Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0901B(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0296/2015

Testi mressqa :

A8-0296/2015

Dibattiti :

PV 27/10/2015 - 17
CRE 27/10/2015 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/10/2015 - 7.3
CRE 28/10/2015 - 7.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0377

Testi adottati
PDF 341kWORD 67k
L-Erbgħa, 28 ta' Ottubru 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea: in-numru ta' mħallfin fil-Qorti Ġenerali ***II
P8_TA(2015)0377A8-0296/2015
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (09375/1/2015 – C8-0166/2015 – 2011/0901B(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (09375/1/2015 – C8‑0166/2015),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) fuq it-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja mressqa lill-Parlament u lill-Kunsill (02074/2011),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta' Ottubru 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 69 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0296/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kunsill annessa ma' din ir-riżoluzzjoni.

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Testi adottati tal-15.4.2014, P7_TA(2014)0358.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2015/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
P8_TC2-COD(2011)0901B

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/2422.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill

Fi tmiem il-proċess ta' riforma, il-Qorti Ġenerali se tikkonsisti minn żewġ Imħallfin għal kull Stat Membru. Għaldaqstant, sabiex tinkiseb ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, li huwa l-objettiv tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 3 tat-TUE, il-gvernijiet tal-Istati Membri għandhom, sa fejn ikun possibbli, fil-proċess tal-ħatra tal-kandidati bħala Mħallfin tal-Qorti Ġenerali skont l-Artikolu 254 tat-TFUE, jiżguraw preżenza ugwali ta' nisa u rġiel.

Avviż legali