Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/2269(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0337/2015

Testi mressqa :

A8-0337/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 25/11/2015 - 9.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0404

Testi adottati
PDF 334kWORD 71k
L-Erbgħa, 25 ta' Novembru 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2015: Riżorsi proprji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
P8_TA(2015)0404A8-0337/2015

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Riżorsi proprji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (13439/2015 – C8-0341/2015 – 2015/2269(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, adottat b'mod definittiv fis-17 ta’ Diċembru 2014(2),

–  wara li kkunsidra l-baġit emendatorju Nru 1/2015, kif adottat b’mod definittiv fit-28 ta’ April 2015(3),

–  wara li kkunsidra l-baġits emendatorji Nru 2/2015, Nru 3/2015, Nru 4/2015 u Nru 5/2015, kif adottati b’mod definittiv fis-7 ta’ Lulju 2015(4),

–  wara li kkunsidra l-baġits emendatorji Nru 6/2015 u Nru 7/2015, kif adottati b’mod definittiv fl-14 ta’ Ottubru 2015,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2015/623 tal-21 ta’ April 2015 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(6),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(7),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej(8),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 8/2015, adottat mill-Kummissjoni fid-19 ta’ Ottubru 2015 (COM(2015)0545),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2015 adottata mill-Kunsill fl-10 ta’ Novembru 2015 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-istess jum (13439/2015 – C8-0341/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0337/2015),

A.  billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 8/2015 jikkonċerna reviżjoni tal-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (dazji doganali), l-ibbaġitjar tal-bqija tal-bilanċi tal-VAT u tal-ING tal-2014 u l-ibbaġitjar tal-bilanċi tal-VAT u tal-ING tal-2015;

B.  billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 8/2015 jaġġorna wkoll il-previżjoni għal dħul ieħor;

C.  billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 8/2015 jipprevedi wkoll tnaqqis ta’ EUR 123 474 kemm f’approprjazzjonijiet ta’ impenn kif ukoll f’approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-baġit tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data;

D.  billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 8/2015 jirriżulta fi tnaqqis ta’ EUR 9,4 biljun fil-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING mill-Istati Membri;

1.  Jieħu nota tal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 8/2015, kif ippreżentat mill-Kummissjoni, u tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwaru;

2.  Jirrimarka li l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 8/2015, fl-elementi kollha tiegħu, għandu impatt ta’ tnaqqis ta’ EUR 9 403,4 miljun f’kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-baġit tal-Unjoni;

3.  Jissottolinja li jeħtieġu mezzi finanzjarji addizzjonali sostanzjali biex jindirizzaw il-kriżi attwali tar-refuġjati;

4.  Jinnota li l-impenji finanzjarji tal-Istati Membri għall-Fond Fiduċjarju tal-Afrika, il-Fond Fiduċjarju tas-Sirja u għall-aġenziji tan-NU li jappoġġjaw lir-refuġjati, ikkonfermati mill-ġdid waqt laqgħa informali tal-Kapijiet tal-UE tal-Istati jew Gvern dwar il-migrazzjoni tat-23 ta' Settembru 2015, waqt il-Kunsill Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2015 u s-Summit tal-Belt Valletta bejn il-11 u t-12 ta' Novembru 2015, għadhom ma ntlaħqux; jiddeplora l-fatt li skont id-data tal-Kummissjoni, fil-bidu ta’ Novembru 2015, l-Istati Membri kienu għadhom minn taħt bi EUR 2,3 biljun;

5.  Jirrimarka li se jinħtieġu aktar sforzi finanzjarji sabiex tingħata għajnuna umanitarja matul ir-rotot tranżitorji u biex jiġġestixxu l-isfidi kkawżati mill-ilqugħ ta’ għadd bla preċedent ta' refuġjati fil-bliet u r-reġjuni tal-Ewropa;

6.  Jiddispjaċih ferm dwar il-fatt li ma seta' jintlaħaq l-ebda kompromess sod fil-konċiljazzjoni biex jintuża l-ammont ta’ refużjoni mill-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2015 sabiex tiġi indirizzata l-kriżi tar-refuġjati; jistenna madankollu li l-Istati Membri se jonoraw bis-sħiħ l-impenji preċedenti tagħhom;

7.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2015;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 8/2015 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(2) ĠU L 69, 13.3.2015, p. 1.
(3) ĠU L 190, 17.7.2015, p. 1.
(4) ĠU L 261, 7.10.2015.
(5) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(6) ĠU L 103, 22.4.2015, p. 1.
(7) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(8) ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.

Avviż legali