Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/0228(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0180/2015

Testi mressqa :

A8-0180/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 08/07/2015 - 4.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0256

Testi adottati
PDF 249kWORD 61k
L-Erbgħa, 8 ta' Lulju 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
Kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika ma-Gżejjer Faeroe: Orizzont 2020 ***
P8_TA(2015)0256A8-0180/2015

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Faeroe li jassoċja lill-Gżejjer Faeroe ma' Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (05660/2015 – C8-0057/2015 – 2014/0228(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05660/2015),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Faeroe li jassoċja lill-Gżejjer Faeroe ma’ Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (14014/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 79(186), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta l-Unjoni Ewropea (C8-0057/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2), l-Artikolu 108(7) u l-Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0180/2015),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Gżejjer Faeroe.

Avviż legali