Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/2150(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0280/2015

Testi mressqa :

A8-0280/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/10/2015 - 15.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0353

Testi adottati
PDF 335kWORD 71k
L-Erbgħa, 14 ta' Ottubru 2015 - Brussell Verżjoni finali
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2015: Riżorsi proprji, Fondi fiduċjarji tal-Unjoni għall-Azzjoni Esterna, Uffiċċju tal-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika
P8_TA(2015)0353A8-0280/2015

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Riżorsi proprji, Fondi fiduċjarji tal-Unjoni għall-Azzjoni Esterna, Uffiċċju tal-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (11695/2015 – C8-0278/2015 – 2015/2150(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, adottat b'mod definittiv fis-17 ta' Diċembru 2014(2),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2015, kif adottat b'mod definittiv fit-28 ta' April 2015(3),

–  wara li kkunsidra l-baġits emendatorji Nru 2/2015, Nru 3/2015, Nru 4/2015 u Nru 5/2015, kif adottati b'mod definittiv fis-7 ta' Lulju 2015(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/623 tal-21 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(6),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(7),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej(8),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2015, adottat mill-Kummissjoni fil-15 ta' Lulju 2015 (COM(2015)0351),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2014 adottata mill-Kunsill fit-18 ta' Settembru 2015 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-istess ġurnata (11695/2015 – C8-0278/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0280/2015),

A.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2015 jirrigwarda reviżjoni tal-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali, il-bażijiet tal-VAT u tal-ING, l-ibbaġittjar tal-korrezzjonijiet relevanti tar-Renju Unit kif ukoll il-finanzjament tagħhom, li se tirriżulta f'bidla fid-distribuzzjoni bejn l-Istati Membri tal-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2015 ikopri wkoll il-ħolqien ta' żewġ partiti tal-baġit ġodda għan-nefqa ta' appoġġ għall-fondi fiduċjarji ġestiti mill-Kummissjoni, fl-oqsma ta' politika "Żvilupp u Kooperazzjoni" u "Tkabbir", it-tnejn b'annotazzjoni pro memoria (p.m.);

C.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2015 jipprevedi wkoll modifika għall-pjan ta' stabbiliment tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi mingħajr ebda tibdil fl-għadd totali ta' karigi jew għall-baġit tiegħu;

1.  Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2015, kif ippreżentat mill-Kummissjoni, u tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwaru;

2.  Jinnota li, meta mqabbla mal-baġit inizjali tal-2015, il-kontribuzzjonijiet nazzjonali lill-baġit abbażi tal-ING jistgħu jitnaqqsu bi EUR 2,26 biljun minħabba dħul ogħla minn dak mistenni mir-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (jiġifieri dazji doganali u imposti fuq is-settur taz-zokkor) ta' EUR 1 133,5 miljun u l-ibbaġitjar tal-bilanċ eċċessiv tal-2014 permezz tal-baġit emendatorju Nru 3/2015;

3.  Iqis li dan l-aġġustament tekniku fuq in-naħa tad-dħul tal-baġit tal-Unjoni għandu bażi soda fl-aħħar żviluppi statistiċi u jikkonforma mad-distribuzzjoni miftiehma bejn l-Istati Membri;

4.  Jinnota li l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2015, fl-elementi kollha tiegħu, ma għandu l-ebda impatt fuq in-naħa tal-infiq tal-baġit tal-2015 u li l-impatt tiegħu fuq in-naħa tad-dħul huwa bidla fid-distribuzzjoni bejn l-Istati Membri tal-kontribuzzjonijiet tagħhom biss;

5.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 6/2015;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 6/2015 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(2) ĠU L 69, 13.3.2015, p. 1.
(3) ĠU L 190, 17.7.2015, p. 1.
(4) ĠU L 261, 7.10.2015.
(5) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(6) ĠU L 103, 22.4.2015, p. 1.
(7) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(8) ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.

Avviż legali