Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/2132(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0333/2015

Testi mressqa :

A8-0333/2015

Dibattiti :

PV 24/11/2015 - 11
CRE 24/11/2015 - 11

Votazzjonijiet :

PV 25/11/2015 - 9.4
CRE 25/11/2015 - 9.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0407

Testi adottati
PDF 590kWORD 214k
L-Erbgħa, 25 ta' Novembru 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
Proċedura baġitarja 2016: test konġunt
P8_TA(2015)0407A8-0333/2015
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-abbozz konġunt ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja (14195/2015 – C8-0353/2015 – 2015/2132(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u d-dikjarazzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (14195/2015 – C8-0353/2015),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, adottat mill-Kummissjoni fl-24 ta' Ġunju 2015 (COM(2015)0300),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, adottata mill-Kunsill fl-4 ta' Settembru 2015 u mibgħuta lill-Parlament fis-17 ta' Settembru 2015 (11706/2015 – C8-0274/2015),

–  wara li kkunsidra l-Ittri Emendatorji Nri 1/2016 (COM(2015)0317) u 2/2016 (COM(2015)0513) għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016(1) u l-emendi baġitarji li tinkludi,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(4),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 90 u l-Artikolu 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A8-0333/2015),

1.  Japprova t-test konġunt miftiehem mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, li jikkonsisti fid-dokumenti li ġejjin meħudin flimkien:

   lista ta' linji baġitarji mhux modifikati, meta mqabbla mal-abbozz tal-baġit jew il-pożizzjoni tal-Kunsill;
   sommarju ta' figuri skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju;
   figuri linja b'linja tal-partiti baġitarji kollha;
   dokument konsolidat li juri l-figuri u t-test finali tal-linji kollha modifikati matul il-konċiljazzjoni;

2.  Jikkonferma d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jikkonferma id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni tal-Punt 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Testi adottati, P8_TA(2015)0376.
(2) ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(5) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS

FINALI 14.11.2015

Baġit 2016 – Konklużjonijiet konġunti

Dawn il-konklużjonijiet konġunti jkopru t-taqsimiet li ġejjin:

1.  Baġit 2016

2.  Baġit 2015 – Baġit Emendatorju 8/2015

3.  Dikjarazzjonijiet konġunti

DESKRIZZJONI FIL-QOSOR

A.   Baġit 2016

Skont l-elementi għall-konklużjonijiet konġunti:

—  Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit tal-2016 huwa stabbilit fl-ammont ta' EUR 155 004.2 miljun. B'mod ġenerali, dan iħalli marġini taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-2016 ta' EUR 2 331.4 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn;

—  Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-2016 huwa stabbilit fl-ammont ta' EUR 143 885.3 miljun.

—  L-Istrument ta' Flessibilità għall-2016 hu mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 1 506 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn taħt l-intestatura 3 (Sigurtà u Ċittadinanza) u l-ammont ta' EUR 24,0 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn taħt l-intestatura 4 (Ewropa Globali).

—  L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2016 relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-2014, l-2015 u l-2016 huma stmati mill-Kummissjoni li huma ta' madwar EUR 832,8 miljun.

B.   Baġit 2015

Skont l-elementi għall-konklużjonijiet konġunti:

—  L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju 8/2015 huwa aċċettat kif propost mill-Kummissjoni

1.  Baġit 2016

1.1.   Linji “magħluqa”

Sakemm ma jingħadx mod ieħor hawn isfel f'dawn il-konklużjonijiet, il-linji baġitarji kollha li ma ġew emendati la mill-Kunsill u lanqas mill-Parlament, u dawk li għalihom il-Parlament aċċetta l-emendi tal-Kunsill matul il-qari rispettiv tagħhom, huma kkonfermati.

Għall-partiti baġitarji l-oħrajn, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ftiehem fuq il-konklużjonijiet inklużi fis-sezzjonijiet 1.2 għal 1.6 li jidhru hawn taħt.

1.2.   Kwistjonijiet orizzontali

Aġenziji deċentralizzati

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u f'approprjazzjonijiet ta' pagament) u l-għadd ta' karigi għall-aġenziji deċentralizzati kollha huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendati mill-Ittri Emendatorji 1 u 2/2016, b'dawn l-aġġustamenti maqbulin mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni:

—  Żieda tal-karigi fl-organigramma (iffinanzjati mit-tariffi) għall-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA Bijoċidi, + 3 karigi) u tnaqqis tal-approprjazzjonijiet b'EUR 1 350 000;

—  Żieda tal-karigi fl-organigramma (iffinanzjati mit-tariffi) għall-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA, + 6 karigi);

—  Żieda tal-karigi fl-organigramma (iffinanzjati mit-tariffi) għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA, + 3 karigi);

—  Żieda tal-karigi fl-organigramma u l-approprjazzjonijiet relatati għall-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER, + 5 karigi u + EUR 325 000);

—  Żieda tal-karigi fl-organigramma u l-approprjazzjonijiet relatati għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA, + 2 karigi u + EUR 130 000);

—  Żieda tal-karigi fl-organigramma u l-approprjazzjonijiet relatati għal Eurojust (+ 2 karigi u + EUR 130 000);

—  Żieda fl-approprjazzjonijiet għall-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA, + EUR 130 000);

—  Tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għall-Aġenzija għall-ġestjoni operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (eu.LISA, - EUR 260 000);

Aġenziji eżekuttivi

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u f'approprjazzjonijiet ta' pagament) u l-għadd ta' karigi għall-aġenziji eżekuttivi huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendati mill-Ittri Emendatorji 1 u 2/2016.

Proġetti Pilota/Azzjonijiet Preparatorji

Ġie miftiehem pakkett globali ta' 89 proġett pilota/azzjoni preparatorja (PP/PA), għal ammont ta' EUR 64.9 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, kif propost mill-Parlament.

Meta proġett pilota jew azzjoni preparatorja tidher li hi koperta b'bażi ġuridika eżistenti, il-Kummissjoni tista' tipproponi t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet għall-bażi ġuridika korrispondenti biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-azzjoni.

Dan il-pakkett jirrispetta għalkollox il-limiti massimi għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji previsti fir-Regolament Finanzjarju.

1.3.   Intestaturi tal-infiq tal-qafas finanzjarju – approprjazzjonijiet ta' impenn

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq dwar il-linji baġitarji “magħluqa”, l-aġenziji u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni wasal għal ftehim fir-rigward ta' dan li ġej:

Intestatura 1a

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendati permezz tal-Ittri Emendatorji 1 u 2/2016, li jintegraw l-aġġustamenti li ġejjin miftiehma fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni:

—  L-impenji għal "H2020" żdiedu hekk kif jidher:

f'EUR

Linja baġitarja

Isem

AB 2016 (inkl. IE 1&2)

Baġit 2016

Differenza

02 04 02 01

Rwol ta' tmexxija fl-ispazju

158 446 652

159 792 893

1 346 241

02 04 02 03

Żieda tal-innovazzjoni fl-intrapriżi żgħar u medji (SMEs)

35 643 862

35 738 414

94 552

02 04 03 01

Kisba ta' ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u provvista sostenibbli ta' materja prima

74 701 325

75 016 498

315 173

05 09 03 01

Żgurar ta' provvisti suffiċjenti ta' ikel sikur u ta' kwalità għolja u prodotti oħra b'bażi bijo

212 854 525

214 205 269

1 350 744

06 03 03 01

Kisba ta' sistema tat- trasport Ewropea effiċjenti fir-riżorsi, tiffavorixxi l-ambjent, sikura u assjematika

109 250 820

110 916 737

1 665 917

08 02 01 03

Tisħiħ tal-infrastruttura Ewropea tar-riċerka, inklużi l-infrastrutturi elettroniċi

183 108 382

183 905 321

796 939

08 02 02 01

Tmexxija fin-nanoteknoloġiji, materjali avvanzati, teknoloġija tal-lażer, bijotek- noloġija u manifatturar u proċessar avvanzati

502 450 912

504 175 361

1 724 449

08 02 02 03

Żieda fl-innovazzjoni tal-intrapriżi żgħar u medji (SMEs)

35 967 483

36 120 567

153 084

08 02 03 01

Titjib tas-saħħa u l-benesseri matul il-ħajja

522 476 023

524 745 272

2 269 249

08 02 03 02

Assikurazzjoni ta' provvisti suffiċjenti ta' ikel sikur, tajjeb għas-saħħa u ta' kwalità għolja u prodotti b'bażi bijoloġika oħrajn

141 851 093

142 233 804

382 711

08 02 03 03

Twettiq tat-tranżizzjoni għal sistema enerġetika affidabbli, sostenibbli u kompe- tittiva

333 977 808

335 369 074

1 391 266

08 02 03 04

Kisba ta' sistema tat-trasport Ewropea effiċjenti fir-riżorsi, tiffavorixxi l-ambjent, sikura u assjematika

330 992 583

331 555 393

562 810

08 02 03 05

Kisba ta' ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u provvista sostenibbli ta' materja prima

283 265 173

284 530 369

1 265 196

08 02 03 06

Trawwim ta' soċjetajiet Ewropej inklussivi, innovattivi u riflettivi

111 929 624

112 411 389

481 765

08 02 06

Xjenza mas-soċjetà u għaliha

53 267 640

53 497 266

229 626

09 04 01 01

Tisħiħ tar-riċerka fit-teknoloġiji futuri u emerġenti

213 825 023

215 400 890

1 575 867

09 04 01 02

Tisħiħ tal-infrastruttura Ewropea tar-riċerka, inklużi l-infrastrutturi elettroniċi

97 173 367

97 889 261

715 894

09 04 02 01

Rwol ta' tmexxija fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

718 265 330

723 681 812

5 416 482

09 04 03 01

Titjib tas-saħħa u l-benesseri matul il-ħajja

117 323 526

118 188 002

864 476

09 04 03 02

Trawwim ta' soċjetajiet Ewropej inklużivi, innovattivi u riflessivi

36 289 820

36 564 471

274 651

09 04 03 03

Trawwim ta' soċjetajiet Ewropej sikuri

45 457 909

45 791 092

333 183

10 02 01

Orizzont 2020 — Appoġġ xjentiku u tekniku xprunat mill-klijent lill-politiki tal-Unjoni

24 646 400

25 186 697

540 297

15 03 05

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t- Teknoloġija - integrazzjoni tat-triangolu tal- għarfien tal-edukazzjoni ogħla, riċerka u innovazzjoni

219 788 046

224 938 881

5 150 835

18 05 03 01

Trawwim ta' soċjetajiet Ewropej sikuri

134 966 551

136 092 171

1 125 620

32 04 03 01

Twettiq tat-tranżizzjoni għal sistema enerġetika affidabbli, sostenibbli u kompetittiva

322 875 370

324 676 361

1 800 991

Total

31 828 018

—  L-impenji għall-"COSME" ġew miżjudin hekk kif jidher:

f'EUR

Linja baġitarja

Isem

AB 2016 (inkl. IE 1&2)

Baġit 2016

Differenza

02 02 01

Promozzjoni tal-intraprenditorija u titjib tal-kompetittività u l-aċċess għas-swieq għall-intrapriżi tal-Unjoni

108 375 000

110 264 720

1 889 720

02 02 02

Titjib tal-aċċess għal finanzjament għal intrapriżi żgħar u medji (SMEs) fil-forma ta' ekwità u dejn

160 447 967

172 842 972

12 395 005

Total

14 284 725

—  L-impenji għall-"ERASMUS+" ġew miżjudin hekk kif jidher:

f'EUR

Linja baġitarja

Isem

DB 2016 (inkl. IE 1&2)

Baġit 2016

Differenza

15 02 01 01

Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni u t-taħriġ u r-relevanza tiegħu għas-suq tax-xogħol

1 451 010 600

1 457 638 273

6 627 673

Total

6 627 673

B'konsegwenza ta' dan, u wara li jitqiesu l-aġenziji deċentralizzati u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-livell ta' impenji maqbul huwa stabbilit għal EUR 19 010,0 miljun, mingħajr ebda marġini taħt il-limitu massimu tal-infiq tal-intestatura 1a u l-użu tal-Marġini Globali għall-Impenji għal ammont ta' EUR 543 miljun.

Intestatura 1b

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendati permezz tal-Ittri Emendatorji 1 u 2/2016.

Filwaqt li jitqiesu l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-livell ta' impenji maqbul huwa stabbilit għal EUR 50 831,2 miljun, li jħalli marġini ta' EUR 5,8 miljun taħt il-limitu massimu tal-infiq tal-intestatura 1b.

Intestatura 2

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendati permezz tal-Ittri Emendatorji 1 u 2/2016, b'tnaqqis ulterjuri ta' EUR 140,0 miljun minħabba d-dħul assenjat miżjud għall-EAGF u ż-żieda fil-linja baġitarja 11 06 62 01. Bħala konsegwenza ta' dan, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni wasal għal ftehim fir-rigward ta' dan li ġej:

f'EUR

Linja baġitarja

Isem

AB 2016 (inkl. IE 1&2)

Baġit 2016

Differenza

05 03 01 10

Skema ta' pagament bażiku (BPS)

16 067 000 000

15 927 000 000

-140 000 000

11 06 62 01

Konsulenza u għarfien xjentifiku

8 485 701

8 680 015

194 314

Total

-139 805 686

Filwaqt li jitqiesu l-aġenziji deċentralizzati u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-livell ta' impenji maqbul huwa stabbilit għal EUR 62 484.2 miljun, li jħalli marġini ta' EUR 1 777.8 miljun taħt il-limitu massimu tal-infiq tal-intestatura 2.

Intestatura 3

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendati permezz tal-Ittri Emendatorji 1 u 2/2016, li jintegraw l-aġġustament miftiehem fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni:

f'EUR

Linja baġitarja

Isem

DB 2016 (inkl. IE 1&2)

Baġit 2016

Differenza

09 05 05

Azzjonijiet ta' Multimedia

24 186 500

26 186 500

2 000 000

17 04 01

Żgurar ta' stat aħjar tas-saħħa tal-annimali u livell ogħla ta' protezzjoni tal-annimali fl-Unjoni

177 000 000

171 925 000

-5 075 000

17 04 02

Żgurar tad-detezzjoni propizja ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti u l-eradikazzjoni tagħhom

14 000 000

12 000 000

-2 000 000

17 04 03

Żgurar ta' kontrolli effikaċi, effiċjenti u affidabbli

50 401 000

47 401 000

-3 000 000

17 04 04

Fond għal miżuri ta' emerġenzi b'rabta mas-saħħa tal-annimali u l-pjanti

20 000 000

19 000 000

-1 000 000

Total

-9 075 000

B'konsegwenza ta' dan, u wara li jitqiesu l-aġenzji deċentralizzati, il-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji u l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-migrazzjoni, il-livell ta' impenji maqbul huwa stabbilit għal EUR 4 052.0 miljun, mingħajr ebda marġini taħt il-limitu massimu tal-infiq tal-intestatura 3 u l-mobilizzazzjoni ta' EUR 1 506,0 miljun permezz għall-Istrument ta' Flessibilità.

Intestatura 4

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendati permezz tal-Ittri Emendatorji 1 u 2/2016, li jintegraw l-aġġustamenti li ġejjin miftiehma fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni:

f'EUR

Linja baġitarja

Isem

AB 2016 (inkl. IE 1&2)

Baġit 2016

Differenza

13 07 01

Sostenn finanzjarju biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka

31 212 000

33 212 000

2 000 000

21 02 07 03

L-ivilupp tal-bniedem

161 633 821

163 633 821

2 000 000

21 02 07 04

L-ikel u s-sigurtà tan-nutrizzjoni u l-agrikoltura sostenibbli

187 495 232

189 495 232

2 000 000

21 02 07 05

Il-migrazzjoni u l-ażil

45 257 470

57 257 470

12 000 000

22 02 01 01

Sostenn għar-riformi politiki u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

188 000 000

190 000 000

2 000 000

22 02 01 02

Sostenn għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

326 960 000

327 960 000

1 000 000

22 02 03 01

Sostenn għar-riformi politiki u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

240 300 000

255 300 000

15 000 000

22 02 03 02

Sostenn għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

321 484 000

340 484 000

19 000 000

22 04 01 01

Pajjiżi Mediterranji — governanza tajba, drittijiet tal-bniedem u mobilità

135 000 000

144 000 000

9 000 000

22 04 01 02

Pajjiżi Mediterranji — Tnaqqis tal-faqar u żvilupp sostenibbli

636 900 000

640 900 000

4 000 000

22 04 01 03

Pajjiżi Mediterranji — Ħolqien ta' fiduċja, sigurtà u l-prevenzjoni u s-soluzzjoni ta' konflitti

116 000 000

131 000 000

15 000 000

22 04 01 04

Sostenn għall-proċess ta' paċi u assistenza finanzjarja lill-Palestina u l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-rifuġjati tal-Palestina (UNRWA)

272 100 000

290 100 000

18 000 000

22 04 02 03

Sħubija tal-Lvant — Ħolqien ta' fiduċja, sigurtà u l-prevenzjoni u s-soluzzjoni ta' konflitti

8 000 000

9 300 000

1 300 000

22 04 03 03

Sostenn lil kooperazzjoni multinazzjonali fil-viċinat — Programm "umbrella"

189 500 000

193 500 000

4 000 000

23 02 01

Konsenja ta' għajnuna umanitarja u għajnuna alimentari rapidi, effikaċi u bżonnjużi

1 035 818 000

1 061 821 941

26 003 941

Total

132 303 941

B'konsegwenza ta' dan, u wara li jitqiesu l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-livell ta' impenji maqbul huwa stabbilit għal EUR 9 167,0 miljun, mingħajr ebda marġini taħt il-limitu massimu tal-infiq tal-intestatura 4 u l-mobilizzazzjoni ta' EUR 24,0 miljun permezz tal-Istrument ta' Flessibilità.

Intestatura 5

L-għadd ta' karigi fl-organigrammi tal-Istituzzjonijiet u l-approprjazzjonijiet proposti mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit (AB), kif emendat mill-Ittri Emendatorji 1 u 2/2016 huma approvati, b'dawn l-eċċezzjoniiet:

—  Il-Parlament Ewropew, li għalih il-qari hu approvat, b'tnaqqis ta' 9 karigi;

—  Il-Kunsill, li għalih il-qari hu approvat,

—  Il-Qorti tal-Ġustizzja, vl-għoti ta' 7 karigi addizzjonali (+ EUR 300 000);

—  Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, li għalihom il-qari tal-Parlament Ewropew hu approvat.

Fis-26 ta' Novembru 2015, il-Kummissjoni mistennija tapprova r-rapport fuq l-impatt baġitarju tal-aġġornament salarjali tal-2015, li ser ikollu effett retroattiv sa mill-1 ta' Lulju 2015 fuq ir-remunerazzjonijiet tal-istaff tal-istituzzjonijiet tal-UE kollha u fuq il-pensjonijiet.

B'konsegwenza ta' dan, u wara li jitqiesu l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-livell ta' impenji maqbul huwa stabbilit għal EUR 8 935.2 miljun, li jħalli marġini ta' EUR 547,8 miljun taħt il-limitu massimu tal-infiq tal-intestatura 5.

Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendati permezz tal-Ittri Emendatorji 1 u 2/2016, inkluża l-mobilizzazzjoni ta' EUR 50 miljun tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għall-ħlas tal-avvanzi.

1.4.   Approprjazzjonijiet ta' Pagament

Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-2016 huwa stabbilit fl-ammont ta' EUR 143 885,3 miljun, inklużi EUR 832,8 miljun relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità.

It-tqassim tal-approprjazzjonijiet ta' pagament huwa stabbilit fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat permezz tal-Ittri Emendatorji 1 u 2/2016, li jintegraw l-aġġustamenti li ġejjin miftiehma fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni:

1.  L-ewwelnett, qed jittieħed kont tal-livell tal-approprjazzjonijiet ta' impenji miftiehem għan-nefqa mhux differenzjata, li għaliha l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament huwa ugwali għal-livell ta' impenji; L-istess japplika għall-aġenziji deċentralizzati, li l-kontribuzzjoni tal-UE għalihom fl-approprjazzjonijiet ta' pagament hija stabbilita fil-livell propost fit-Taqsima 1.2 hawn fuq. L-effett ikkombinat hu tnaqqis ta' EUR 140,0 miljun;

2.  L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji ġodda kollha huma stabbiliti fil-livell ta' 50% tal-approprjazzjonijiet ta' impenn korrispondenti jew fil-livell propost mill-Parlament jekk ikun aktar baxx. Fil-każ ta' estensjoni tal-proġetti pilota u tal-azzjonijiet preparatorji eżistenti, il-livell ta' pagamenti huwa dak definit fl-Abbozz ta' Baġit flimkien ma' 50% tal-impenji ġodda korrispondenti, jew il-livell propost mill-Parlament jekk ikun aktar baxx. L-effett ikkombinat hu tnaqqis ta' EUR 29,5 miljun;

3.  In-nefqa tal-approprijazzjonijet ta' pagament tnaqqsu b'EUR 460,1 miljun kif jidher:

f'EUR

Linja baġitarja

Isem

AB 2016 (inkl. IE 1&2)

Baġit 2016

Differenza

02 05 01

Żvilupp u forniment ta' infrastrutturi u servizzi globali tar-radjunavigazzjoni bis-satellita (Galileo) sal-2020

308 000 000

297 000 000

-11 000 000

02 05 02

Forniment ta' servizzi b'bażi satellitari b'titjib tal-prestazzjoni tal-GPS biex gradwalment ikun kopert ir-reġjun kollu tal-Konferenza Ewropea tal-AvjazzjoniĊivili (ECAC) sal- 2020 (EGNOS)

215 000 000

207 000 000

-8 000 000

02 05 51

Tlestija ta' programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)

17 000 000

16 000 000

-1 000 000

02 06 01

It-twassil ta' servizzi operazzjonali li jistrieħu fuq osservazzjonijiet mill-ispazju u data in situ (Copernicus)

125 000 000

121 000 000

-4 000 000

02 06 02

Il-bini ta' kapaċità awtonoma tal-osservazzjoni tad-Dinja mill-Unjoni (Copernicus)

475 000 000

459 000 000

-16 000 000

04 02 19

Tlestija tal-Fond Soċjali Ewropew — Kompetittività reġjonali u impjiegi (2007 sa 2013)

1 130 000 000

1 109 595 811

-20 404 189

04 02 61

Fond Soċjali Ewropew — Reġjuni fi tranżizzjoni — Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

930 000 000

927 965 850

-2 034 150

04 02 62

Fond Soċjali Ewropew — Reġjuni aktar żviluppati — Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

2 200 000 000

2 178 091 258

-21 908 742

04 02 63 01

Fond Soċjali Ewropew — Assistenza teknika operazzjonali

12 000 000

7 200 000

-4 800 000

05 04 05 01

Programmi ta' żvilupp rurali

3 268 000 000

3 235 000 000

-33 000 000

05 04 60 01

Promozzjoni ta' żvilupp rurali sostenibbli, aktar bilanċjat territorjalment u ambjentalment, settur agrikolu tal-Unjoni aktar favorevoli għall-klima u innovattiv

8 574 000 000

8 487 000 000

-87 000 000

13 03 18

Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Kompetittività reġjonali u impjiegi

2 345 348 000

2 302 998 509

-42 349 491

13 03 61

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Reġjuni fi tranżizzjoni — Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

1 863 122 000

1 860 036 800

-3 085 200

13 03 62

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Reġjuni aktar żviluppati — Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

2 775 630 000

2 750 605 336

-25 024 664

13 03 64 01

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Kooperazzjoni Territorjali Ewropea

328 430 000

284 930 000

-43 500 000

13 03 65 01

Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) — Assistenza Teknika operattiva

66 215 941

57 415 941

-8 800 000

13 03 66

Fond Ewropew għall- Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)— Azzjonijiet ta' innovazzjoni fil-qasam tal-iżvilupp urban soste- nibbli

53 149 262

48 649 262

-4 500 000

13 04 01

Tlestija tal-proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni (ta' qabel l-2007)

90 000 000

70 000 000

-20 000 000

13 04 60

Fond ta' Koeżjoni — Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

4 100 000 000

4 077 806 436

-22 193 564

13 04 61 01

Fond ta' Koeżjoni — Assistenza teknika operazzjonali

22 106 496

20 606 496

-1 500 000

32 05 01 02

Kostruzzjoni, operazzjoni u sfruttar tal-faċilitajiet ITER — Impriża Konġunta Ewropea għal ITER — Fużjoni għall-Enerġija (F4E)

150 000 000

131 000 000

-19 000 000

32 05 51

Tlestija tal-Impriża Konġunta Ewropea ITER — Fużjoni għall-Enerġija (F4E) (2007 sa 2013)

350 000 000

289 000 000

-61 000 000

Total

-460 100 000

4.  Il-livell kombinat ta' approprjazzjonijiet ta' pagament stabbilit fil-paragrafi 1-3 aktar 'il fuq hu ta' EUR 570,6 miljun anqas minn dak propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit tagħha, kif emendat permezz tal-Ittri Emendatorji 1 u 2/2016 għall-partiti tan-nefqa kkonċernati.

1.5.   Kummenti baġitarji

Hemm qbil fuq l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill lit-test tal-kummenti baġitarji, sakemm dawn ma jimmodifikawx jew jestendu l-ambitu ta' bażi ġuridika eżistenti, ma jkollhomx effett fuq l-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet, jikkawżaw diffikultajiet operazzjonali jew ma jkunux jistgħu jiġu koperti minn riżorsi disponibbli (hekk kif indikat fl-anness tal-ittra ta' eżegwibilità).

1.6.   Linji baġitarji ġodda

Ħlief jekk indikat mod ieħor fil-konklużjonijiet konġunti li qabel fuqhom il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jew miftiehem b'mod konġunt miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja fil-qari rispettiv tagħhom, in-nomenklatura baġitarja kif proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendata mill-Ittri Emendatorji 1 u 2/2016 ser tibqa' kif inhi, bl-eċċezzjoni ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji u l-frid tal-artikolu 18 04 01 Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej f'żewġ partiti: 18 04 01 01 Ewropa għaċ-Ċittadini — Tisħiħ tal-kommemorazzjoni u t-titjib tal-kapaċità għall-parteċipazzjoni ċivika fil-livell tal-Unjoni u 18 04 01 02 Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.

2.   Baġit 2015

L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju 8/2015 huwa aċċettat kif propost mill-Kummissjoni

3.   Dikjarazzjonijiet konġunti

3.1.   Dikjarazzjoni konġunta dwar l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

''Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jfakkru li t-tnaqqis tal-qgħad fost iż-żgħażagħ jibqa’ prijorità politika għolja u kondiviża, u għal dan l-għan huma jaffermaw mill-ġdid id-determinazzjoni tagħhom li jagħmlu l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi baġitarji disponibbli biex dan jiġi indirizzat, u b’mod partikolari l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI).

Huma jfakkru li, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 "Il-marġini li għadhom disponibbli taħt il-limitu massimu tal-QFP għal approprjazzjonijiet ta' impenn għas-snin 2014-2017 għandhom jikkostitwixxu Marġini Globali tal-QFP għall-impenji, li għandhom isiru disponibbli barra mil-limiti massimi stabbiliti fil-QFP għas-snin 2016 sa 2020 għal għanijiet ta' politika marbuta mat-tkabbir u l-impjiegi, b'mod partikolari l-impjiegi taż-żgħażagħ".

Fil-qafas tar-rieżami/reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP, il-Kummissjoni ser tislet tagħlimiet mir-riżultati tal-evalwazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, akkumpanjat, kif xieraq, minn proposti għall-kontinwazzjoni tal-inizjattiva sal-2020.

Il-Kunsill u l-Parlament jimpenjaw ruħhom li b'ħeffa, jeżaminaw il-proposti mressqa mill-Kummissjoni f’dan ir-rigward.''

3.2.   Dikjarazzjoni konġunta dwar previżjoni tal-pagamenti għall-2016-2020

''Filwaqt li jibnu fuq il-ftehim eżistenti dwar pjan ta’ pagamenti għall-2015-2016, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jirrikonoxxu l-passi meħuda biex gradwalment titneħħa l-akkumulazzjoni ta’ talbiet għall-pagamenti pendenti mill-programmi ta’ koeżjoni 2007-2013, u biex jitjieb il-monitoraġġ ta’ kwalunkwe akkumulazzjoni ta’ kontijiet mhux imħallsa fl-intestaturi kollha. Huma jtennu l-impenn tagħhom biex jiġi evitat akkumulu simili ta' xogħol b'lura fil-futur, inkluż permezz tat-twaqqif ta’ sistema ta’ twissija bikrija.

Matul is-sena, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ser jissorveljaw b'mod attiv l-istat ta' implimentazzjoni tal-baġit għall-2016, f'konformità mal-pjan ta' pagamenti maqbul; b'mod partikolari l-approprjazzjonijiet provduti fil-baġit għall-2016 ser jippermettu lill-Kummissjoni li tnaqqas l-akkumulazzjoni ta' talbiet għal pagamenti pendenti fi tmiem is-sena għall-programmi ta’ koeżjoni 2007-2013 għal-livell ta' madwar EUR 2 biljun sat-tmiem l-2016.

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ser ikomplu jieħdu rendikont tal-implimentazzjoni ta’ pagamenti u l-previżjonijiet aġġornati f’laqgħat interistituzzjonali speċifiċi, f’konformità mal-Punt 36 tal-Anness għall-Ftehim Interistituzzjonali, li għandhom isiru tal-anqas tliet darbiet fl-2016 fil-livell politiku.''

F’dak il-kuntest, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni jfakkru li dawn il-laqgħat għandhom jindirizzaw ukoll il-previżjonijiet fit-tul dwar l-evoluzzjoni mistennija tal-pagamenti sa tmiem il-QFP 2014-2020.

3.3.   Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni tal-Punt 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali

Il-Parlament Ewropew huwa impenjat biex ikompli jnaqqas l-għadd totali ta' karigi fl-organigramma tiegħu u jtemm dan il-proċess sal-2019, skont l-iskeda ta' żmien li ġejja, filwaqt li jqis li se jsir tnaqqis nett ta' 18-il kariga fl-2016:

Tnaqqis nett annwali fl-għadd totali ta' karigi awtorizzati fl-organigramma tal-Parlament Ewropew meta mqabbel mas-sena ta' qabel

Tnaqqis pendenti sabiex tintlaħaq il-mira ta' 5 %(1)

2017

2018

2019

2017-2019

179

-60

-60

-59

-179

(1) Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-kamp ta' applikazzjoni tat-tnaqqis ta' 5 % jeskludi karigi temporanji tal-gruppi politiċi identifikati fl-organigramma tiegħu.

Avviż legali