Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/0904(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0348/2015

Testi mressqa :

A8-0348/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/12/2015 - 11.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0451

Testi adottati
PDF 250kWORD 63k
L-Erbgħa, 16 ta' Diċembru 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
Proroga tal-mandat tal-President tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA)
P8_TA(2015)0451A8-0348/2015

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar il-proroga tal-mandat tal-President tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) (C8-0314/2015 – 2015/0904(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) tat-30 ta' Settembru 2015 biex jiġi estiż il-mandat tal-President tal-EIOPA b'ħames snin oħra (C8-0314/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48(4) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE(1),

–  wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0348/2015),

A.  billi l-ewwel President tal-EIOPA ġie maħtur mill-Bord tas-Superviżuri tal-EIOPA fl-2011, wara proċedura tal-għażla miftuħa, għal mandat ta' ħames snin, f'konformità mal-Artikolu 48(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010;

B.  billi l-Artikolu 48(4) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 jipprovdi li l-Bord tas-Superviżuri tal-EIOPA, fid-dawl tal-valutazzjoni riferuta f'dik id-dispożizzjoni, jista' jestendi għal darba l-mandat tal-President tal-EIOPA, soġġett għal konferma mill-Parlament Ewropew;

C.  billi, fit-30 ta' Settembru 2015, il-Bord tas-Superviżuri tal-EIOPA ppropona l-estensjoni tal-mandat ta' Gabriel Bernardino, il-President fil-kariga tal-EIOPA, b'ħames snin oħra, u informa lill-Parlament Ewropew kif xieraq;

D.  billi, fis-17 ta' Novembru 2015, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji organizza seduta ta' smigħ ma' Gabriel Bernardino, il-President fil-kariga tal-EIOPA, li fiha huwa għamel dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġeb il-mistoqsijiet li sarulu mill-membri tal-Kumitat;

1.  Japprova l-proposta għall-estensjoni tal-mandat ta' Gabriel Bernardino bħala President tal-EIOPA b'ħames snin oħra;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-EIOPA u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

Avviż legali