Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/2264(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0336/2015

Testi mressqa :

A8-0336/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 25/11/2015 - 9.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0405

Testi adottati
PDF 362kWORD 73k
L-Erbgħa, 25 ta' Novembru 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi tar-refuġjati
P8_TA(2015)0405A8-0336/2015
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi tar-refuġjati, f'konformità mal-punt 12 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (COM(2015)0514 – C8-0308/2015 – 2015/2264(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0514 – C8-0308/2015),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2015/623 tal-21 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3) , u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, adottat mill-Kummissjoni fl-24 ta' Ġunju 2015 (COM(2015)0300), kif emendat bl-Ittri Emendatorji Nri 1/2016 (COM(2015)0317) u 2/2016 (COM(2015)0513)

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, adottata mill-Kunsill fl-4 ta' Settembru 2015 u mibgħuta lill-Parlament fis-17 ta' Settembru 2015 (11706/2015 – C8-0274/2015),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali għall-2016, adottata fit-28 ta' Ottubru 2015(4),

–  wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fl-14 ta' Novembru 2015 (14195/2015 – C8-0353/2015),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0336/2015),

A.  billi, wara li ġew eżaminati l-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonjiet ta' impenn taħt l-intestaturi 3 u 4, jidher li jeħtieġ li jiġi mmobilizzat l-Istrument ta' Flessibbiltà għall-approprjazzjonijiet ta' impenn;

B.  billi l-Kummissjoni pproponiet li timmobilizza l-Istrument ta' Flessibbiltà biex tikkomplementa l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016 b'EUR 1 504 miljun lil hinn mil-limitu massimu taħt l-intestatura 3 f'approprjazzjonijiet ta' impenn biex tiffinanzja miżuri skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni;

C.  billi, minbarra l-ammont finali ta' EUR 1 506 miljun lil hinn mil-limitu massimu taħt l-intestatura 3, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni li ltaqa' għall-baġit għall-2016 qabel mal-proposta tad-delegazzjoni tal-Parlament għall-mobilizzazzjoni ulterjuri tal-Istrument ta' Flessibbiltà b'EUR 24 miljun lil hinn mil-limitu massimu taħt l-intestatura 4, sabiex tiġi indirizzata d-dimensjoni esterna tal-isfidi tal-kriżi tar-refuġjati;

D.  billi l-ammont totali tal-Istrument ta' Flessibbiltà għas-sena finanzjarja 2016, li jinkludi l-ammonti mhux użati għas-snin finanzjarji 2014 u 2015, huwa għalhekk totalment eżawrit;

1.  Jinnota li l-limiti massimi għall-2016 għall-intestaturi 3 u 4 ma jippermettux għall-finanzjament xieraq ta' miżuri urġenti fil-qasam tal-migrazzjoni u r-refuġjati;

2.  Jaqbel, għalhekk, li l-Istrument ta' Flessibbiltà jiġi mmobilizzat għal ammont ta' EUR 1 530 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn;

3.  Jaqbel, barra minn hekk, mal-allokazzjoni proposta tal-approprjazzjonijiet korrispondenti ta' pagament ta' EUR 734,2 miljun fl-2016, EUR 654,2 miljun fl-2017, EUR 83 miljun fl-2018 u EUR 58,6 miljun fl-2019;

4.  Itenni li l-mobilizzazzjoni ta' dan l-istrument, kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-QFP, turi biċ-ċar għal darb'oħra l-bżonn kruċjali li l-baġit tal-Unjoni jkun aktar flessibbli; jinnota li dawn l-approprjazzjonijiet addizzjonali huma biss possibbli permezz tar-riport ta' ammonti li ma ntużawx mill-Istrumenti ta' Flessibbiltà tas-snin finanzjari 2014 u 2015; jissottolinja li l-ebda ammont mhu se jiġi riportat għas-sena finanzjarja 2017, b'hekk kwalunkwe mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà hija limitata għal-limitu massimu annwali tiegħu ta' EUR 471 miljun (prezzijiet tal-2011);

5.  Itenni l-opinjoni tiegħu, li ilu jħaddan li, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-approprjazzjonijiet ta' pagament jiġu mmobilizzati għal linji baġitarji speċifiċi permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà mingħajr mobilizzazzjonijiet preċedenti f'impenji, il-pagamenti li jirriżultaw minn impenji preċedentement immobilizzati permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà jkunu jistgħu jingħaddu biss oltre l-limiti massimi;

6.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(2) ĠU L 103, 22.4.2015, p. 1.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Testi Adottati, P8_TA(2015)0376.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għal miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi tar-refuġjati

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2016/253.)

Avviż legali