Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/2253(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0290/2015

Testi mressqa :

A8-0290/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/10/2015 - 15.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0354

Testi adottati
PDF 347kWORD 72k
L-Erbgħa, 14 ta' Ottubru 2015 - Brussell Verżjoni finali
Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibilità għal miżuri baġitarji immedjati taħt l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni
P8_TA(2015)0354A8-0290/2015
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal miżuri baġitarji immedjati taħt l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, b'konformità mal-punt 12 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (COM(2015)0486 – C8-0292/2015 – 2015/2253(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0486 – C8‑0292/2015),

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, kif adottat b'mod definittiv fis-17 ta' Diċembru 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2015, kif adottat b'mod definittiv fit-28 ta' April 2015(2),

–  wara li kkunsidra l-baġits emendatorji Nru 2/2015, Nru 3/2015, Nru 4/2015 u Nru 5/2015, kif adottati b'mod definittiv fis-7 ta' Lulju 2015(3),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2015, adottat mill-Kummissjoni fit-30 ta' Settembru 2015 (COM(2015)0485),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(4) (ir-Regolament dwar il-QFP), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2015/623 tal-21 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(5),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(6), u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ittra mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0290/2015),

A.  billi, wara li ġew eżaminati l-possibbiltajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn taħt l-intestatura 3, jidher li tinħtieġ il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għall-approprjazzjonijiet ta' impenn;

B.  billi l-Kummissjoni pproponiet il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà, lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP, biex jikkomplementa l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2015 b'EUR 66,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn sabiex jiġu ffinanzjati miżuri għall-ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati u l-migrazzjoni;

1.  Jinnota li l-limitu massimu tal-2015 għall-intestatura 3 ma jippermettix finanzjament adegwat ta' prijoritajiet politiċi importanti u urġenti tal-Unjoni;

2.  Jaqbel, għalhekk, li l-Istrument ta' Flessibbiltà jiġi mobilizzat għal ammont ta' EUR 66,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn;

3.  Jaqbel, barra minn hekk, mal-allokazzjoni proposta tal-approprjazzjonijiet ta' pagament korrispondenti ta' EUR 52,9 miljun fl-2016 u EUR 13,2 miljun fl-2017;

4.  Itenni li l-mobilizzazzjoni ta' dan l-istrument, kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-QFP, turi għal darb'oħra l-bżonn kruċjali li l-baġit tal-Unjoni jkun aktar flessibbli;

5.  Itenni l-opinjoni tiegħu li ilha stabbilita li, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-approprjazzjonijiet ta' pagament jiġu mobilizzati għal linji baġitarji speċifiċi permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà mingħajr mobilizzazzjonijiet preċedenti f'impenji, il-pagamenti li jirriżultaw minn impenji preċedentement mobilizzati permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà jistgħu jingħaddu biss oltre l-limiti massimi;

6.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 69, 13.3.2015, p. 1.
(2) ĠU L 190, 17.7.2015, p. 1.
(3) ĠU L 261, 7.10.2015.
(4) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(5) ĠU L 103, 22.4.2015, p. 1.
(6) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal miżuri baġitarji immedjati taħt l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2015/2248.)

Avviż legali