Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0246(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0297/2015

Testi mressqa :

A8-0297/2015

Dibattiti :

PV 26/10/2015 - 13
CRE 26/10/2015 - 13

Votazzjonijiet :

PV 27/10/2015 - 5.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0366

Testi adottati
PDF 332kWORD 65k
It-Tlieta, 27 ta' Ottubru 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
Il-vjaġġi kollox kompriż (package travel) u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti ***II
P8_TA(2015)0366A8-0297/2015
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlement Ewropew u tal-Kunsill dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (09173/3/2015 – C8-0281/2015 – 2013/0246(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (09173/3/2015 – C8‑0281/2015),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0512),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0297/2015),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif xieraq, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 170, 5.6.2014, p.73.
(2) Testi adottati tat-12.3.2014, P7_TA(2014)0222.


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

Meta tirrevedi d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-3 ta' Diċembru 2009, bit-titolu "Gwida dwar l-implimentazzjoni/l-applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiki kummerċjali żleali", il-Kummissjoni se tindirizza wkoll il-kwistjoni ta' prattiki kummerċjali fejn fornituri ta' servizzi tal-ivvjaġġar li jikkummerċjalizzaw is-servizzi tagħhom onlajn joffru servizzi addizzjonali b'mod li jkun moħbi, mhux ċar jew ambigwu, bħal pereżempju jaħbu l-għażla li ma tibbukkja ebda servizz ulterjuri. Il-Kummissjoni se tinforma lill-Parlament dwar kif tqiesu l-fehmiet tagħha meta ġiet adottata l-Gwida riveduta.

Avviż legali