Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/0197(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0060/2015

Testi mressqa :

A8-0060/2015

Dibattiti :

PV 29/04/2015 - 22
CRE 29/04/2015 - 22

Votazzjonijiet :

PV 30/04/2015 - 10.1
CRE 30/04/2015 - 10.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 15/12/2015 - 4.19
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0177
P8_TA(2015)0442

Testi adottati
PDF 447kWORD 70k
It-Tlieta, 15 ta' Diċembru 2015 - Strasburgu
Sospensjoni ta' miżuri kummerċjali eċċezzjonali fir-rigward tal-Bosnja-Ħerzegovina ***I
P8_TA(2015)0442A8-0060/2015
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu u li jissospendi l-applikazzjoni tiegħu fir-rigward tal-Bosnja-Ħerzegovina (COM(2014)0386 – C8-0039/2014 – 2014/0197(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0386),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0039/2014),

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-9 ta' Diċembru 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0060/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(1);

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-30 ta' April 2015 (Testi adottati, P8_TA(2015)0177).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Diċembru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu u li jissospendi l-applikazzjoni tiegħu fir-rigward tal-Bożnija-Ħerzegovina
P8_TC1-COD(2014)0197

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 2015/2423.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI TAL-KUNSILL

Il-Kunsill b'mod eċċezzjonali jaqbel li jiddelega s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta att delegat dwar is-sospensjoni ta' assistenza għar-raġunijiet stabbiliti fil-punt (1) tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, sabiex tiġi żgurata adozzjoni f’waqtha tal-miżuri fir-rigward tal-Balkani tal-Punent. Tali ftehim huwa mingħajr preġudizzju għal proposti leġislattivi futuri fil-qasam tal-kummerċ, kif ukoll fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni kollha.

DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Fil-kuntest ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tfakkar fl-impenn li ħadet fil-paragrafu 15 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea li tipprovdi lill-Parlament Ewropew informazzjoni u dokumentazzjoni sħaħ dwar il-laqgħat tagħha ma' esperti nazzjonali fil-qafas ta' ħidmietha fil-preparazzjoni ta' atti delegati.

Avviż legali - Politika tal-privatezza