Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0451(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0176/2015

Testi mressqa :

A8-0176/2015

Dibattiti :

PV 09/07/2015 - 9
CRE 09/07/2015 - 9

Votazzjonijiet :

PV 09/07/2015 - 12.2
CRE 09/07/2015 - 12.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0267

Testi adottati
PDF 864kWORD 222k
Il-Ħamis, 9 ta' Lulju 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
Livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjoattiva ta' ikel u għalf wara inċident nukleari ***I
P8_TA(2015)0267A8-0176/2015
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta' kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel u għalf wara aċċidenti nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika (COM(2013)0943 – C7-0045/2014 – 2013/0451(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0943),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija Atomika Ewropea, skont liema artikoli l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7‑0045/2014),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 168(4) (b) u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Marzu 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, Saħħa Pubblika u Sikurezza tal-Ikel (A8-0176/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)ĠU C 226, 16.7.2014, p. 68.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta' Lulju 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjuattiva ta’ ikel u għalf wara aċċidenti nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika [Em. 1. Din l-emenda tapplika matul it-text kollu]
P8_TC1-COD(2013)0451

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tal-Enerġija Atomika, b'mod partikolari l-Artikoli 31 u 32 l-Artikolu 168(4)(b) u l-Artikolu 114 tiegħu, [Em. 2]

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, li tfasslet wara li nkisbet l-opinjoni ta’ grupp ta’ persuni maħtura mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku minn fost esperti xjentifiċi fl-Istati Membri(1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew(3)Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(4), [Em. 3]

Billi:

(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom 2013/59/Euratom(5) tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti. [Em. 4]

(1a)  B'konformità mal-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), għandu jiġi żgurat li jkun hemm livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni. [Em. 5]

(2)  Wara l-inċident tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Chernobyl fis-26 ta' April 1986, kwantità konsiderevoli ta' materjali radjoattivi ħarġet fl-atmosfera, li kkontaminat ikel u għalf f’ħafna pajjiżi Ewropej f'livelli sinifikanti mill-perspettiva tal-qasam tas-saħħa, u kkawżat mard u kundizzjonijiet tas-saħħa ta' theddida għall-ħajja. Livell għoli ta' kontaminazzjoni radjuattiva għadu jippersisti sal-lum. Minħabba li l-materjal radjuattiv rilaxxat ikkontamina l-arja, l-ilma, il-ħamrija u l-veġetazzjoni, ġew adottati miżuri biex jiżguraw li ċerti prodotti agrikoli jidħlu biss ma jidħlux fl-Unjoni għajr skont l-arranġamenti komuni li jħarsu biex tkun salvagwardjata s-saħħa tan-nies waqt li jżommu n-natura unifikata tas-suq u jevitaw distorsjoni tal-kummerċ. [Em. 6]

(2a)  L-Istati Membri huma responsabbli għall-monitoraġġ tal-konformità mal-livelli stabbiliti f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari billi jissorveljaw l-istandards ta' sigurtà għall-ikel u l-għalf. L-Artikolu 168(4)(b) tat-TFUE jipprevedi l-adozzjoni ta' miżuri komuni fil-qasam veterinarju li jkollhom bħala objettiv dirett il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem. Barra minn hekk, l-Artikolu 114 tat-TFUE jipprevedi livell xieraq ta' armonizzazzjoni biex jiżgura li s-suq intern ikun jista' jaħdem bla intoppi. [Em. 7]

(2b)  Huwa fatt pruvat li doża ogħla ta' radjazzjoni għandha effett dannuż u qerriedi fuq iċ-ċelloli tal-ġisem u tista' twassal għall-kanċer. [Em. 8]

(2c)  Huwa importanti li jiġu stabbiliti livelli ta' limitu baxxi għal-livelli permissibbli massimi ta' kontaminazzjoni radjuattiva fl-ikel, biex titqies id-doża kumulattiva ogħla kkawżata mill-ikel ikkontaminat ikkunsmat għal perjodu ta' żmien estiż. [Em. 9]

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87(6), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 2218/89(7) jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva li jridu jiġu applikati wara aċċident nukelari jew xi każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika li x'aktarx twassal, jew tkun wasslet għal kontaminazzjoni radjuattiva sinifikanti ta' għalf u ikel. Dawn il-livelli massimi permissibbli għadhom jaqblu mal-aħħar parir xjentifiku li hu attwalment disponibbli internazzjonalment u għandhom jiġu riveduti u aġġornati perjodikament biex titqies kwalunkwe evidenza xjentifika ġdida. Il-livelli massimi permissibbli elenkati fl-Annessi I u II ġew riveduti u huma stabbiliti fil-Pubblikazzjoni  105 tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni Radjoloġika. Speċifikament, huma bbażati b'mod partikolari fuq livell ta' referenza ta' 1 mSv kull sena flimkien mad-doża individwali inġestita u jissoponu li 10 % tal-ikel ikkunsmat kull sena ikun kontaminat. [Em. 10]

(4)  Wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima fil-11 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-livelli ta' radjonuklidi f’ċerti prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-Ġappun qabżu l-livelli ta’ azzjoni fl-ikel massimi applikabbli fil-Ġappun għall-ikel. Kontaminazzjoni bħal din tista' tkun ta' periklu għas-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Unjoni u għalhekk ġew adottati miżuri li jimponu kundizzjonijiet speċjali li jikkontrollaw l-importazzjoni ta' ikel u għalf li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Ġappun, b'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. Għandhom jitfasslu wkoll miżuri li jimmonitorjaw u jimminimizzaw ir-riskju ta' konsum ta' prodotti tal-ikel minn pajjiżi oħra milquta mix-xita radjuattiva minn aċċident nukleari f'pajjiż ieħor. [Em. 11]

(5)  Jeħtieġ li titwaqqaf sistema li wara aċċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika li jista’ jwassal jew li jkun wassal għal kontaminazzjoni radjoattiva sinifikanti ta’ ikel u għalf, tippermetti lill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika lill-Unjoni, li tistabbilixxi livelli massimi permissibli ta’ kontaminazjoni radjoattiva għall-ħarsien tan-nies biex tiżgura livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa pubblika. [Em. 12]

(6)  Il-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjoattiva għandhom japplikaw għall-ikel u l-għalf li joriġinaw fl-Unjoni jew li jkunu importati minn pajjiżi terzi, skont il-post u ċ-ċirkostanzi tal-aċċident nukleari jew l-emerġenza radjoloġika, filwaqt li jitqies l-effett tar-radjazzjoni naturali u kumulattiva hekk kif din titla' 'l fuq mal-katina tal-ikel. Għandu jkun hemm reviżjonijiet perjodiċi ta' dawn il-livelli. [Em. 13]

(7)  Il-Kummissjoni għandha tintgħarraf f'każ ta' aċċident nukleari, jew ta' livelli ogħla minn tas-soltu ta’ radjoattività, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/600/Euratom(8), jew skont il-Konvenzjoni IAEA dwar notifika bikrija ta’ aċċident nukleari tas-26 ta’ Settembru 1986.

(8)  Biex jitqies li d-dieti tat-trabi fl-ewwel sitt xhur ta' ħajjithom jistgħu jvarjaw b'mod sinifikanti, u biex jitqiesu l-inċertezzi fil-metaboliżmu tat-trabi fit-tieni sitt xhur ta' ħajjithom, ikun ta' benefiċċju li l-applikazzjoni ta' livelli massimi permissibbli aktar baxxi tiġi estiża tul l-ewwel tnax-il xahar tal-ħajja. Għal nisa tqal jew li qed ireddgħu għandhom japplikaw livelli massimi permissibbli iktar baxxi. [Em. 14]

(9)  Biex jiġi ffaċilitat l-addattament tal-livelli massimi permissibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-għarfien xjentifiku, il-proċeduri biex jiġu stabbiliti l-livelli massimi permissibbli għandhom jinkludu l-konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti msemmija fl-Artikolu 31 tat-Trattat u l-progress tekniku fil-livell internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta ġdida għall-adattament tal-livelli massimi permissibbli lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 15]

(9a)  Biex jiġi faċilitat l-adattament tal-livelli massimi permissibbli, għandhom jiġu introdotti proċeduri li jippermettu l-konsultazzjoni regolari mal-esperti. Il-Kummissjoni għandha taħtar grupp ta' esperti abbażi ta' kriterji xjentifiċi u etiċi. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-kompożizzjoni tal-grupp u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tiegħu pubbliċi. Fl-adattament tal-livelli massimi permissibbli, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta wkoll ma' esperti minn korpi internazzjonali li jaħdmu fil-qasam tal-protezzjoni mir-radjazzjoni. [Em. 16]

(9b)  Il-grupp ta' esperti għandu wkoll jagħmel stima tal-effett kumulattiv tal-kontaminazzjoni radjuattiva. [Em. 17]

(9c)  Il-livelli massimi permissibbli għandhom ikunu magħmula pubbliċi u għandhom ikunu riveduti regolarment biex jitqiesu kif jixraq l-aħħar avvanzi u pariri xjentifiċi disponibbli internazzjonalment, biex tkun riflessa l-ħtieġa li l-pubbliku jiġi rassigurat u provdut b'livell għoli ta' protezzjoni u biex jiġu evitati diverġenzi fil-prattika regolatorja internazzjonali. [Em. 18]

(10)  Biex jiġi żgurat li l-ikel u l-għalf li jkun fihom livelli ogħla mill-massimi permissibbli ma jitpoġġewx fis-suq tal-UE tal-Unjoni, l-Istati Membri u tal-Kummissjoni għandhom jivverifikaw il-konformità ma' dawn il-livelli permess ta isiru kontrolli bir-reqqa. F'każ ta' nonkonformità għandhom jiġu applikati penali u l-pubbliku għandu jiġu infurmat dwar dan. [Em. 19]

(10a)  Ir-regoli biex tiġi verifikata konformità mal-miżuri mfassla ħalli jiġu evitati, eliminati jew jitnaqqsu r-riskji ta' kontaminazzjoni għall-bnedmin u l-annimali għal livelli aċċettabbli kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9). [Em. 20]

(11)  Bbiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament rigward li jsiru applikabbli l-livelli massimi permissibbli stabbiliti minn qabel, għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni setgħat ta' implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10).

(12)  Il-proċedura ta' eżaminazzjoni għandha tintuża għall-adozzjoni ta' atti li jagħmlu applikabbli l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel u għalf stabbiliti minn qabel.Fil-każ ta' aċċident nukleari jew emerġenza radjoloġika oħra, ikun madankollu meħtieġ li jitqiesu kif jixraq iċ-ċirkostanzi partikolari u l-kundizzjonijiet applikabbli għal kull aċċident u, għaldaqstant, li tiġi stabbilita proċedura li tippermetti li jitbaxxew b'mod mgħaġġel il-livelli massimi permissibbli stabbiliti minn qabel u, jekk ikun meħtieġ, li jiġu introdotti livelli massimi permissibbli għal radjunuklidi oħra (notevolment it-tritju) involuti fl-aċċident, bl-għan li jkun żgurat l-ogħla livell possibbli ta' protezzjoni tal-pubbliku. Il-pubbliku għandu jiġu infurmat b'mod immedjat dwar il-miżura u dwar il-livelli massimi. [Em. 21]

(12a)  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti tagħhom fuq il-kumitat għandhom biżżejjed għarfien dwar il-protezzjoni radjoloġika. [Em. 22]

(13)  Il-Kummissjoni għandha minnufih tadotta l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli fejn ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza, f'każijiet ġustifikati marbutin ma' ċerti emerġenzi radjoloġiċi li x'aktarx iwasslu jew li jkunu wasslu għal kontaminazzjoni radjuattiva sinifikanti ta' ikel u għalf. Il-pubbliku għandu jiġu infurmat b'mod immedjat dwar il-miżura u dwar il-livelli massimi. [Em. 23]

(13a)  L-adozzjoni tal-livelli massimi permissibbli taħt dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq ir-rekwiżiti ta' protezzjoni għall-aktar gruppi kritiċi u vulnerabbli tal-popolazzjoni, b'mod partikolari t-tfal u l-persuni f'żoni ġeografiċi iżolati jew dawk li jipprattikaw agrikultura ta' sussistenza. Il-livelli massimi permissibbli għandhom ikunu l-istess għall-popolazzjoni kollha u għandhom ikunu bbażati fuq l-iktar livelli baxxi. [Em. 24]

(13b)  Meta ikel jew għalf li joriġina fl-Unjoni jew impurtat minn pajjiżi terzi joħloq riskju serju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew għall-ambjent, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta miżuri addizzjonali f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 178/2002 biex tiżgura livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali. Jekk possibbli, il-livelli massimi permissibbli applikabbli u l-miżuri ta' emerġenza addizjonali għandhom jiġu stabbiliti f'regolament ta' implimentazzjoni uniku. [Em. 25]

(13c)  Meta jitfasslu jew isir rieżami tal-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu kont primarjament taċ-ċirkostanzi li ġejjin: il-post, in-natura u l-ambitu tal-aċċident nukleari jew ta' kwalunkwe kawża oħra ta' emerġenza nukleari; in-natura u l-ambitu tas-sustanzi radjoloġiċi rilaxxati fl-arja, l-ilma jew il-ħamrija, kif ukoll fl-ikel u fl-għalf, kemm jekk ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni; ir-riskju ta' kontaminazzjoni radjoloġika attwali jew potenzjali tal-ikel u tal-għalf u d-dożi ta' radjazzjoni riżultanti; it-tip u l-kwantità tal-ikel u l-għalf kontaminat li jista' jilħaq is-suq tal-Unjoni u l-livelli massimi permissibbli għall-ikel u l-għalf kontaminat f'pajjiżi terzi. [Em. 26]

(13d)  Fil-każ ta' aċċident nukleari jew emerġenza radjoloġika li teħtieġ li jiġu applikati l-livelli massimi permissibbli, il-pubbliku għandu jiġi infurmat dwar il-livelli fis-seħħ, kemm mill-Kummissjoni kif ukoll minn kull Stat Membru. Barra minn hekk, il-pubbliku għandu jingħata informazzjoni dwar l-ikel u l-għalf li aktarx jakkumula konċentrazzjonijiet iktar qawwija ta' radjuattività. [Em. 27]

(13e)  Il-konformità mal-livelli massimi permissibbli għandha tkun is-suġġett ta' kontrolli xierqa, u għandhom jiġu introdotti sanzjonijiet għall-esportazzjoni, l-importazzjoni jew il-bejgħ deliberat ta' ikel li jeċċedu l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni, [Em. 28]

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli tal-kontaminazzjoni radjuattiva tal-ikel, kif stabbiliti fl-Anness I, u l-livelli massimi permissibbli ta' ikel ta' importanza minuri radjuattiva tal-għalf kif stabbilit fl-Anness II, u l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva tal-għalf kif stabbiliti fl-Anness III, li jista' jitqiegħed fis-suq wara aċċident nukleari jew xi każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika li x'aktarx twassal jew li tkun wasslet għal kontaminazzjoni radjuattiva sinifikanti tal-ikel u tal-għalf, u l-proċeduri biex dawn il-livelli massimi permissibbli jsiru applikabbli. [Em. 54]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  "ikel" tfisser kull sustanza jew prodott, kemm jekk ikun ipproċessat, ipproċessat parzjalment, jew mhux ipproċessat, li huwa maħsub, jew li jkun loġikament mistenni li jittiekel mill-bnedmin, dan jinkludi x-xarbiet, iċ-ċuwing gam u kull sustanza, inkluż l-ilma, li jiddaħħal fl-ikel b'mod maħsub waqt il-manifattura, il-preparazzjoni, jew it-trattament;l-"ikel" ma jinkludix kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002/KE;

(a)  għalf;

(b)  annimali ħajjin sakemm ma jkunux ippreparati għat-tqegħid fis-suq għall-konsum uman;

(c)  pjanti qabel il-ħsad;

(d)  prodotti mediċinali skont l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12);

(e)  prodotti kożmetiċi skont l-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13);

(f)  it-tabakk u l-prodotti tat-tabakk fit-tifsira tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/37/KE(14);

(g)  sustanzi narkotiċi jew psikotropiċi skont it-Tifsira tal-Konvenzjoni Unika tal-Ġnus Magħquda dwar Droga Narkotika, 1961, u l-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar Sustanzi Psikotropiċi, 1971

(h)  fdalijiet u kontaminanti. [Em. 29]

(2)  "ikel ta' importanza minuri" tfisser oġġetti tal-ikel ta' importanza minuri fid-dieta li jagħtu biss kontribut marġinali lill-konsum tal-ikel tal-popolazzjoni; [Em. 55]

(3)  "għalf" tfisser kull sustanza jew prodott, inklużi l-addittivi, sew jekk ipproċessati, parzjalment ipproċessati jew mhux ipproċessati, maħsuba biex jintużaw għat-tmiegħ mill-ħalq lill-annimali kif definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; [Em. 30]

(4)  "tqegħid fis-suq" tfisser iż-żamma ta' ikel jew għalf għall-għanijiet ta' bejgħ, inkluża l-offerta għall-bejgħ, jew kull forma oħra ta' trasferiment, kemm jekk b'xejn jew le, u l-bejgħ, id-distribuzzjoni, u forom oħra ta' trasferiment operazzjoni kif definita fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; [Em. 31]

(4a)  "materjali b'kuntatt mal-ikel jew l-għalf" tfisser pakketti u materjali oħrajn maħsuba biex ikunu f'kuntatt mal-ikel; [Em. 32]

(4b)  "sitwazzjoni ta' emerġenza radjoloġika" tfisser avveniment mhux komuni li jinvolvi sors ta' radjazzjoni u li jeħtieġ intervent immedjat biex tiġi mitigata kwalunkwe theddida għas-saħħa u s-sikurezza, jew kwalunkwe konsegwenza negattiva għall-kwalità tal-ħajja, il-proprjetà jew l-ambjent, jew li jirrappreżenta periklu li jista' jwassal għal konsegwenzi negattivi ta' dan it-tip. [Em. 33]

Artikolu 2a

Prattiki li jikkonsistu fit-taħlit ta' prodotti tal-ikel li jkun fihom konċentrazzjonijiet aktar minn dawk permessi mir-regoli dwar il-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva fl-ikel u fl-għalf b'oġġetti tal-ikel mhux ikkontaminati jew ikkontaminat ftit biex jinkiseb prodott konformi mar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament, ma għandhomx ikunu awtorizzati. [Em. 34]

Artikolu 3

1.  Fil-każ li l-Kummissjoni tirċievi - partikolarment skont l-arranġamenti tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-iskambju tal-informazjoni fil-każ ta’ emerġenza radjoloġika jew skont il-Konvenzjoni IAEA tas-26 ta’ Settembru 1986, dwar notifika malajr ta’ inċident nukleari - informazjoni uffiċjali dwar aċċidenti jew kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika, li tikkonferma li l-livelli massimi permissibbli stabbiliti għall-ikel, ikel ta' importanza minuri jew għalf, x'aktarx jintlaħqu jew li jkunu ntlaħqu, hija tikkontamina l-ikel u l-għalf, għandha tadotta minnufih, jekk ikun meħtieġ fiċ-ċirkostanzi, fl-iqsar żmien possibbli, Regolament att ta' implimentazzjoni li jagħmel applikabbli dawk il-livelli jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta' radjoattività li ma jistgħux jeċċedu l-livelli speċifikati fl-Annessi għal dan ir-Regolament. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 5(2). [Em. 35]

1a.  Il-livelli massimi permissibbli għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku u riveduti regolarment biex jitqiesu kif jixraq l-aħħar avvanzi u pariri xjentifiċi disponibbli internazzjonalment, biex tkun riflessa l-ħtieġa li l-pubbliku jkun rassigurat u provdut b'livell għoli ta' protezzjoni u biex jiġu evitati diverġenzi fil-prattika regolatorja internazzjonali li jipprovdi livell ogħla ta' protezzjoni. [Em. 36]

2.  Għal raġunijiet imperattivi debitament ġustifikati ta’ urġenza relatati maċ-ċirkostanzi tal-aċċident nukleari jew l-emerġenza radjoloġika, il-Kummissjoni għandha minnufih tadotta Regolament att ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(3). [Em. 37]

3.  Meta tibgħat l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan Artikolu, filwaqt li tiddiskutih mal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni għandha tqis l-istandards bażiċi stabbiliti skont l-Artikoli 30 u 31 tat-Trattat id-Direttiva 2013/59/Euratom, inkluż il-prinċipju li l-esposizzjonijiet kollha għandhom jinżammu raġonevolment baxxi kemm jista’ jkun, billi tqis bħala prijorità l-aspett tal-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali u tqis fatturi ekonomiċi u soċjali, b'mod partikolari l-aktar gruppi vulnerabbli tas-soċjetà. Fit-tfassil ta' dawk l-atti, il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn grupp indipendenti ta' esperti tas-saħħa pubblika magħżula abbażi tal-għarfien u l-kompetenza tagħhom fil-protezzjoni radjoloġika u s-sikurezza alimentari (“grupp ta' esperti”). Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblika l-kompożizzjoni tal-grupp ta' esperti u d-dikjarazzjonijiet ta' interessi tal-membri tiegħu. [Em. 38]

3a.  L-atti ta' implimentazzjoni riferuti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati f'konformità man-natura u l-ambitu tar-radjazzjoni u għandhom jiġu eżaminati kemm-il darba jkun meħtieġ fir-rigward tal-manjiera kif il-kontaminazzjoni tiżviluppa. Il-Kummissjoni għandha timpenja ruħha twettaq l-ewwel eżami fi żmien mhux aktar minn xahar wara aċċident nukleari jew emerġenza radjoloġika sabiex timmodifika, jekk meħtieġ, il-livelli massimi permissibbli ta' radjuattività u l-lista' ta' radjunuklidi. [Em. 39]

Artikolu 4

1.  Malli l-Kummissjoni tadotta Regolament att ta' implimentazzjoni li jagħmel il-livelli massimi permissibbli applikabbli, l-ikel, u l-għalf li ma jkunux jikkonformaw ma' dawn il-livelli massimi permissibbli ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq. [Em. 40]

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġim tar-responsabbiltà nukleari li għandu jindirizza t-tħassib tal-Istati Membri kollha li jistgħu jintlaqtu minn aċċident nukleari; dan ir-reġim għandu jipprevedi kumpens xieraq f'każ ta' aċċidenti nukleari. [Em. 41]

Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ikel, jew għalf importati minn pajjiżi terzi għandhom jitqiesu li tqiegħdu fis-suq jekk, fit-territorju tad-dwana tal-Unjoni, dawn jgħaddu minn proċedura tad-dwana li ma tkunx proċedura ta' tranżitu. [Em. 42]

L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-konformità mal-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva fit-territorji tagħhom. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandu jkollhom sistema ta' kontrolli uffiċjali għall-oġġetti tal-ikel u tal-għalf, u jwettqu attivitajiet oħra kif jixraq fiċ-ċirkostanzi, inklużi komunikazzjoni pubblika dwar is-sikurezza u r-riskji fir-rigward tal-ikel u tal-għalf, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. [Em. 43]

2.  Kull Stat Membru għandu jagħti l-informazzjoni kollha dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Kummissjoni, partikolarment rigward każi fejn ma jitħarsux il-livelli massimi permissibbli.:

a)  l-iskedar regolari ta' kontrolli tal-livelli massimi permissibbli fit-territorju nazzjonali tiegħu;

b)  il-każijiet ta' nonkonformità mal-livelli massimi permissibbli;

c)  l-identifikazzjoni tas-servizzi nazzjonali kompetenti responsabbli mill-kontrolli.

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra fl-iqsar żmien possibbli.

Każijiet ta' nonkonformità mal-livelli massimi permissibbli għandhom jiġu notifikati permezz tas-sistema ta' twissija bikrija msemmija fir-Regolament (KE) Nru 178/2002.

Il-Kummissjoni għandha timponi penali fuq Stati Membri li jonqsu milli jimponu penali għat-tqegħid fis-suq jew l-esportazzjoni ta' għalf li jaqbeż il-limiti massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni. [Em. 44]

3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni lill-pubbliku, primarjament permezz ta' servizz onlajn, dwar il-livelli massimi permissibbli, is-sitwazzjonijiet ta' emerġenza u l-każijiet ta' nonkonformità mal-livelli massimi permissibbli. Il-pubbliku għandu jiġi nnotifikat ukoll dwar l-oġġetti tal-ikel li jistgħu jakkumulaw konċentrazzjonijiet ogħla ta' radjuattività, u, b'mod partikolari, dwar it-tip ta' prodott, il-marka, l-oriġini u d-data tal-analiżi. [Em. 45]

4.  Il-livelli massimi permissibli stabbiliti fl-annessi ta' dan ir-Regolament għandhom iqisu l-effett tad-dekompożizzjoni parzjali ta' iżotopi radjuattivi waqt il-perjodu ta' ħżin ta' oġġetti tal-ikel ippreżervat. Skont it-tip ta' kontaminazzjoni, pereżempju kontaminazzjoni b'iżotopi tal-jodju, ir-radjuattività ta' oġġetti tal-ikel ippreżervat għandha tkun immonitorjata l-ħin kollu. [Em. 46]

5.  Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Marzu 2017, tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-adegwatezza ta' mekkaniżmu għall-kumpens lill-bdiewa li l-oġġetti tal-ikel tagħhom jkunu ġew ikkontaminati sa livell ogħla mil-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva u għaldaqstant ma jkunux jistgħu jitqiegħdu fis-suq. Dan it-tip ta' mekkaniżmu għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas. Ir-rapport għandu, jekk ikun xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' dan it-tip. [Em. 47]

Artikolu 4a

1.  Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Marzu 2017, tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-pertinenza tal-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva stabbiliti fl-Annessi.

2.  Ir-rapport jeħtieġ jippermetti verifika ta' jekk il-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva jiżgurawx li l-limitu fuq id-doża effikaċi għall-esponiment pubbliku ta' 1 mSv/kull sena hux rispettat u jirriżulta f'dożi ta' tirojde li jkunu ta' livell baxx biżżejjed mil-livell ta' referenza ta' 10 mGy rakkomandat mid-WHO għall-amministrazzjoni ta' jodju stabbli għal gruppi partikolarment vulnerabbli.

3.  Ir-rapport għandu jikkunsidra l-possibbiltà li tiġi riveduta l-klassifikazzjoni tar-radjunuklidi u li jiġu inklużi t-tritju u l-karbonju 14 fl-Annessi ta' dan ir-Regolament. Fil-valutazzjoni ta' dawk il-livelli massimi permissibbli, ir-rapport għandu jiffoka fuq il-ħarsien tal-gruppi l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni, b'mod partikolari t-tfal, u jeżamina jekk ikunx xieraq li l-livelli massimi permissibbli għall-kategoriji kollha tal-popolazzjoni jiġu stabbiliti fuq dik il-bażi. [Em. 48]

Artikolu 5

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, stabbilit permezz tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15). Dan il-kumitat għandu jitqies bħala kumitat skont it-tifsira stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 49]

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Artikolu 6

Biex ikun żgurat li l-livelli massimi permissibbli stabbiliti fl-Annessi I, II u III jqisu ta' dan ir-Regolament iqisu kull dejta ġdida jew addizzjonali importanti li ssir disponibbli, b'mod partikolari rigward l-għarfien l-aħħar għarfien xjentifiku, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-addattament ta' tissottometti rapport lill-Parlament u lill-Kunsill akkompanjat, fejn meħtieġ, minn proposta biex jiġu adottati dawk l-Annessi u tirrevedi, jekk meħtieġ, il-lista ta' radjunuklidi, wara konsulta mal-grupp ta' esperti msemmi fl-Artikolu 31 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika 3(3). [Em. 50]

Artikolu 6a

F'każ ta' aċċident nukleari jew kawża oħra ta' emerġenza radjoloġika li twassal għall-kontaminazzjoni tal-ikel u l-għalf, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fejn tagħti dettalji dwar il-miżuri meħuda f'konformità ma' dan ir-Regolament u l-informazzjoni notifikata skont l-Artikolu 4(2). [Em. 51]

Artikolu 7

Ir-Regolament (Euratom) Nru 3954/87, kif emendat bir-Regolament (Euratom) Nru 2218/1989, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89(16) u Nru 770/90(17) huma mħassra.

Ir-referenzi għar-Regolamenti li tħassru għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

LIVELLI MASSIMI PERMISSIBBLI TA' KONTAMINAZZJONI RADJUATTIVA TAL-IKEL

Il-livelli massimi permissibbli li se jiġu applikati għall-ikel għandhom ikunu dawn li ġejjin:

Ikel (Bq/kg)(18)

 Ikel tat-trabi(19)

Prodotti tal-ħalib(20)

Ikel ieħor minbarra ikel ta' importanza minuri(21)

Ikel likwidu(22)

Iżotopi ta’ strontium, l-aktar

Sr-90

75

125

750

125

Iżotopi tal-jodju, l-aktar I-131

150

500

2 000

500

Iżotopi alfaemittenti tal-elementi tal-plutonju u tat-transplutonju, l-aktar

Pu-239, Am-241

1

20

80

20

In-nuklidi l-oħra kollha li għandhom nofs ħajja akbar minn 10t’ijiem l-aktar

Cs-134, Cs-137(23)

400

1 000

1 250

1 000

ANNESS II

LIVELLI MASSIMI PERMISSIBBLI TA' KONTAMINAZZJONI RADJUATTIVA TAL-IKEL TA' IMPORTANZA MINURI

1.  Lista ta’ oġġetti tal-ikel ta’ importanza minuri

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

0703 20 00

It-tewm (frisk jew imkessaħ)

0709 59 50 

It-tartuf (faqqiegħ) (frisk jew imkessaħ)

0709 99 40

Il-kappar (frisk jew imkessaħ)

0711 90 70 

Il-kappar (ippriservat proviżorjament, imma mhux tajjeb għall-konsum immedjat f'dan l-istat)

ex 0712 39 00

It-tartuf (faqqiegħ) (imnixxef, sħiħ, imqatta', imfellel, imfarrak jew fi trab, imma mhux imħejji iktar)

0714

Il-manjoka, l-ararut, is-salep, l-artiċoks, il-patata ħelwa u għeruq u ħxejjex tal-basal simili, b’livell għoli ta’ lamtu jew inulina, friski, imkessħin, iffriżati jew imnixxfa, sew jekk mqattgħa flieli sew jekk le fil-forma granulata; sago pith

0814 00 00

Qoxra tal-frott taċ-ċitru jew tal-bettieħ (inkluż id-dulliegħ), friska, ffriżata, imnixxfa jew provviżorjament ippreżervata fis-salmura, fl-ilma tal-kubrit jew f’taħlitiet oħrajn preservattivi

0903 00 00

Matè

0904

Bżar tal-ġeneru Piper; frott imnixxef jew imfarrak jew mitħun tal-ġeneru Capsicum jew tal-ġeneru Pimenta

0905 00 00

Vanilla

0906

Kannella u fjuri tas-siġra tal-kannella

0907 00 00

Msiemer tal-qronfol (frott sħiħ, imsiemer u zkuk)

0908

In-noċimuskata, il-qoxra ta' barra tan-noċimuskata u l-kardamonju

0909

Żrieragħ tal-ħlewwa, badian, bużbież, kosbor, kemmun jew ħlewwa Ġermaniża (caraway); frott tal-ġnibru

0910

Ġinġer, żagħfran, żagħfran tal-Indja (turmeric, kurkuma), sagħtar, weraq tar-rand, kàri u ħwawar oħrajn

1106 20 

Id-dqiq, is-smid u t-trab tas-sagu, jew tal-għeruq jew tat-tuberi tal-intestatura Nru 0714

1108 14 00

Lamtu tal-kassava (manioc)

1210

Koni tal-ħops, frisk jew imnixxef, mitħun jew le, trab jew f’forma ta’ gerbub; lupulina

1211

Pjanti u bċejjeċ minnhom (inklużi żerriegħa u frott), ta’ kwalità użata l-aktar fil-fwejjaħ, fil-farmaċija jew għal għanijiet ta’ inċettiċidi, funġiċidi jew għal għanijiet simili oħrajn, friski jew imnixxfin, maqtugħin jew le, misħuqin jew trab

1301

Gommalakka; il-gomma naturali, ir-reżini, ir-reżini tal-gomma u oleoreżini (eżempju, balsamiċi)

1302

Linfi u estratti veġetali; sustanzi tal-pektin, pektinati u pektati; agar-agar u muċilaġni u materjali li jħaxxnu, kemm jekk modifikati kif ukoll jekk le, derivati minn prodotti veġetali

1504

Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, ta’ ħut jew mammiferi tal-baħar, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament

1604 31 00 

Kavjar

1604 32 00

Sostituti tal-kavjar

1801 00 00

Żerriegħa tal-kawkaw, sħiħa jew imkissra, nejja jew mixwija

1802 00 00

Qxur tal-kawkaw, ħliefa, ġlud u skart ieħor tal-kawkaw

1803

Pejst tal-kawkaw, kemm jekk bix-xaħam imneħħi u kemm jekk le

2003 90 10

It-tartuf (faqqiegħ) (imħejji jew ippriservat għajr milli fil-ħall jew fl-aċidu aċetiku)

2006 00 

Ħxejjex, frott, ġewż, qoxra tal-frott u partijiet oħra ta' pjanti, ippreservati biz-zokkor (bl-ilma mneħħi, miksija biz-zokkor maħlul jew ikkristalizzati)

2102

Ħmira (attiva jew inattiva); u mikrorganiżmi oħra ta’ ċellula waħda, mejta (imma ma jinkludux vaċċini tal-intestatura Nru 3002); Trabijiet tal-ħami ppreparati

2936

Provitamini u vitamini, naturali jew riprodotti b’sintesi (inklużi konċentrati naturali), derivattivi tagħhom użati primarjament bħala vitamini, u taħlit flimkien ta’ dawn li ssemmew hawn fuq, kemm jekk f’xi solvent kif ukoll jekk le

3301

Żjut essenzjali (mingħajr terpene jew le), inklużi l-konkreti u l-assoluti; reżinojdi; oleoreżini estratti; konċentrati ta’ żjut essenzjali fix-xaħam, fi żjut fissi, fix-xemgħa jew hekk, magħmulin permezz ta’ enfleurage jew maċerazzjoni; prodotti sekondarji terpeniċi tad-deterpenazzjoni ta’ żjut essenzjali; distillati ta’ ilma u soluzzjonijiet ta’ ilma ta’ żjut essenzjali

2.  Il-livelli massimi permissibbli li se jiġu applikati għall-oġġetti ta' ikel ta' importanza minuri kif elenkati fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawn

(Bq/kg)

Iżotopi ta’ strontium, l-aktar Sr-90

7500

Iżotopi tal-jodju, l-aktar I-131

20000

Iżotopi alfaemittenti ta’ elementi tal-plutonju u tat-transplutonju, l-aktar Pu-239,

Am-241

800

In-nuklidi l-oħra kollha li għandhom nofs ħajja ta' aktar minn 10t’ijiem, l-aktar Cs-134, Cs-137(24)

12500

[Em. 57]

ANNESS III

IL-LIVELLI MASSIMI PERMISSIBBLI TA' KONTAMINAZZJONI RADJUATTIVA TAL-GĦALF

Il-livelli massimi permissibbli li se jiġu applikati għaċ-ċesju 134 u ċ-ċesju 137 għandhom ikunu dawn li ġejjin:

Annimali

Bq/kg(25), (26)

Ħnieżer

1 250

Tjur, ħrief, għoġla

2 500

Oħrajn

5 000

ANNESS IV

REGOLAMENTI REVOKATI

Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87

(ĠU L 371, 30.12.1987, p. 11)

Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 2218/89

(ĠU L 211, 22.7.1989, p. 1)

Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89

(ĠU L 101, 13.4.1989, p. 17)

Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 770/90

(ĠU L 83, 30.3.1990, p. 78)

ANNESS V

tabella ta' korelazzjoni

Regolament (Euratom) Nru 3954/87

Regolament (Euratom) Nru 944/89

Regolament (Euratom) Nru 770/90

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1(2)

L-Artikolu 2

L-Artikolu 2(1)

L-Artikolu 3(1) u 3(2)

L-Artikolu 2(2)

-

L-Artikolu 3(1)

-

L-Artikolu 3(2)

L-Artikolu 3(3)

L-Artikolu 3(3) u (4)

-

L-Artikolu 4

-

L-Artikolu 5(1)

L-Artikolu 6

L-Artikolu 5(2)

-

L-Artikolu 6(1)

L-Artikolu 4(1)

L-Artikolu 6(2)

L-Artikolu 4(2)

L-Artikolu 2

L-Anness II(2)

---

---

L-Artikolu 1

---

L-Anness III

L-Artikolu 5

L-Artikolu 7

-

---

---

---

L-Artikolu 7

L-Artikolu 8

L-Artikolu 8

L-Anness

L-Anness I

L-Anness

L-Anness II(1)

L-Anness

L-Anness III

---

---

---

L-Anness IV

---

---

---

L-Anness V

(1)ĠU C , , p. .
(2)ĠU C , , p. .
(3)ĠU C , , p. .
(4) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill ta '....
(5)Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta' Mejju 1996 2013/59/Euratom tal-5 ta' Diċembru 2013li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1.) u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1).
(6)Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 tat-22 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara aċċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (ĠU L 371, 30.12.1987, p. 11).
(7) Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 2218/89 tat-18 ta’ Lulju 1989 li jemenda r-Regolament (Euratom) Nru 3954/87 dwar il-kondizzjonijiet speċjali għall-esportazzjoni tal-oġġetti tal-ikel u tal-għalf wara inċident nukleari jew fil-każ ta’ kull emerġenza radjoloġika (ĠU L 211, 22.7.1989, p. 1).
(8)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/600/Euratom tal-14 ta' Diċembru 1987 dwar arranġamenti tal-Komunità għal skambju kmieni ta’ informazzjoni fil-każ ta’ emerġenza radjoloġika (ĠU L 371, 30.12.1987, p. 76).
(9) Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il- kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal- konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
(10)Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(11) Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(12)Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
(13)Ir- Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59).
(14)Id-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tat-tabakk (ĠU L 194, 18.7.2001, p. 26).
(15)Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(16)Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 tat-12 ta’ April 1989 li jistabbilixxi l-livelli permessi massimi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva f’oġġetti tal-ikel ta’ importanza minuri wara inċident nukleari jew kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (ĠU L 101, 13.4.1989, p. 17).
(17)Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 770/90 tad-29 ta’ Marzu 1990 li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva f’għalf wara inċident nukleari jew f’xi każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (ĠU L 83, 30.3.1990, p. 78).
(18)Il-livell applikabbli għall-prodotti kkonċentrati jew imnixxfa huwa kkalkulat fuq il-bażi tal-prodott rikostitwit bħala lest għal konsum. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħmlu r-rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw il-kondizzjonijiet għad-dilwazzjoni biex ikun żgurat li l-livelli massimi permissibbli stabbiliti f’dan ir-Regolament jiġu osservati.
(19)L-ikel tat-trabi huwa ddefinit bħala oġġetti tal-ikel li huma maħsubin għat-tmigħ tat-trabi tul l-ewwel sitt xhur tal-ħajja, li fihom infushom jilħqu l-ħtiġijiet nutrizzjonali ta’ din il-kategorija ta’ persuna u li jitqiegħdu għal bejgħ bl-imnut f’pakketti li jkunu ċarament identifikabbli u b'wieħed minn dawn l-ismijiet li ġejjin fuq it-tikketta: "formula tat-trabi", "formula ta' prosegwiment" "ħalib tat-trabi" u "ħalib tal-prosegwiment", skont l-Artikoli 11 u 12 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE.
(20)(Prodotti mill-ħalib huma definiti bħala dawk il-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM li ġejjin, inklużi, fejn xieraq, kwalunkwe aġġustamenti li jistgħu jsirulhom aktar tard: 0401, 0402(ħlief 0402 29 11).
(21)L-ikel ta' importanza minuri u l-livelli korrispondenti li għandhom jiġu applikati lilhom huma stabbiliti fl-Anness II.
(22)L-oġġetti tal-ikel likwidi kif iddefiniti fl-intestatura 2009 u fil-kapitolu 22 tan-nomeniklatura magħquda. Il-valuri jiġu kkalkulati billi jitċies il-konsum ta' ilma tal-vit u l-istess valuri għandhom jiġu applikati għall-ilma tax-xorb.
(23)Il-karbonju 14, it-tritju u l-potassju 40 ma humiex inklużi f’dan il-grupp.
(24)Il-karbonju 14, it-tritju u l-potassju 40 ma humiex inklużi f’dan il-grupp.
(25)Dawn il-livelli huma maħsubin biex jikkontribwixxu għall-osservanza tal-livelli massimi permessi għall-għalf; waħedhom ma jiggarantixxux din l-osservanza fiċ-ċirkostanzi kollha u ma jnaqqsux il-ħtieġa għal sorveljanza tal-livelli ta' kontaminazzjoni fi prodotti li jkunu ġejjin mill-annimali destinati għall-konsum mill-bnedmin.
(26)Dawn il-livelli japplikaw għall-għalf li jkun lest għall-konsum.

Avviż legali