Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/0905(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0346/2015

Testi mressqa :

A8-0346/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/12/2015 - 11.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0452

Testi adottati
PDF 248kWORD 64k
L-Erbgħa, 16 ta' Diċembru 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
Proroga tal-mandat tal-President tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)
P8_TA(2015)0452A8-0346/2015

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar il-proroga tal-mandat tal-President tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) (C8-0315/2015 – 2015/0905(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) tal-24 ta' Settembru 2015 biex jiġi estiż il-mandat tal-President tal-ESMA b'ħames snin oħra (C8-0315/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48(4) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE(1),

–  wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0346/2015),

A.  billi l-ewwel President tal-ESMA ġie maħtur mill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA fl-2011, wara proċedura tal-għażla miftuħa, għal mandat ta' ħames snin, f'konformità mal-Artikolu 48(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010;

B.  billi l-Artikolu 48(4) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 jipprovdi li l-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA, fid-dawl tal-valutazzjoni riferuta f'dik id-dispożizzjoni, jista' jestendi għal darba l-mandat tal-President tal-ESMA, soġġett għal konferma mill-Parlament Ewropew;

C.  billi, fl-24 ta' Settembru 2015, il-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA ppropona l-estensjoni tal-mandat ta' Steven Maijoor, il-President fil-kariga tal-ESMA, b'ħames snin oħra, u informa lill-Parlament Ewropew kif xieraq;

D.  billi, fis-17 ta' Novembru 2015, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji organizza seduta ta' smigħ ma' Steven Maijoor, il-President fil-kariga tal-ESMA, li fiha huwa għamel dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġeb il-mistoqsijiet li sarulu mill-membri tal-Kumitat;

1.  Japprova l-proposta għall-estensjoni tal-mandat ta' Steven Maijoor bħala President tal-ESMA b'ħames snin oħra;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-ESMA u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

Avviż legali