041/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0203/2015),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali;

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta' Lulju 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċeduri  tal-Unjoni  fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet  tal-Unjoni  skont ir-regoli internazzjonali tal‑kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal‑Organizzazzjoni Dinjija tal‑Kummerċ (kodifikazzjoni)
P8_TC1-COD(2014)0174

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/1843.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza