Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 28 ta' April 2015 - StrasburguVerżjoni finali
L-iskrutinju tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji ta’ Kummissarji nnominati (interpretazzjoni tal-paragrafu 1(a) tal-Anness XVI tar-Regoli ta' Proċedura)
 Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd ***
 Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015: Emenda tal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020
 Tnedija tal-użu tas-sistema eCall immuntata fil-vettura ***II
 Id-direttiva dwar il-kwalità tal-karburanti u d-direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli ***II
 It-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief ***II
 L-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu ***II
 L-Istatistika Ewropea ***II
 Pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ***I
 L-obbligu ta' żbark ***I
 Protokoll mal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija KE-Russja, biex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE ***
 Segwitu tal-implimentazzjoni għall-proċess ta' Bolonja
 Il-films Ewropej fl-era diġitali
 Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti: għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti

L-iskrutinju tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji ta’ Kummissarji nnominati (interpretazzjoni tal-paragrafu 1(a) tal-Anness XVI tar-Regoli ta' Proċedura)
PDF 242kWORD 62k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar l-iskrutinju tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji ta’ Kummissarji nnominati (interpretazzjoni tal-paragrafu 1(a) tal-Anness XVI tar-Regoli ta' Proċedura) (2015/2047(REG))
P8_TA(2015)0096

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ittra tad-9 ta' April 2015 tal-president tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 226 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-paragrafu 1(a) tal-Anness XVI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu:

"L-iskrutinju tad-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji ta’ Kummissarju nnominat mill-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonsisti mhux biss fil-verifika li d-dikjarazzjoni tkun ġiet debitament mimlija, iżda wkoll fl-evalwazzjoni ta’ jekk kunflitt ta' interessi jistax jiġi dedott mill-kontenut tad-dikjarazzjoni. Huwa mbagħad għall-kumitat responsabbli għas-smigħ li jiddeċiedi jekk huwa jeħtieġx aktar informazzjoni mill-Kummissarju nnominat."

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' tagħrif.


Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd ***
PDF 248kWORD 62k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex isiru parti, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd, tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (15528/2014 – C8-0295/2014 – 2013/0285(NLE))
P8_TA(2015)0097A8-0064/2015

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (15528/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikoli 46, 53(1) u 62 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0295/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, u l-Artikolu 99(2), kif ukoll l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0064/2015),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015: Emenda tal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020
PDF 335kWORD 74k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III – Il-Kummissjoni (07660/2015 – C8-0098/2015 – 2015/2013(BUD))
P8_TA(2015)0098A8-0138/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, adottat b'mod definittiv fis-17 ta' Diċembru 2014(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3) (Regolament QFP),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015, li l-Kummissjoni adottat fl-20 ta' Jannar 2015 (COM(2015)0016),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015, adottata mill-Kunsill fil-21 ta' April 2015 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fit-22 ta' April 2014 (07660/2015),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/623 tal-21 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0138/2015),

A.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015 huwa marbut mal-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament QFP (COM(2015)0015), kif previst fl-Artikolu 19 tiegħu;

B.  billi l-Artikolu 19 tar-Regolament QFP jipprevedi reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali fil-każ ta' adozzjoni tard tar-regoli jew programmi taħt ġestjoni kondiviża biex allokazzjonijiet li ma ntużawx fl-2014 jiġu trasferiti għal snin sussegwenti, bi qbiż tal-limiti tal-infiq korrispondenti;

C.  billi l-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-programmi taħt ġestjoni kondiviża skont it-tifsira tal-Artikolu 19 tar-Regolament QFP skadew fl-2014 għal ammont ta' EUR 21 043 639 478 fi prezzijiet kurrenti li jikkorrispondi mal-ammonti parzjali ta' programmi għall-2014 li la setgħu jiġu impenjati fl-2014 u lanqas jiġu trasferiti għall-2015;

D.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015 jipprevedi trasferiment tal-akbar sehem ta' dawk l-allokazzjonijiet għall-baġit 2015 bi trasferimenti iżgħar li għandhom jiġu integrati fl-abbozzi ta' baġit għas-snin 2016 u 2017;

E.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015 jipproponi żieda ta' EUR 16 476,4 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn fl-2015 għad-diversi fondi taħt ġestjoni kondiviża taħt is-subintestatura 1b, l-intestatura 2 u l-intestatura 3;

F.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015 jipproponi wkoll żieda ta' EUR 2,5 miljun għall-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) skont l-intestatura 4, biex jinżamm it-trattement simili bejn il-kontribuzzjonijiet mill-intestatura 4 u l-subintestatura 1b għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – il-programmi ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (ETC);

1.  Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015, kif ippreżentat mill-Kummissjoni, u tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwaru;

2.  Ifakkar li tali reviżjoni tar-Regolament QFP hija proċedura standard fil-bidu ta' kull perjodu tal-QFP u li l-abbozz ta' baġit emendatorju korrispondenti jeħtieġlu jiġi allinjat ma' din ir-reviżjoni;

3.  Ifakkar li huwa ferm importanti għaċ-ċittadini Ewropej u għall-ekonomiji fl-Istati Membri kollha li l-approprjazzjonijiet li ma ntużawx għas-sena 2014 jistgħu jiġu trasferiti għas-snin sussegwenti sabiex jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir;

4.  Jilqa' l-fatt li l-approprjazzjonijiet li ma ntużawx għas-sena 2014 kienu trasferiti, sal-grad massimu possibbli, għas-sena finanzjarja 2015, peress li dan se jevita trattament inġust ta' ċerti Stati Membri, reġjuni u programmi operattivi, iħaffef l-implimentazzjoni u t-twettiq tal-politika ta' koeżjoni u jgħin jevita l-konċentrazzjoni ta' pagamenti fi tmiem il-perjodu tal-QFP;

5.  Jinsab madankollu mħasseb dwar l-impatt fit-tul li dan il-posponiment ta' sena se jkollu fuq is-sitwazzjoni globali tal-pagamenti; jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib u tagħmel ħilitha kollha biex tevita l-effett ta' valanga ta' kontijiet mhux imħallsa billi tippreżenta proposti adegwati biex taġġusta l-livelli annwali tal-approprjazzjonijiet ta' pagament jekk ikun hemm bżonn, f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament QFP;

6.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-deċiżjoni li l-parti l-kbira tal-approprjazzjonijiet li ma ntużawx mill-2014 tiġi trasferita għall-2015 tista' teħtieġ approċċ flessibbli mill-Kummissjoni sabiex tindirizza diffikultajiet possibbli li jirriżultaw minn profil finanzjarju żbilanċjat, li jista' jwassal għal impenji mhux użati fil-perjodu 2014-2020; jitlob li l-Kummissjoni tipproponi miżuri adegwati, f'każ li din is-sitwazzjoni tinqala', abbażi ta' esperjenza simili fil-passat li qieset l-approvazzjoni tard ta' programmi;

7.  Jissottolinja l-ħtieġa li jintlaħaq ftehim fil-waqt dwar dan l-abbozz ta' baġit emendatorju sabiex jippermetti adozzjoni rapida tal-programmi kollha konċernati;

8.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015;

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 1/2015 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat għar-Reġjuni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(2) ĠU L 69, 13.3.2015.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(5) ĠU L 103, 22.4.2015, p. 1.


Tnedija tal-użu tas-sistema eCall immuntata fil-vettura ***II
PDF 324kWORD 63k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-iżvilupp tas-sistema eCall immuntata fil-vetturi bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (05130/3/2015 – C8-0063/2015 – 2013/0165(COD))
P8_TA(2015)0099A8-0053/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05130/3/2015 – C8-0063/2015),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0316),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0053/2015),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 341, 21.11.2013, p. 47.
(2) Testi Adottati tas-26.2.2014, P7_TA(2014)0154.


Id-direttiva dwar il-kwalità tal-karburanti u d-direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli ***II
PDF 336kWORD 74k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (10710/2/2014 – C8-0004/2015 – 2012/0288(COD))
P8_TA(2015)0100A8-0025/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari(10710/2/2014 – C8‑0004/2015),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta’ April 2013(1),

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0595),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tal-1 ta' April 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(8)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 69 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0025/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-28 ta'April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, id-Direttiva (UE) 2015/1513.)

(1) ĠU C 198, 10.7.2013, p. 56.
(2) Testi adottati tal-11 ta' Settembru 2013, P7_TA(2013)0357.


It-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief ***II
PDF 348kWORD 70k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bl-għan li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE rigward it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief (05094/1/2015 – C8-0064/2015 – 2013/0371(COD))
P8_TA(2015)0101A8-0130/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05094/1/2015 – C8‑0064/2015),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' Frar 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta' April 2014(2),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0761),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0130/2015),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, ladarba jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha jkunu tlestew b'mod debitu, u, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, biex jirranġa għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew jinnota d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-adozzjoni tal-ftehim li jemenda d-Direttiva 94/62/KE rigward it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief.

Kif iddikjarat il-Kummissjoni fil-Memorandum ta' Spjegazzjoni tagħha, il-proposta oriġinali tagħha kellha l-għan li "tillimita l-impatti negattivi fuq l-ambjent, b'mod partikolari f'termini ta' skart, biex tħeġġeġ il-prevenzjoni tal-iskart u użu iktar effiċjenti tar-riżorsi, filwaqt li jiġu limitati l-impatti soċjoekonomiċi. B'mod iktar speċifiku, il-proposta timmira li tnaqqas il-konsum tal-basktijiet tal-plastik ta' ħxuna ta' inqas minn 50 microns (0.05 millimetri) fl-Unjoni Ewropea."

Il-Parlament Ewropew iqis li t-test miftiehem mill-koleġiżlaturi huwa għalkollox konformi mal-għanijiet tal-proposta tal-Kummissjoni.

Fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha l-Kummissjoni kkonkludiet li "l-għażla li tikkombina mira ta' prevenzjoni fl-UE kollha ma' rakkomandazzjoni espliċita biex tintuża miżura ta' prezzar u l-possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw restrizzjonijiet tas-suq b'deroga mill-Artikolu 18 [...] għandha l-ogħla potenzjal li twassal għal riżultati ambjentali ambizzjużi, filwaqt li jinkisbu impatti ekonomiċi pożittivi, jiġu limitati l-effetti negattivi fuq l-impjieg, tiġi żgurata l-aċċettazzjoni pubblika, u jingħata kontribut għal sensibilizzazzjoni akbar dwar il-konsum sostenibbli".

Il-Parlament Ewropew iqis li t-test finali kif miftiehem huwa bbażat fuq l-għażla preferuta identifikata fil-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni stess, u jistabbilixxi dispożizzjonijiet xierqa għall-Istati Membri biex jiżguraw tnaqqis effettiv tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik fl-Unjoni kollha.

Il-Parlament Ewropew ifakkar, barra minn hekk, li skont il-paragrafu 30 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet tal-2003, huwa fid-diskrezzjoni tal-koleġiżlaturi li jiddeċiedu jekk għandhiex titwettaq valutazzjoni tal-impatt qabel l-adozzjoni ta' xi emenda sostantiva.

Il-Parlament Ewropew ifakkar li skont l-Artikolu 13(2) tat-TUE "l-istituzzjonijiet għandhom jipprattikaw bejniethom il-koperazzjoni leali." Il-Parlament japprezza l-isforzi magħmula mill-Kummissjoni sabiex tikkonkludi n-negozjati interistituzzjonali. Madankollu, jiddeplora l-fatt li d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tindirizza kwistjonijiet li diġà ġew indirizzati b'mod adegwat matul il-proċedura leġiżlattiva.

Fl-aħħar nett, il-Parlament ifakkar li l-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, hija kompletament responsabbli għall-applikazzjoni korretta tal-liġi tal-Unjoni mill-Istati Membri.

(1) ĠU C 214, 8.7.2014, p. 40.
(2) ĠU C 174, 7.6.2014, p. 43.
(3) Testi adottati tas-16.4.2014, P7_TA(2014)0417.


L-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu ***II
PDF 324kWORD 63k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (17086/1/2014 – C8-0072/2015 – 2013/0224(COD))
P8_TA(2015)0102A8-0122/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (17086/1/2014 – C8-0072/2015),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Ottubru 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0480),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0122/2015),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 67, 6.3.2014, p. 70.
(2) Testi Adottati tas-16 ta' April 2014, P7_TA(2014)0424.


L-Istatistika Ewropea ***II
PDF 326kWORD 63k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-istatistika Ewropea (05161/2/2015 – C8-0073/2015 – 2012/0084(COD))
P8_TA(2015)0103A8-0137/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05161/2/2015 – C8-0073/2015),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Kungress ta' Deputati ta' Spanja u s-Senat Spanjol u mill-Kunsill Federali tal-Awstrija, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta' Novembru 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0167),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0137/2015),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 374, 4.12.2012, p. 2.
(2) Testi adottati, 21.11.2013, P7_TA(2013)0505.


Pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ***I
PDF 738kWORD 281k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-28 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (COM(2014)0614 – C8-0174/2014 – 2014/0285(COD))(1)
P8_TA(2015)0104A8-0128/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar16, li fiha l-Unjoni hija parti kontraenti, tipprevedi obbligi ta’ konservazzjoni, inkluż iż-żamma jew l-irkupru tal-popolazzjonijiet ta’ speċijiet maqbuda f’livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli.
(1)  Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar, li fiha l-Unjoni hija parti kontraenti, tipprevedi obbligi ta’ konservazzjoni, inkluż iż-żamma jew l-irkupru tal-popolazzjonijiet ta’ speċijiet maqbuda f’livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli, kif kwalifikat mill-fatturi ambjentali u ekonomiċi relevanti.
__________________
__________________
16 ĠU L 179, 23.6.1998, p. 3
16 ĠU L 179, 23.6.1998, p. 3.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi r-regoli tal-politika komuni tas-sajd (“PKS”) b’mod konformi mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni. L-għanijiet tal-PKS huma, fost l-oħrajn, li jkun żgurat li s-sajd u l-akkwakultura jkunu ambjentalment sostenibbli fit-tul, li jiġi applikat l-approċċ ta' prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd, u li jiġi implimentat approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd.
(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi r-regoli tal-politika komuni tas-sajd (“PKS”) b’mod konformi mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni. L-għanijiet tal-PKS huma, fost l-oħrajn, li jkun żgurat li s-sajd u l-akkwakultura jkunu sostenibbli mill-aspett soċjoekonomiku u ambjentali fit-tul, b’konformità ma’ applikazzjoni bilanċjata tal-approċċ ta' prekawzjoni u tal-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
(7a)  Il-pjan ta’ ġestjoni ta' diversi speċijiet stabbilit permezz ta’dan ir-Regolament jeħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni akbar lir-rwoli u l-funzjonijiet ekoloġiċi differenti tal-ispeċijiet koperti mill-pjan. Peress li d-diversi speċijiet jinteraġixxu sa livell għoli, il-qabdiet ma jistgħux jiġu massimizzati b’mod sostenibbli għall-ispeċijiet kollha simultanjament u huma meħtieġa deċiżjonijiet dwar liema speċijiet għandhom jiġu prijoritizzati.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 7b (ġdida)
(7b)  Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew għandhom iqisu l-aħħar rakkomandazzjonijiet u rapporti mill-ICES fir-rigward tar-rendiment massimu sostenibbli biex ikun żgurat li dan ir-regolament ikun aġġornat kemm jista’ jkun.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 7c (ġdida)
(7c)  Skont id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1a(minn issa 'l quddiem "id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina"), id-daqs u d-distribuzzjonijiet tal-età naturali ta' stokkijiet ta' ħut kummerċjali huma indikaturi importanti għall-kisba ta' status ekoloġiku tajjeb tal-ambjent tal-baħar.
_________________________
1a Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta’ l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Huwa xieraq li jiġi stabbilit pjan tas-sajd għal diversi speċijiet li jqis id-dinamika bejn l-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal, u li jqis ukoll l-ispeċijiet tal-qabdiet inċidentali tas-sajd għal dawn l-istokkijiet, jiġifieri l-istokkijiet tal-Baltiku tal-barbun tat-tbajja’, tal-barbun lixx, tal-barbun u tal-barbun imperjali. L-għan ta’ dan il-pjan għandu jkun li jimmira lejn il-ksib u ż-żamma tar-rendimenti massimi sostenibbli għall-istokkijiet ikkonċernati.
(8)  L-għan aħħari hu li jiġi stabbilit pjan tas-sajd għal diversi speċijiet li jqis id-dinamika bejn l-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal, u li jqis ukoll l-ispeċijiet tal-qabdiet inċidentali tas-sajd għal dawn l-istokkijiet, jiġifieri l-istokkijiet tal-Baltiku tal-barbun tat-tbajja’, tal-barbun lixx, tal-barbun u tal-barbun imperjali. L-għan ta’ dan il-pjan għandu jkun li l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet ikkonċernati jerġgħu jiġu stabbiliti, jinkisbu u jinżammu 'l fuq minn livelli li jkunu kapaċi jipproduċu rendimenti sostenibbli għall-istokkijiet ikkonċernati, filwaqt li jiġi minimizzat kemm jista’ jkun l-impatt fuq speċijiet oħra, bħat-tajr tal-baħar, u fuq l-ambjent usa' tal-baħar, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  L-isfruttament tal-istokkijiet tal-merluzz u dawk pelaġiċi ma għandux jipperikola s-sostenibbiltà tal-istokkijiet meħuda bħala qabdiet inċidentali f’dan is-sajd, jiġifieri l-istokkijiet tal-Baħar Baltiku tal-barbun tat-tbajja’, tal-barbun lixx, tal-barbun u tal-barbun imperjali. Għalhekk, il-pjan għandu jimmira wkoll li jiżgura l-konservazzjoni ta’ dawn l-istokkijiet ta’ qabdiet inċidentali ’l fuq mil-livelli ta’ bijomassa li jikkorrispondu mal-approċċ ta' prekawzjoni.
(9)  L-isfruttament tal-istokkijiet tal-merluzz u dawk pelaġiċi ma għandux jipperikola s-sostenibbiltà tal-istokkijiet meħuda bħala qabdiet inċidentali f’dan is-sajd, jiġifieri l-istokkijiet tal-Baħar Baltiku tal-barbun tat-tbajja’, tal-barbun lixx, tal-barbun u tal-barbun imperjali. Għalhekk, il-pjan għandu jimmira wkoll li jiżgura l-konservazzjoni ta’ dawn l-istokkijiet ta’ qabdiet inċidentali’ l fuq mil-livelli ta’ bijomassa li jikkorrispondu għal approċċ ta’ prekawzjoni u bbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd, li jkunu kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
(9a)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha wkoll l-għan li gradwalment jiġi eliminat ir-rimi, waqt li jitqies l-aqwa parir xjentifiku, billi jiġu evitati u mnaqqsa l-qabdiet mhux mixtieqa. Dan l-għan jista’ jintlaħaq billi titjieb is-selettività tal-irkaptu u l-prattiki tas-sajd.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  L-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jitlob li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu stabbiliti skont il-miri stabbiliti fil-pjanijiet pluriennali.
(11)  L-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jitlob li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu stabbiliti skont il-miri stabbiliti fil-pjanijiet pluriennali. Il-livelli li għandhom jintlaħqu f’termini ta’ mortalità għal kull tip ta’ sajd u bijomassa għandhom iqisu l-pariri xjentifiċi l-aktar aġġornati.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Dawn il-miri għalhekk għandhom jiġu stabbiliti u jiġu espressi f’termini ta’ rati ta’ mortalità mis-sajd, ibbażati fuq pariri xjentifċi19.
(12)  Dawn il-miri għalhekk għandhom jiġu stabbiliti u jiġu espressi f’termini ta’ rati ta’ mortalità mis-sajd, ibbażati fuq pariri xjentifiċi19, li jġibu lura u jżommu l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet maqbuda għal livelli ogħla minn dawk li jistgħu jipproduċu rendiment massimu sostenibbli. Ir-rata ta’ sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli għandha tkun il-limitu massimu tal-isfruttament.
__________________
__________________
19Servizzi tekniċi tal-ICES, Settembru 2014 http://www.ices.dk/sites/pub/Publication%20Reports/Advice/2014/Special%20Requests/EU_Fmsy_range_for_Baltic_cod_and_pelagic_stocks.pdf
19Servizzi tekniċi tal-ICES, Settembru 2014 http://www.ices.dk/sites/pub/Publication%20Reports/Advice/2014/Special%20Requests/EU_Fmsy_range_for_Baltic_cod_and_pelagic_stocks.pdf
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti punti ta’ referenza ta’ konservazzjoni sabiex jippermettu prekawzjoni addizzjonali meta daqs ta’ stokk jitnaqqas għal ċertu livell kritiku li jippreżenta riskju serju. Tali punti ta’ referenza ta’ konservazzjoni għandhom jiġu ddeterminati fuq livelli ta’ bijomassa minima ta’ riproduzzjoni li hija konsistenti mal-kapaċità riproduttiva sħiħa. Għandhom jiġu previsti miżuri ta’ rimedju fil-każ li d-daqs tal-istokk jaqa’ taħt il-bijomassa minima ta’ riproduzzjoni.
(13)  Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti punti ta’ referenza ta’ konservazzjoni sabiex jippermettu prekawzjoni addizzjonali meta daqs ta’ stokk jitnaqqas għal ċertu livell kritiku li jippreżenta riskju serju. Tali punti ta’ referenza ta’ konservazzjoni għandhom jiġu ddeterminati fuq livelli ta’ bijomassa li jikkorrispondu għal rendiment massimu sostenibbli (BMSY) ta' stokk. Għandhom jiġu previsti miżuri ta’ rimedju sabiex jiġi evitat li d-daqs tal-istokk jinżel sa livell aktar baxx minn dak il-livell.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)   Fil-każ ta’ stokkijiet meħuda bħala qabdiet inċidentali, fin-nuqqas ta’ parir xjentifiku dwar tali livelli ta’ bijomassa minima ta’ riproduzzjoni, għandhom jiġu adottati miżuri ta' konservazzjoni speċifiċi meta parir xjentifiku jiddikjara li xi stokk ikun mhedded.
(14)   Fil-każ ta’ stokkijiet meħuda bħala qabdiet inċidentali, fin-nuqqas ta’ parir xjentifiku dwar tali livelli ta’ bijomassa minima ta’ riproduzzjoni, għandhom jiġu adottati miżuri ta' konservazzjoni speċifiċi meta indikaturi oħra jippermettu li jingħata parir xjentifiku li jiddikjara li xi stokk ikun mhedded. Id-data xjentifika dwar livelli ta’ bijomassa riproduttiva għal qabdiet inċidentali għandha tkun disponibbli rapidament sabiex ikunu jistgħu jittieħdu l-miżuri meħtieġa.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)   Sabiex jikkonforma mal-obbligu tal-iżbark stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjan għandu jipprovdi għal miżuri ta’ ġestjoni oħra kif stipulat fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 15(4) ta’ dak ir-Regolament. Tali miżuri għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ atti delegati.
(16)   Sabiex jikkonforma mal-obbligu tal-iżbark stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjan għandu jipprovdi għal miżuri ta’ ġestjoni oħra kif stipulat fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 15(4) ta’ dak ir-Regolament. Tali miżuri għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ atti delegati wara konsultazzjoni mal-Kunsilli Konsultattivi kkonċernati.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
(16a)  Il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjoni tal-Kunsilli Konsultattivikkonċernati meta tadotta atti delegati biex tikkonforma mal-obbligu tal-iżbark stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, biex tipprevedi miżuri ta’ ġestjoni oħra kif stipulat fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 15(4) ta’ dak ir-Regolament.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)   Il-pjan għandu jipprovdi wkoll għal ċerti miżuri tekniċi ta’ akkumpanjament biex jiġu adottati, permezz ta’ atti delegati, sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet tal-pjan, b’mod partikolari rigward il-protezzjoni ta' ħut żgħir jew ħut riproduttiv. Sakemm issir ir-reviżjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/200520, għandu jiġi previst ukoll li miżuri bħal dawn jistgħu, fejn meħtieġ għall-kisba tal-objettivi tal-pjan, jidderogaw minn ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dak ir-Regolament.
(17)   Il-pjan għandu jipprovdi wkoll għal ċerti miżuri tekniċi ta’ akkumpanjament biex jiġu adottati, permezz ta’ atti delegati wara konsultazzjoni mal-Kunsilli Konsultattivikkonċernati, sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet tal-pjan, b’mod partikolari rigward il-protezzjoni ta' ħut żgħir jew ħut riproduttiv. Sakemm issir ir-reviżjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/200520, għandu jiġi previst ukoll li miżuri bħal dawn jistgħu, fejn meħtieġ għall-kisba tal-objettivi tal-pjan, jidderogaw minn ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dak ir-Regolament.
__________________
__________________
20 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1).
20 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1).
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 17a (ġdida)
(17a)  Il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjoni tal-Kunsilli Konsultattivi kkonċernati meta tadotta ċerti miżuri tekniċi ta’ akkumpanjament bl-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-pjan.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Sabiex ikun hemm adattament għall-progress tekniku u xjentifiku fil-ħin u b’mod proporzjonat u biex tiġi żgurata l-flessibbiltà u tiġi permessa l-evoluzzjoni ta’ ċerti miżuri, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentar ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ miżuri ta’ rimedju li jikkonċernaw il-barbun tat-tbajja’, il-barbun, il-barbun imperjali u l-barbun lixx, l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-iżbark u l-miżuri tekniċi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, anki fil-livell tal-esperti. Meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f' waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(18)  Sabiex ikun hemm adattament għall-progress tekniku u xjentifiku fil-ħin u b’mod proporzjonat u biex tiġi żgurata l-flessibbiltà u tiġi permessa l-evoluzzjoni ta’ ċerti miżuri, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentar ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ miżuri ta’ rimedju li jikkonċernaw il-barbun tat-tbajja’, il-barbun, il-barbun imperjali u l-barbun lixx, l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-iżbark u l-miżuri tekniċi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, anki fil-livell tal-esperti u tal-korpi speċjalizzati fl-Istati Membri u l-Unjoni, u dan jinvolvi lill-esperti kemm tal-Parlament Ewropew kif ukoll dawk tal-Kunsill. Għandu jsir dibattitu intensiv mal-partijiet ikkonċernati milquta qabel ma tiġi ffinalizzata proposta għal miżura speċifika. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 18a (ġdida)
(18a)  Il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjoni tal-Kunsilli Konsultattivikkonċernati meta tadotta atti delegati biex jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-miżuri ta’ rimedju għall-barbun tat-tbajja’, il-barbun, il-barbun imperjali u l-barbun lixx, l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-iżbark u miżuri tekniċi.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 18b (ġdida)
(18b)  Fl-implimentazzjoni tal-pjan stabillit permezz ta' dan ir-Regolament, għandha tingħata prijorità lill-applikazzjoni tal-prinċipju tar-reġjonalizzazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)   Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta l-Kummissjoni tkun ingħatat setgħat biex tadotta atti delegati fir-rigward ta’ ċerti miżuri ta’ konservazzjoni kif stipulati fil-pjan, l-Istati Membri li jkollhom interess ta’ ġestjoni dirett fis-sajd fil-Baħar Baltiku għandu jkollhom il-possibbiltà li jissottomettu rakkomandazzjonijiet konġunti għal miżuri bħal dawn, sabiex dawn il-miżuri jkunu mfasslin sew biex jikkorrispondu mal-partikolaritajiet tal-Baħar Baltiku u s-sajd tiegħu. Għandha tiġi stabbilita l-iskadenza għas-sottomissjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet, kif meħtieġ skont l-Artikolu 18(1) ta’ dak ir-Regolament.
(19)   Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta l-Kummissjoni tkun ingħatat setgħat biex tadotta atti delegati fir-rigward ta’ ċerti miżuri ta’ konservazzjoni kif stipulati fil-pjan, l-Istati Membri u l-Kunsilli Konsultattivi li jkollhom interess ta’ ġestjoni dirett fis-sajd fil-Baħar Baltiku għandu jkollhom il-possibbiltà li jissottomettu rakkomandazzjonijiet konġunti għal miżuri bħal dawn, sabiex dawn il-miżuri jkunu mfasslin sew biex jikkorrispondu mal-partikolaritajiet tal-Baħar Baltiku u s-sajd tiegħu. Għandha tiġi stabbilita l-iskadenza għas-sottomissjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet, kif meħtieġ skont l-Artikolu 18(1) ta’ dak ir-Regolament.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 19a (ġdida)
(19a)  Biex tittejjeb l-effikaċja u l-aspetti innovattivi tal-pjan, ir-rakkomandazzjonijiet konġunti u l-atti delegati sussegwenti għandhom jimmiraw li jiżguraw l-inklużjoni ta’ approċċi minn isfel għal fuq u approċċi msejsa fuq ir-riżultati.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 19b (ġdida)
(19b)  Il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjoni tal-Kunsilli Konsultattivikkonċernati meta tadotta atti delegati dwar ċerti miżuri ta konservazzjoni previsti fil-pjan.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 22a (ġdida)
(22a)  Għandhom jiġu stipulati regoli li jiżguraw li l-appoġġ finanzjarju skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a ikun jista' jingħata f'każ ta' waqfien temporanju tas-sajd.
___________
1a Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond tas-Sajd Ewropew Marittimu u li jħassar Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).
Emenda 50
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  Fir-rigward tal-qafas ta’ żmien, huwa mistenni li għall-istokkijiet ikkonċernati għandu jinkiseb rendiment massimu sostenibbli sal-2015. Għandu jinżamm minn hemm ’il quddiem.
(25)  Fir-rigward tal-qafas ta’ żmien, l-istokkijiet ikkonċernati għandhom jilħqu l-mira sal-2015 fejn hu possibbli. L-ilħuq ta' dawn ir-rati ta' sfruttament f'data aktar tard għandha tkun permessa biss jekk l-ilħuq tagħhom sal-2015 jipperikola serjament is-sostenibbiltà soċjali u ekonomika tal-flotot tas-sajd involuti. Wara l-2015, dawk ir-rati għandhom jinkisbu mill-iktar fis possibbli u f'kull każ sa mhux aktar tard mill-2020. Il-mira għandha tinżamm minn dawk id-dati 'l quddiem.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 26
(26)  Fin-nuqqas ta’ reġim ta’ sforz tas-sajd hu meħtieġ li jitħassru r-regoli speċifiċi dwar permess tas-sajd speċjali u t-tibdil ta’ bastimenti jew magni applikabbli għall-Golf ta’ Riga. Għaldaqstant, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 għandu jiġi emendat.
imħassar
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2
2.  Il-pjan għandu japplika wkoll għall-barbun tat-tbajja’, il-barbun, il-barbun imperjali u l-barbun lixx fis-Suddiviżjonijiet tal-ICES 22-32 maqbuda meta jsir sajd għall-istokkijiet ikkonċernati.
2.  Dan ir-Regolament għandu jipprevedi wkoll miżuri fir-rigward ta' qabdiet inċidentali ta' barbun tat-tbajja’, barbun, barbun imperjali u barbun lixx fis-Suddiviżjonijiet tal-ICES 22-32 li għandhom japplikaw meta jsir sajd għall-istokkijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punti b u c
(b)  “xbieki nassa” tfisser xbieki kbar, ankrati, imwaħħlin ma’ lasti jew okkażjonalment f’wiċċ l-ilma, miftuħa fil-wiċċ u pprovduti b' diversi tipi ta' tagħmir li jiġbed u jżomm il-ħut fih, u li ġeneralment ikun maqsum f’taqsimiet magħluqa fil-qiegħ bi xbiek;
(b)“xbieki nassa, xbieki fyke u xbieki fissi mhux mgħottija” tfisser xbieki ankrati, imwaħħlin ma’ lasti jew okkażjonalment f’wiċċ l-ilma, u pprovduti b' diversi tipi ta' tagħmir li jiġbed u jżomm il-ħut fih, u li ġeneralment ikun maqsum f’taqsimiet magħluqa fil-qiegħ bi xbiek;
(c)  “nases u kavetti” tfisser nases żgħar iddisinjati biex jaqbdu l-krustaċej jew il-ħut fil-forma ta’ gaġeġ jew qfief magħmula minn diversi materjali li jitqiegħdu f'qiegħ il-baħar jew waħedhom jew f’ringieli; marbutin bi ħbula (ħbula tal-gavitelli) ma' gavitelli fil-wiċċ li juru l-pożizzjoni tagħhom u li jkollhom fetħa jew daħla waħda jew iktar minn waħda;
(c)  “nases u kavetti” tfisser nases iddisinjati biex jaqbdu l-krustaċej jew il-ħut fil-forma ta’ gaġeġ jew qfief magħmula minn diversi materjali li jitqiegħdu f'qiegħ il-baħar jew waħedhom jew f’ringieli; marbutin bi ħbula (ħbula tal-gavitelli) ma' gavitelli fil-wiċċ li juru l-pożizzjoni tagħhom u li jkollhom fetħa jew daħla waħda jew iktar minn waħda;
Emendi 63, 28 u 56
Proposta għal regolament
Artikolu 3
1.  Il-pjan għandu jimmira li jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd elenkati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u b’mod partikolari:
1.  Il-pjan għandu jiżgura li jintlaħqu l-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd elenkati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u fid-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (MSFD) Nru 2008/56/KE b’mod partikolari:
(a)  il-kisba u ż-żamma tar-rendiment massimu sostenibbli għall-istokkijiet ikkonċernati, u
(a)  l-irkupru u ż-żamma tal-istokkijiet ikkonċernati f'livell ta' bijomassa ogħla mil-livell li jista' jipproduċi rendiment massimu sostenibbli, u
(b)  l-iżgurar tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-barbun tat-tbajja’, il-barbun lixx, il-barbun u l-barbun imperjali b’konformità mal-approċċ ta' prekawzjoni.
(b)  l-iżgurar tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-barbun tat-tbajja’, il-barbun lixx, il-barbun u l-barbun imperjali 'l fuq mil-livelli li jkunu kapaċi jipproduċu r-rendimenti massimi sostenibbli.
2.  Il-pjan għandu jimmira li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-iżbark stabbilit fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-istokkijiet ikkonċernati u għall-barbun tat-tbajja’.
2.  Il-pjan għandu jikkontribwixxi biex jintemm ir-rimi tal-ħut, filwaqt li jitqies l-aqwa parir xjentifiku disponibbli, billi jiġu evitati u jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali, kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-iżbark stabbilit fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-istokkijiet ikkonċernati u għall-barbun tat-tbajja’.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 3a (ġdid)
Artikolu 3a
Koerenza mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni
1.  Il-pjan għandu japplika l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd.
2.  Sabiex ikun żgurat li l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar ikunu minimizzati u li l-attivitajiet tas-sajd jevitaw id-degradazzjoni tal-ambjent marittimu, il-pjan għandu jkun koerenti mal-objettivi tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Istrateġija Marittima u jikkontribwixxi biex dawn l-objettivi jintlaħqu, biex jinkiseb status ambjentali tajjeb sal-2020. B'mod partikolari, għandu:
(a)  jimmira li jiżgura li l-kundizzjonijiet deskritti fid-deskrittur 3 inkluż fl-Anness I tad-Direttiva jiġu ssodisfati;
(b)  jimmira li jikkontribwixxi għat-twettiq tad-deskritturi 1, 4 u 6 inklużi fl-Anness I ta' dik id-Direttiva bi proporzjon mar-rwol tas-sajd fl-issodisfar tagħhom.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
1.  Il-mortalità mis-sajd fil-mira għandha tintlaħaq sal-2015 u tinżamm minn hemm ’il quddiem għall-istokkijiet ikkonċernati fil-meded li ġejjin:
1.  Il-mortalità mis-sajd fil-mira għandha tqis il-parir xjentifiku l-aktar riċenti u għandha, fejn possibbli, tintlaħaq sal-2015 u, fuq bażi progressiva u inkrementali, sa mhux aktar tard mill-2020, u għandha tinżamm minn dakinhar 'il quddiem għall-istokkijiet ikkonċernati. Il-mortalità mis-sajd għall-istokkijiet ikkonċernati għandha tkun stabbilita fil-meded li ġejjin:
Stokk
Il-medda tal-mortalità mis-sajd fil-mira

Stokk
Il-medda tal-mortalità mis-sajd fil-mira

Il-merluzz tal-Baltiku tal-Punent
0.23-0.29

Il-merluzz tal-Baltiku tal-Punent
0 sa FMSY

Il-merluzz tal-Baltiku tal-Lvant
0.41-0.51

Il-merluzz tal-Baltiku tal-Lvant
0 sa FMSY

L-aringa tal-Baltiku Ċentrali
0.23-0.29

L-aringa tal-Baltiku Ċentrali
0 sa FMSY

L-aringa tal-Golf ta’ Riga
0.32-0.39

L-aringa tal-Golf ta’ Riga
0 sa FMSY

L-aringa tal-Baħar tal-Botnija
0.13-0.17

L-aringa tal-Baħar tal-Botnija
0 sa FMSY

L-aringa tal-Bajja tal-Botnija
Mhux definit

L-aringa tal-Bajja tal-Botnija
0 sa FMSY

L-aringa tal-Baltiku tal-Punent
0.25-0.31

L-aringa tal-Baltiku tal-Punent
0 sa FMSY

Il-laċċa kaħla tal-Baltiku
0.26-0.32

Il-laċċa kaħla tal-Baltiku
0 sa FMSY

Il-valuri għall-FMSY (mortalità mis-sajd konsistenti mal-kisba tar-rendiment massimu sostenibbli) għandhom jittieħdu mill-aħħar parir xjentifiku affidabbli disponibbli, u l-mira għall-mortalità mis-sajd (F) għandha tkun ta' 0.8 x FMSY.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  L-opportunitajiet ta' sajd għandhom jiġu stabbiliti b'tali mod li jiżgura li l-probabilità li dawn jaqbżu l-valuri FMSY li jidhru fit-tabella li tinsab fil-paragrafu 1 ikunu inferjuri għal 5  %.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)
2b.  Dan ir-Regolament għandu jipprevedi waqfien temporanju tal-attivitajiet tas-sajd kif definit fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, b'appoġġ finanzjarju provdut taħt dan ir-Regolament.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  Il-punti ta’ referenza ta’ konservazzjoni espressi fil-livell minimu ta' bijomassa riproduttiva li hija konsistenti mal-kapaċità riproduttiva sħiħa għandhom ikunu għall-istokkijiet ikkonċernati kif ġej:
1.  Il-punti ta’ referenza ta’ konservazzjoni li huma konsistenti mal-kapaċità riproduttiva sħiħa għandhom ikunu, għall-istokkijiet ikkonċernati, kif ġej:
Stokk
Il-livell minimu ta' bijomassa riproduttiva (f' tunnellati)

Stokk
Il-livell minimu ta' bijomassa riproduttiva (f' tunnellati)

Il-merluzz tal-Baltiku tal-Punent
36 400

Il-merluzz tal-Baltiku tal-Punent
36,400 għall-2015 u BMSY għas-snin ta' wara

Il-merluzz tal-Baltiku tal-Lvant
88 200

Il-merluzz tal-Baltiku tal-Lvant
88,200 għall-2015 u BMSY għas-snin ta' wara

L-aringa tal-Baltiku Ċentrali
600 000

L-aringa tal-Baltiku Ċentrali
600,000 għall-2015 u BMSY għas-snin ta' wara

L-aringa tal-Golf ta’ Riga
Mhux definit

L-aringa tal-Golf ta’ Riga
Mhux definit għall-2015 u BMSY għas-snin ta' wara

L-aringa tal-Baħar tal-Botnija
Mhux definit

L-aringa tal-Baħar tal-Botnija
Mhux definit għall-2015 u BMSY għas-snin ta' wara

L-aringa tal-Bajja tal-Botnija
Mhux definit

L-aringa tal-Bajja tal-Botnija
Mhux definit għall-2015 u BMSY għas-snin ta' wara

L-aringa tal-Baltiku tal-Punent
110 000

L-aringa tal-Baltiku tal-Punent
110,000 għall-2015 u BMSY għas-snin ta' wara

Il-laċċa kaħla tal-Baltiku
570 000

Il-laċċa kaħla tal-Baltiku
570,000 għall-2015 u BMSY għas-snin ta' wara

Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  Meta l-bijomassa riproduttiva ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati għal sena partikolari tkun taħt il-livelli minimi ta’ bijomassa riproduttiva stabbiliti fil-paragrafu 1, għandhom jiġu adottati miżuri ta’ rimedju xierqa biex jiżguraw ritorn rapidu tal-istokk ikkonċernat għal-livelli ta' prekawzjoni. B’mod partikolari, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti f’livelli aktar baxxi minn dawk li jirriżultaw fil-meded ta’ mortalità mis-sajd fil-mira stabbiliti fl-Artikolu 4(1). Dawn il-miżuri ta’ rimedju jistgħu jinkludu wkoll, kif xieraq, is-sottomissjoni ta’ proposti leġiżlattivi mill-Kummissjoni u miżuri ta’ emerġenza adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
2.  Meta l-bijomassa riproduttiva ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati għal sena partikolari tkun taħt il-livelli minimi ta’ bijomassa riproduttiva stabbiliti fil-paragrafu 1, għandhom jiġu adottati miżuri ta’ rimedju xierqa biex jiżguraw li l-istokkijiet ikkonċernati jerġgħu lura għal-livelli ogħla minn dawk li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli (MSY) mill-aktar fis possibbli. B’mod partikolari, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti f’livelli aktar baxxi minn dawk li jirriżultaw fil-meded ta’ mortalità mis-sajd fil-mira stabbiliti fl-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament. Dawn il-miżuri ta’ rimedju jistgħu jinkludu wkoll, kif xieraq, is-sottomissjoni ta’ proposti leġiżlattivi mill-Kummissjoni u miżuri ta’ emerġenza adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Meta l-bijomassa ta' kwalunkwe stokk ikkonċernat għal sena partikolari tkun inferjuri għal-livelli li jidhru fit-tabella t'hawn taħt, għandhom jittieħdu miżuri xierqa sabiex jitwaqqaf is-sajd immirat għall-istokk relevanti:
Stokk
Il-livell limitu tal-bijomassa (f'tunnellati)

Il-merluzz tal-Baltiku tal-Punent
26 000

Il-merluzz tal-Baltiku tal-Lvant
63 000

L-aringa tal-Baltiku Ċentrali
430 000

L-aringa tal-Golf ta’ Riga
Mhux definit

L-aringa tal-Baħar tal-Botnija
Mhux definit

L-aringa tal-Bajja tal-Botnija
Mhux definit

L-aringa tal-Baltiku tal-Punent
90 000

Il-laċċa kaħla tal-Baltiku
410 000

Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 6
Artikolu 6
Artikolu 6
Miżuri f’każ ta’ theddida għall-barbun tat-tbajja’, il-barbun, il-barbun imperjali u l-barbun lixx
Miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni għall-barbun tat-tbajja’, il-barbun, il-barbun imperjali u l-barbun lixx
1.  Meta parir xjentifiku jiddikjara li l-konservazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet tal-Baltiku tal-barbun tat-tbajja’, il-barbun, il-barbun imperjali jew il-barbun lixx ikun mhedded, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 dwar miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni li jikkonċernaw l-istokk mhedded u rigward kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
1.   Meta parir xjentifiku jindika li huma meħtieġa miżuri ta' rimedju biex ikun żgurat li l-istokkijiet tal-Baltiku tal-barbun tat-tbajja’, il-barbun, il-barbun imperjali jew il-barbun lixx jiġu ġestiti bi qbil mal-approċċ prekawzjonali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 dwar miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni għall-qabdiet inċidentali tal-barbun tat-tbajja’, il-barbun, il-barbun imperjali u l-barbun lixx u rigward il-miżuri tekniċi li ġejjin:
(c)   (a) adattament tal-kapaċità tas-sajd u l-isforzi tas-sajd;
(a)  adattament tal-kapaċità tas-sajd u l-isforzi tas-sajd;
(d)(b) miżuri tekniċi, inklużi
(1)   karatteristiċi ta’ irkaptu tas-sajd, b’mod partikolari id-daqs tax-xibka, il-ħxuna tal-ispag, id-daqs tal-irkaptu);
(b)   karatteristiċi ta’ irkaptu tas-sajd, b’mod partikolari id-daqs tax-xibka, il-ħxuna tal-ispag, id-daqs tal-irkaptu);
(2)   l-użu tal-irkaptu tas-sajd, b’mod partikolari l-ħin ta’ immersjoni, il-fond tal-irkaptu użat);
(c)   l-użu tal-irkaptu tas-sajd, b’mod partikolari l-ħin ta’ immersjoni u l-fond tal-irkaptu użat);
(3)   projbizzjoni jew limitazzjoni tas-sajd f' żoni speċifiċi;
(d)   projbizzjoni jew limitazzjoni tas-sajd f' żoni speċifiċi;
(4)   projbizzjoni jew limitazzjoni tas-sajd matul perjodi ta’ żmien speċifiċi;
(e)   projbizzjoni jew limitazzjoni tas-sajd matul perjodi ta’ żmien speċifiċi;
(5)   daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni
(f)   daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni
(g)  karatteristiċi oħra marbuta mas-selettività.
2.  Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw li jiksbu l-għan stipulat fl-Artikolu 3(1)(b) u jkunu bbażati fuq pariri xjentifiċi.
2.  Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw li jiksbu l-għan stipulat f'punt (b) tal-Artikolu 3(1) u li jkunu koerenti mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 3a, u għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli.
3.  L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jissottomettu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għal miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1.
3.  L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jissottomettu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għal miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1.
3a.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Parlament Ewropew u l-Kumitati Konsultattivi kkonċernati.
3b.  Il-Kummissjoni għandha, b’konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati, tanalizza l-impatt tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 sena wara l-adozzjoni tagħhom, u kull sena minn dakinhar 'il quddiem. Jekk din l-analiżi turi li att delegat mhux adegwat biex jittratta s-sitwazzjoni kurrenti, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jippreżentaw rakkomandazzjoni konġunta skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 7
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 l-obbligu tal-iżbark ma għandux japplika għall-istokkijiet ikkonċernati u l-barbun tat-tbajja’ meta jsir sajd bl-irkapti li ġejjin: xbieki nassa, nases u kavetti.
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 l-obbligu tal-iżbark ma għandux japplika għall-bakkaljaw meta jsir sajd bl-irkapti li ġejjin: xbieki nassa, nases u kavetti, fyke-nets u xbieki fissi mhux mgħottija.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
2.  Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw li jiksbu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3 u b’mod partikolari l-protezzjoni taż-żgħar jew il-ħut riproduttiv.
2.  Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw li jiksbu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3, b’mod partikolari l-protezzjoni tal-ħut żgħir u tal-ħut riproduttiv, kif ukoll koerenza mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 3a, u jiżguraw li l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar ikunu minimizzati.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt a
(a)  speċifikazzjonijiet ta’ speċijiet fil-mira u daqsijiet tal-malja stipulati fl-Annessi II u III imsemmija fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 2187/2005;
(a)  speċifikazzjonijiet ta’ speċijiet fil-mira, daqsijiet tal-malja u daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni stipulati fl-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 2187/2005 u msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 14(1) ta' dak ir-Regolament;
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt f
(f)  il-projbizzjoni tat-tkarkir għall-Golf ta’ Riga stabbilita fl-Artikolu 22 tiegħu.
imħassar
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tqis l-istudji xjentifiċi l-aktar reċenti, inklużi l-istudji tal-ICES, qabel l-adozzjoni ta’ miżuri tekniċi.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 4b (ġdid)
4b.  Matul l-istaġun riproduttiv tal-merluzz, is-sajd pelaġiku bl-użu ta' rkaptu fiss b'malji ta’ inqas minn 110 mm, jew 120 mm fil-każ ta’ rkaptu bit-tangun, għandu jkun ipprojbit.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Kapitolu VIa (ġdid)
KAPITOLU VIa
MIŻURI SPEĊIFIĊI
Artikolu 9a
Miżuri speċifiċi
1.  Kwalunkwe attività tas-sajd għandha tkun projbita bejn l-1 ta’ Mejju u l-31 ta’ Ottubru fiż-żoni magħluqin bit-tgħaqqid b’linji ta’ rombu tal-pożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema tal-koordinati WGS84:
(a)  Żona 1:
–  55° 45′ N, 15° 30′ E
–  55° 45′ N, 16° 30′ E
–  55° 00′ N, 16° 30′ E
–  55° 00′ N, 16° 00′ E
–  55° 15′ N, 16° 00′ E
–  55° 15′ N, 15° 30′ E
–  55° 45′ N, 15° 30′ E
(b)  Żona 2:
–  55° 00′ N, 19° 14′ E
–  54° 48′ N, 19° 20′ E
–  54° 45′ N, 19° 19′ E
–  54° 45′ N, 18° 55′ E
–  55° 00′ N, 19° 14′ E
(c)  Żona 3:
–  56° 13′ N, 18° 27′ E
–  56° 13′ N, 19° 31′ E
–  55° 59′ N, 19° 13′ E
–  56° 03′ N, 19° 06′ E
–  56° 00′ N, 18° 51′ E
–  55° 47′ N, 18° 57′ E
–  55° 30′ N, 18° 34′ E
–  56° 13′ N, 18° 27′ E.
2.  Il-bastimenti Komunitarji kollha b’tul globali daqs jew akbar minn tmien metri li jġorru abbord jew jużaw kwalunkwe rkaptu awtorizzat għas-sajd tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2187/2005 għandu jkollhom permess speċjali għas-sajd tal-merluzz fil-Baħar Baltiku.
3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 15 li jemenda dan l-Artikolu, fejn meħtieġ għall-kisba tal-għanijiet msemmija fl-Artikolu 3 u b'mod partikolari l-protezzjoni ta' ħut żgħir jew ħut riproduttiv.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 10
Artikolu 10
Artikolu 10
Kooperazzjoni reġjonali
Kooperazzjoni reġjonali
1.  L-Artikolu 18(1) sa (6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika għall-miżuri taħt dan il-Kapitolu.
1.  L-Artikolu 18(1) sa (6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 6, 8 u 9 ta' dan ir-Regolament.
2.  L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jissottomettu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 fl-iskadenzi li ġejjin:
2.  L-Istati Membri kkonċernati jistgħu, wara li jkunu kkonsultaw lill-Kunsilli Konsultattivikkonċernati, jissottomettu kwalunkwe rakkomandazzjoni konġunta msemmija fl-Artikoli 6(3), 8(3) u 9(4) għall-ewwel darba sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u minn dakinhar 'il quddiem, 12-il xahar wara kull sottomissjoni tal-evalwazzjoni tal-pjan skont l-Artikolu 14, iżda mhux aktar tard mill-1 ta' Settembru għal miżuri li jirrigwardaw l-Istati Membri. Huma jistgħu wkoll jippreżentaw tali rakkomandazzjonijiet fil-każ ta’ kwalunkwe bidla f’daqqa fis-sitwazzjoni ta' xi stokk kopert mill-pjan, jekk jitqies li l-miżuri rakkomandati jkunu neċessarji jew iġġustifikati permezz ta’ parir xjentifiku.
a)  għall-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u rigward sena kalendarja partikolari, mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru tas-sena preċedenti;
b)  għall-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 8(1) u 9(1), għall-ewwel darba mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u mbagħad kull sitt xhur wara kull sottomissjoni tal-evalwazzjoni tal-pjan skont l-Artikolu 14.
2a.  Il-Kunsilli Konsultattivi kkonċernati jistgħu wkoll jissottomettu rakkomandazzjonijiet skont l-iskeda ta’ żmien li tinsab fil-paragrafu 2.
2b.  Kwalunkwe devjazzjoni mir-rakkomandazzjonijiet konġunti min-naħa tal-Kummissjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tkun tista' tiġi skrutinizzata.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 12
Artikolu 12
Artikolu 12
Notifiki minn qabel
Notifiki minn qabel
1.  Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-obbligu ta’ notifika minn qabel stabbilit f’dak l-Artikolu għandu japplika:
1.  Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-obbligu ta’ notifika minn qabel stabbilit f’dak l-Artikolu għandu japplika:
għall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ta’ tul totali ta’ tmien metri jew iżjed li jżommu abbord mill-inqas 300 kilogramma ta' merluzz
(a)   fir-rigward tal-bastimenti li jistagħdu għall-merluzz, għall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ta’ tul totali ta’ tmien metri jew iżjed li jżommu abbord mill-inqas 300 kilogramma ta' merluzz;
jew żewġ tunnellati ta’ stokkijiet pelaġiċi.
(b)  fir-rigward tal-bastimenti li jistagħdu għall-aringi u/jew għall-laċċ ikħal, għall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ta’ tul totali ta’ tmien metri jew iżjed li jżommu abbord mill-inqas żewġ tunnellati ta’ stokkijiet pelaġiċi;
2.  Permezz tad-deroga mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-perjodu ta’ notifika minn qabel stabbilit f’dak l-Artikolu għandu jkun ta’ mill-inqas siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port.
2.  Permezz tad-deroga mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-perjodu ta’ notifika minn qabel stabbilit f’dak l-Artikolu għandu jkun ta’ mill-inqas siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-kosta jistgħu, abbażi ta' każ b'każ, jippermettu dħul qabel fil-port, sakemm il-kundizzjonijiet neċessarji għall-miżuri xieraq ta' kontroll ikunu disponibbli.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – punt b
(b)  5 tunnellati ta’ stokkijiet pelaġiċi.
(b)  2 tunnellati ta’ stokkijiet pelaġiċi.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 14
Artikolu 14
Artikolu 14
Evalwazzjoni tal-pjan
Evalwazzjoni tal-pjan
Il-Kummissjoni għandha tiżgura evalwazzjoni tal-impatt ta’ dan il-pjan fuq l-istokkijiet koperti minn dan ir-Regolament u fuq is-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, b’mod partikolari biex jitqiesu l-bidliet fil-parir xjentifiku, sitt snin wara d-dħul fis-seħħ tal-pjan u, wara dan, kull sitt snin. Il-Kummissjoni għandha tissottometti r-riżultati ta’ dawn l-evalwazzjonijiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u kull ħames snin minn dakinhar 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatt ta’ dan il-pjan pluriennali fuq l-istokkijiet koperti minn dan ir-Regolament u fuq is-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, b’mod partikolari fir-rigward tal-progress miksub għall-irkupru u ż-żammż tal-istokkijiet tal-ħut f'livelli ogħla mil-livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli. Il-Kummissjoni għandha tissottometti r-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tista’, fejn xieraq u filwaqt li jitqiesu l-pariri xjentifiċi l-aktar riċenti, tipproponi adattamenti għall-pjan pluriennali jew tipproċedi għal modifiki tal-atti delegati.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Kapitolu IXa (ġdid)
KAPITOLU IXa
APPOĠĠ MILL-FOND EWROPEW GĦALL-AFFARIJIET MARITTIMI U S-SAJD
Artikolu 14a
Appoġġ mill-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, il-pjan pluriennali previst f'dan ir-Regolament għandu jitqies bħala pjan pluriennali skont l-Artikoli 9 u  10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2
2.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6, 8 u 9 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6, 8 u 9 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-1 ta' Settembru 2015. Il-Kummissoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni sa mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 16
L-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 2187/2005 jitħassru.
Ir-Regolament (KE) Nru 2187/2005 huwa emendat kif ġej:
1.  L-Artikolu 13(3) jitħassar.
2.  Fl-Anness IV, fil-kolonna intitolata "Daqs minimu", il-kliem "38cm" fir-rigward tad-daqs minimu ta' konservazzjoni għall-merluzz għandu jinbidel u jsir "35cm".

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 61(2), it-tieni subparagrafu (A8-0128/2015).


L-obbligu ta' żbark ***I
PDF 337kWORD 97k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2187/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 2347/2002 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar (KE) Nru 1434/98 fir-rigward tal-obbligu tal-ħatt (COM(2013)0889 – C7-0465/2013 – 2013/0436(COD))
P8_TA(2015)0105A8-0060/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0889),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0465/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' April 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Frar 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(8)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0060/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' April 2015 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2015 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2187/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 2347/2002 u (KE) Nru 1224/2009, u r-Regolamenti (UE) Nru 1379/2013 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-obbligu tal-ħatt u li jħassar r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1434/98

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 2015/812.)

(1) ĠU C 311, 12.9.2014, p. 68.


Protokoll mal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija KE-Russja, biex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE ***
PDF 250kWORD 62k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (11878/2014 – C8-0006/2015 – 2014/0052(NLE))
P8_TA(2015)0106A8-0129/2015

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11878/2014),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (11513/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 91, 100(2), 207 u 212 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0006/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0129/2015),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Federazzjoni Russa.


Segwitu tal-implimentazzjoni għall-proċess ta' Bolonja
PDF 384kWORD 128k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar is-segwitu għall-implimentazzjoni tal-Proċess ta’ Bolonja (2015/2039(INI))
P8_TA(2015)0107A8-0121/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u b'mod partikolari l-Artikolu 26 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Sorbonne dwar l-armonizzazzjoni tal-arkitettura tas-sistema Ewropea tal-edukazzjoni għolja, mill-erba' ministri responsabbli minn dan il-qasam għal Franza, il-Ġermanja, l-Italja u r-Renju Unit, iffirmata f'Pariġi fil-25 ta' Mejju 1998 (id-Dikjarazzjoni ta' Sorbonna)(1),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta ta' Bolonja ffirmata fid-19 ta' Ġunju 1999 mill-Ministri tal-Edukazzjoni minn 29 pajjiż Ewropew (id-Dikjarazzjoni ta' Bolonja)(2),

–  wara li kkunsidra l-komunikat maħruġ mill-Konferenza tal-Ministri Ewropej responsabbli għall-Edukazzjoni Għolja li saret f’Leuven u Louvain-la-Neuve, fit-28 u d-29 ta’ April 2009(3),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Budapest-Vjenna tat-12 ta' Marzu 2010 adottata mill-Ministri tal-Edukazzjoni ta' 47 pajjiż, li uffiċjalment varat iż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja (EHEA)(4),

–  wara li kkunsidra l-komunikat maħruġ mill-Konferenza Ministerjali u t-Tielet Forum Politiku ta’ Bolonja li saru f’Bukarest, fis-26 u s-27 ta’ April 2012(5),

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Mobilità 2020 għaż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja (EHEA) adottata mill-Konferenza Ministerjali tal-EHEA li saret f’Bukarest, fis-26 u s-27 ta’ April 2012(6),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ( "ir-Regolament tal-IMI")(7),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2005 biex jiġi faċilitat il-ħruġ mill-Istati Membri ta' viżi għal żjara qasira uniformi għar-riċerkaturi minn pajjiżi terzi li jkunu qed jivvjaġġaw fi ħdan il-Komunità bil-għan li jagħmlu riċerka xjentifika(8),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar iktar kooperazzjoni Ewropea fl-assigurazzjoni tal-kwalità tal-edukazzjoni għolja(9),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (EQF-LLL)(10),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET 2020”)(11),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-iżviluppar tar-rwol tal-edukazzjoni fi trijanglu tal-għarfien li jiffunzjona kompletament(12),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2010 dwar l-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja(13),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 2011 dwar linji politiċi sabiex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel(14),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 bit-titolu "Żgħażagħ f'Moviment – il-promozzjoni tal-mobbiltà fit-tagħlim taż-żgħażagħ(15),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Mejju 2006 bit-titolu "Inwasslu għar-riżultati tal-aġenda ta’ modernizzazzjoni għall-universitajiet: l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni" (COM(2006)0208),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bit-titolu: “EWROPA 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Awwissu 2010 dwar Aġenda Diġitali għall-Ewropa (COM(2010)0245),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2011 bit-titolu 'Insostnu t-tkabbir u l-impjiegi – aġenda għall-immodernizzar tas-sistemi ta' edukazzjoni għolja fl-Ewropa' (COM(2011)0567),

–  wara li kkunsidra r-rapport bit-titolu "Higher Education in Europe 2009: Developments in the Bologna Process" (L-Edukazzjoni Għolja fl-Ewropa 2009: Żviluppi fil-Proċess ta’ Bolonja) (Eurydice, Kummissjoni Ewropea, 2009)(16),

–  wara li kkunsidra r-rapport bit-titolu "Focus on Higher Education in Europe 2010: The Impact of the Bologna Process’’ (Ħarsa Lejn l-Edukazzjoni Għolja fl-Ewropa 2010: l-Impatt tal-Proċess ta’ Bolonja) (Eurydice, Kummissjoni Ewropea, 2010)(17),

–  wara li kkunsidra r-rapport bit-titolu “The European Higher Education Area in 2012: Bologna Process Implementation Report" (Iż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja fl- 2012: Ir-Rapport dwar l-Implimentazzjoni tal-Proċess ta’ Bolonja ) (Eurydice, Kummissjoni Ewropea, 2012)(18),

–  wara li kkunsidra l-istħarriġ tal-2007 tal-Ewrobarometru dwar ir-riforma fl-edukazzjoni għolja fost il-professjonisti tat-tagħlim(19),

–  wara li kkunsidra l-istħarriġ tal-2009 tal-Ewrobarometru dwar ir-riforma fl-edukazzjoni għolja fost l-istudenti(20),

–  wara li kkunsidra l-publikazzjoni tal-Eurostat tas-16 ta' April 2009 bit-titolu "The Bologna Process in Higher Education in Europe – Key indicators on the social dimension and mobility" (Il-Proċess ta' Bolonja fl-Edukazzjoni Għolja fl-Ewropa – Indikaturi ewlenin dwar id-dimensjoni soċjali u l-mobilità)(21),

–  wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament tal-Edukazzjoni Għolja li saret f’Yerevan, fl-Armenja, fit-8 u d-9 ta’ Settembru 2011(22),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Settembru 2008 dwar il-Proċess ta’ Bolonja u l-mobilità tal-istudenti(23),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 dwar "Id-Djalogu bejn l-Universitajiet u n-Negozji: sħubija ġdida għall-modernizzazzjoni tal-universitajiet Ewropej"(24),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2012 dwar il-kontribut tal-istituzzjonijiet Ewropej għall-konsolidazzjoni u l-progress tal-Proċess ta' Bolonja(25),

–  wara li kkunsidra l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS)(26),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0121/2015),

A.  billi l-importanza tal-Proċess ta’ Bolonja fis-sitwazzjoni ekonomika attwali għandha tkun fit-twettiq tal-għanijiet ta’ żvilupp tal-ogħla livell possibbli tal-għarfien u l-innovazzjoni għaċ-ċittadini permezz ta’ aċċess wiesa’ għall-edukazzjoni u l-aġġornament kontinwu tiegħu, u billi dan għandu jkun rifless fir-reviżjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020, u fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa ta' Juncker;

B.  billi l-analiżijiet juru li kważi wieħed minn kull tliet impjegaturi fl-UE jkollu l-problemi biex isib impjegati b’ħiliet xierqa; billi mil-lat tal-għan li jitnaqqas in-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet fl-UE (id-distakk bejn il-ħiliet tal-individwu għall-impjieg u d-domanda tas-suq tal-impjiegi) ir-riforma ta' Bolonja sa issa ma kinitx ta' suċċess kbir; billi n-nuqqas tat-tlaqqigħ tal-ħiliet sar sfida ċentrali għall-Ewropa, li taffettwa l-oqsma kollha tas-soċjetà, mill-produttività u l-effiċjenza tan-negozji sal-benessri attwali u futur taż-żgħażagħ;

C.  billi l-problema tal-qgħad fost iż-żgħażagħ ma ttejbitx wisq mill-bidu tal-kriżi fl-2008 'il hawn; billi fl-aħħar tal-2014 fl-UE kien hemm madwar 5 miljun żagħżugħ u żagħżugħa ta' taħt l-età ta' 25 sena li kienu qiegħda;

D.  billi, kif intqal minn wieħed filosfu, "it-tiftix għall-verità u s-sbuħija għandu jkun il-karatteristika tal-Universitajiet", minbarra d-dmir tagħhom li jħejju professjonisti, xjentisti, inġiniera, għalliema, tobba, politiċi u ċittadini ġodda;

E.  billi huwa importanti li l-universitajiet jitqiesu bħala l-atturi ewlenin reali tal-Proċess ta' Bolonja, lil hinn mir-rwoli ta' appoġġ f'dawk li huma koordinazzjoni, regolazzjoni u riżorsi tal-istituzzjonijiet reġjonali u nazzjonali;

F.  billi din l-inizjattiva intergovernattiva, imwettqa b’kooperazzjoni mas-settur akkademiku, involviet sforzi biex jingħata rispons Ewropew komuni għal problemi serji f’ħafna pajjiżi, iżda dawn ma kinux biżżejjed;

G.  billi l-iskop reali tal-Proċess ta’ Bolonja huwa li jiġu appoġġati l-mobilità u l-internazzjonalizzazzjoni, kif ukoll li jiġu żgurati l-kompatibilità u l-komparabilità fl-istandards u l-kwalità ta’ sistemi differenti ta' edukazzjoni għolja filwaqt li tiġi rispettata l-awtonomija tal-universitajiet u b’hekk jingħata kontribut għall-ħolqien ta’ żona Ewropea ġenwinament demokratika li toffri opportunitajiet indaqs għaċ-ċittadini;

H.  billi jeħtieġ li ssir valutazzjoni tal-progress li sar tul dawn l-aħħar 15-il sena li tieħu kont kemm tal-istorja tas-suċċess f'dik li hi kooperazzjoni intrareġjunali u kemm tal-problemi persistenti li ġew iffaċċjati u n-nuqqas ta’ uniformità fl-ilħuq tal-għanijiet iddikjarati;

I.  billi filwaqt li fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi l-Proċess ta' Bolonja kien qed jiggwida u jimmotiva r-riformi edukattivi, f'xi pajjiżi jista' jidher bħala piż burokratiku minħabba komunikazzjoni żbaljata u nuqqas ta' fehim tal-viżjoni vera tiegħu;

J.  billi huwa importanti li wieħed jirrikonoxxi l-karattru pan-Ewropew tal-Proċess ta’ Bolonja, kif ukoll l-involviment tal-atturi kollha tiegħu, inklużi l-istudenti, l-għalliema, ir-riċerkaturi u l-persunal li ma jgħallmux;

K.  billi huwa kruċjali li jingħata appoġġ finanzjarju kontinwu u akbar għall-edukazzjoni, it-taħriġ, inkluż it-taħriġ vokazzjonali, l-għarfien u r-riċerka, speċjalment f’dan il-perjodu ta’ kriżi ekonomika;

L.  billi f'dan il-kuntest li qed dejjem jinbidel hemm il-ħtieġa li jiġi affermat mill-ġdid l-impenn politiku sottostanti għall-Proċess ta' Bolonja u l-involviment tal-istituzzjonijiet Ewropej, tal-gvernijiet nazzjonali u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra kollha fit-twettiq tal-proċess;

Ir-rwol tal-Proċess ta’ Bolonja

1.  Jinnota li l-edukazzjoni u r-riċerka huma wieħed mill-pilastri ewlenin tas-soċjetà tagħna meta niġu biex nippromwovu l-iżvilupp tal-ħiliet, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi; jenfasizza li investiment akbar fl-edukazzjoni huwa kruċjali biex jiġu indirizzati b'mod deċiżiv u effettiv il-faqar, l-inugwaljanzi soċjali u l-qgħad, b’mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ, u titrawwem l-inklużjoni soċjali;

2.  Jinnota li l-Proċess ta’ Bolonja jista’ jgħin biex jiġi indirizzat b'mod deċiżiv in-nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet fl-UE li kieku kellu jagħti l-opportunità lill-istudenti li jiksbu u jiżviluppaw il-kompetenzi meħtieġa mis-suq tax-xogħol, u li meta qed jagħmel dan ikun jista’ jilħaq l-għan importanti li tissaħħaħ l-impjegabbiltà tal-gradwati;

3.  Jinsab konxju mir-rwol li l-Proċess ta' Bolonja għandu fil-ħolqien ta’ Ewropa ta’ Għarfien; jenfasizza li t-tixrid tal-għarfien, l-edukazzjoni u r-riċerka huwa element ewlieni tal-Istrateġija Ewropa 2020 u jikkontribwixxi għat-trawwim taċ-ċittadinanza Ewropea; jenfasizza wkoll, madankollu, il-bżonn li ssir konsulatazzjoni fi ħdan il-komunità tal-edukazzjoni għolja (għalliema, studenti u ħaddiema li ma jgħallmux) sabiex wieħed jifhem l-oppożizzjoni għar-riformi marbuta mal-Proċess ta' Bolonja, kif ukoll il-ħtieġa li tiġi ggarantita edukazzjoni pubblika li tkun bla ħlas u aċċessibbli għal kulħadd u li twieġeb għall-bżonnijiet tas-soċjetà;

4.  Jinnota li r-riformi ta’ Bolonja rriżultaw fil-varar ta’ Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja (EHEA), u ppermettew li jsiru kisbiet f’dawn l-aħħar 15-il sena billi ġabu l-istrutturi tal-edukazzjoni għolja aktar komparabbli, żiedu l-mobilità, ipprovdew sistemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità u fir-rikonoxximnet tad-diplomi, fit-titjib tal-kwalità tas-sistemi edukattivi kif ukoll l-attrazzjoni tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa;

5.  Jinnota li għad baqa' ħafna xogħol xi jsir fil-Proċess ta' Bolonja fil-qasam tal-aġġustament tas-sistemi edukattivi għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u fil-qasam tat-titjib tal-impjegabbiltà u l-kompetittività b'mod ġenerali, kif ukoll l-attrazzjoni tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa; jinnota li l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja (IEGħ) Ewropej għandhom ikunu kapaċi jwieġbu malajr għat-tibdil ekonomiku, kulturali, xjentifiku u teknoloġiku fis-soċjetà moderna sabiex jużaw il-potenzjal sħiħ tagħhom ħalli jinkoraġġixxu t-tkabbir, l-impjegabbiltà u l-koeżjoni soċjali;

6.  Jinnota l-għanijiet għas-snin li ġejjin, u l-prijoritajiet nazzjonali għall-azzjonijiet li għandhom jittieħdu sal-2015, kif deskritti fil-qosor mill-Konferenza Ministerjali tal-EHEA tal-2012 f'Bukarest, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tagħha għall-istrateġija ta’ mobilità tal-EHEA tal-2020, filwaqt li jirrakkomanda l-istabbiliment ta’ osservatorji ġodda, approċċi ġodda għad-diversi komunitajiet universitarji Ewropej, u sistemi ġodda għall-integrazzjoni tal-membri ta’ dawn il-komunitajiet universitarji fil-proċess ta’ riforma għal dan il-Pjan;

Il-prijoritajiet u l-isfidi

7.  Jistieden lill-pajjiżi tal-EHEA jimplimentaw riformi komuni li sar qbil dwarhom immirati lejn it-tħaffif tal-ilħuq tal-għanijiet tal-Proċess ta’ Bolonja, u jsaħħu l-kredibilità tal-EHEA; jinkoraġġixxi l-appoġġ għall-pajjiżi li qed jiffaċċjaw diffikultajiet fl-implimentazzjoni ta’ dawn ir-riformi; jappoġġa, f’dan ir-rigward, il-ħolqien ta’ sħubijiet wiesgħa bejn il-pajjiżi, ir-reġjuni, u l-partijiet ikkonċernati rilevanti;

8.  Jistieden lill-Istati Membri jtejbu iżjed u jaġġornaw il-valutazzjoni tal-istabbilimenti ta’ edukazzjoni għolja, skont l-istandards li ġew stabbiliti qabel mis-sistemi edukattivi fil-livell internazzjonali u jippremjaw l-eċċellenza bil-ħsieb li jmexxu 'l quddiem l-għarfien, ir-riċerka u x-xjenza;

9.  Jenfasizza l-importanza li tiġi ppreservata d-diversità fit-tagħlim, inkluża d-diversità tal-lingwi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-għotjiet tal-istudenti u jiżguraw li jkunu faċilment aċċessibbli;

10.  Jinnota l-ħtieġa li jsiru sforzi ulterjuri sabiex l-EHEA tiġi żviluppata, u wieħed jibni fuq il-progress li sar fl-ilħuq tal-objettivi tagħha u f’koordinazzjoni maż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni u Taħriġ, iż-Żona Ewropea ta’ Tagħlim tul il-Ħajja (LLL) u ż-Żona Ewropea tar-Riċerka;

11.  Jistieden lill-partijiet interessati kollha kkonċernati mill-implimentazzjoni tal-Proċess ta' Bolonja biex isaħħu l-assigurazzjoni tal-kwalità sabiex isseħħ żona Ewropea ta' edukazzjoni għolja li ttejjeb l-attrazzjoni tagħha bħala referenza ta' eċċellenza akkademika mad-dinja kollha;

12.  Jistieden lill-Istati Membri, lill-pajjiżi tal-EHEA u lill-UE kollha kemm hi, biex jinkoraġġixxu l-għarfien pubbliku tal-Proċess ta’ Bolonja u l-appoġġ għalih, inkluża azzjoni fil-livell l-aktar bażiku biex jinkiseb involviment aktar effettiv u dinamiku fl-ilħuq tal-għanijiet tiegħu;

13.  Jirrimarka li l-Kummissjoni, bħala membru tal-Proċess ta’ Bologna, għandha rwol importanti fl-iżvilupp l-EHEA, u jitlobha biex tkompli r-rwol tagħha fir-rilanċ tal-Proċess u fit-tħaffif tal-isforzi biex jintlaħqu l-objettivi ddikjarati;

14.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li fis-settur terzjarju tiġi inkluża l-kwalità tal-edukazzjoni u r-riċerka fl-għanijiet iddikjarati; iqis li wieħed mill-indikaturi tat-twettiq ta’ dawn l-għanijiet għandu jkun li tiżdied l-impjegabbiltà tal-gradwati, li huwa wkoll objettiv tal-istrateġija Ewropa 2020;

15.  Jitlob li jsir djalogu bejn il-gvernijiet u l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja (IEGħ) sabiex jitqiegħed fil-mira u jiġi massimizzat l-użu tal-fondi disponibbli u jiġu mfittxija mudelli ġodda u diversi għall-finanzjament biex jikkomplimentaw il-finanzjament pubbliku; jenfasizza f'dan ir-rigward l-importanza tal-Orizzont 2020 biex imexxi proġetti ta' riċerka kollaborattivi fost l-IEGħ Ewropej u jinsab imħasseb dwar l-attentati kontinwi biex jinqata' l-finanzjament tiegħu filwaqt li oqsma oħrajn tal-baġit jibqgħu mhux ikkontestati;

16.  Jistieden lill-gvernijiet itejbu l-effiċjenza fl-użu tal-finanzjament pubbliku fl-edukazzjoni u jirrispettaw il-mira ewlenija tal-UE li jiġu investit fir-R&Ż 3 % tal-PDG tal-UE sal-2020; jenfasizza li l-finanzjament ambizzjuż tal-edukazzjoni u r-riċerka huwa meħtieġ, peress li jikkostitwixxu wieħed mill-għodod ewlenin biex jiġi żgurat l-aċċess għal edukazzjoni ta' kwalità għal kulħadd, kif ukoll biex jiġu miġġielda l-kriżi ekonomika u l-qgħad;

17.  Jinnota l-opportunitajiet ta' finanzjament potenzjali għall-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali li għandhom jiġu pprovduti mill-FEIS; jesprimi t-tħassib serju tiegħu għat-tnaqqis ippjanat fil-fondi għal Orizzont 2020 li huma konnessi direttament mar-riċerka u l-edukazzjoni, favur l-FEIS;

18.  Iwissi li kwalunkwe tnaqqis f’Orizzont 2020 bla dubju se jaffettwaw l-implimentazzjoni sħiħa tal-Proċess ta’ Bolonja, u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirtira kwalunkwe proposta bħal din;

19.  Jinkoraġġixxi kemm l-approċċ minn fuq għal isfel u kemm l-approċċ minn isfel għal fuq, li jinvolvu l-komunità akkademika kollha kemm hi u s-sħab soċjali, u jitlob li jkun hemm l-impenn politiku u l-kooperazzjoni tal-Ministri tal-EHEA fl-iżvilupp ta’ strateġija komuni għall-kisba tar-riformi ta’ Bolonja;

20.  Jitlob għall-iżvilupp ulterjuri ta’ programmi ta’ studju b’objettivi ddefiniti b’mod ċar, li jipprovdu l-għarfien u t-taħlita ta’ ħiliet, kemm ġenerali u kemm professjonali, li huma meħtieġa mhux biss biex il-gradwati jkunu mħejjija għar-rekwiżiti tas-suq tax-xogħol u jibnu l-kapaċità tagħhom għat-tagħlim tul il-ħajja (LLL), iżda wkoll u b’mod kruċjali biex iċ-ċittadini jiġu integrati; jappoġġja l-implimentazzjoni sħiħa tal-qafas Ewropew għaċ-ċertifikazzjoni tal-kwalifiki professjonali;

21.  Jenfasizza r-rwol tad-dixxiplini XTIM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija, Matematika) u l-importanza tagħhom għas-soċjetà, l-ekonomija u l-impjegabbiltà tal-gradwati;

22.  Jitlob għall-implimentazzjoni korretta tas-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta’ Krediti (ECTS) u s-Suppliment tad-Diploma fl-EHEA, bħala l-għodod ewlenin marbuta mal-ammont ta' xogħol u r-riżultati tat-tagħlim tal-istudenti, sabiex tiġi faċilitata l-mobilità u l-istudenti jiġu megħjuna jikkompilaw il-kisbiet akkademiċi u ekstrakurrikulari tagħhom;

23.  Jenfasizza l-importanza li jiġu ggarantiti r-rikonoxximent reċiproku u l-kompatibilità tal-lawrji akkademiċi għat-tisħiħ tas-sistema tal-assigurazzjoni tal-kwalità fuq livell Ewropew u fil-pajjiżi kollha li ngħaqdu mal-EHEA, skont il-verżjoni riveduta tal-Istandards u l-Linji Gwida Ewropej għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità (ESG) fiż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja; jistieden lill-pajjiżi kollha tal-EHEA u lill-aġenziji tal-assigurazzjoni tal-kwalità rispettivi tagħhom, biex jingħaqdu fin-netwerks Ewropej għall-assigurazzjoni tal-kwalità (ENQA u EQAR);

24.  Iħeġġeġ lis-sħab tal-Proċess ta' Bolonja u b'mod speċjali lill-Kummissjoni biex b'mod regolari jkejlu n-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-kompetenzi u l-ħiliet fil-mument meta l-gradwati jidħlu fid-dinja tax-xogħol;

25.  Jenfasizza l-importanza tal-għan tal-istrateġija Ewropa 2020 skont liema għan 40 % ta' dawk li għandhom bejn it-30 u l-34 sena suppost li jkunu temmew l-edukazzjoni terzjarja u jkunu kisbu l-ħiliet u l-kompetenzi xierqa biex isibu impjieg li jissodisfahom;

26.  Jenfasizza l-valur tal-Qofsa tal-Kwalifiki (QK) sabiex tittejjeb it-trasparenza, u jistieden lill-pajjiżi kollha tal-Proċess ta’ Bolonja jagħmlu l-QK nazzjonali tagħhom kompatibbli ma’ dawk tal-EHEA u mal-QK Ewropej;

27.  Jenfasizza li l-Qofsa Nazzjonali tal-Kwalifiki (QNK) f'ħafna Stati Membri għad jonqoshom jiġu aġġustati għall-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK) kif ukoll għall-Istandards u l-Linji Gwida Ewropej għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità (ESG); jinnota li ħafna NQFs għadhom mhumiex irreġistrati fir-Reġistru Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja (EQAR);

28.  Jinnota li l-mobilità tal-istudenti, l-għalliema, ir-riċerkaturi u l-persunal li ma jgħallimx hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Proċess ta’ Bolonja; jistieden lill-Istati Membri biex iżidu l-opportunitajiet għal mobilità u l-kwalità, u jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Mobiltià 2020 għall-EHEA u wkoll li tintlaħaq mira kwantitattiva ta’ 20 % għall-mobilità tal-istudenti sal-2020; f’dan ir-rigward, jenfasizza r-rwol kruċjali tal-programm Erasmus + u Orizzont 2020, u l-importanza li tiġi żgurata l-implimentazzjoni u l-promozzjoni bla xkiel u effiċjenti tagħhom; jenfasizza li l-għotjiet għall-istudju li jappartjenu lill-Erasmus+ għandhom ikunu eżentati mit-taxxa u mill-imposti soċjali;

29.  Jitlob għall-inkorporazzjoni gradwali tal-mobilità tal-istudenti fil-kurrikuli universitarji uffiċjali;

30.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu involuti għadd xieraq ta’ studenti u persunal li jgħallem fl-oqsma tal-arti u l-mużika fil-programmi ta’ mobilità tal-UE;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri sabiex jivvalutaw, fil-qasam tal-kriterji ta’ klassifikar għall-universitajiet u l-istituzzjonijiet ta’ taħriġ għoli, il-livell tas-sħubija u tal-mobilità Ewropea u internazzjonali li jippromwovu;

32.  Jinnota r-rwol ċentrali tal-IEGħ fil-promozzjoni tal-mobilità u fil-produzzjoni ta' gradwati u riċerkaturi b'għarfien u ħiliet li jippermettulhom jagħmlu suċċess permezz tal-impjegabbiltà fl-ekonomija globali;

33.  Jistieden lill-Istati Membri, lill-UE u lill-EHEA jsaħħu l-mobilità billi jrawmu t-tagħlim tal-lingwi, ineħħu l-ostakli amministrattivi, jipprovdu mekkaniżmu ta’ appoġġ finanzjarju adegwat u jiggarantixxu t-trasferibilità tal-għotjiet, il-boroż ta' studju u l-krediti; jinnota li l-mobilità tibqa’ inqas aċċessibbli għall-istudenti li ġejjin minn sfondi inqas sinjuri;

34.  Jenfasizza, fir-rigward kemm tat-tfassil u kemm tat-twettiq tal-programmi, il-bidla fil-paradigma edukattiva lejn approċċ iktar iċċentrat fuq l-istudenti li jinkludi l-iżvilupp personali tal-istudenti; jissottolinja l-importanza tal-parteċipazzjoni tal-istudenti fil-governanza tal-edukazzjoni għolja;

35.  Jissottolinja li l-programmi ta' studju għandhom jiffokaw fuq id-domandi fit-tul tas-suq; jenfasizza wkoll li l-impjegabbiltà tfisser li l-istudenti għandu jkollhom ħakma ta' firxa wiesgħa ta' kompetenzi differenti li jħejjuhom għas-suq tax-xogħol u jgħammruhom bil-kapaċità għat-tagħlim tul il-ħajja; jinkoraġġixxi f’dan ir-rigward id-djalogu attiv u l-kooperazzjoni nazzjonali u transfruntiera fuq programmi u kollokamenti tax-xogħol bejn il-komunità universitarja u n-negozju, li jistgħu jgħinu biex tingħeleb il-kriżi ekonomika, jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku, u jingħata kontribut għal soċjetà bbażata fuq l-għarfien u b’hekk jiġu pprovduti opportunitajiet f’sens soċjali aktar wiesa’; jinkoraġġixxi lill-IEGħ ikunu miftuħa għal studji transdixxiplinarji, il-ħolqien ta' istituti tar-riċerka universitarji u kollaborazzjoni ma' sħab diversi;

36.  Jenfasizza l-ħtieġa li jingħataw opportunitajiet wiesgħa għat-tagħlim tul il-ħajja, u għal forom kumplementari ta’ tagħlim bħalma huma l-edukazzjoni mhux formali u dik informali li huma kruċjali għall-iżvilupp tal-ħiliet interpersonali;

37.  Jitlob li jsiru sforzi biex tissaħħaħ ir-rabta bejn l-edukazzjoni għolja u r-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż permezz tal-promozzjoni ta’ edukazzjoni bbażata fuq ir-riċerka, u jenfasizza l-Programm Orizzont 2020 bħala mekkaniżmu ta’ finanzjament ewlieni biex tingħata spinta lir-riċerka; jitlob għal sinkronizzazzjoni aħjar tal-azzjonijiet li jappoġġjaw il-Proċess ta’ Bolonja bħalma huma l-programmi Orizzont 2020 u Erasmus+;

38.  Jitlob li jkun hemm toroq ta’ tagħlim aktar flessibbli li jinkludu programmi ta’ lawrji konġunti u studji interdixxiplinarji, u li jappoġġjaw l-innovazzjoni, il-kreattività, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV), l-edukazzjoni doppja, u l-intraprenditorija fl-edukazzjoni għolja, u jitlob li l-potenzjal offrut mit-teknoloġiji ġodda, id-diġitalizzazzjoni u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICTs) jiġi esplorat bil-għan li t-tagħlim kemm mill-istudenti u kemm mill-għalliema jsir aktar għani, kif ukoll sabiex jiġu żviluppati ulterjorment firxa wiesgħa ta' ħiliet u mudelli ġodda għat-tagħlim mill-istudenti, għat-tagħlim mill-għalliema u għall-valutazzjoni;

39.  Jistieden lill-IEGħ, l-amministrazzjonijiet pubbliċi, is-sħab soċjali u l-intrapriżi biex imexxu djalogu kontinwu li jiffaċilita u jsaħħaħ l-impjegabbiltà; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li d-diskussjoni tiffoka fuq il-potenzjal mhux użat tal-edukazzjoni għolja f'dawk li huma l-istimular tat-tkabbir u l-impjiegi; jistieden lill-pajjiżi tal-EHEA u l-IEGħ isaħħu l-koperazzjoni bil-għan li jiżguraw taħriġ prattiku professjonali u apprendistati ta’ kwalità u jsaħħu l-mobilità f’dan il-kuntest; jenfasizza li l-partijiet ikkonċernati għandhom jikkooperaw aħjar biex jgħollu l-kwalifiki inizjali u jġeddu forza tax-xogħol kwalifikata, kif ukoll biex itejbu l-forniment, l-aċċessibbiltà u l-kwalità tal-gwida dwar il-karrieri u l-impjiegi; iqis, barra minn hekk, li l-kollokamenti tax-xogħol fi ħdan il-programmi ta' studju u t-tagħlim fuq il-post tax-xogħol għandhom jiġu inkoraġġiti iżjed;

40.  Jenfasizza li huwa meħtieġ li r-refuġjati rikonoxxuti jkollhom aċċess għall-istituzzjonijiet kollha li jinsabu fl-EHEA li jkunu jistgħu jgħinuhom jibnu ħajja indipendenti permezz tal-edukazzjoni; barra minn hekk jenfasizza li l-permessi ta' residenza għall-gradwati li qed ifittxu attività professjonali kwalifikata għandhom jiġu liberalizzati iżjed; jenfasizza li l-isforzi għar-rikonoxximent reċiproku għar-refuġjati rikonoxxuti għandhom jiġu msaħħa, b'mod speċjali taħt l-aspett ta' mobilità għal tali l-istudenti;

41.  Jenfasizza li l-Istati Membri, u l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja kollha li ngħaqdu mal-EHEA, huma responsabbli li jipprovdu edukazzjoni ta’ kwalità li twieġeb għall-isfidi soċjetali u ekonomiċi, u jenfasizza l-ħtieġa tal-kooperazzjoni mill-qrib tagħhom bil-għan li jilħqu l-għanijiet stabbiliti fi ħdan il-Proċess ta' Bolonja;

42.  Jinnota li huma ftit biss l-Istati Membri li ħolqu strateġija komprensiva biex jinkludu l-istudenti minn sfondi soċjoekonomiċi żvantaġġjat fl-edukazzjoni għolja u b'hekk jindirizzaw b'mod deċiżiv il-problema tal-hekk imsejjaħ filtru soċjali;

43.  Jitlob għal iżjed involviment mill-għalliema tal-iskejjel sekondarji fil-Proċess ta' Bolonja f'dawk li huma l-promozzjoni tal-kwalità fit-taħriġ tal-għalliema u l-mobilità professjonali, sabiex jiġu ssodisfati d-domandi ġodda edukattivi u ta' taħriġ ta' soċjetà bbażata fuq l-għarfien u jingħata kontribut għal prestazzjoni tal-istudenti mtejba;

44.  Jenfasizza r-rwol tal-edukazzjoni u l-kwalità u l-missjoni tat-tagħlim tagħha fl-iffurmar tal-ġenerazzjonijiet futuri u fil-kontribuzzjoni għal koeżjoni soċjali u ekonomika usa' kif ukoll għall-ħolqien tal-impjiegi, kompetittività aqwa u potenzjal aqwa ta' tkabbir; jitlob f'dan ir-rigward għal rikonoxximent aħjar tal-professjoni tat-tagħlim;

45.  Jitlob li jsiru sforzi biex tittejjeb l-inklużjoni soċjali billi jiġi pprovdut aċċess ġust u miftuħ għal edukazzjoni ta’ kwalità għal kulħadd, billi jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent tal-kwalifiki akkademiċi u professjonali, kif ukoll tal-perijodi ta’ studju barra mill-pajjiż u tat-tagħlim preċedenti, tal-programmi tal-ħiliet interpersonali u t-tagħlim mhux formali u dak informali u billi tiġi pprovduta edukazzjoni rilevanti lil popolazzjoni ta' studenti diversifikata permezz tat-tagħlim tul il-ħajja;

46.  Jenfasizza d-dimensjoni soċjali tal-Proċess ta' Bolonja; jitlob li tittieħed azzjoni li timmira għal parteċipazzjoni akbar mill-gruppi li huma sottorappreżentati u żvantaġġjati, anke permezz ta’ programmi ta’ mobilità internazzjonali;

47.  Jenfasizza r-rwol tal-mobilità edukattiva fit-tagħlim interkulturali, u li l-Proċess ta' Bolonja għandu jieħu passi attivi biex irawwem l-għarfien u r-rispett interkulturali tal-istudenti;

48.  Jitlob li jsiru sforzi biex tiġi żviluppata aktar strateġija għad-dimensjoni esterna tal-EHEA, permezz ta’ kooperazzjoni ma’ reġjuni oħra tad-dinja, sabiex tiżdied il-kompetittività u l-attrazzjoni tagħha f'kuntest dinji, jittejjeb l-għoti ta' informazzjoni dwar l-EHEA, tissaħħaħ il-kooperazzjoni abbażi tas-sħubija, jiġi intensifikat id-djalogu dwar il-politika u jiġu rikonoxxuti iżjed il-kwalifiki;

49.  Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ il-ġbir tad-data fost il-pajjiżi tal-EHEA sabiex jiġu identifikati u indirizzati aħjar l-isfidi tal-Proċess ta' Bolonja;

50.  Jenfasizza l-importanza tal-Konferenza Ministerjali tal-EHEA li jmiss, li għandha ssir f’Yerevan f’Mejju 2015, f'dak li hu t-twettiq ta' rieżami oġġettiv u kritiku kemm tal-progress li sar fl-ilħiq tal-prijoritajiet stabbiliti għall-2012-2015 u kemm tal-problemi li żammew dan il-progress lura, bil-ħsieb li l-EHEA tingħata spinta u tkompli tiġi konsolidata aktar bl-appoġġ sħiħ tal-Unjoni;

o
o   o

51.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) http://www.ehea.info/Uploads/Declarations/SORBONNE_DECLARATION1.pdf
(2) http://www.ehea.info/Uploads/Declarations/BOLOGNA_DECLARATION1.pdf
(3) http://www.ehea.info/Uploads/Declarations/Leuven_Louvain-la-Neuve_Communiqu%C3%A9_April_2009.pdf
(4) http://www.ehea.info/Uploads/Declarations/Budapest-Vienna_Declaration.pdf
(5) http://www.ehea.info/Uploads/(1)/Bucharest%20Communique%202012(1).pdf
(6) http://www.ehea.info/Uploads/%281%29/2012%20EHEA%20Mobility%20Strategy.pdf
(7) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 132.
(8) ĠU L 289, 3.11.2005, p. 23.
(9) ĠU L 64, 4.3.2006, p. 60.
(10) ĠU C 111, 6.5.2008, p. 1.
(11) ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2.
(12) ĠU C 302, 12.12.2009, p. 3.
(13) ĠU C 135, 26.5.2010, p. 12.
(14) ĠU C 191, 1.7.2011, p. 1.
(15) ĠU C 199, 7.7.2011, p. 1.
(16) http://eacea.ec.europa.eu/education/eurydice/documents/thematic_reports/099EN.pdf
(17) http://eacea.ec.europa.eu/education/eurydice/documents/thematic_reports/122EN.pdf
(18) http://www.ehea.info/Uploads/(1)/Bologna%20Process%20Implementation%20Report.pdf
(19) http://ec.europa.eu/public_opinion/flash/fl198_en.pdf
(20) http://ec.europa.eu/public_opinion/flash/fl_260_en.pdf
(21) http://ec.europa.eu/eurostat/documents/3217494/5713011/KS-78-09-653-EN.PDF/3eb9f4ec-dc39-4e51-a18b-b61eb7c2518b?version=1.0
(22) http://www.ehea.info/news-details.aspx?ArticleId=253
(23) ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 18.
(24) ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 95.
(25) ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 24.
(26) Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 (COM(2015)0010).


Il-films Ewropej fl-era diġitali
PDF 425kWORD 114k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-films Ewropej fl-era diġitali (2014/2148(INI))
P8_TA(2015)0108A8-0123/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali adottata mill-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) fl-20 ta’ Ottubru 2005,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva)(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) u li jirrevoka d-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE u Nru 1041/2009/KE(3),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2014 dwar il-politika awdjoviżiva Ewropea fl-era diġitali(4),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bit-titolu “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Awwissu 2010 bit-titolu: “Aġenda Diġitali għall-Ewropa” (COM(2010)0245),

–  wara li kkunsidra l-Ewwel Rapport mill-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2012 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE “Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva” -Servizzi tal-Media Awdjoviżiva u Apparat Konness: Perspettivi Passati u Futuri (COM(2012)0203),

–  wara li kkunsidra l-Ewwel Rapport mill-Kummissjoni tal-24 ta’ Settembru 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 13, 16 u 17 tad-Direttiva 2010/13/UE għall-perjodu 2009-2010 - Promozzjoni tax-xogħlijiet Ewropej fis-servizzi tal-media awdjoviżiva fuq talba u skedati tal-UE (COM(2012)0522),

–  wara li kkunsidra t-Tielet Rapport tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2012 bit-titolu “On the challenges for European film heritage from the analogue and the digital era” (dwar l-isfidi għall-patrimonju ċinematografiku Ewropew mill-era analoġika u diġitali) (SWD(2012)0431) dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni 2005/865/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2005 dwar il-patrimonju ċinematografiku u l-kompetittività ta’ attivitajiet industrijali relatati,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2012 dwar il-kontenut fis-Suq Uniku Diġitali (COM(2012)0789),

–  wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tal-24 ta’ April 2013 dwar “It-tħejjija għal Dinja Awdjoviżiva Konverġenti b’Mod Komplet: Tkabbir, Ħolqien u Valuri” (COM(2013)0231),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2013 dwar għajnuna mill-Istat għal films u xogħlijiet awdjoviżivi oħrajn(5),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Mejju 2014 bit-titolu “Il-film Ewropew fl-era diġitali - Inqarrbu d-diversità kulturali mal-kompetittività (COM(2014)0272),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta’ Diċembru 2014 dwar “Il-film Ewropew fl-era diġitali”,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-16 ta’ Novembru 2011 dwar iċ-ċinema Ewropea fl-era diġitali(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Settembru 2012 dwar id-distribuzzjoni onlajn ta’ xogħlijiet awdjoviżivi fl-Unjoni Ewropea(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Mejju 2013 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-servizzi tal-media awdjoviżiva(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2014 dwar it-tħejjija għal dinja awdjoviżiva konverġenti b’mod komplet(9),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0123/2015),

A.  billi l-films huma prodotti ekonomiċi kif ukoll kulturali u jikkontribwixxu bil-kbir għall-ekonomija Ewropea f’termini ta’ tkabbir u impjiegi filwaqt li jgħinu biex jiffurmaw identitajiet Ewropej billi jirriflettu d-diversità kulturali u lingwistika, jippromwovu kulturi Ewropej bejn il-fruntieri u jiffaċilitaw l-iskambju kulturali u l-fehim reċiproku fost iċ-ċittadini, u jikkontribwixxu wkoll għall-formazzjoni u l-iżvilupp taʼ ħsieb kritiku;

B.  billi l-potenzjal tas-setturi kulturali u kreattivi fl-Ewropa u b’mod partikolari tal-industrija ċinematografika Ewropea għad irid jiġi kompletament sfruttat fil-promozzjoni tad-diversità u l-patrimonju kulturali Ewropew u l-ħolqien ta’ tkabbir sostenibbli u impjiegi li mbagħad jistgħu jibbenefikaw ukoll minn setturi oħra tal-ekonomija, li jipprovdu lill-Ewropa b’vantaġġ kompetittiv fuq livell dinji;

C.  billi l-industrija Ewropea tal-films hija waħda mill-akbar produtturi fid-dinja, b’1 500 film maħruġa fl-2014, iżda hija kkaratterizzata minn struttura eteroġenika kemm f’termini ta’ finanzjament kif ukoll tat-tip ta’ produzzjoni;

D.  billi l-films Ewropej huma kkaratterizzati mid-diversità, l-oriġinalità u l-kwalità tagħhom, iżda jsofru minn promozzjoni u distribuzzjoni limitati fl-Unjoni kollha, u dan huwa rifless f’livelli relattivament baxxi tal-udjenzi miksuba filwaqt li jħabbtu wiċċhom ma' kompetizzjoni internazzjonali ħarxa u diffikultajiet biex jiġu distribwiti kemm fi ħdan l-Ewropa kif ukoll barra;

E.  billi ċ-ċirkolazzjoni ta’ films Ewropej mhux nazzjonali fl-Istati Membri għadha dgħajfa minkejja n-numru kbir ta’ films prodotti kull sena, filwaqt li l-produzzjonijiet mhux Ewropej jilħqu lil ħafna nies fl-Unjoni;

F.  billi d-diversità tal-films Ewropej li jirriflettu r-rikkezza u l-qawwa tad-diversità kulturali u lingwistika tal-Ewropa tfisser li s-suq Ewropew tal-films huwa naturalment frammentat;

G.  billi l-promozzjoni ta' produzzjoni tal-films ta' kwalità hija partikolarment importanti għall-Istati Membri żgħar li l-lingwi tagħhom għandhom numru żgħir ta' kelliema;

H.  billi s-sottoprogramm MEDIA tal-Ewropa Kreattiva (minn hawn 'il quddiem MEDIA) joffri sorsi ġodda ta’ finanzjament u opportunitajiet għad-distribuzzjoni u ċ-ċirkolazzjoni ta’ films mhux nazzjonali Ewropej u biex jiġu żviluppati l-udjenzi u jiġi appoġġat il-litteriżmu medjatiku;

I.  billi, wieħed mill-għanijiet ewlenin tas-Suq Uniku Diġitali għandu jkun biex jibni fiduċja u kunfidenza fl-internet u jżid l-aċċess għall-kontenut awdjoviżiv legali, għalhekk jikkontribwixxi għall-investiment fil-films Ewropej;

J.  billi l-iskrining ċinematografiku, bħala l-ewwel tieqa ta’ rilaxx, għadu responsabbli għal proporzjon kbir tad-dħul mill-films u huwa għalhekk essenzjali għall-finanzjament tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni ċinematografika Ewropea, b’impatt konsiderevoli fuq is-suċċess tal-films ikkonċernati fi twieqi ta’ rilaxx sussegwenti;

K.  Billi, madankollu, numru li qed jikber ta’ films Ewropej bi produzzjoni u baġit ta’ promozzjoni modesti, jibbenefikaw minn strateġiji ta’ rilaxx iktar flessibbli u disponibbiltà iktar bikrija tal-VOD;

L.  billi organizzazzjoni aħjar tat-twieqi ta' rilaxx timmassimizza l-potenzjal pubbliku filwaqt li tnaqqas l-attraenza tal-konsum mhux awtorizzat tal-films;

M.  billi l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (AVMSD) jobbliga lill-Istati Membri biex jiżguraw li fornituri tas-servizz fuq talba jippromwovu xogħlijiet Ewropej; billi din id-dispożizzjoni ġiet implimentata b’mod divers b’livelli differenti ta’ rekwiżiti legali u wasslet għal fornituri li jistabbilixxu lilhom infushom fi Stati Membri bl-aktar rekwiżiti baxxi;

N.  billi l-biċċa l-kbira tal-finanzjament pubbliku għall-industrija ċinematografika Ewropea, kemm minn sorsi nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni, hija ddedikata għall-produzzjoni tal-films;

O.  billi fir-Regolament Nru (UE) 1295/2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva l-Artikolu 14 jipprevedi li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-“Faċilità ta’ Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi” bil-għan li tiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs fis-setturi kulturali u kreattivi u li ttejjeb il-kapaċità tal-intermedjarji finanzjarji parteċipanti biex jiġu vvalutati r-riskji assoċjati mal-SMEs li jitolbu self u finanzjament;

P.  billi fit-tielet rapport tagħha tas-7 ta’ Diċembru 2012 dwar l-isfidi għall-patrimonju ċinematografiku Ewropew mill-era analoġika u diġitali, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni lejn il-fatt li 1.5 % biss mill-patrimonju ċinematografiku Ewropew għadu ma ġiex diġitalizzat; billi dan il-perċentwal għadu l-istess illum, minkejja t-tħassib imtenni li ħafna minn dan il-patrimonju jista' jintilef għal kollox għall-ġenerazzjonijiet futuri, kif jidher, pereżempju, mill-fatt li 10 % biss ta’ films muti ġew ippreservati;

Q.  billi d-diġitizzazzjoni u l-konverġenza tal-media joħolqu opportunitajiet ġodda għad-distribuzzjoni u l-promozzjoni tal-films Ewropej b’mod transkonfinali, kif ukoll potenzjal akbar għall-innovazzjoni u l-flessibbiltà, filwaqt li jikkawżaw bidliet sinifikanti fl-imġiba u l-aspettattivi tat-telespettaturi;

R.  billi huwa essenzjali li jiġu ggarantiti fondi għad-diġitalizzazzjoni, il-konservazzjoni u d-disponibbiltà online tal-patrimonju ċinematografiku u l-materjali relatati u li jiġu stabbiliti standards Ewropej dwar il-konservazzjoni tal-films diġitali;

S.  billi l-litteriżmu tal-media, u b'mod partikolari l-litteriżmu fil-films, jista’ jinkoraġġixxi liċ-ċittadini biex jiżviluppaw ħsieb kritiku u fehim u jista' jistimola l-kreattività u l-kapaċità tal-espressjoni tagħhom;

T.  billi d-drittijiet tal-awtur fl-era diġitali għandhom ikomplu jistimulaw l-investiment fil-produzzjoni u l-ħolqien tal-films u jiżguraw remunerazzjoni xierqa għad-detenturi tad-drittijiet, filwaqt li jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ servizzi ġodda u l-aċċess transkonfinali għaċ-ċittadini u jippermettu lill-industriji kulturali u kreattivi biex jibqgħu jikkontribwixxu għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi;

U.  billi hu importanti li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva 2012/28/UE dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet orfni u li l-films jiġu inklużi fid-definizzjoni ta' xogħlijiet orfni aċċessibli għall-pubbliku;

Promozzjoni, distribuzzjoni u aċċessibbiltà transkonfinali

1.  Jinkoraġġixxi lill-industrija Ewropea tal-films biex issegwi l-iżvilupp ta’ servizzi innovattivi, mudelli ġodda ta’ negozju u kanali ta’ distribuzzjoni biex ittejjeb id-disponibbiltà transkonfinali ta’ films Ewropej fl-Unjoni u lil hin minnha, biex it-telespettaturi fl-Unjoni jkollhom aċċess għal firxa dejjem akbar ta’ films madwar numru li dejjem jikber ta’ pjattaformi; jissuġġerixxi, f’dan ir-rigward, li l-industrija Ewropea tal-films jitgħallmu mill-aħjar prattiki kummerċjali barra mill-UE;

2.  Jirrikonoxxi l-impatt ta’ użu mhux awtorizzat ta’ xogħlijiet kreattivi fuq iċ-ċiklu kreattiv u d-drittijiet tal-awturi; jenfasizza l-ħtieġa għal aktar offerti legali ta’ kwalità għolja, u għal sensibilizzazzjoni fost iż-żgħażagħ;

3.  Jissuġġerixxi li l-iżvilupp tal-portabilità transkonfinali tas-servizzi awdjoviżivi, filwaqt li jitqies it-tkabbir mgħaġġel tal-VOD u tranżazzjonijiet onlajn madwar l-Unjoni, jista’ jiġi esplorat ulterjorment billi dan jippermetti li t-telespettaturi jkollhom aċċess għall-films irrispettivament minn fejn ikunu;

4..  Jenfasizza l-importanza ta’ kummerċjalizzazzjoni mmirata madwar l-Unjoni li tqis l-ispeċifiċitajiet kulturali ta’ udjenzi Ewropej bil-ħsieb li tiġi żgurata promozzjoni aħjar u aktar effiċjenti tal-films Ewropej;

5.  Iħeġġeġ għal din ir-raġuni disponibbiltà akbar ta’ films bis-sottotitoli sabiex tingħata spinta liċ-ċirkolazzjoni transkonfinali tal-films Ewropej, jiżdied l-għarfien tad-diversità kulturali u lingwistika tal-Ewropa fost it-telespettaturi, u jittejjeb il-fehim reċiproku;

6.  Jinnota b’mod partikolari r-rwol tal-MEDIA fl-appoġġ għas-sottotitolar u d-doppjaġġ biex tiżdied id-disponibbiltà tal-films Ewropej, b'mod partikolari fil-verżjonijiet oriġinali bis-sottotitoli li jiffaċilitaw iċ-ċirkolazzjoni tagħhom u jtejbu l-għarfien u l-fehim tal-kulturi u l-lingwi Ewropej;

7.  Jenfasizza l-importanza tal-azzjoni preparatorja adottata riċentement “Is-sottotitolar permezz tal-crowdsourcing biex tiżdied iċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet Ewropej” u x-xogħol li għandu jsir mill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta' din l-azzjoni;

8.  Jappoġġa, barra minn hekk, inizjattivi bħall-proġett pilota tal-Kummissjoni “It-trawwim ta’ integrazzjoni Ewropea permezz tal-kultura”, immirat lejn it-tisħiħ fil-provvista ta’ films Ewropej bis-sottotitoli billi jiġu pprovduti verżjonijiet ġodda bis-sottotitoli ta’ programmi tat-TV magħżula madwar l-Ewropa kollha;

9.  Itenni l-importanza fundamentali li tittejjeb aktar l-aċċessibbiltà għall-films għal persuni b’diżabilità, partikolarment permezz ta’ deskrizzjoni bl-awdjo u s-sottotitolar;

10.  jenfasizza dwar l-importanza partikolari ta’ stazzjonijiet televiżivi privati kif ukoll pubbliċi Ewropej fil-produzzjoni tal-films, kemm għat-televiżjoni kif ukoll koproduzzjonijiet għaċ-ċinema, u jenfasizza r-rwol ta’ sigurtà eżistenzjali tagħhom għal għadd ta’ studios għall-produzzjoni tal-films, speċjalment żgħar u medji, fl-UE;

11.  Ifakkar ir-rwol tal-Premju LUX tal-PE, li kiseb aktar rikonoxximent matul is-snin, fil-promozzjoni tal-films Ewropej permezz tat-traduzzjoni tas-sottotitoli għall-film rebbieħ fl-24 lingwa uffiċjali kollha tal-Unjoni u b’hekk tiġi żgurata viżibbiltà, għarfien u disponibbiltà akbar għall-films Ewropej; jistieden lill-parlamenti nazzjonali biex ikomplu jippromwovu l-Premju LUX fl-Istati Membri f’kooperazzjoni mal-Uffiċċji tal-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew;

12.  Jissuġġerixxi li hemm bżonn li jkunu promossi u appoġġati l-koproduzzjonijiet Ewropej u li żieda fit-tali produzzjonijiet tista’ tirriżulta fi tqassim usa’ tal-films Ewropej madwar l-Ewropa;

13.  Barra minn hekk, jenfasizza s-suċċess dejjem jikber tas-serje tat-televiżjoni Ewropej ta’ kwalità għolja u l-importanza strateġika biex ikomplu jinkoraġġixxu l-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni ta' tali serje fis-swieq Ewropej u globali;

14.  Jistieden lill-Istati Membri jappoġġaw u jippromwovu avvenimenti speċjali, bħal festivals tal-films u inizjattivi ta' turs taċ-ċinema, sabiex jinkoraġġixxu u jappoġġaw it-tixrid u ċ-ċirkolazzjoni ta’ films Ewropej fit-territorju tagħhom;

15.  Jissuġġerixxi li jiġu nfurzati miżuri diġà eżistenti li jippermettu ottimizzazzjoni aħjar tal-prezz taċ-ċinema, l-iżvilupp ta’ offerti promozzjonali innovattivi, kif ukoll offerti ta’ abbonament li jikkontribwixxu biex jiżguraw l-attraenza u l-aċċess għas-swali kollha taċ-ċinema;

Żvilupp tal-udjenzi

16.  Jinkoraġġixxi lid-distributuri u l-esibituri taċ-ċinemasabiex iżidu l-viżibbiltà u d-disponibbiltà ta’ films Ewropej mhux nazzjonali sabiex jintlaħqu udjenzi usa';

17.  Jirrikonoxxi li t-teatri taċ-ċinema għadhom l-iktar postijiet sinifikanti għall-preżentazzjoni u l-promozzjoni ta’ films, kif ukoll li l-bliet huma postijiet b’dimensjoni soċjali importanti fejn in-nies jiltaqgħu u jaqsmu l-fehmiet tagħhom; jenfasizza li l-għejbien tat-teatri taċ-ċinema żgħar u indipendenti, speċjalment fil-bliet iż-żgħar u fir-reġjuni inqas żviluppati, jillimita l-aċċess għar-riżorsi kulturali, il-patrimonju u d-djalogu Ewropej; f’dan il-kuntest, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipprovdu appoġġ biex jarmaw l-iskrins kollha bil-projezzjoni diġitali u teknoloġija tajba sabiex jippreservaw dawn it-teatri taċ-ċinema;

18.  Jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tal-films fi stadju bikri tal-produzzjoni, sabiex tittejjeb iċ-ċirkolazzjoni u jiġi żgurat għarfien akbar fost udjenzi potenzjali madwar l-Ewropa;

19.  Jenfasizza l-importanza tal-MEDIA fl-ittestjar ta’ approċċi innovattivi fl-iżvilupp tal-udjenza, b’mod partikolari permezz tal-appoġġar ta’ festivals, l-inizjattivi tal-litteriżmu tal-films u l-azzjonijiet tal-iżvilupp tal-udjenza;

Kundizzjonijiet ekwi

20.  Ifakkar li l-Artikolu 13.1 tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (AVMSD) jobbliga lill-Istati Membri biex jiżguraw li fornituri tas-servizz fuq talba jippromwovu xogħlijiet Ewropej; jenfasizza li din id-dispożizzjoni ġiet implimentata b’mod mhux uniformi b’livelli differenti ta’ rekwiżiti legali, u li dan jista’ jirriżulta f’fornituri li jistabbilixxu lilhom infushom fi Stati Membri bl-aktar rekwiżiti baxxi;

21.  huwa tal-fehma li għandhom ikunu involuti b’mod finanzjarju fil-ħolqien ta’ xogħlijiet ċinematografiċi Ewropej dawk kollha li, mill-offerta diretta, il-kummerċjalizzazzjoni jew id-distribuzzjoni, inkluż il-kollegament jew id-disponibbiltà permezz ta’ video-on-demand, anki jekk biss indirettament, jistgħu jiksbu vantaġġ ekonomiku minn xogħlijiet ċinematografiċi Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni biex, mil-lat tal-kompetizzjoni, tieħu kont ta’ din il-fehma anki waqt ir-reviżjoni ta’ sistemi tal-Istati Membri ta’ sussidji tal-films;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis dan t'hawn fuq meta tipproponi reviżjoni tal-qafas legali attwali, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq awdjoviżiv Ewropew b’kundizzjonijiet ġusti u ugwali għall-fornituri kollha;

23.  Jistieden lill-pjattaformi VOD u SVOD jagħmlu disponibbli b’mod pubbliku d-dejta dwar il-konsum ta’ kull film tal-katalogu tagħhom, sabiex tiġi żgurata evalwazzjoni korretta tal-impatt tagħhom;

Finanzjament

24.  Iqis li sabiex tittejjeb iċ-ċirkolazzjoni ta’ films Ewropej kemm fis-suq Ewropew kif ukoll dak internazzjonali, jeħtieġ li l-finanzjament pubbliku għall-produzzjoni u d-distribuzzjoni jkun bbilanċjat aħjar bil-għan li jiżdied l-appoġġ għall-iżvilupp, il-promozzjoni u d-distribuzzjoni internazzjonali;

25.  Iqis indispensabbli li jiżdied il-baġit f’termini assoluti għall-attivitajiet ta’ distribuzzjoni, promozzjoni u kummerċjalizzazzjoni tax-xogħlijiet ċinematografiċi mingħajr ma dan ikun ta' detriment għall-finanzjament tal-attivitajiet ta’ produzzjoni;

26.  Jistieden lill-Istati Membri b'mod partikolari biex iżidu l-finanzjament pubbliku sabiex jappoġġaw id-distribuzzjoni fi stadju bikri u l-promozzjoni ta’ films nazzjonali barra mill-pajjiż, kif ukoll films Ewropej mhux nazzjonali;

27.  Jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu inċentivi biex jiffaċilitaw il-produzzjoni, id-distribuzzjoni, id-disponibbiltà u l-attraenza tal-films Ewropej; huwa tal-fehma li l-applikazzjoni tal-istess rati mnaqqsa ta’ VAT għal xogħlijiet awdjoviżivi kulturali mibjugħin onlajn jew offlajn tistimula t-tkabbir ta’ servizzi u pjattaformi ġodda;

28.  Jenfasizza r-rwol li għandu jkollha l-Faċilità ta’ Garanzija tal-Ewropa Kreattiva għas-Setturi Kulturali u Kreattivi, f’termini ta’ faċilitazzjoni tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs fis-setturi kulturali u kreattivi u l-inkoraġġiment ta’ aktar investiment mill-intermedjarji finanzjarji, u b’hekk jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ finanzjament għall-industrija tal-films;

29.  Jissuġġerixxi li tiġi evalwata l-effettività u l-effiċjenza tas-sistemi Ewropej u nazzjonali ta’ sussidji tal-films, b’kont partikolari meħud tal-kwalità kif ukoll tal-firxa ta’ xogħlijiet sussidjati, filwaqt li għandu jiġi kkunsidrat ukoll kemm huma disponibbli u effiċjenti l-istrumenti ta’ appoġġ għall-promozzjoni u l-iżvilupp tal-udjenzi; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkomunika lil Stati Membri oħra eżempji tal-aħjar prattiki li ħarġu mir-riżultati;

30.  Ifakkar li l-produzzjoni u l-koproduzzjoni tal-films jirrikjedu investiment finanzjarju sostanzjali, u li l-qafas legali attwali ma jipprevenix liċenzjar multiterritorjali, għalhekk jenfasizza li d-diversità tal-iskemi tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni għandhom ikomplu japplikaw sabiex jinkoraġġixxu l-investiment fil-films Ewropej, sabiex jirrispondu għas-suq Ewropew lingwistikament u kulturalment differenti u jissalvagwardjaw u jippromwovu d-diversità kulturali;

31.  Jenfasizza li l-films Ewropej jibbenefikaw minn numru kbir ta’ fondi pubbliċi Ewropej, nazzjonali u reġjonali, fejn għandhom jiġu inkoraġġita kumplimentarjetà akbar fl-użu tagħhom sabiex tiġi infurzata l-effikaċja tagħhom;

Forum Ewropew tal-Films

32.  Jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-Forum Ewropew tal-Films, sabiex jiġi ffaċilitat djalogu strutturat mal-partijiet ikkonċernati kollha fis-settur awdjoviżiv dwar l-isfidi li qed iħabbat wiċċu magħhom is-settur fl-era diġitali, bil-għan li tittejjeb il-kooperazzjoni, il-ġbir ta’ informazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki;

33.  Jitlob għar-rispett għal parteċipazzjoni u kooperazzjoni wiesgħa fost l-istituzzjonijiet ikkonċernati kollha, b’mod partikolari mal-Parlament Ewropew;

Litteriżmu medjatiku

34.  Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi tagħhom biex itejbu l-litteriżmu medjatiku, u b’mod partikolari l-litteriżmu tal-films, fil-kurrikula skolastiċi u f'istituzzjonijiet tal-edukazzjoni kulturali, u biex jiżviluppaw inizjattivi fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali li jkopru l-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ formali, informali u mhux formali;

35.  Huwa konxju tal-importanza partikolari taċ-ċinema bħala post tal-edukazzjoni transġenerazzjonali għal-litteriżmu tal-films u medjatiku u jilqa’ miżuri li jgħinu b’mod immirat lil din il-funzjoni taċ-ċinema;

36.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-promozzjoni ta’ films edukattivi għaż-żgħażagħ, u jappoġġa kompetizzjonijiet li fihom huma jiġu mħeġġa joħolqu xogħlijiet awdjoviżivi; jenfasizza wkoll il-possibilitajiet offruti mill-MEDIA fl-appoġġar tal-proġetti tal-litteriżmu tal-films;

Innovazzjoni

37.  Jappoġġa proġetti u prattiki innovattivi bħal azzjoni preparatorja tal-Kummissjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni ta’ films Ewropej fl-era diġitali, imfassla biex jittestjaw rilaxx aktar flessibbli ta’ films fil-media f’diversi Stati Membri, u jilqa’ l-integrazzjoni ta’ din l-azzjoni fil-programm Ewropa Kreattiva;

38.  Iqis li inizjattivi bħal dawn, billi t-twieqi ta’ rilaxx isiru aktar flessibbli, jistgħu jkunu ta' benefiċċju għal ċerti tipi ta’ films Ewropej f’termini ta’ viżibbiltà, ilħuq ta’ udjenzi, dħul u ffrankar fuq spejjeż, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu aktar kunsiderazzjoni lil dawn l-inizjattivi;

Diġitalizzazzjoni u arkivjar

39.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw id-diġitalizzazzjoni tax-xogħlijiet ċinematografiċi u jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ depożitu għall-formati diġitali jew jadattaw il-mekkaniżmi eżistenti għal dawn il-formati billi jitolbu d-depożitu ta’ master diġitali ta' standard internazzjonali għall-films diġitali;

40.  Jenfasizza l-importanza tal-arkivji awdjoviżivi, speċjalment dawk mill-istituzzjonijiet tal-patrimonju ċinematografiku u x-xandara tas-servizzi pubbliċi,u jħeġġeġ lill-Istati Membri jiggarantixxu livell xieraq ta' fondi u skemi tal-approvazzjoni tad-drittijiet biex jiffaċilitaw is-sodisfazzjon tal-missjonijiet tal-interess pubbliku tagħhom, inkluż il-konservazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u t-tqegħid tal-patrimonju ċinematografiku għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;

41.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-librerija diġitali Ewropea EUROPEANA bħala librerija diġitali għall-patrimonju awdjoviżiv Ewropew (kemm tal-films kif ukoll tat-televiżjoni);

o
o   o

42.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1.
(2) ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 221.
(4) ĠU C 433, 3.12.2014, p. 2.
(5) ĠU C 332, 15.11.2013, p. 1.
(6) ĠU C 153E, 31.5.2013, p. 102.
(7) ĠU C 353E, 3.12.2013, p. 64
(8) Testi adottati, P7_TA(2013)0215.
(9) Testi adottati, P7_TA(2014)0232.


Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti: għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti
PDF 416kWORD 156k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar “Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti: għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti” (2014/2223(INI))
P8_TA(2015)0109A8-0126/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem ta' “Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti: għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti” (COM(2013)0659),

–  wara li kkunsidra d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni (SWD(2013) 0342) u (SWD(2013) 0343) mehmuża mal-komunikazzjoni,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Agrikoltura u Sajd tad-19 ta’ Mejju 2014 dwar Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-30 ta' Jannar 2014, bl-isem ta' “Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti: għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti",

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta’ Lulju 2014 dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem ta' “Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti: għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' strateġija tal-Unjoni Ewropea għall-forestrija(1),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 – ʻNgħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħnaʼ,

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropa 2020, inkluż l-inizjattivi l-Unjoni ta' Innovazzjoni u Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi,

–  wara li kkunsidra il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjun bl-isem ta' "Strateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima" (COM(2013)0216),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat għar-Reġjuni bl-isem ta' "L-assigurazzjoni ta' ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020" (COM(2011)0244),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0126/2015),

A.  billi l-Unjoni Ewropea ma għandha l-ebda kompetenza biex tfassal politika forestali komuni, għalkemm uħud mill-politiki tal-Unjoni jista' jkollhom implikazzjonijiet fuq il-politiki forestali nazzjonali, filwaqt li huma l-Istati Membri li jiddeċiedu dwar l-approċċi politiċi għall-forestrija u l-foresti;

B.  billi, minkejja li jidher li hu ċar li dan hu qasam ta' responsabilità tal-Istat Membru, hemm vantaġġi potenzjali għan-negozji bbażati fuq il-foresti b'koordinament aħjar u aktar attiv u bi profil ogħla għal dan is-settur ekonomiku importanti, li jiggarantixxi impjiegi fil-livell Ewropew, partikolarment fl-oqsma rurali, filwaqt li jħares l-ekosistemi u joffri vantaġġi ekoloġiċi għal kulħadd, mingħajr ma jippreġudika r-responsabilità tal-Istati Membri;

C.  billi l-injam hu riżors rinnovabbli li spiss mhuwiex sfruttat biżżejjed fl-Ewropa, u l-użu intelliġenti u sostenibbli ta’ din il-materja prima jeħtieġ li jiġi żgurat, inkluż permezz tal-iżvilupp u l-iskambju ta’ know-how;

D.  billi l-foresti huma sors ta’ flora, fawna u fungi uniċi;

E.  billi d-daqs u l-karatteristiċi tal-foresti jvarjaw ħafna, b'xi Stati Membri jkollhom aktar minn nofs it-territorji tagħhom koperti minn foresti; billi l-foresti ġestiti b’mod sostenibbli għandhom importanza enormi f’termini ta’ żieda ta’ valur fil-livell lokali, reġjonali, Ewropew u fil-livell internazzjonali, bil-garanzija ta' impjiegi f’żoni rurali u b'kontribut għal soċjetà bbażata fuq il-bijoekonomija, li tirrappreżenta benefiċċju għas-saħħa tal-bniedem, speċjalment f’reġjuni strutturalment żvantaġġati, filwaqt li fl-istess ħin jagħtu kontribut essenzjali għall-ħarsien ambjentali u klimatiku kif ukoll għall-bijodiversità;

F.  billi l-bijomassa tal-foresti hija sors importanti ħafna ta’ enerġija rinnovabbli; billi l-foresti Ewropej attwalment jassorbu u jaħżnu madwar 10 % tal-emissjonijiet tal-karbonju tal-UE u għalhekk jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-isforzi ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;

G.  billi, minħabba l-urbanizzazzjoni tas-soċjetà tagħna, iċ-ċittadini tal-UE jħossu inqas konnessjoni mal-foresti u għandhom ftit għarfien dwar il-forestrija jew dwar l-impatt tagħha fuq il-prosperità, l-impjiegi, il-klima, l-ambjent, is-saħħa tal-bniedem u l-katina tal-valuri kollha flimkien mar-rabta ma’ ekosistemi usa’;

H.  billi numru dejjem ikbar ta’ politiki tal-UE qed iżidu dejjem iktar il-pressjoni fuq il-foresti; billi din il-pressjoni teħtieġ li tiġi bbilanċjata bir-reqqa, u t-talba għal użi ġodda ta' injam fil-bijoekonomija u għall-bijoenerġija għandha tkun akkumpanjata minn użu effikaċi tar-riżorsi, l-użu ta’ teknoloġija ġdida u r-rispett għal-limitiazzjonijiet tal-provvista sostenibbli;

I.  billi l-forestrija Ewropea hi kkaratterizzata minn ġestjoni sostenibbli u minn ippjanar fit-tul, u billi l-prinċipju ta’ sostenibilità għandu jiġi enfasizzat b’iktar qawwa fil-livelli kollha, minn dak lokali għal dak globali, sabiex jinħolqu l-impjiegi, tiġi protetta l-bijodiversità, jittaffa t-tibdil fil-klima u tiġi miġġielda d-deżertifikazzjoni;

J.  billi jeħtieġ li jiġi enfasizzat ir-rwol ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-foresti, anke fil-kuntest tal-protezzjoni u l-promozzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali u l-promozzjoni ta’ (eko)turiżmu sostenibbli;

K.  billi popolazzjoni dinjija dejjem akbar tfisser żieda fid-domanda għall-enerġija, u għalhekk il-foresti għandhom iwettqu rwol aktar importanti fit-taħlita enerġetika futura tal-UE;

Ġenerali — l-importanza tal-foresti, il-forestrija u s-settur ibbażat fuq il-foresti għall-ekonomija u għas-soċjetà

1.  Jilqa’ l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti u d-dokumenti ta’ ħidma li jakkumpanjawha, u jenfasizza li l-istrateġija tal-UE għall-foresti għandha tiffoka fuq il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u r-rwol multifunzjonali tagħhom minn perspettivi ekonomiċi, soċjali u ambjentali u għandha tiżgura koordinament u komunikazzjoni aħjar tal-politiki Komunitarji li huma direttament jew indirettament marbuta mal-forestrija; jirrimarka, f’dan il-kuntest, li numru dejjem jikber ta’ inizjattivi politiċi Ewropej f’oqsma bħall-politika ekonomika u tal-impjiegi, il-politika tal-enerġija u l-politika ambjentali u klimatika jeħtieġu kontribuzzjoni ikbar min-naħa tas-settur tal-forestrija;

2.  Jenfasizza l-bżonn li jiġi determinat b’mod aktar sistematiku l-valur tas-servizzi tal-ekosistemi tal-foresti u li għandu jittieħed kont ta' dan fit-teħid ta’ deċiżjonijiet kemm fis-setturi pubbliċi u f'dawk privati;

3.  Jinnota li l-foresti tal-muntanji li huma b’saħħithom u stabbli biss huma kapaċi jwettqu bis-sħiħ il-funzjonijiet tagħhom ta’ protezzjoni tal-bnedmin u tan-natura billi jkunu jifilħu għall-valangi tas-silġ u tat-tajn u jservu ta’ protezzjoni naturali kontra l-għargħar; jisħaq li f’dan il-kuntest, b’mod partikolari, il-komunikazzjoni transnazzjonali hi indispensabbli;

4.  Jenfasizza f’dan ir-rigward li għandu jiġi reżistit kull tentattiv biex il-forestrija ssir kwistjoni ta' politika tal-UE, u l-bażi lokali u reġjonali tas-settur u l-kompetenza tal-Istati Membri f’dan il-qasam għandhom jiġu rispettati filwaqt li għandha tinstab koerenza bejn il-kompetenzi rispettivi tal-UE u tal-Istati Membri;

5.  Jenfasizza li l-foresti tal-UE huma kkaratterizzati minn diversità kbira, inklużi differenzi kbar fis-sjieda, id-daqs, in-natura u l-isfidi ffaċċjati mill-foresti;

6.  Jenfasizza li l-istrateġija tal-UE għall-foresti għandha tikkunsidra l-fatt li l-foresti jkopru aktar minn nofs it-territorju ta’ xi Stati Membri u li foresti ġestiti b’mod sostenibbli huma importanti ħafna biex jiżdied il-valur fil-livell lokali u reġjonali u biex jiġu garantiti l-impjiegi f’żoni rurali, filwaqt li fl-istess ħin jagħtu kontribut vitali għall-ambjent;

7.  Jenfasizza r-rwol partikolarment ta’ valur ta’ taħlita ta' foresti stabbli inkluż ta' speċijiet indiġeni ta’ siġar adattati għall-kundizzjonijiet lokali, kif ukoll ir-rwol essenzjali li l-foresti mħallta jaqdu fl-ekosistemi u l-kontribut tagħhom għall-bijodiversità;

8.  Jistieden lill-Istati Membri jappoġġaw l-isforzi tas-sidien tal-foresti biex jippreservaw u wkoll biex joħolqu foresti mħallta nattivi tipiċi taż-żona;

9.  Jesprimi d-diżappunt tiegħu għall-fatt li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-foresti mhumiex inklużi bħala punt ta’ referenza fl-istrateġija proposta, u jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra organizzazzjoni ta' xogħol intelliġenti, standards għoljin fit-teknoloġija u impjiegi ta’ kwalità;

10.  Jinnota li s-settur tal-foresti attwalment jimpjega 'l fuq minn 3 miljun ċittadin Ewropew, u jenfasizza li l-kompetittività fit-tul tiegħu tinkiseb biss b’forza tax-xogħol kompetenti;

11.  Iqis li l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jippermettu lill-UE li jkollha faċilitajiet ta’ taħriġ rilevanti u forza tax-xogħol li hi konxja bis-sħiħ tal-isfidi u t-theddid attwali ffaċċjati mis-settur tal-foresti, iżda wkoll tar-regoli ta’ sikurezza inerenti għall-ġestjoni tal-foresti;

12.  Jenfasizza l-ħtieġa għal strateġija komprensiva u olistika konġunta, u jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rikonoxximent tar-rwol ekonomiku, ambjentali u soċjali u l-benefiċċji tal-foresti u tas-settur ibbażat fuq il-foresta fl-UE;

13.  Jemmen li dan ir-rikonoxximent jipprovdi bażi soda ta' appoġġ għas-settur tal-forestrija tal-UE, inter alia fil-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ diżastri forestali, fit-titjib tal-effiċjenza tar-riżorsi, iż-żieda tal-kompetittività, bi spinta lill-impjiegi, it-tisħiħ tal-industriji bbażati fuq il-foresti u l-ippreservar tal-funzjonijiet ekoloġiċi;

14.  Jenfasizza r-rwol sinifikanti mwettaq mill-bijoekonomija f'termini tal-kisba tal-prijoritajiet il-ġodda ta' tkabbir, impjiegi u investiment tal-Kummissjoni;

15.  Jirrikonoxxi li l-UE għandha rwol xi twettaq fl-appoġġ ta’ politiki nazzjonali biex tinkiseb ġestjoni attiva, multifunzjonali u sostenibbli tal-foresti, inkluż il-ġestjoni ta’ tipi differenti ta’ foresti, u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni biex jiġu trattati l-isfidi transfruntiera, bħal nirien fil-foresti, it-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali, jew minn speċi aljeni invażivi;

16.  Hu tal-fehma li hemm bżonn li jittieħed kont akbar tal-problema tal-mard tas-siġar bħad-deklin tal-ballut (oak decline), li qed jagħmel ħerba mill-pjantaġġuni tas-siġar tal-ballut għas-sufra fil-Portugall, Franza u Spanja, u li qed jaffettwa wkoll Żoni ta' Protezzjoni Speċjali u riżervi tal-bijosfera;

17.  Jisħaq fuq il-fatt li t-tkabbir previst fid-domanda għall-injam huwa kemm opportunità kif ukoll sfida għall-foresti u s-setturi bbażati fuq il-foresti kollha, speċjalment peress li n-nixfiet, in-nirien, il-maltempati u l-annimali ta' ħsara huma mistennija li jikkawżaw dannu għall-foresti b'iktar frekwenza u b'mod iktar qawwi b'riżultat tat-tibdil fil-klima; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa li l-foresti jiġu protetti minn dan it-theddid li qed jikber u li jiġu rikonċiljati l-funzjonijiet produttivi u protettivi tagħhom;

18.  Jilqa' l-azzjoni għal tkabbir tal-kopertura forestali speċjalment bi speċi nattivi, f'żoni mhux adattati għall-produzzjoni tal-ikel u partikolarment dawk qrib ħafna taż-żoni urbani b'mod li jiġu mitigati l-effetti ħżiena tas-sħana, jitnaqqas it-tniġġis u jissaħħu r-rabtiet bejn in-nies u l-foresti;

19.  Jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu lill-isforzi tal-Kummissjoni għall-promozzjoni ta' impjiegi relatati mal-foresti u mal-ħolqien tal-prosperità fl-Ewropa b’mod sostenibbli;

20.  Jenfasizza r-rwol importanti ta' produzzjoni sostenibbli u l-użu tal-injam u materjal ieħor ibbażat fuq il-foresta, bħas-sufra, u derivati tal-injam inkluż fibri tessili għall-iżvilupp ta' mudelli ekonomiċi sostenibbli u l-ħolqien ta' impjiegi ekoloġiċi;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza d-diffikultajiet fin-naħa t'isfel tal-katina ta’ provvista relatati ma’ żieda fid-domanda minn pajjiżi terzi, partikolarment għal roundwoods, u tagħti appoġġ lil dan is-settur;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħolqu inċentivi biex iħeġġu lill-grupp dejjem akbar ta’ nisa sidien ta' foresti jiksbu pariri u appoġġ speċjali b'rabta mal-ġestjoni attiva u sostenibbli tal-foresti tagħhom;

23.  Jenfasizza li madwar 60 % tal-foresti tal-UE huma privati, b’madwar 16-il miljun sid privat tal-foresti, u jenfasizza f’dan il-kuntest l-importanza tas-sjieda u tad-drittijiet ta’ proprjetà u jappoġġa l-miżuri kollha li jippermettu lil gruppi ta’ partijiet interessati jipparteċipaw fi djalogu dwar it-tisħiħ u l-implimentazzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u biex itejbu l-iskambju ta’ informazzjoni;

24.  Jinnota li s-sidien tal-foresti huma atturi ewlenin f'żoni rurali, u jilqa’ f’dan ir-rigward, ir-rikonoxximent tar-rwol tal-foresti u tal-agroforestrija, fil-Programm tal-Iżvilupp Rurali 2014-2020 tal-PAK;

25.  Iqis li l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Foresti tista’ tissaħħaħ jekk tiġi appoġġata b'koordinament xieraq b'finanzjament disponibbli mill-UE, inkluż mill-FAEŻR; 

26.  Jenfasizza l-opportunità għall-Istati Membri u r-reġjuni biex jużaw il-fondi disponibbli fil-qafas tal-programmi tal-iżvilupp rurali rispettivi tagħhom, biex jagħtu appoġġ lill-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u jagħtu spinta lill-agroforestrija u biex jiksbu beni ambjentali pubbliċi bħall-produzzjoni tal-ossiġenu, bjar tal-karbonju u l-protezzjoni tal-uċuħ tar-raba’ kontra l-effetti tal-klima, kif ukoll l-istimular tal-ekonomiji lokali u l-ħolqien ta’ impjiegi ekoloġiċi;

27.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa għal trasport u l-loġistika mtejba għall-ġestjoni tal-foresti u għall-estrazzjoni tal-injam; jistieden lill-Istati Membri, għalhekk, jiżviluppaw loġistiċi u sistemi sostenibbli ta’ qtugħ ta' siġar li jkollhom effett inqas negattiv fuq il-klima, inkluż l-użu ta’ trakkijiet u bastimenti mħaddma minn bijokarburanti sostenibbli kif ukoll l-użu estiż tal-ferroviji; iħeġġeġ, għal dan il-għan, l-użu tal-Fondi Strutturali tal-UE u tal-Programmi għall-Iżvilupp Rurali;

28.  Jirrikonoxxi r-rwol tal-foresti fis-soċjetà b’rabta mas-saħħa fiżika u mentali taċ-ċittadini u li l-beni pubbliċi prodotti mill-foresti jkunu ta’ valur ambjentali u rikreattiv għoli u b'rabta mal-kontribut għall-kwalità tal-ħajja, b’mod partikolari fir-rigward tal-provvista tal-ossiġenu, is-sekwestru tal-karbonju, il-filtrazzjoni tal-arja, il-ħżin u l-iffiltrar tal-ilma, il-kontroll tal-erożjoni u l-protezzjoni kontra l-valangi, kif ukoll billi jipprovdu post għal attivitajiet fil-beraħ;

29.  Iħeġġeġ konnessjonijiet ta' trasport pubbliku bejn żoni urbani u foresti sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-foresti u l-imsaġar;

30.  Jenfasizza l-importanza ta’ attivitajiet oħra relatati mal-foresti, pereżempju. il-ħażna ta’ prodotti tal-foresti mhux tal-injam bħal faqqiegħ jew frott artab, kif ukoll ragħa u trobbija tan-naħal;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi attivitajiet ekonomiċi li jistgħu jservu bħala sors ta’ materja prima għall-industriji farmaċewtiċi, kosmetiċi u tal-ikel u li dawn jintużaw bħala mezz alternattiv ta’ kif jiġu ttrattati l-qgħad u d-depopolazzjoni rurali, u wkoll biex tippromwovi l-prodotti ta’ dawk l-attivitajiet ta’ benefiċċju għas-saħħa tal-bniedem;

Effiċjenza fir-Riżorsi - l-injam bħala materja prima sostenibbli (ġestjoni sostenibbli tal-foresti)

32.  Jenfasizza li l-użu ta’ injam u prodotti tal-injam maħsud oħra bħala materja prima rinnovabbli u li ma tagħmilx ħsara lill-klima, min-naħa u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti mill-oħra, għandhom rwol importanti x’jaqdu fil-kisba tal-għanijiet soċjopolitiċi tal-UE bħat-tranżizzjoni tal-enerġija, il-mitigazzjoni u l-adattament klimatiku, u l-implimentazzjoni tal-miri tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-miri tal-bijodiversità; jinnota li n-nuqqas ta' ġestjoni attiva tal-foresti tmur kontra dawn il-miri;

33.  Jenfasizza li l-foresti ġestiti għandhom kapaċità ta’ assorbiment ogħla ta’ CO2 minn foresti mhux ġestiti, u jenfasizza l-importanza ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti biex jiġi massimizzat il-potenzjal ta’ sekwestru tal-karbonju tal-foresti tal-UE;

34.  Jemmen li l-foresti m’għandhomx jitqiesu biss bħala bjar tal-karbonju;

35.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li r-riżorsi tal-foresti u l-materjali tal-injam jintużaw u jerġgħu jintużaw b'mod effiċjenti, bħala mezz biex jitnaqqas id-defiċit kummerċjali tal-UE, biex titjieb l-awtosuffiċjenza tal-UE fil-qasam tal-injam, tissaħħaħ il-kompetittività tas-settur forestali tagħha, tingħata għajnuna għat-tnaqqis ta' ġestjoni insostenibbli tal-foresti, jitħares l-ambjent, u titnaqqas id-deforestazzjoni fil-pajjiżi barra mill-UE;

36.  Jesprimi appoġġ ċar għall-użu effiċjenti tal-injam bħala materja prima rinnovabbli, u versatili b'disponibilità limitata u jopponi l-użu ta' regoli legalment vinkolanti biex tingħata prijorità lill-użi tal-injam, peress li dan mhux biss jirrestrinġi s-suq tal-enerġija u l-iżvilupp ta' użi ġodda u innovattivi tal-bijomassa, iżda huwa wkoll impossibbli li jiġi infurzat f’ħafna żoni mbiegħda u rurali, jekk xejn minħabba raġunijiet ta' infrastruttura;

37.  Jappoġġa approċċ miftuħ, orjentat lejn is-suq u l-libertà għall-parteċipanti kollha tas-suq billi tingħata prijorità lil injam miksub lokalment sabiex tiġi minimizzata l-marka tal-karbonju maħluqa minn trasport barrani, u biex tkun stimolata l-produzzjoni sostenibbli lokali;

38.  Jikkunsidra essenzjali li, peress li parti mill-akbar riżors ta' bijomassa tal-Unjoni tinsab fl-aktar reġjuni mbiegħda u b'popolazzjoni baxxa, l-istrateġija għandha tqis bis-sħiħ ukoll l-ispeċifiċitajiet ta' dawk ir-reġjuni;

39.  Jirrikonoxxi l-valur tal-injam għal skopijiet ta’ enerġija bħala mezz biex jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku, u bħala kontribut għall-miri tal-enerġija rinnovabbli tal-qafas għall-klima u l-enerġija tal-2030, u l-ftuħ ta' opportunitajiet ta’ negozju ġodda;

40.  Iqis li l-istrateġija l-ġdida għall-foresti għandha tippermetti kooperazzjoni akbar dwar il-kwistjoni tal-istrutturar tal-industrija tal-injam u r-raggruppament tal-operaturi, bil-għan li jiġi żgurat użu aħjar tar-riżorsi tal-foresta;

41.  Huwa tal-fehma li l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti għandha tissejjes fuq prinċipji ġeneralment rikonoxxuti u aċċettati u fuq għodod, bħal kriterji u indikaturi għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, li għandhom dejjem japplikaw għas-settur kollu kemm hu, irrispettivament mill-użu aħħari tal-injam;

42.  Jappoġġa l-għanijiet tal-Kummissjoni li tiżviluppa, flimkien mal-Istati Membri u mal-partijiet interessati, ġabra ta' kriterji ambizzjużi, oġġettivi u xjentifiċi u indikaturi għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, filwaqt li jenfasizza li dawn il-kriterji għandhom jiġu allinjati mar-rekwiżiti ta’ Forest Europe (Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa)(2), li jiffurmaw bażi pan-Ewropea għal rappurtar uniformi dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u bażi għal ċertifikazzjoni tas-sostenibilità, filwaqt li titqies id-diversità tat-tipi ta’ foresti madwar l-Ewropa;

43.  Jirrikonoxxi d-domanda li dejjem tikber għal materjali ġejjin mill-foresti, primarjament minħabba ż-żieda fin-numru ta’ enerġiji rinnovabbli bbażati fuq il-bijomassa, jitlob li jinstabu mezzi ġodda ta’ żieda fid-disponibilità ta’ injam sabiex jiġi żgurat l-isfruttament sostenibbli tal-foresti;

44.  Jinnota l-progress sinifikanti li sar fin-negozjati fi ħdan il-Forest Europe lejn “Konvenzjoni Ewropea dwar il-Foresti”(3) bħala qafas vinkolanti għal ġestjoni sostenibbli tal-foresti u għat-titjib tal-bilanċ tal-interessi fil-politika dwar il-foresti, u jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jwettqu l-isforzi kollha meħtieġa biex ikomplu dawn in-negozjati u jmexxuhom 'il quddiem għal konklużjoni b’suċċess;

45.  Huwa tal-fehma li l-pjanijiet ta’ ġestjoni għall-foresti jew ta' strumenti ekwivalenti jistgħu jkunu strumenti strateġiċi importanti għall-implimentazzjoni ta’ miżuri konkreti fil-livell ta’ intrapriżi individwali, għall-ippjanar fit-tul u għall-implimentazzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti f’foresti Ewropej; jenfasizza, madankollu, li l-implimentazzjoni ta’ miżuri konkreti li jinsabu f’dawn il-pjanijiet f’livell ta’ azjenda forestali għandha tibqa’ soġġetta għar-regolamenti nazzjonali;

46.  Jistieden lill-Istati Membri biex, b’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, jissorveljaw u jippromwovu l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti mingħajr ma joħolqu piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa;

47.  Jilqa’ distinzjoni ċara bejn pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti u pjanijiet ta’ ġestjoni skont Natura 2000;

48.  Jirrimarka li pjanijiet għall-ġestjoni tal-forestrija huma biss kundizzjoni biex wieħed jirċievi fondi tal-UE għall-iżvilupp rurali għal benefiċjarji ta’ ’l fuq minn ċertu daqs ta’ azjenda, u li l-foresti taħt id-daqs limitu jkunu eżentati; barra minn hekk jinnota li jistgħu wkoll jiġu approvati strumenti ekwivalenti;

49.  Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ minn din il-flessibbiltà eżistenti fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, speċjalment għall-benefiċċju ta' operaturi iżgħar;

50.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħolqu inċentivi u jappoġġaw mudelli kummerċjali ġodda, bħal pereżempju kooperattivi tal-produzzjoni, li jfittxu li jħeġġu lis-sidien tal-foresti privati żgħar sabiex jiġġestixxu l-foresti tagħhom b’mod attiv u sostenibbli;

51.  Isostni li, biex l-istrateġija tiġi implimentata kif jixraq, huwa essenzjali li jkun hemm pjan ta' azzjoni speċifiku fit-tul li jenfasizza l-importanza tal-mobilizzazzjoni u użu sostenibbli tal-injam forestali, bil-għan li jinħolqu valur miżjud u impjiegi, filwaqt li jiġi pprovdut mezz għat-tisħiħ tan-negozji forestali privati u jiġu appoġġati raggruppamenti organizzati ta' sidien ta' foresti;

52.  Jenfasizza li l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi għandha tinkludi programmi ta’ appoġġ għall-afforestazzjoni ta’ żoni ta' art li mhumiex adattati għall-agrikoltura, kif ukoll għall-ħolqien tal-ilqugħ mir-riħ (shelter belts);

Riċerka u Żvilupp - edukazzjoni u taħriġ

53.  Iqis li għandha tingħata prijorità lill-applikazzjoni prattika tar-riċerka, peress li s-settur kollu jkun jista’ jibbenefika minn ideat ġodda u l-industriji bbażati fuq il-foresti għandhom potenzjal ta’ tkabbir kbir; iqis ukoll li investimenti ulterjuri fl-innovazzjoni fis-settur jistgħu joħolqu niċeċ ta’ produzzjoni ġodda u proċessi aktar effiċjenti li jiżguraw użu aktar intelliġenti ta' riżorsi disponibbli u jistgħu jnaqqsu l-impatti negattivi fuq ir-riżorsi tal-foresti;

54.  Jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta, mil-lat ta’ prijoritajiet ta’ xogħol tal-forestrija u tal-injam, il-Programmi Ewropej ta' Riċerka u Żvillupp (Orizzont 2020) u l-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju (COSME) u, fejn xieraq, tiżviluppa strumenti ġodda fis-settur ibbażat fuq il-foresti u tippromwovi riċerka mmirata f'soluzzjonijiet kosteffettivi għal prodotti tal-injam ġodda u innovattivi ta' appoġġ għall-iżvilupp ta' bijoekonomija sostenibbli tal-injam;

55.  Jilqa’ l-benefiċċji ta' skambju tal-aħjar prattiki u għarfien eżistenti dwar il-foresti bejn l-Istati Membri, u jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jappoġġaw skambji bejn l-industrija, ix-xjenzjati u l-produtturi;

56.  Jenfasizza l-importanza li jiġu appoġġjati programmi ta’ qafas tal-UE għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni biex jinkiseb tkabbir intelliġenti u sostenibbli, prodotti b’valur miżjud ogħla, teknoloġija aktar nadifa u grad għoli ta’ avvanz teknoloġiku, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam ma’ bijokarburanti raffinati u bini industrijali li juża l-injam, kif ukoll fis-setturi tal-karozzi u tat-tessuti;

57.  Ifakkar li, skont il-Kummissjoni, fl-2009, il-bijoekonomija rrappreżentat suq li kien stmat 'il fuq minn EUR 2 triljun, li pprovdiet 20 miljun impjieg u kienet tirrappreżenta 9 % tal-impjieg totali fl-UE;

58.  Jinnota li kull euro investit fir-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tal-bijoekonomija taħt Orizzont 2020 se jiġġenera madwar EUR 10 f’valur miżjud; jenfasizza li bħalissa l-foresti għandhom rwol kruċjali fil-bijoekonomija u se jibqgħu jaqdu dan ir-rwol fil-futur;

59.  Iqis li għandha titħeġġeġ is-sostituzzjoni ta’ materja prima bbażata fuq iż-żejt jew intensa fis-sħana bl-injam u prodotti tal-injam maħsud, b’konformità mal-progress fir-riċerka u t-teknoloġija, u li din tista’ tikkontribwixxi b’mod pożittiv lejn aktar kisbiet f’termini ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima kif ukoll il-ħolqien tal-impjiegi;

60.  Jappoġġa l-bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-ispejjeż tal-leġiżlazzjoni kollha tal-UE li taffettwa l-katini tal-valur tal-industriji bbażati fuq il-foresti, bil-għan li tiġi eliminata l-burokrazija kollha mhux neċessarja u ta' piż u jinħoloq qafas li jippermetti ż-żieda fil-kompetittività fuq tul ta' żmien twil tal-industriji b'mod sostenibbli, u wkoll, li jappoġġa l-prinċipju li kull proposta leġiżlattiva li taffettwa s-settur tal-foresti u l-katini ta' valur tal-industriji bbażati fuq il-foresti għandha tiġi vvalutata sew minn valutazzjoni tal-impatt.

61.  Huwa tal-fehma li l-estensjoni tal-bażi ta' għarfien relatata mal-foresti hi ta’ importanza kruċjali għar-riċerka u li informazzjoni affidabbli hi essenzjali għall-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-foresti;

62.  Jinnota d-disponibbiltà tar-riżorsi ta’ informazzjoni u ta' monitoraġġ permezz tal-programm Copernicus u inizjattivi spazjali oħra fil-livell Ewropew, u jirrakkomanda li jiżdied l-użu ta’ dawn ir-riżorsi u l-għodod;

63.  Jinnota li l-inventarji nazzjonali tal-foresti jirrappreżentaw għodda ta’ monitoraġġ komprensiv għall-ivvalutar tal-istokkijiet tal-forestrija u jieħdu kont tal-konsiderazzjonijiet reġjonali filwaqt li jirrispondu għat-talbiet għal inqas burokrazija u spejjeż;

64.  Jilqa’ b’sodisfazzjon l-isforzi tal-Kummissjoni għall-istabbiliment ta' sistema ta’ tagħrif dwar il-foresti Ewropej ibbażata fuq id-data u inizjattivi nazzjonali sabiex titjieb il-komparabilità ta’ data eżistenti u ġdida, u jittama, f’dan ir-rigward li jkun hemm it-tisħiħ tal-analiżi tad-data dwar l-ekonomija u l-impjiegi fis-settur tal-foresti u dak tal-ħidma fl-injam;

65.  Jirrakkomanda, b’mod partikolari, li għandu jkun hemm settijiet tad-data aktar fit-tul li tgħin il-fehim ta’ tendenzi fil-forestrija u l-adattament tagħha għat-tibdil fil-klima;

66.  Huwa tal-fehma li forza tax-xogħol tas-sengħa u mħarrġa tajjeb hi essenzjali għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ifasslu miżuri u, fejn hu possibbli, jużaw strumenti Ewropej eżistenti bħalma huma l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u programmi Ewropej ta’ Taħriġ (ET2020) biex jingħata appoġġ lit-tiġdid ġenerazzjonali u biex jingħata kumpens għal nuqqas ta’ forza tas-sengħa fil-foresti;

67.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa t-tħejjija ta’ kampanji ta’ informazzjoni għas-settur li jkollhom l-għan li jrawmu kuxjenza dwar l-opportunitajiet li joffri kontra l-qgħad u d-depopolazzjoni, kif ukoll biex isir aktar attraenti għaż-żgħażagħ;

68.  Huwa tal-fehma li għandhom jiġu żviluppati programmi ta’ taħriġ b’mod partikolari għal dawk li jidħlu ġodda u l-ħaddiema żgħażagħli jieħdu ħsieb il-foresti kif ukoll għal impjegati eżistenti fl-industrija tal-kostruzzjoni, sabiex jiżdied l-għarfien tagħhom dwar l-opportunitajiet li jinħolqu mill-użu tal-injam, sabiex jiġi żgurat it-trasferiment ta' għarfien dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u l-industriji tagħhom fn-naħa t'isfel tal-katina ta' produzzjoni;

69.  Jirrikonoxxi li l-ġestjoni sostenibbli tul il-ħajja kollha tal-prodotti forestali tista' tagħti kontribut sinifikanti għall-kisba tal-objettivi ta' ekonomija ekoloġika, b’mod partikolari dawk marbuta mal-politiki ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-użu effiċjenti tar-riżorsi;

70.  Iqis li l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-użu sostenibbli tal-prodotti tal-foresta fis-settur tal-kostruzzjoni, inkluż l-applikazzjoni għall-kostruzzjoni ta’ djar bi spejjeż raġonevoli mibnija minn sorsi ta' materja prima sostenibbli;

71.  Jinnota l-importanza ta’ użi tradizzjonali ta’ valur għoli li għad għandhom potenzjal kbir għat-tkabbir, bħall-użu tal-injam fil-kostruzzjoni u l-ippakkjar;

72.  Jinnota li l-iżviluppi teknoloġiċi attwali jippermettu l-kostruzzjoni ta’ djar ta’ kapaċità għolja magħmula l-aktar mill-injam u li b’hekk inaqqsu b’mod sinifikanti l-emissjonijiet tas-CO2 fis-settur tal-bini;

73.  Jirrimarka li r-regoli dwar l-użu tal-injam għal skopijiet ta' bini jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; jitlob, għalhekk, impenn għall-adozzjoni ta' regoli tal-UE li jippromovu użu aktar estensiv tal-injam fil-bini;

74.  Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw inizjattivi li jappoġġjaw l-għarfien u t-trasferiment tat-teknoloġija u li jutilizzaw bis-sħiħ programmi eżistenti tal-UE ta' appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur tal-foresti u fis-settur ibbażat fuq il-foresti;

75.  Jinnota li hemm diskrepanzi sinifikanti fir-riċerka xjentifika u teknoloġika dwar l-adattament tal-forestrija għat-tibdil fil-klima, inkluż fir-riċerka dwar l-impatt taż-żieda ta' pesti u mard li joħolqu theddida serja għall-foresti tal-Ewropa u għas-setturi bbażati fuq il-foresti;

76.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jieħdu azzjoni biex ikabbru l-għarfien dwar l-impatti ekonomiċi, ambjentali u soċjali tar-rwol tal-foresti u l-forestrija Ewropej u l-importanza ta’ bijoekonomija sostenibbli bbażata fuq il-foresti u l-injam bħala waħda mill-materja prima rinnovabbli kruċjali tal-UE;

77.  Jikkunsidrali hu importanti li titħeġġeġ ħidma ta' riċerka xjentifika orjentata lejn l-użu razzjonali tal-bijomassa u l-iżvilupp ta' għelejjel enerġetiċi li jikbru malajr u li jinħoloq mudell li jipprovdi inċentiv ekonomiku għall-użu tal-iskart tal-bijomassa;

Sfidi globali - ambjent u tibdil fil-Klima

78.  Jenfasizza li l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti għandha impatt pożittiv fuq il-bijodiversità u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u tista' tnaqqas ir-riskji ta’ nirien fil-foresti, il-ħsara minn pesti u l-mard;

79.  Jisħaq fuq il-fatt li l-Unjoni qablet li, sal-2020, it-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tas-servizzi ekosistemiċi, inkluż id-dakkir, iridu jintemmu, l-ekosistemi u s-servizzi tagħhom iridu jinżammu u tal-anqas 15 % tal-ekosistemi degradati għandhom ikunu ġew restawrati; iżid jgħid li l-Unjoni qablet ukoll li l-ġestjoni tal-foresti trid tkun sostenibbli, li l-foresti, il-bijodiversità tagħhom u s-servizzi li jipprovdu jridu jiġu protetti u, sakemm ikun fattibbli, jissaħħu, u li r-reżiljenza tal-foresti għat-tibdil fil-klima, għan-nirien, għall-maltempati, għall-pesti u għall-mard trid tittejjeb; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li tiġi żviluppata u implimentata Strateġija mġedda tal-Unjoni dwar il-Foresti li tindirizza d-diversi domandi fuq il-foresti u l-benefiċċji tagħhom, u li tikkontribwixxi għal approċċ aktar strateġiku lejn il-ħarsien u t-tisħiħ tal-foresti, anke permezz ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti(4);

80.  Jirrimarka li kwistjonijiet oħra għandhom jiġu studjati aktar, b’mod partikolari l-problema tas-sovrapopolazzjoni ta’ annimali erbivori, is-saħħa tal-foresti u l-iffaċilitar ta' produzzjoni tal-injam sostenibbli, tar-Riżorsi Ġenetiċi tal-Foresti (FGR), miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra n-nirien fil-foresti u li jevitaw l-erożjoni tal-ħamrija, u l-irkupru tal-kopertura veġetali;

81.  Jirrikonoxxi li l-forestrija ta' newba qasira tista' tipprovdi bijomassa tal-injam sostenibbli filwaqt li tipprovdi l- manutenzjoni meħtieġa tat-territorju u b’hekk tnaqqas ir-riskju ta' erożjoni tal-ħamrija u wqigħ ta' art f'art imwarrba jew abbandunata;

82.  Jappella lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jieħdu azzjoni speċifika bl-għan li tintlaħaq il-Mira 5 ta' Aichi, li tirrikjedi li r-rata ta' telf tal-ħabitats naturali kollha, inklużi tal-foresti, għandha għallinqas titnaqqas bin-nofs sal-2020 u, meta jkun fattibbli, tinġieb viċin iż-żero, u li d-degradazzjoni u l-frammentazzjoni jitnaqqsu b'mod sinifikanti;

83.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jfasslu l-politika tagħhom dwar il-forestrija b'tali mod li jqisu bis-sħiħ l-importanza tal-foresti fir-rigward tal-ħarsien tal-bijodiversità, il-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija, l-iżgurar tal-assorbiment tal-karbonju u l-purifikazzjoni tal-arja u l-preżervazzjoni taċ-ċiklu tal-ilma;

84.  Jirrimarka li l-bijoekonomija hija meħtieġa bħala l-element ewlieni ta’ tkabbir intelliġenti u ekoloġiku fl-Ewropa biex jintlaħqu l-objettivi tal-inizjattivi ewlenin "Unjoni ta’ Innovazzjoni" u "Ewropa Effiċjenti fir-riżorsi" fil-qafas tal-istrateġija Ewropa 2020 u li l-injam bħala materja prima għandu rwol importanti għal din l-ekonomija fuq bażi bijoloġika;

85.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu ċċarati b'urġenza l-impatti b'effett ta' serra tal-użi differenti tal-bijomassa forestali għall-enerġija u li jiġu identifikati l-użi li jistgħu jiksbu l-akbar benefiċċji ta' mitigazzjoni bi skadenzi rilevanti għall-politika;

86.  Huwatal-fehma li huwa importanti li tiġi promossa l-implimentazzjoni tal-kunċett tal-bijoekonomija, filwaqt li tiġi rrispettata s-sostenibbiltà tal-konfini ta’ provvista tal-materja prima, sabiex tissaħħaħ il-vijabbiltà ekonomika ta’ katini ta’ valur tal-foresti permezz tal-innovazzjoni u t-trasferiment tat-teknoloġija;

87.  Jappella biex jingħata appoġġ ikbar għal prodotti varji tal-foresti, filwaqt li jiġi żgurat li t-talbiet differenti fuq prodotti tal-foresta jkunu bbilanċjati u evalwati abbażi tal-potenzjal ta’ provvista sostenibbli u ta' funzjonijiet u servizzi oħra tal-ekosistema pprovduti mill-foresti;

88.  Jesprimi tħassib serju dwar ir-ritmu ta’ deforestazzjoni fid-dinja, b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u dan ta' spiss minħabba l-qtugħ illegali tas-siġar;

89.  Jappoġġja mekkaniżmi li jippromwovu l-iżvilupp globali lejn użu aktar sostenibbli tal-forestrija, u f’dan ir-rigward jirreferi b’mod partikolari għad-Direttiva tal-UE dwar l-Injam(5), li għandha l-għan li tiġġieled il-qtugħ illegali tas-siġar u t-tqegħid ta’ injam illegali fis-suq Ewropew minn importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, kif ukoll li għas-sistema ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni tal-injam għall-UE (FLEGT)(6) u għal ftehimiet ta’ sħubija volontarja;

90.  Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika r-reviżjoni mistennija tal-funzjonament u l-effikaċja tar-Regolament tal-UE dwar l-Injam, u jenfasizza li regolament ġdid għandu jkun proporzjonat u għandu jfittex mezzi biex jitnaqqsu l-ispejjeż bla bżonn u r-rekwiżiti ta’ rappurtaġġ għas-sidien tal-foresti tal-Ewropa u dawk li jieħdu ħsieb il-foresti mingħajr ma jkun kompromess l-għan tar-Regolament;

91.  Huwa tal-fehma li, b'kunsiderazzjoni tal-isfidi mit-tisħin globali u t-tibdil fil-klima, li l-ekosistemi u l-poplazzjonijiet ta’ speċi għandhom ikunu b’saħħithom, bijoloġikament varjati u robusti sabiex ikunu reżiljenti;

92.  Jenfasizza l-opportunitajiet ipprovduti mis-siti ta’ Natura 2000 fejn, grazzi għar-riżorsi naturali straordinarji tagħhom, huwa possibbli li jipprovdu prodotti bbażati fuq il-foresti u servizzi ta’ kwalità ambjentali u kulturali għolja;

93.  Jenfasizza l-importanza ta’ ekosistemi forestali b’saħħithom li joffru ħabitats għall-annimali u l-pjanti, iżda jenfasizza li leġiżlazzjoni b'intenzjoni tajba bħad-Direttiva tal-UE dwar il-Ħabitats taffettwa d-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tal-art u trid tiġi implimentata b’mod proporzjonali;

94.  Jirrikonoxxi r-rwol tal-foresti fl-iżvilupp ta’ setturi relatati, u jinsisti, f’dan ir-rigward, fuq l-importanza li jingħata appoġġ lill-kultivaturi tas-siġar melliferi, li min-naħa tagħhom jgħinu l-proċess ta' dakkir;

95.  Huwa tal-fehma li ċerti kwistjonijiet li jaffettwaw l-industrija tal-forestrija fil-livell globali, partikolarment il-qtugħ illegali tas-siġar, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-appoġġ għall-industrija tal-forestrija fost l-entitajiet assoċjati internazzjonali;

96.  Jinnota li t-talba għall-bijomassa, partikolarment l-injam, qed tiżdied, u għalhekk jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri sabiex jappoġġaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-miżuri tagħhom biex itejbu l-politika dwar il-forestrija u l-leġiżlazzjoni tal-foresti, partikolarment permezz tar-REDD+(7) (Tnaqqis ta' Emissjonijiet mid-Deforestazzjoni u d-Degradazzjoni tal-Foresti).

97.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa pjan ta’ azzjoni dwar id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti sabiex tindirizza l-għanijiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni tagħha dwar id-deforestazzjoni, kif mitlub permezz tas-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali; Jikkunsidrali hu importanti li jsiru provvedimenti mhux biss għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-foresti eżistenti iżda wkoll għar-riforestazzjoni taż-żoni deforestati;

98.  Jikkunsidra li jrid isir ukoll riferiment separat għall-ħtieġa ta' riforestazzjoni estensiva fiż-żoni li ġew affettwati minn nirien forestali rikorrenti;

Implimentazzjoni u rappurtar

99.  Jenfasizza li l-implimentazzjoni ta’ strateġija tal-foresti tal-UE għandha tkun proċess koordinat multiannwali li fih l-opinjonijiet tal-Parlament għandhom jiġu kkunsidrati u li l-istrateġija għandha tkun implimentata b’mod effiċjenti, koerenti u b’burokrazija mill-inqas;

100.  Jiddispjaċih li l-proċess ta’ implimentazzjoni nbeda parzjalment qabel l-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament, u jqis li dan mhuwiex konformi mal-għan ta’ koordinazzjoni aħjar ta’ politiki relatati mal-foresti kif iddikjarat mill-Kummissjoni fit-test tal-Istrateġija tagħha;

101.  Huwa tal-fehma li l-istrateġija l-ġdida għandha tistabbilixxi rabtiet bejn l-istrateġiji u l-pjanijiet ta’ finanzjament tal-UE u tal-Istati Membri u ssaħħaħ il-koeżjoni f’termini ta’ ppjanar, finanzjament u l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet transettorjali;

102.  Jappella għal implimentazzjoni inklużiva, strutturata u bbilanċjata tajjeb tal-istrateġija;

103.  Huwa tal-fehma, għalhekk, li l-mandat tal-Kumitat Permanenti għall-Forestrija għandu jissaħħaħ u għandu jkollu riżorsi aħjar biex il-Kummissjoni titħalla tagħmel użu sħiħ tal-għarfien espert mill-Istati Membri filwaqt li tkun implimentata l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar il-Foresti fil-livell tal-UE; Jistieden lill-Kummissjoni tikkonsulta lill-Kumitat Permanenti għall-Forestrija bl-għoti ta’ avviż suffiċjenti qabel ma tippreżenta kwalunkwe inizjattiva jew abbozz ta’ test li jkollhom impatt fuq il-ġestjoni tal-foresti u fuq l-industrija tal-injam;

104.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-Grupp ta’ Djalogu Ċivili dwar il-Forestrija u s-Sufra u ta' partijiet interessati rilevanti oħrajn, u jitlob l-involviment xieraq tagħhom fl-implimentazzjoni tal-istrateġija;

105.  Huwa tal-fehma li n-natura trasversali ta’ kwistjonijiet forestali tirrikjedi l-kooperazzjoni interna bejn id-dipartimenti varji tal-Kummissjoni meta titqies kwalunkwe miżura li jista’ jkollha impatt fuq in-natura speċifika tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tal-industriji assoċjati; Għalhekk jistieden lid-DĠ Ambjent, id-DĠ Azzjoni Klimatika, id-DĠ AGRI, id-DĠ Enerġija, id-DĠ Riċerka u Innovazzjoni u DĠ oħrajn ikkonċernati biex jaħdmu flimkien b'mod strateġiku sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija permezz ta’ koordinazzjoni u komunikazzjoni mtejba;

106.  Iqis li, fid-dawl tal-lista tal-Kummissjoni tal-prijoritajiet fuq it-tkabbir, l-impjiegi u l-investiment, fl-implimentazzjoni ta’ strateġija ġdida tal-UE għall-foresti għandha tingħata wkoll prijorità biex tippromwovi l-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-settur tal-foresti, filwaqt li jingħata appoġġ kemm liż-żoni rurali u dawk urbani, l-espansjoni tal-bażi ta’ għarfien, il-ħarsien tal-foresti u l-preservazzjoni tal-ekosistemi tagħhom, jiġu promossi l-koordinazzjoni u l-komunikazzjoni, u jiżdied l-użu sostenibbli ta’ prodotti forestali tal-injam u dawk mhux tal-injam;

107.  Jistieden lill-Kummissjoni tissupplimenta l-istrateġija bi pjan ta’ azzjoni b'saħħtu li jkun fih miżuri speċifiċi, u tirrapporta lill-Parlament Ewropew kull sena dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont l-istrateġija;

108.  Jappoġġa s-sejħa ta’ Kumitat AGRI-ENVI-ITRE estiż li jippermetti diskussjoni bilanċjata dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-istrateġija l-ġdida tal-UE dwar il-foresti;

o
o   o

109.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 290 E, 29.11.2006, p. 413.
(2) Forest Europe – Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa, Kumitat ta’ Negozjar Intergovernattiv għall-Konklużjoni ta’ Ftehim Legalment Vinkolanti dwar il-Foresti fl-Ewropa: http://www.foresteurope.org/
(3) Ara: http://www.forestnegotiations.org/
(4) Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 "Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna".
(5) Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam
(6) Regolament (UE) Nru 2173/2005 tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea (FLEGT = Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali)
(7) Programm biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mid-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti: http://unfccc.int/methods/redd/items/7377.php

Avviż legali