Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/0808(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0352/2015

Testi mressqa :

A8-0352/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/12/2015 - 11.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0453

Testi adottati
PDF 254kWORD 64k
L-Erbgħa, 16 ta' Diċembru 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
Kooperazzjoni operattiva u strateġika bejn il-Bożnija-Ħerzegovina u l-Europol *
P8_TA(2015)0453A8-0352/2015

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Operattiva u Strateġika bejn il-Bożnija-Ħerzegovina u l-Europol (10509/2015 – C8-0276/2015 – 2015/0808(CNS))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (10509/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0276/2015),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tagħha,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/934/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli implimentattivi li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-Europol mal-imsieħba, inkluż l-iskambju ta' data personali u informazzjoni kklassifikata(2), u b'mod partikolari l-Artikoli 5 u 6 tagħha,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/935/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tiddetermina l-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċeduri tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0352/2015),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa, wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament il-ġdid dwar l-Europol (2013/0091(COD)), id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-ftehim ta' kooperazzjoni, b'mod partikolari dwar il-protezzjoni tad-data; jistieden lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament u lill-Kunsill dwar ir-riżultat ta' din l-evalwazzjoni u, jekk xieraq, tressaq rakkomandazzjoni għal awtorizzazzjoni biex tinfetaħ rinegozjazzjoni internazzjonali tal-ftehim;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Europol.

(1) ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.
(2) ĠU L 325, 11.12.2009, p. 6.
(3) ĠU L 325, 11.12.2009, p. 12.

Avviż legali