Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/2010(INL)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0349/2015

Testi mressqa :

A8-0349/2015

Dibattiti :

PV 15/12/2015 - 11
CRE 15/12/2015 - 11

Votazzjonijiet :

PV 16/12/2015 - 11.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0457

Testi adottati
PDF 524kWORD 260k
L-Erbgħa, 16 ta' Diċembru 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
Indaħħlu t-trasparenza, il-koordinazzjoni u l-konverġenza fil-politiki dwar it-Taxxa fuq il-Kumpaniji fi ħdan l-Unjoni
P8_TA(2015)0457 A8-0349/2015
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2015 li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar li ndaħħlu t-trasparenza, il-koordinazzjoni u l-konverġenza fil-politiki dwar it-Taxxa fuq il-Kumpaniji fi ħdan l-Unjoni (2015/2010(INL))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' rapport tal-kumitat speċjali dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili (2015/2066(INI) (il-kumitat speċjali TAXE 1)

–  wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Erożjoni tal-Bażi u Trasferiment tal-Profitt (BEPS) tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD)/G20 ippubblikat fil-5 ta’ Ottubru 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 46 u 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0349/2015),

Sejbiet ewlenin mill-iskandlu LuxLeaks

A.  billi konsorzju ta' ġurnalisti, il-Konsorzju Internazzjonali tal-Ġurnalisti Investigattivi (ICIJ), dwar deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u prattiki oħra dannużi fil-Lussemburgu (LuxLeaks) żvela f'Novembru 2014 li kważi 340 kumpanija multinazzjonali (MNC) wettqu negozjati sigrieti mal-Lussemburgu li ppermettew lil ħafna minnhom inaqqsu b'mod drastiku l-kontijiet tat-taxxa globali tagħhom għal minimu, għad-detriment tal-interess pubbliku tal-Unjoni, meta huma joħolqu ftit jew xejn attività ekonomika fil-Lussemburgu;

B.  billi r-rivelazzjonijiet urew li ċerti konsulenti tat-taxxa għenu intenzjonalment u b'mod immirat lil kumpaniji multinazzjonali biex jiksbu mill-inqas 548 deċiżjoni tat-taxxa fil-Lussemburgu bejn l-2002 u l-2010; billi dawk in-negozjati sigrieti juru strutturi finanzjarji kumplessi maħsuba biex joħolqu tnaqqis sostanzjali tat-taxxa;

C.  billi, bħala riżultat ta' dawk id-deċiżjonijiet tat-taxxa, għadd ta' kumpaniji bbenefikaw minn rati tat-taxxa effettivi ta' inqas minn 1% fuq il-profitti li ttrasferixxew lejn il-Lussemburgu; billi filwaqt li jibbenefikaw minn diversi beni u servizzi pubbliċi fejn dawn joperaw, ċerti kumpaniji multinazzjonali ma jħallsux is-sehem ġust tagħhom tat-taxxa; billi rati tat-taxxa effettivament qrib iż-żero għall-profitti ġġenerati minn ċerti kumpaniji multinazzjonali jistgħu jagħmlu ħsara lill-Unjoni u lil ekonomiji oħra;

D.  billi f'ħafna każijiet, sussidjarji tal-Lussemburgu li jimmaniġġjaw mijiet ta' miljuni ta' euro fin-negozju jżommu preżenza dgħajfa u jwettqu ftit attività ekonomika fil-Lussemburgu, b'xi indirizzi li jkunu ta' aktar minn 1,600 kumpanija;

E.  billi l-investigazzjonijiet li twettqu mill-kumitat speċjali TAXE 1 żvelaw li l-prattika tad-deċiżjonijiet tat-taxxa ma sseħħx esklussivament fil-Lussemburgu iżda hija komuni madwar l-Unjoni; billi l-prattika tad-deċiżjonijiet tat-taxxa tista' tintuża leġittimament biex tipprovdi ċ-ċertezza tad-dritt neċessarja għan-negozju u biex tnaqqas ir-riskju finanzjarju għal ditti onesti, iżda madankollu hija miftuħa għal abbuż potenzjali u evitar tat-taxxa u tista', peress li tipprovdi ċertezza tad-dritt lill-atturi magħżula biss, toħloq ċertu grad ta' inugwaljanza bejn il-kumpaniji li jkunu ngħataw deċiżjonijiet u l-kumpaniji li ma jużawx tali deċiżjonijiet;

F.  billi ġie kkunsidrat ir-rapport mill-OECD, ippubblikat fit-12 ta’ Frar 2013, bit-titolu Nindirizzaw l-erożjoni tal-bażi u trasferiment tal-profitti, li ppropona standards internazzjonali ġodda għall-ġlieda kontra l-BEPS;

G.  billi ġiet ikkunsidrata wkoll Communiqué maħruġa wara l-Laqgħa tal-Ministri tal-Finanzi u l-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-G20 li saret fil-5 ta' Ottubru 2015;

H.  billi, b'xi eċċezzjonijiet ta' min ifaħħarhom, il-mexxejja politiċi nazzjonali ma indirizzawx il-problema tal-evitar tat-taxxa fit-tassazzjoni korporattiva b'mod opportun biżżejjed;

I.  billi l-Unjoni Ewropea għamlet passi kbar lejn l-integrazzjoni ekonomika bħal pereżempju l-Unjoni Ekonomika u Monetarja kif ukoll l-Unjoni Bankarja u billi l-koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni tal-politiki tat-taxxa fil-limiti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea hija parti indispensabbli mill-proċess ta’ integrazzjoni;

Tassazzjoni korporattiva u ppjanar aggressiv tat-taxxa

J.  billi d-dħul tat-taxxa fuq l-introjtu korporattiv għat-28 Stat Membru tal-Unjoni ammonta għal medja ta' 2,6 % tal-PDG fl-2012(1);

K.  billi, f'kuntest fejn l-investiment u t-tkabbir huma nieqsa, huwa importanti li jinżammu l-kumpaniji fl-Unjoni jew jiġu attirati lejha u billi, għaldaqstant, huwa kruċjali li l-Unjoni trawwem l-attraenza tagħha għan-negozji lokali u barranin;

L.  billi l-ippjanar tat-taxxa kollu għandu jitwettaq fi ħdan il-parametri tal-liġi u tat-trattati applikabbli;

M.  billi l-ippjanar aggressiv tat-taxxa jikkonsisti f'li wieħed jieħu vantaġġ mit-teknikalitajiet ta' sistema tat-taxxa, jew mid-diskrepanzi bejn żewġ sistemi tat-taxxa jew aktar jew mil-lakuni legali, bl-iskop li titnaqqas l-obbligazzjoni ta’ taxxa;

N.  billi l-iskemi ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa ħafna drabi jirriżultaw fl-użu ta' kombinazzjoni ta' diskrepanzi tat-taxxa internazzjonali, regoli tat-taxxa nazzjonali speċifiċi favorevoli ħafna u l-użu tar-rifuġji fiskali;

O.  billi, għall-kuntrarju tal-ippjanar aggressiv tat-taxxa, il-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa jikkostitwixxu fuq kollox attività illegali li tevita l-obbligazzjonijiet ta' taxxa;

P.  billi jidher li r-reazzjoni l-aktar adegwata għall-ippjanar aggressiv tat-taxxa hija leġiżlazzjoni tajba, l-implimentazzjoni xierqa tagħha u l-koordinazzjoni internazzjonali fir-rigward tal-eżiti mixtieqa;

Q.  billi t-telf ġenerali fi dħul Statali minħabba l-evitar tat-taxxa mit-tassazzjoni korporattiva ġeneralment jiġi kkumpensat jew biż-żieda tal-livell ġenerali tat-tassazzjoni, jew bil-qtugħ tas-servizzi pubbliċi, jew inkella biż-żieda fis-self nazzjonali, u għalhekk issir ħsara lill-kontribwenti l-oħra kif ukoll lill-ekonomija ġenerali;

R.  billi hemm studju(2) li jistma li t-telf tad-dħul għall-Unjoni minħabba l-evitar tat-taxxa minn tassazzjoni korporattiva jista' jammonta għal madwar EUR 50-70 biljun fis-sena, fejn din iċ-ċifra tirrappreżenta s-somma mitlufa minħabba t-trasferiment tal-profitt u billi dan l-istudju jistma wkoll li telf tad-dħul għall-Unjoni minħabba l-evitar tat-taxxa minn tassazzjoni korporattiva jista’ fir-realtà jammonta għal madwar EUR 160-190 biljun jekk jiġu kkunsidrati l-arranġamenti speċjali ta’ taxxa, l-ineffiċjenzi fil-ġbir ta' taxxa u attivitajiet oħra ta’ dan it-tip;

S.  billi l-istess istudju jistma li l-effiċjenza tad-dħul tat-taxxa fuq l-introjtu korporattiv hija 75 %, għalkemm l-istudju jikkonferma wkoll li din ma tirrappreżentax l-ammonti li jistgħu jkunu mistennija li jiġu rkuprati mill-awtoritajiet tat-taxxa, peress li ċertu perċentwal ta' dawk l-ammonti jkun eċċessivament għali jew teknikament diffiċli biex jinġabar; billi skont l-istudju, kieku hemm disponibbli soluzzjoni sħiħa għall-problema tal-BEPS u din tiġi implimentabbli madwar l-Unjoni, l-impatt pożittiv stmat fuq id-dħul mit-taxxa għall-gvernijiet tal-Istati Membri jkun 0,2 % tad-dħul mit-taxxa totali;

T.  billi t-telf li jirriżulta mill-BEPS jirrappreżenta theddida għall-funzjonament xieraq tas-suq intern u għall-kredibbiltà, l-effiċjenza u l-ekwità tas-sistemi tat-taxxa korporattiva fl-Unjoni; billi l-istess studju jagħmilha ċara wkoll li l-kalkoli tiegħu ma jinkludux stimi tal-attività fi ħdan l-ekonomija moħbija, u li l-opaċità tal-istrutturi u l-ħlasijiet ta' ċerti kumpaniji tfisser li huwa diffiċli li jiġi stmat l-impatt fuq id-dħul mit-taxxa b'mod preċiż, u għalhekk jista' jkun hemm impatt sinifikament akbar minn dak li jistma r-rapport;

U.  billi t-telf li jirriżulta mill-BEPS juri wkoll b'mod ċar in-nuqqas ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni bejn dawk il-kumpaniji li joperaw biss fi Stat Membru wieħed u jħallsu t-taxxi tagħhom hemmhekk, b'mod partikolari l-SMEs, in-negozji tal-familja u l-persuni li jaħdmu għal rashom, u ċerti kumpaniji multinazzjonali li huma kapaċi jittrasferixxu l-profitti minn ġurisdizzjonijiet ta' taxxa għolja lejn dawk ta' taxxa baxxa u jidħlu fi ppjanar aggressiv tat-taxxa, biex b'hekk inaqqsu l-bażi tat-taxxa ġenerali tagħhom u jpoġġu aktar pressjoni fuq il-finanzi pubbliċi għad-detriment taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-SMEs;

V.  billi l-użu ta' prattiki ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa minn kumpaniji multinazzjonali jmur kontra l-prinċipju ta' kompetizzjoni ġusta u responsabilità korporattiva kif stabbilit fil-komunikazzjoni COM(2011)0681 billi t-tfassil ta' strateġiji ta' ppjanar tat-taxxa jeħtieġ riżorsi li huma disponibbli biss għad-ditti l-kbar u billi dan jirriżulta f'nuqqas ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni bejn l-SMEs u l-korporazzjonijiet il-kbar, li għandu jiġi indirizzat b'mod urġenti;

W.  billi jenfasizza wkoll, li l-kompetizzjoni fil-qasam tat-taxxa fl-Unjoni u fir-rigward tal-pajjiżi terzi tista' tkun ta’ ħsara f'xi każijiet u tista’ twassal għal ġirja lejn l-iktar livell baxx f’termini ta’ rati tat-taxxa filwaqt li t-titjib fit-trasparenza, il-koordinazzjoni u l-konverġenza jipprovdi qafas effettiv biex jiggarantixxi l-kompetizzjoni ġusta bejn id-ditti fl-Unjoni u jipproteġi l-baġits tal-Istat minn eżiti negattivi;

X.  billi l-miżuri li jippermettu ppjanar aggressiv tat-taxxa mhumiex kompatibbli mal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali bejn l-Istati Membri;

Y.  billi l-ippjanar aggressiv tat-taxxa huwa ffaċilitat biż-żieda tal-kumplessità tan-negozju u bid-diġitalizzazzjoni u l-globalizzazzjoni tal-ekonomija, fost fatturi oħra, li jwasslu għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li huma ta' ħsara għat-tkabbir u għall-kumpaniji tal-Unjoni, b'mod partikolari l-SMEs;

Z.  billi l-ġlieda kontra l-ippjanar aggressiv tat-taxxa ma tistax tiġi indirizzata mill-Istati Membri individwalment; billi l-politiki dwar it-taxxa korporattiva li ma jkunux trasparenti u kkoordinati jġorru riskju għall-politika dwar it-taxxa tal-Istati Membri, u jwasslu għal eżiti mhux produttivi bħaż-żieda tat-tassazzjoni tal-bażijiet tat-taxxa inqas mobbli;

AA.  billi n-nuqqas ta' azzjoni kkoordinata qed iwassal ħafna Stati Membri biex jadottaw miżuri nazzjonali unilaterali; billi miżuri bħal dawn ħafna drabi wrew li huma ineffettivi, insuffiċjenti u f'xi każijiet anke detrimentali għall-kawża;

AB.  billi dak li huwa meħtieġ għaldaqstant huwa approċċ ikkoordinat u pluridimensjonali fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali;

AC.  billi l-Unjoni kienet pijunier fil-ġlieda globali kontra l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, b'mod partikolari bil-promozzjoni tal-progress fil-livell tal-OECD fir-rigward tal-proġett tal-BEPS; billi l-Unjoni għandu jkompli jkollha r-rwol ta' pijunier hekk kif il-proġett tal-BEPS jiżviluppa, biex tipprova tipprevjeni l-ħsara li l-BEPS jistgħu jikkawżaw kemm lill-Istati Membri kif ukoll lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp madwar id-dinja; inkluż l-iżgurar ta’ azzjonijiet dwar il-BEPS u lil hinn minn kwistjonijiet marbuta mal-BEPS ta' importanza sinifikanti għall-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp bħal dawk deskritti fir-rapport dwar il-Grupp ta' Ħidma tal-G20 dwar l-Iżvilupp fl-2014;

AD.  billi l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li pakkett komprensiv ta’ miżuri tal-OECD dwar il-BEPS jiġi implimentat bħala standard minimu fil-livell tal-Unjoni u jibqa' ambizzjuż; billi huwa ta’ importanza kruċjali li l-pajjiżi kollha tal-OECD jimplimentaw il-proġett tal-BEPS;

AE.  billi l-Kummissjoni għandha tfassal b’mod ċar kif se tikseb il-15-il riżultat tanġibbli tal-proġett tal-BEPS tal-OECD/G20 lil hinn u barra mill-oqsma ta’ azzjoni li diġà ssemmew f’dan ir-rapport, filwaqt li tipproponi mill-aktar fis possibbli pjan ambizzjuż ta’ miżuri leġiżlattivi, sabiex tinkoraġġixxi pajjiżi oħra biex isegwu l-linji gwida tal-OECD u l-eżempju tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni; billi l-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll l-oqsma li fihom l-Unjoni għandha tmur lil hinn mill-istandards minimi li tirrakkomanda l-OECD;

AF.  billi skont it-Trattati tal-Unjoni, is-setgħa ta' leġiżlazzjoni fuq it-tassazzjoni korporattiva bħalissa tinsab f'idejn l-Istati Membri, iżda madankollu l-maġġoranza kbira tal-problemi marbuta mal-ippjanar aggressiv tat-taxxa huma ta' natura multinazzjonali;

AG.  billi aktar koordinazzjoni tal-politiki dwar it-taxxa nazzjonali għalhekk tirrappreżenta l-uniku mod fattibbli biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni u jiġu evitati miżuri li jiffavorixxu kumpaniji multinazzjonali kbar għad-detriment tal-SMEs;

AH.  billi n-nuqqas ta’ koordinazzjoni tal-politiki dwar it-taxxa fl-UE jwassal għal spiża u piż amministrattiv sinifikanti għaċ-ċittadini u n-negozji li joperaw f’aktar minn Stat Membru wieħed fi ħdan l-Unjoni - dan jgħodd saħansitra aktar għall-SMEs - u jirriżulta f’tassazzjoni doppja mhux intenzjonata, nontassazzjoni doppja, jew jiffaċilita l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u billi każijiet bħal dawn għandhom jiġu eliminati u għalhekk jeħtieġu soluzzjonijiet aktar trasparenti u aktar sempliċi;

AI.  billi għandha tingħata attenzjoni speċifika fit-tfassil tar-regoli tat-taxxa u l-proċeduri amministrattivi proporzjonati lill-SMEs u n-negozji tal-familja, li huma s-sinsla tal-ekonomija tal-Unjoni;

AJ.  billi sas-26 ta' Ġunju 2017 irid ikun operattiv fl-Unjoni kollha reġistru għas-sjieda benefiċjarja, li jgħin fit-traċċar ta' evitar tat-taxxa u ta' trasferiment tal-profitti possibbli;

AK.  billi r-rivelazzjonijiet tal-iskandlu LuxLeaks u l-ħidma mwettqa mill-kumitat speċjali TAXE 1 juru biċ-ċar il-ħtieġa ta' miżuri leġiżlattivi tal-Unjoni biex itejbu t-trasparenza, il-koordinazzjoni u l-konverġenza fil-politiki dwar it-taxxa korporattiva fl-Unjoni;

AL.  billi t-tassazzjoni korporattiva għandha tiġi ggwidata mill-prinċipju tat-tassazzjoni tal-profitti meta dawn ikunu ġġenerati;

AM.  billi l-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom ikomplu jkollhom rwol attiv ħafna fl-arena internazzjonali sabiex jaħdmu għall-istabbiliment ta' standards internazzjonali bbażati primarjament fuq il-prinċipji tat-trasparenza, l-iskambju ta' informazzjoni u t-tneħħija ta' miżuri dannużi ta' tassazzjoni;

AN.  billi l-prinċipju ta' "Koerenza Politika għall-Iżvilupp", kif stabbilit fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jeħtieġ li l-Unjoni tassigura li l-istadji kollha tat-tfassil tal-politika f'kull qasam, inkluż fir-rigward tat-tassazzjoni korporattiva, ma jimmilitawx kontra, u minflok jippromwovu, l-għan tal-iżvilupp sostenibbli;

AO.  billi approċċ ikkoordinat għas-sistema tat-tassazzjoni korporattiva madwar l-Unjoni se jkun jippermetti l-indirizzar tal-kompetizzjoni inġusta u t-tisħiħ tal-kompetittività tal-kumpaniji tal-Unjoni, b’mod partikolari l-SMEs;

AP.  billi l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jużaw iktar is-soluzzjonijiet elettroniċi fil-proċeduri relatati mat-tassazzjoni sabiex inaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jissimplifikaw il-proċeduri transfruntiera;

AQ.  billi l-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt tal-benefiċċji tat-taxxa mogħtija lil żoni ekonomiċi speċjali eżistenti fl-Unjoni; u f’dan ir-rigward iħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet tat-taxxa;

Trasparenza

AR.  billi ż-żieda fit-trasparenza fil-qasam tat-tassazzjoni korporattiva tista’ ttejjeb il-ġbir tat-taxxa, tagħmel ix-xogħol tal-awtoritajiet tat-taxxa aktar effiċjenti u hija kruċjali biex tiġi żgurata ż-żieda fil-fiduċja pubblika u l-kunfidenza fis-sistemi tat-taxxa u l-gvernijiet, u din għandha tkun prijorità importanti;

   (i) billi aktar trasparenza fir-rigward tal-attivitajiet ta' kumpaniji multinazzjonali kbar, u b'mod partikolari rigward il-profitti magħmula, it-taxxi fuq profitt imħallas, is-sussidji rċevuti u r-rimborżi tat-taxxa, in-numru ta' impjegati u assi li għandhom, hija essenzjali biex ikun żgurat li l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jindirizzaw il-BEPS b'mod effiċjenti; billi jeħtieġ li jintlaħaq bilanċ tajjeb bejn it-trasparenza, il-protezzjoni tad-data personali u s-sensittività kummerċjali, kif ukoll li jiġi kkunsidrat l-impatt fuq negozji iżgħar; billi forma waħda vitali għal dan it-trasparenza li għandha tittieħed hija r-rappurtar pajjiż b'pajjiż; billi kwalunkwe proposta tal-Unjoni għar-rappurtar pajjiż b'pajjiż għandha fl-ewwel istanza tkun ibbażata fuq il-mudell tal-OECD; billi huwa possibbli li l-Unjoni tmur lil hinn mil-linji gwida tal-OECD u tagħmel obbligatorju u pubbliku dan ir-rappurtar pajjiż b'pajjiż, u fl-emendi tiegħu adottati fit-8 ta' Lulju 2015(3) fuq il-proposta għal Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Azzjonisti, il-Parlament Ewropew ivvota favur rappurtar pubbliku pajjiż b'pajjiż; billi l-Kummissjoni Ewropea wettqet konsultazzjoni dwar dan is-suġġett bejn is-17 ta' Ġunju u d-9 ta' Settembru 2015 sabiex tesplora l-għażliet differenti għall-implimentazzjoni tar-rappurtar pajjiż b'pajjiż(4); billi 88% ta' dawk li wieġbu pubblikament għal din il-konsultazzjoni ddikjaraw li jappoġġjaw l-iżvelar pubbliku min-naħa tal-impriżi ta' informazzjoni marbuta mat-taxxa;
   (ii) billi t-twettiq ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa mill-korporazzjonijiet mhuwiex kompatibbli mar-Responsabilità Soċjali Korporattiva; billi xi kumpaniji fl-Unjoni diġà bdew juru li huma konformi għal kollox mat-taxxa billi japplikaw għas-sjieda tagħhom ta' tikketta ta' "Kontribwent tat-Taxxa Ġusta" u jippromwovuha(5) u billi miżuri bħal dawn jistgħu jservu ta’ deterrent qawwi u jbiddlu l-imġiba, permezz tar-riskju ta’ reputazzjoni għal nuqqas ta’ konformità, tali tikketta għandha tkun ibbażata fuq kriterji komuni fil-livell Ewropew;
   (iii) billi żieda fit-trasparenza tista' tintlaħaq jekk l-Istati Membri jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe konċessjoni, ħelsien, eżenzjoni, inċentiv jew miżura simili ġdida li jista' jkollha impatt materjali fuq ir-rata tat-taxxa effettiva tagħhom; billi tali notifika tkun tgħin lill-Istati Membri biex jidentifikaw prattiki dwar it-taxxa dannużi;
   (iv) billi, minkejja l-ftehim reċenti tal-Kunsill dwar l-emenda tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE(6) fir-rigward tal-iskambju awtomatiku ta’ deċiżjonijiet tat-taxxa, għad hemm riskji li l-Istati Membri ma jikkomunikawx biżżejjed bejniethom dwar l-impatt possibbli li l-arranġamenti tat-taxxa tagħhom ma' ċerti kumpaniji jista’ jkollhom fuq il-ġbir tat-taxxa fi Stati Membri oħra; billi l-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali għandhom awtomatikament jiskambjaw id-deċiżjonijiet kollha tat-taxxa mingħajr dewmien wara li jkunu nħarġu; billi l-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għal deċiżjonijiet tat-taxxa, permezz ta’ direttorju ċentrali sikur; billi d-deċiżjonijiet tat-taxxa ffirmati mill-awtoritajiet tat-taxxa għandhom ikunu soġġetti għal trasparenza akbar, sakemm jiġu ppreservati l-informazzjoni kunfidenzjali u l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva;
   (v) billi portijiet mingħajr dazju huma rrappurtati li qed jintużaw biex jaħbu tranżazzjonijiet mill-awtoritajiet tat-taxxa;
   (vi) billi l-progress fil-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa jista' jiġi mmonitorjat biss b'metodoloġija armonizzata li tista' tintuża biex jiġi stmat id-daqs tad-distakki fiskali diretti u indiretti fl-Istati Membri, u madwar l-Unjoni kollha kemm hi; billi stima tad-distakk fiskali għandha tirrappreżenta biss il-bidu tal-provvediment ta' informazzjoni addizzjonali dwar kwistjonijiet tat-taxxa;
   (vii) billi l-qafas legali attwali fl-Unjoni kollha biex jiġu protetti l-informaturi huwa insuffiċjenti, u teżisti varjazzjoni sinifikanti bejn l-modi li bihom Stati Membri differenti jipprovdu protezzjoni għall-informaturi; billi fin-nuqqas ta' tali protezzjoni, wieħed jista' jifhem li dawk l-impjegati li jkollhom informazzjoni vitali se jkunu riluttanti li jersqu 'l quddiem u għalhekk dik l-informazzjoni mhux se tkun disponibbli; billi minn meta l-informaturi għenu biex tiġi mmobilizzata l-attenzjoni pubblika dwar il-kwistjoni tat-tassazzjoni inġusta, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw miżuri li jipproteġu tali attività; billi għalhekk ikun xieraq li tiġi offruta protezzjoni fl-Unjoni kollha għall-informaturi li jirrappurtaw suspetti ta' kondotta ħażina, mġiba ħażina, frodi jew attività illegali lir-regolaturi nazzjonali jew, f'każijiet ta' kondotta ħażina, mġiba ħażina, frodi jew attività illegali persistenti mhux indirizzata li tista' taffettwa l-interess pubbliku u lill-pubbliku ġenerali; billi din il-protezzjoni għandha tkun koerenti mas-sistema legali ġenerali; billi din il-protezzjoni għandha tkun effettiva kontra prosekuzzjonijiet legali mhux ġustifikati, sanzjonijiet ekonomiċi u diskriminazzjonijiet;

Koordinazzjoni

AS.  billi s-setgħa ta' leġiżlazzjoni fuq it-tassazzjoni korporattiva tinsab għand l-Istati Membri, iżda madankollu l-maġġoranza kbira tal-problemi marbuta mal-ippjanar aggressiv tat-taxxa hija ta' natura multinazzjonali; billi aktar koordinazzjoni tal-politiki dwar it-taxxa nazzjonali għalhekk tirrappreżenta l-uniku mod possibbli biex jiġu indirizzati l-problemi tal-BEPS u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa;

   (i) billi Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva obbligatorja fl-Unjoni kollha (BKKTK) se tkun pass kbir lejn is-soluzzjoni ta' dawk il-problemi assoċjati mal-ippjanar aggressiv tat-taxxa fi ħdan l-Unjoni u għandha tiġi introdotta bħala kwistjoni urġenti; billi l-għan aħħari huwa BKKTK sħiħa, obbligatorja u possibbilment b’eżenzjoni temporanja għall-SMEs li mhumiex kumpaniji multinazzjonali u kumpaniji b’attività transfruntiera, u b'metodu tat-tqassim proporzjonali tal-formoli bbażat fuq taħlita ta’ fatturi varjabbli oġġettivi; billi sakemm m'hemmx BKKTK sħiħa fis-seħħ, il-Kummissjoni qed tikkunsidra miżuri temporanji biex jikkontrobattu l-opportunitajiet tat-trasferiment tal-profitt; billi huwa meħtieġ li jiġi żgurat li dawk il-miżuri, li jinkludu t-tpaċija tat-telf transfruntier, ma jżidux ir-riskju tal-BEPS; billi dawn il-miżuri mhumiex sostitut perfett għall-konsolidazzjoni u jeħtieġ iż-żmien biex dan ir-reġim il-ġdid ikun kompletament operattiv.
   (ii) billi minkejja l-ħidma tal-Grupp tal-Kodiċi ta' Kondotta dwar it-tassazzjoni korporattiva dannuża, il-miżuri ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa jibqgħu jeżistu fl-Unjoni kollha; billi t-tentattivi fil-passat biex jissaħħu l-governanza u l-mandat tal-Grupp, u biex jiġu aġġustati u mwessgħin il-metodi ta' ħidma u l-kriterji stabbiliti fil-Kodiċi, bil-għan li jiġu miġġielda forom ġodda ta' prattiki dwar it-taxxa dannużi fl-ambjent ekonomiku attwali, ma kinux ta' suċċess; billi l-attivitajiet tal-Grupp huma kkaratterizzati minn nuqqas ġenerali ta' trasparenza u responsabilità; billi għalhekk l-effiċjenza u l-funzjonament tal-Grupp jeħtieġ li jiġi rriformat u jsir aktar effettiv u trasparenti, b’mod partikolari permezz tal-pubblikazzjoni ta’ rapporti annwali u minuti, inkluża l-indikazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Istati Membri; billi l-grupp għandu jkun jista' jieħu pożizzjonijiet dwar kwistjonijiet li jirriżultaw minn politiki dwar it-taxxa f’aktar minn Stat Membru wieħed mingħajr minoranza żgħira ta’ Stati Membri jimblukkaw rakkomandazzjonijiet;
   (iii) billi l-prinċipju ġenerali tat-tassazzjoni korporattiva fl-Unjoni għandu jkun li t-taxxi jitħallsu fil-pajjiżi fejn issir l-attività ekonomika attwali tal-kumpanija u l-ħolqien tal-valur; billi għandhom jiġu żviluppati kriterji biex ikun żgurat li dan iseħħ; billi kwalunkwe użu ta’ "sistema ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi" jew reġimi ta’ taxxa preferenzjali jridu wkoll jiżguraw li t-taxxi jitħallsu fil-post fejn jiġi ġġenerat valur, skont il-kriterji definiti fl-Azzjoni 5 tal-BEPS, filwaqt li jiġu stabbiliti definizzjonijiet komuni Ewropej għal dak li jikkwalifika bħala l-promozzjoni tar-R&Ż, u x’ma jikkwalifikax, u għall-armonizzazzjoni tal-użu ta' sistema ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi u ta' reġim ta' taxxa favorevoli għall-innovazzjoni, inkluż li d-data tal-abolizzjoni tar-reġim il-qadim titressaq għat-30 ta' Ġunju 2017;
   (iv) billi ċerti Stati Membri introduċew b'mod unilaterali Korporazzjoni Kkontrollata Minn Barra l-Pajjiż (CFC) sabiex jiġi żgurat b'mod adegwat li l-profitti mpoġġija f'pajjiż b'taxxa baxxa jew mingħajr taxxa jkunu effettivament intaxxati; billi jeħtieġ li dawk ir-regoli jkunu kkoordinati sabiex jiġi evitat li d-diversità tar-regoli nazzjonali dwar is-CFC fi ħdan l-Unjoni tfixkel il-funzjonament tas-suq intern;
   (v) billi d-Direttiva 2011/16/UE tipprovdi għal kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-ispezzjonijiet u l-awditi tat-taxxa u tinkoraġġixxi l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet fiskali; billi, madankollu, l-istrumenti previsti f'dik id-Direttiva mhumiex effettivi biżżejjed u l-approċċi diverġenti nazzjonali għall-kumpaniji tal-awditjar jikkuntrastaw mat-tekniki ta' ppjanar tat-taxxa organizzati ħafna ta' ċerti kumpaniji;
   (vi) billi biex ikun effettiv l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni b'mod ġenerali u informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet tat-taxxa b'mod partikolari, hija meħtieġa sistema komuni ta' Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa Ewropew; billi l-Kummissjoni għandha tikkunsidra t-twaqqif ta’ reġistru kummerċjali komuni Ewropew;
   (vii) billi l-Kummissjoni ddeċidiet li ttawwal il-mandat tal-Pjattaforma għal Governanza Tajba fil-Qasam tat-Taxxa - li kellu jiskadi fl-2016 - kif ukoll tespandi l-kamp ta' applikazzjoni tagħha u ttejjeb il-metodi ta' ħidma tagħha; billi l-Pjattaforma tista' tgħin biex jitwettaq il-Pjan ta' Azzjoni ġdid biex issaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, ikunu ffaċilitati d-diskussjonijiet dwar id-deċiżjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri fid-dawl tar-regoli ġodda proposti dwar l-iskambju ta' informazzjoni, u jkun ipprovdut feedback dwar inizjattivi ġodda kontra l-evitar; billi, madankollu, jeħtieġ li l-Kummissjoni tagħti spinta lill-profil, twessa' s-sħubija u żżid l-effettività tal-Pjattaforma għal Governanza Tajba fil-Qasam tat-Taxxa;
   (viii) billi l-Kummissjoni għandha tanalizza u titlob l-implimentazzjoni tar-riformi għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa fi ħdan il-proċess tas-Semestru Ewropew, biex ittejjeb il-kapaċità tal-ġbir ta' taxxi tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali sabiex iwettqu r-rwoli tagħhom b'mod effettiv u b'hekk irawmu l-impatt pożittiv tal-ġbir effettiv tat-taxxa u ta' azzjonijiet effettivi kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa fuq id-dħul tal-Istati Membri;

Konverġenza

AT.  billi koordinazzjoni mtejba waħedha mhux se ssolvi l-problemi fundamentali li jirriżultaw mill-fatt li jeżistu regoli differenti rigward it-tassazzjoni korporattiva fi Stati Membri differenti; billi parti mir-reazzjoni komprensiva għall-ippjanar aggressiv tat-taxxa għandha tinvolvi l-konverġenza ta' numru limitat ta' prattiki tat-taxxa nazzjonali; billi dan jista' jinkiseb filwaqt li xorta tiġi mħarsa s-sovranità tal-Istati Membri fir-rigward ta' elementi oħra tas-sistemi tat-taxxa korporattiva tagħhom;

   (i) billi prattiki ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa xi drabi jistgħu jirriżultaw mill-benefiċċji kumulattivi ta' trattati dwar tassazzjoni doppja konklużi mill-Istati Membri differenti, li minflok jirriżultaw b'mod pervers f'nontassazzjoni doppja; billi l-proliferazzjoni ta' trattati tat-taxxa doppja ffirmati minn Stati Membri individwali ma' pajjiżi terzi tista' twassal għal opportunitajiet għal lakuni ġodda; billi, f'konformità mal-Azzjoni 15 tal-proġett tal-BEPS tal-OECD/G20, hemm il-bżonn li jiġi żviluppat strument multilaterali biex jiġu emendati t-trattati dwar it-taxxa bilaterali; billi l-Kummissjoni għandu jkollha l-mandat li tinnegozja ftehimiet tat-taxxa ma' pajjiżi terzi f'isem l-Unjoni minflok il-prattika attwali li taħtha jitwettqu negozjati bilaterali, li jipproduċu riżultati sub-ottimali. billi l-Kummissjoni għandha tiżgura li ftehimiet bħal dawn ikollhom dispożizzjonijiet ta’ reċiproċità u jipprojbixxu kwalunkwe impatt negattiv fuq iċ-ċittadini u n-negozji, b’mod partikolari l-SMEs, li jirriżulta mill-applikazzjoni extraterritorjali tal-leġiżlazzjoni ta’ pajjiż terz taħt il-ġurisdizzjoni tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha;
   (ii) billi l-Unjoni għandu jkollha definizzjoni aġġornata tagħha stess ta' "rifuġji fiskali";
   (iii) billi l-Unjoni għandha tapplika kontromiżuri lejn kumpaniji li jagħmlu użu minn rifuġji fiskali bħal dawn; billi dan diġà ġie mitlub fir-Rapport tal-Parlament Ewropew dwar ir-Rapport Annwali dwar it-Taxxa tal-2014(7), li talab li "jiddaħħlu sanzjonijiet ħorox biex ikun evitat li kumpaniji jiksru jew jevitaw l-istandards tat-taxxa, billi ma jibqgħux jingħataw fondi tal-UE u aċċess għall-għajnuna mill-istat jew għall-akkwist pubbliku lil kumpaniji frawdolenti jew kumpaniji li jinsabu f'rifuġji tat-taxxa jew pajjiżi li jgħawġu l-kompetizzjoni b'kundizzjonijiet favorevoli tat-taxxa; iħeġġeġ lill-Istati Membri jirkupraw kull tip ta' appoġġ pubbliku mogħti lil kumpaniji jekk dawn ikunu involuti fi ksur tal-istandards tat-taxxa tal-UE"; billi l-Istati Membri għandhom ikunu wkoll soġġetti għal kontromiżuri f'każ li jirrifjutaw li jaġixxu biex jimmodifikaw ir-reġimi tat-taxxa preferenzjali ta' ħsara tagħhom li jimminaw l-eżistenza ta' kundizzjonijiet ekwi fl-UE;
   (iv) billi definizzjoni vinkolanti ġdida ta' "stabbiliment permanenti" hija meħtieġa biex jiġi żgurat li t-tassazzjoni sseħħ fejn issir l-attività ekonomika u jinħoloq il-valur ekonomiku; billi dan għandu jkun akkumpanjat minn kriterji minimi vinkolanti biex jiġi determinat jekk attività ekonomika għandhiex sustanza suffiċjenti biex tiġi intaxxata fi Stat Membru sabiex tiġi evitata l-problema ta' "kumpanija tal-isem", b'mod partikolari fir-rigward tal-isfidi mnedija mill-ekonomija diġitali;
   (v) billi l-investigazzjonijiet kontinwi tal-Kummissjoni fl-allegat ksur tar-regoli ta' għajnuna mill-istat tal-Unjoni wrew nuqqas ta' trasparenza li toħloq ostakli dwar il-mod li bih għandhom jiġu applikati dawk ir-regoli; billi biex tirrettifika dan, il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat biex tikkjarifika kif se tiddetermina każijiet ta' għajnuna mill-Istat relatati mat-taxxa, u b'hekk tipprovdi aktar ċertezza tad-dritt għall-kumpaniji u l-Istati Membri bl-istess mod; billi fil-qafas tal-modernizzazzjoni tar-reġim tal-għajnuna mill-Istat il-Kummissjoni għandha tiżgura kontroll ex-post effettiv tal-legalità tal-għajnuna mill-Istat mogħtija;
   (vi) billi wieħed mill-effetti mhux intenzjonati tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE(8) huwa li l-imgħax transfruntier u l-introjtu ta' royalties jistgħu jkunu mhux intaxxati (jew intaxxati f'livell baxx ħafna); billi regola ġenerali kontra l-abbużi għandha tiġi introdotta f'dik id-Direttiva kif ukoll fid-Direttiva tal-Kunsill 2005/19/KE(9) u leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni;
   (vii) billi taxxa minn ras il-għajn fl-Unjoni kollha jew miżura li jkollha effett simili, tkun tiżgura li l-profitti kollha ġġenerati fl-Unjoni, u li huma mistennija li jitilqu mill-Unjoni, jiġu intaxxati tal-inqas darba fl-Unjoni qabel ma jħallu l-fruntieri tal-Unjoni.
   (viii) billi l-qafas attwali tal-Unjoni dwar is-soluzzjoni tat-tilwim dwar tassazzjoni doppja bejn l-Istati Membri ma jaħdimx b'mod effettiv u jkun jibbenefika minn regoli aktar ċari u skedi ta' żmien aktar stretti, billi jkompli jibni fuq is-sistemi diġà stabbiliti;
   (ix) billi l-konsulenti tat-taxxa għandhom rwol kruċjali fil-faċilitazzjoni ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa, billi jgħinu lill-kumpaniji jistabbilixxu strutturi legali kumplessi sabiex jieħdu vantaġġ mid-diskrepanzi u l-lakuni li jinħolqu minn sistemi ta' taxxa differenti; billi rieżami fundamentali tas-sistema tat-taxxa korporattiva ma tistax isseħħ mingħajr ma jiġu investigati l-prattiki ta' dawn id-ditti ta' konsulenza; billi din l-investigazzjoni għandha tinkludi kunsiderazzjoni tal-kunflitt ta' interess inerenti f'dawn id-ditti, li b'mod simultanju jipprovdu konsulenza lill-gvernijiet nazzjonali dwar it-twaqqif ta' sistemi fiskali u ta' konsulenza lill-kumpaniji dwar kif jistgħu jottimizzaw ir-responsabilità fiskali tagħhom f'dawn is-sistemi;

AU.  billi l-effiċjenza ġenerali tal-ġbir tat-taxxa, il-kunċett ta' ekwità tat-taxxa u l-kredibilità tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali ma jiddgħajfux biss permezz ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa u attivitajiet tal-BEPS; billi l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni simili deċiżiva biex jindirizzaw il-problemi tal-evażjoni tat-taxxa u l-frodi tat-taxxa fit-tassazzjoni korporattiva u individwali kif ukoll problemi relatati mal-ġbir ta' taxxi li mhumiex taxxi korporattivi, b'mod partikolari l-VAT; billi dawk l-elementi l-oħra ta' ġbir u amministrazzjoni tat-taxxa jirrappreżentaw parti sostanzjali tad-distakk fiskali eżistenti;

AV.  billi l-Kummissjoni għalhekk għandha tikkunsidra wkoll kif se tindirizza dawk il-kwistjonijiet usa', b'mod partikolari l-infurzar tar-regoli dwar il-VAT fl-Istati Membri u tal-applikazzjoni tagħhom f'każijiet transfruntiera kif ukoll l-ineffiċjenzi fil-ġbir tal-VAT (li f'xi Stati Membri jikkostitwixxi sors prinċipali tad-dħul nazzjonali) u l-konsegwenzi negattivi ta' xi amnestiji tat-taxxa jew skemi mhux trasparenti ta' "maħfra tat-taxxa"; billi kull miżura ġdida bħal din għandha tinvolvi kunsiderazzjonijiet tal-bilanċ tal-ispejjeż u l-benefiċċji.

1.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta lill-Parlament sa Ġunju 2016 proposta leġiżlattiva waħda jew aktar, wara r-rakkomandazzjonijiet dettaljati fl-Anness ta' hawnhekk;

2.  Jikkonferma li dawn ir-rakkomandazzjonijiet jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u l-principju ta’ sussidjarjetà;

3.  Iqis li l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-proposta mitluba għandhom ikunu koperti minn allokazzjonijiet baġitarji xierqa;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet dettaljati annessi magħha lill-Kummissjoni u lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) http://ec.europa.eu/taxation_customs/resources/documents/taxation/gen_info/economic_analysis/tax_structures/2014/report.pdf
(2) "European added value of legislative report on bringing Transparency, coordination and convergence to corporate tax policies in the European Union" (Il-valur miżjud Ewropew tar-rapport leġiżlattiv intitolat Indaħħlu t-trasparenza, il-koordinament u l-konverġenza fil-politiki dwar it-Taxxa fuq il-Kumpaniji fi ħdan l-Unjoni), minn Dott. Benjamin Ferrett, Daniel Gravino u Silvia Merler- Għad irid jiġi ppubblikat.
(3) Testi adottati tat-8.7.2015, P8_TA(2015)0257.
(4) http://ec.europa.eu/finance/consultations/2015/further-corporate-tax-transparency/index_en.htm.
(5) Bħall-Marka tat-Taxxa Ġusta: http://www.fairtaxmark.net/.
(6) Direttiva tal-Kunsill 2011/16/EU tal-15 ta' Frar 2011 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/EEC (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).
(7) http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+REPORT+A8-2015-0040+0+DOC+XML+V0//MT
(8) Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/49/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 49).
(9) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/19/KE tas-17 ta' Frar 2005 li temenda d-Direttiva 90/434/KEE tal-1990 dwar is-sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, trasferimenti ta' assi u skambji ta' ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta' Stati Membri differenti (ĠU L 58, 4.3.2005, p. 19).


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI

RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI DWAR IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA MITLUBA

A.  Trasparenza

Rakkomandazzjoni A1. Rapport għal kull pajjiż obbligatorju u pubbliku għas-setturi kollha minn kumpaniji multinazzjonali

Il-Parlament Ewropew għal darb'oħra jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tieħu l-passi kollha neċessarji biex tintroduċi sal-ewwel tliet xhur tal-2016 rapport għal kull pajjiż (CBC-R) għall-kumpaniji multinazzjonali kollha, fis-setturi kollha.

—  Din il-proposta għandha tiġi żviluppata fuq il-bażi tar-rekwiżiti mressqa mill-OECD fil-mudell tagħha ta' data CBC-R ippubblikat f'Settembru 2014 (l-Azzjoni 13 tal-proġett tal-BEPS tal-OECD/G20.

—  Hija u tiżviluppa l-proposta, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll:

—  ir-riżultati tal-konsultazzjoni tal-Kummissjoni f'CBC-R, li saret bejn is-17 ta' Ġunju u d-9 ta' Settembru 2015, li eżaminat diversi għażliet għall-implimentazzjoni possibbli ta' CBC-R fl-Unjoni;

—  il-proposti għal CBC-R pubbliku sħiħ deskritti fid-Direttiva riveduta dwar id-Drittijiet tal-Azzjonisti kif ivvutat mill-Parlament Ewropew fit-8 ta' Lulju 2015(1) u l-eżitu tat-trilogi kontinwi dwar din id-Direttiva.

Rakkomandazzjoni A2. Tikketta ġdida ta' "Kontributur Ġust" għall-kumpaniji li jinvolvu rwieħhom fi prattiki dwar it-taxxa tajba

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq proposta kemm jista’ jkun malajr dwar tikketta Ewropea ġdida "Kontributur ġust".

—  Il-proposta għandha tinkludi qafas Ewropew ta' kriterji ta' eliġibbiltà, li taħtu t-tikketta tista' tingħata minn korpi nazzjonali.

—  Dan il-qafas ta' kriterji ta' eliġibbiltà għandu jagħmilha ċara li t-tikketta ta' "Kontributur Ġust" tingħata biss lil dawk il-kumpaniji li marru aktar u lil hinn mill-ittra ta' x'inhu meħtieġ minnhom taħt il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali.

—  Il-kumpaniji għandhom ikunu motivati minn din it-tikketta "Kontribwent Ġust" biex jagħmlu l-ħlas ta' sehem ġust ta' taxxi bħala parti essenzjali mill-politika ta' responsabbiltà soċjali korporattiva tagħhom, u jirrappurtaw dwar il-pożizzjoni tagħhom fuq kwistjonijiet ta' tassazzjoni fir-rapport annwali tagħhom.

Rakkomandazzjoni A3. Notifika obbligatorja ta' miżuri ġodda tat-taxxa

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq proposta kemm jista’ jkun malajr dwar mekkaniżmu ġdid li bih l-Istati Membri jkunu obbligati li jinfurmaw Stati Membri oħra u l-pubbliku jekk ikunu biħsiebhom jintroduċu konċessjoni, eżenzjoni, eċċezzjoni, inċentiv jew miżura simili ġdida li jista' jkollha impatt materjali fuq ir-rata tat-taxxa effettiva fl-Istat Membru jew fuq il-bażi tat-taxxa ta' Stat Membru ieħor.

—  Dawn in-notifiki mill-Istati Membri għandu jkollhom analiżi ta' riperkursjoni tal-impatt materjali tal-miżuri tat-taxxi ġodda fuq Stati Membri oħra u pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jappoġġjaw l-azzjoni tal-Grupp tal-Kodiċi ta' Kondotta fl-identifikazzjoni ta' prattiki fiskali ta' ħsara.

—  Dawn il-miżuri tat-taxxa ġodda għandhom jiġu vvalutati wkoll mill-Kummissjoni Ewropea, u għandhom isiru rakkomandazzjonijiet għas-segwitu.

—  Il-Parlament Ewropew għandu jirċievi aġġornamenti regolari dwar dawn in-notifiki u l-valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea.

—  Għandhom jiġu previsti pieni fir-rigward ta’ Stati Membri li jonqsu milli jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti tar-rappurtar.

—  Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll jekk ikunx xieraq li tobbliga d-ditti ta’ konsulenza dwar it-taxxa li jiżvelaw lill-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa meta dawn jiżviluppaw u jibdew jippromwovu ċerti skemi tat-taxxa maħsuba biex jgħinu lill-kumpaniji jnaqqsu l-obbligazzjoni ġenerali ta' taxxa tagħhom, kif qed jiġri bħalissa f’xi Stati Membri; u tikkunsidra wkoll jekk il-kondiviżjoni ta’ tali informazzjoni bejn l-Istati Membri permezz tal-Kodiċi tal-Grupp ta’ Kondotta tistax tirrappreżenta għodda effiċjenti għal titjib fil-qasam tat-tassazzjoni korporattiva fl-Unjoni.

Rakkomandazzjoni A4. Skambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar deċiżjonijiet tat-taxxa se jiġi estiż għad-deċiżjonijiet kollha tat-taxxa u sa ċertu punt isir pubbliku

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tikkomplimenta d-Direttiva 2011/16/UE li tinkludi elementi tal-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa, billi:

—  testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni lil hinn minn deċiżjonijiet tat-taxxa transfruntiera biex jinkludi d-deċiżjonijiet tat-taxxa kollha fil-qasam tat-taxxa korporattiva. L-informazzjoni pprovduta għandha tkun komprensiva u f'format miftiehem b'mod reċiproku sabiex jiġi żgurat li din tista' tintuża b'mod effiċjenti mill-awtoritajiet tat-taxxa fil-pajjiżi rilevanti.

—  żżid b’mod sinifikanti t-trasparenza tad-deċiżjonijiet tat-taxxa fil-livell tal-Unjoni, b’kunsiderazzjoni xierqa tal-kunfidenzjalità tan-negozju u s-sigrieti kummerċjali u b’kont meħud tal-aħjar prattiki attwali applikabbli f'ċerti Stati Membri billi tippubblika, fuq bażi annwali, rapport li jiġbor fil-qosor il-każijiet ewlenin li jinsabu fid-direttorju ċentrali sikur li għad irid jinħoloq tal-Kummissjoni tad-deċiżjonijiet tat-taxxa u l-arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment.

—  l-informazzjoni fir-rapport trid tiġi pprovduta fil-forma standardizzata u miftiehma sabiex il-pubbliku jkun jista' jużaha b'mod effettiv.

—  tiżgura li l-Kummissjoni jkollha rwol sħiħ u sinifikattiv fl-iskambju mandatorju ta’ informazzjoni dwar deċiżjonijiet tat-taxxa bil-ħolqien ta’ direttorju ċentrali sikur aċċessibbli mill-Istati Membri u l-Kummissjoni rigward id-deċiżjonijiet tat-taxxa kollha miftiehma fl-Unjoni.

—  tiżgura li sanzjonijiet xierqa jiġu applikati fuq dawk l-Istati Membri li ma jagħmlux skambju ta' informazzjoni b'mod awtomatiku dwar deċiżjonijiet tat-taxxa kif xieraq.

Rakkomandazzjoni A5. Trasparenza tal-portijiet mingħajr dazji

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq proposta leġiżlattiva biex:

—  tiffissa żmien massimu li taħtu jistgħu jinbiegħu oġġetti fil-portijiet mingħajr dazju, eżenti mid-dazji u d-dazju tas-sisa u l-VAT;

—  tobbliga lill-awtoritajiet ta' portijiet mingħajr dazji biex jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tat-taxxa rilevanti tal-Istati Membri u ta' pajjiżi terzi dwar kull tranżazzjoni mwettqa mir-residenti tat-taxxa tagħhom f'bini ta' portijiet mingħajr dazji.

Rakkomandazzjoni A6. Stima tal-Kummissjoni tad-distakk fiskali korporattiv

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex:

—  toħloq, fuq il-bażi tal-aħjar prattiki użati attwalment mill-Istati Membri, metodoloġija armonizzata, li għandha ssir pubblika u li tista' tintuża mill-Istati Membri biex jistmaw id-daqs tad-distakki fiskali korporattivi diretti u indiretti, jiġifieri d-differenza bejn taxxi korporattivi dovuti u taxxi korporattivi mħallsa, fl-Istati Membri kollha.

—  taħdem mal-Istati Membri biex tiżgura l-provvediment tad-data kollha meħtieġa li għandha tiġi analizzata billi tintuża l-metodoloġija sabiex jiġu prodotti l-aktar ċifri eżatti possibbli.

—  tuża l-metodoloġija miftiehma u d-data kollha meħtieġa sabiex tipproduċi u tippubblika, kull sentejn, stima tad-distakki fiskali korporattivi diretti u indiretti fl-Unjoni kollha.

Rakkomandazzjoni A7. Protezzjoni tal-informaturi

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq proposta leġiżlattiva kif ġej:

—  Tipproteġi l-informaturi li jaġixxu fl-interess pubbliku biss (u mhux ukoll għall-flus jew kwalunkwe aġenda personali oħra) sabiex tikxef kondotta ħażina, imġiba ħażina, frodi jew attività illegali fir-rigward tat-taxxa korporattiva fi kwalunkwe Stat Membru fl-Unjoni Ewropea. Dawn l-informaturi għandhom jiġu protetti jekk jirrappurtaw suspetti ta' kondotta ħażina, imġiba ħażina, frodi jew attività illegali lill-awtorità kompetenti rilevanti tagħhom, u għandhom ikunu protetti wkoll jekk, f'każijiet ta' kondotta ħażina, imġiba ħażina, frodi jew attività illegali persistentement mhux indirizzata fir-rigward tat-tassazzjoni korporattiva li tista' taffettwa l-interess pubbliku, huma jirrappurtaw it-tħassib tagħhom lill-pubbliku ġenerali;

—  Tiżgura l-ħarsien tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni fl-Unjoni Ewropea;

—  Tali ħarsien għandu jkun koerenti mas-sistema legali ġenerali u għandu jkun effettiv kontra prosekuzzjonijiet legali, penali ekonomiċi u diskriminazzjonijiet mhux ġustifikati;

—  Tali proposta leġiżlattiva għandha tkun ibbażata fuq ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2) u tqis kull leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni f’dan il-qasam;

—  Tali proposta leġiżlattiva tista' tikkunsidra wkoll ir-Rakkomadazzjoni CM/Rec(2014)7(3) dwar il-protezzjoni tal-informaturi tal-Kunsill tal-Ewropa u b’mod partikolari d-definizzjoni ta’ informatur bħala kwalunkwe persuna li tirrapporta jew tiżvela informazzjoni dwar theddida jew ħsara għall-interess pubbliku fil-kuntest tar-relazzjoni tax-xogħol tagħhom, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat.

B.  Koordinazzjoni

Rakkomandazzjoni B1. Introduzzjoni ta' Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq kemm jista' jkun malajr proposta leġiżlattiva għall-introduzzjoni ta' bażi komuni konsolidata tat-taxxa komuni:

Bħala l-ewwel pass, sa Ġunju 2016, Bażi Komuni tat-Taxxa Korporattiva (BKTB) obbligatorja fl-Unjoni, possibbli b'eżenzjoni temporanja għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju li mhumiex kumpaniji multinazzjonali u kumpaniji bl-ebda attività transfruntiera, sabiex ikollhom biss sett wieħed ta' regoli għall-kumpaniji li joperaw f'diversi Stati Membri biex jikkalkulaw il-profitti taxxabbli tagħhom.

Bħala t-tieni pass, mill-aktar fis possibbli u ċertament mhux aktar tard mill-aħħar tal-2017, BKKTK obbligatorja, li tqis kif xieraq il-firxa ta' għażliet differenti (bl-inklużjoni tal-ispejjeż, pereżempju, tal-inkorporazzjoni tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u kumpaniji bl-ebda attività transfruntiera);

Il-BKKTK għandha tkun ibbażata fuq metodu tat-tqassim proporzjonali tal-formoli li jirrifletti l-attivitajiet ekonomiċi reali ta’ kumpaniji u ma joħloqx vantaġġ għal ċerti Stati Membri.

Matul il-perjodu interim bejn l-introduzzjoni ta' BKTB obbligatorja u dik ta' BKKTK sħiħa, sett ta' miżuri li jnaqqsu t-trasferimenti tal-profitt (prinċipalment permezz tal-ipprezzar ta' trasferiment) inkluża proposta leġiżlattiva tal-Unjoni kontra l-BEPS. Dawn il-miżuri m'għandhomx jinkludu reġim temporanju li jikkompensa għat-telf transfruntier sakemm il-Kummissjoni tkun tista' tiggarantixxi li se jkun trasparenti u mhux se joħloq il-possibbiltà ta' użu ħażin għall-ippjanar aggressiv tat-taxxa.

Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra sa liema punt ikun meħtieġ li jiġi prodott sett uniku ta' prinċipji tal-kontabilità aċċettati b'mod ġenerali sabiex titħejja d-data tal-kontabilità sottostanti li se tintuża għall-iskopijiet tal-BKKTK.

Kwalunkwe proposta jew għal BKTB jew għal BKKTK sħiħa għandha tinkludi Klawżola Kontra l-Evitar.

Rakkomandazzjoni B2. Tisħiħ tal-mandat u titjib fit-trasparenza tal-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta (Tassazzjoni tal-Intrapriżi)

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposta li tinkorpora l-Grupp tal-Kodiċi ta' Kondotta fil-metodu Komunitarju, bħala grupp ta' Ħidma tal-Kunsill, bil-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew bħala osservaturi.

—  Il-grupp dwar il-Kodiċi ta' Kondotta (Grupp CoC) għandu jsir aktar trasparenti, aktar responsabbli, u aktar effettiv, inkluż permezz ta':

—   provvediment, aġġornamenti u pubblikazzjoni regolari tal-monitoraġġ tiegħu tal-punt sa fejn l-Istati Membri jilħqu r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti mill-Grupp CoC fir-rapport ta' progress tiegħu ta' kull sitt xhur li jiffinanzja l-ministri;

—   provvediment, aġġornamenti u pubblikazzjoni regolari ta' lista kull sentejn dwar prattiki dwar it-taxxa dannużi;

—   produzzjoni, provvediment u pubblikazzjoni regolari tal-minuti tiegħu, inkluża trasparenza akbar fil-proċess ta’ tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet, b’mod partikolari b'indikazzjoni ta’ rappreżentanti tal-pożizzjonijiet tal-Istati Membri;

—   Il-ħatra ta' President politiku mill-Ministri tal-Finanzi;

—   Il-ħatra minn kull Stat Membru ta’ rappreżentant ta’ livell għoli u deputat sabiex jgħollu l-profil ta’ dan il-korp;

—   Il-kompiti tal-Grupp CoC għandhom jinkludu:

—   l-identifikazzjoni ta' prattiki dwar it-taxxa dannużi fl-Unjoni;

—   il-ħruġ ta' proposti ta' miżuri u skedi ta' żmien għall-eliminazzjoni ta' prattiki dwar it-taxxa dannużi, u l-monitoraġġ tar-riżultati tar-rakkomandazzjonijiet/miżuri proposti;

—   ir-rieżami tar-rapporti dwar l-effetti ta' riperkussjoni ta' miżuri tat-taxxa ġodda pprovduti mill-Istati Membri kif stipulat hawn fuq, u l-valutazzjoni dwar jekk tkunx meħtieġa azzjoni;

—   il-ħruġ ta' proposti ta' inizjattivi oħra ffukati fuq miżuri tat-taxxa fil-politika esterna tal-Unjoni;

—   it-titjib tal-mekkaniżmi ta' infurzar kontra dawk il-prattiki li jiffaċilitaw l-ippjanar aggressiv tat-taxxa.

Rakkomandazzjoni B3. Sistema ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi u reġimi preferenzjali oħra: L-irbit ta' reġimi preferenzjali ma' fejn huwa ġġenerat il-valur

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tkompli tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar kif għandhom jitħaddmu r-reġimi ta' sistema ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi, f'konformità mal-"approċċ nexus modifikat" sabiex ikun żgurat li dawn ma jkunux ta' ħsara.

—  Din il-gwida għandha tagħmilha ċara li r-reġimi preferenzjali, bħas-sistema ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi, għandhom ikunu bbażati fuq l-"approċċ nexus modifikat" kif definit fl-Azzjoni 5 tal-OECD dwar il-BEPS, li jfisser li għandu jkun hemm rabta diretta bejn il-benefiċċji tat-taxxa u l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp sottostanti.

—  Skemi estenżivi tas-sistema ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi bl-ebda rabta mal-oriġini ġeografika u "eta'" ta' għarfien għandhom jitqiesu bħala prattiki ta' ħsara.

—  Jekk, fi żmien 12-il xahar, l-Istati Membri mhumiex qed japplikaw dan l-approċċ ġdid b'mod konsistenti, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta leġiżlattiva vinkolanti.

—  Il-Kummissjoni għandha tressaq proposti għal standards u definizzjonijiet komuni Ewropej dwar x'jikkwalifika bħala promozzjoni R&Ż, u x'ma jikkwalifikax, u għall-armonizzazzjoni tal-użu ttas-sistema ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi u l-innovazzjoni inkluż li titmexxa 'l quddiem għat-30 ta' Ġunju 2017 l-abolizzjoni tar-reġim antik billi jitqassar iż-żmien tar-regoli ta' anterjorità;

Rakkomandazzjoni B4. Korporazzjoni Barranija Kkontrollata

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq proposta leġiżlattiva:

—  biex tipprovdi qafas koordinat tal-Unjoni għar-regoli CFC, sabiex jiġi żgurat li l-profitti mpoġġija f'pajjiżi b'taxxa baxxa jew bl-ebda taxxa jkunu effettivament intaxxati u biex tipprevjeni d-diversità tar-regoli CFC nazzjonali fi ħdan l-UE milli jfixklu l-funzjonament tas-suq intern. Dan il-qafas għandu jiżgura l-użu sħiħ tal-eġiżlazzjoni CFC lil hinn minn sitwazzjonijiet ta’ arranġamenti purament artifiċjali. Dan m'għandux jipprevjeni Stat Membru individwali milli jintroduċi regoli aktar stretti.

Rakkomandazzjoni B5. Titjib tal-koordinazzjoni tal-Istati Membri dwar il-kontrolli tat-taxxa

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq proposta li temenda d-Direttiva 2011/16/UE, sabiex:

—  tiżgura awditi tat-taxxa aktar effettivi simultanji u kontrolli fejn żewġ awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali jew aktar jiddeċiedu li jwettqu kontrolli ta' persuna waħda jew aktar ta' interessi komuni jew komplementari.

—  tiżgura li kumpanija prinċipali u s-sussidjarji tagħha li jinsabu fl-Unjoni jkunu awditjati mill-awtoritajiet tat-taxxa rispettivi tagħhom fl-istess perjodu ta' żmien, taħt it-tmexxija tal-awtoritajiet tat-taxxa tal-kumpanija prinċipali, sabiex jiġu żgurati flussi effiċjenti ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa. Bħala parti minn dan:

—  l-awtoritajiet tat-taxxa għandhom regolarment jiskambjaw informazzjoni dwar l-investigazzjonijiet tagħhom sabiex jiżguraw li l-gruppi ma jibbenefikawx minn diskrepanzi jew nuqqasijiet fil-kombinazzjoni tas-sistemi varji nazzjonali tat-taxxa.

—  il-limiti ta' żmien għall-iskambju ta' informazzjoni dwar l-awditi li għaddejjin għandhom jitnaqqsu għal minimu.

—  l-awtoritajiet tat-taxxa ta' kumpanija għandhom sistematikament jinfurmaw lill-awtoritajiet tat-taxxa bl-entitajiet l-oħra fl-istess grupp dwar l-eżitu ta' awditjar tat-taxxa.

—  m'għandha tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar l-eżitu ta' awditjar tat-taxxa minn awtorità tat-taxxa qabel ma jiġu infurmati l-awtoritajiet tat-taxxa l-oħra kkonċernati.

Rakkomandazzjoni B6. L-introduzzjoni ta' Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa Ewropew komuni

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq proposta għal Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa Ewropew:

—  Il-proposta għandha tkun ibbażata fuq il-punti prinċipali tan-Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa Ewropew fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni Ewropew fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa tal-2012 (azzjoni 22)(4), u l-eżitu tal-konsultazzjoni sussegwenti tal-2013(5).

C.  Konverġenza

Rakkomandazzjoni C1. Approċċ ġdid għall-ftehimiet tat-taxxa internazzjonali

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq proposta leġiżlattiva li tippermetti lill-Unjoni titkellem b'leħen wieħed fir-rigward tal-arranġamenti tat-taxxa internazzjonali.

—  Il-Kummissjoni għandha tingħata l-mandat li tinnegozja ftehimiet tat-taxxa ma' pajjiżi terzi f'isem l-Unjoni minflok il-prattika attwali li taħtha jitwettqu negozjati bilaterali, li jipproduċu riżultati sub-ottimali, b'mod speċjali għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

—  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li ftehimiet bħal dawn ikun fihom dispożizzjonijiet ta’ reċiproċità u jipprojbixxu kwalunkwe impatt negattiv fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni u n-negozji, b’mod partikolari l-SMEs, li jirriżulta mill-applikazzjoni extraterritorjali tal-leġiżlazzjoni ta’ pajjiż terz taħt il-kompetenza tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

—  Għandu jiġi introdott ftehim tat-taxxa multilaterali komuni tal-Unjoni biex jissostitwixxi l-għadd kbir ta' ftehimiet tat-taxxa bilaterali mifthiema bejn l-Istati Membri nfushom u pajjiżi oħra.

—  Il-ftehimiet kummerċjali ġodda internazzjonali kollha konklużi mill-Unjoni għandhom jinkludu klawżola dwar il-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa.

—  L-arranġamenti kollha tat-taxxa internazzjonali għandhom jipprevedu mekkaniżmu ta' infurzar.

Rakkomandazzjoni C2. Ħolqien ta' definizzjoni komuni u stretta ta' "rifuġji fiskali"

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq proposta li tistabbilixxi, f'kooperazzjoni mal-OECD u n-Nazzjonijiet Uniti fost oħrajn, il-kriterji stretti li jiddefinixxu r-"rifuġji fiskali".

—  Dawk il-kriterji għandhom ikunu bbażati fuq indikaturi komprensivi, trasparenti, robusti, oġġettivament verifikabbli u komunement aċċettati, li jiżviluppaw aktar il-prinċipji ta' governanza tajba kif definiti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha tal-2009 "Il-Promozzjoni ta' Governanza Tajba fil-Kwestjonijiet tat-Taxxa"(6): L-iskambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni amministrattiva; Kompetizzjoni ġusta tat-taxxa; u trasparenza.

—  Dawk il-kriterji għandhom ikopru kunċetti bħas-segretezza bankarja, ir-reġistrazzjoni tas-sjieda ta' kumpaniji, trusts u fondazzjonijiet, il-pubblikazzjoni tal-kontijiet ta' kumpaniji, il-kapaċità għall-iskambju ta' informazzjoni, l-effiċjenza fl-amministrazzjoni tat-taxxa, il-promozzjoni tal-evażjoni tat-taxxa, l-eżistenza ta' vetturi legali ta' ħsara, il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, l-awtomatiċità tal-iskambju ta' informazzjoni, l-eżistenza ta' trattati bilaterali, u l-impenji ta' trasparenza u l-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali.

—  Abbażi ta' dawk il-kriterji, il-Kummissjoni għandha tressaq lista riveduta tar-rifuġji fiskali, li jissostitwixxu l-lista interim tagħha kif imressqa f'Ġunju 2015.

—  Din il-lista ta’ rifuġji fiskali għandha tkun marbuta mal-leġiżlazzjoni ta’ tassazzjoni rilevanti bħala punt ta’ riferiment għal politiki u leġiżlazzjoni oħra.

—  Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-lista mill-inqas fuq bażi biannwali, jew fuq it-talba ġustifikata ta' ġurisdizzjoni fuq il-lista.

Rakkomandazzjoni C3. Kontromiżuri lejn kumpaniji li jagħmlu użu minn rifuġji fiskali

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq proposta għal katalgu ta' kontromiżuri li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom japplikaw bħala azzjonisti u finanzjaturi ta' korpi pubbliċi, banek u programmi ta' finanzjament, li għandhom jiġu applikati lill-kumpaniji li jużaw rifuġji fiskali sabiex jimplimentaw skemi ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa u għalhekk ma jkunux jikkonformaw mal-istandards ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa tal-Unjoni.

—   Dawk il-kontromiżuri għandhom jinkludu:

—   il-projbizzjoni ta' aċċess għal għajnuna mill-Istat jew opportunitajiet ta' akkwist pubbliku fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni

—   il-projbizzjoni ta' aċċess għal ċerti fondi tal-Unjoni

—  Dan għandu jintlaħaq, inter alia, permezz ta’:

—   l-emendar tal-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (Protokoll Nru 5 anness mat-Trattati) biex jiġi żgurat li l-ebda finanzjament tal-BEI ma jkun jista' jmur għall-benefiċjarji finali jew intermedjarji finanzjarji li jagħmlu użu minn rifuġji fiskali jew prattiki dwar it-taxxa dannużi(7)

—   l-emendar tar-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8) sabiex jiġi żgurat li l-ebda fond tal-EFSI ma jkun jista' jmur għal kumpaniji bħal dawn(9)

—   l-emendar tar-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013(10), (UE) Nru 1306/2013(11), (UE) Nru 1307/2013(12) u (UE) 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) biex jiġi żgurat li l-ebda finanzjament tal-PAK ma jkun jista' jmur għal kumpaniji bħal dawn

—   it-tkomplija tal-proċess tal-Modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri ma jipprovdux għajnuna mill-Istat lil kwalunkwe kumpanija bħal din(14)

—   l-emendar tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15) biex jiġi żgurat li l-ebda flus mill-ħames Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd) ma jkunu jistgħu jmorru għal xi kumpaniji bħal dawn

—   l-emendar tal-Ftehim li Jistabbilixxi l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD) biex jiġi żgurat li l-ebda finanzjament tal-EBRD ma jkun jista' jmur għal xi kumpaniji bħal dawn(16)

—   il-projbizzjoni tal-konklużjoni ta' ftehimiet kummerċjali mill-UE b'ġurisdizzjonijiet definiti mill-Kummissjoni bħala "rifuġji fiskali"

Il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk il-ftehimiet kummerċjali eżistenti ma' pajjiżi li huma ddikjarati bħala rifuġji fiskali, jistgħux ikunu sospiżi jew terminati.

Rakkomandazzjoni C4. Stabbiliment Permanenti

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq proposta leġiżlattiva biex:

—  taġġusta d-definizzjoni ta' "stabbiliment permanenti" sabiex il-kumpaniji ma jkunux jistgħu artifiċjalment jevitaw li jkollhom preżenza taxxabbli fi Stati Membri li fihom għandhom attività ekonomika. Din id-definizzjoni għandha tindirizza wkoll sitwazzjonijiet fejn kumpaniji li jwettqu attivitajiet diġitali kompletament dematerjalizzati, jiġu kkunsidrati li għandhom stabbiliment permanenti fi Stat Membru jekk dawn iżommu preżenza diġitali sinifikanti fl-ekonomija ta' dak il-pajjiż;

—  tintroduċi definizzjoni tal-Unjoni ta' "sustanza ekonomika" minima sabiex jiġi żgurat li l-kumpaniji ġenwinament qegħdin joħolqu l-valur u jżidu mal-ekonomija tal-Istat Membru li fih huma għandhom preżenza taxxabbli.

Dawn iż-żewġ definizzjonijiet għandhom jiffurmaw parti minn projbizzjoni konkreta dwar l-hekk imsejħa "kumpaniji tal-isem".

Rakkomandazzjoni C5. Titjib tal-qafas tal-Ipprezzar ta' Trasferiment fl-UE

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq proposta leġiżlattiva:

—  biex tiżviluppa, abbażi tal-esperjenza tagħha u fuq l-analiżi tal-prinċipji ġodda tal-OECD dwar l-ipprezzar ta' trasferiment, Linji Gwida speċifiċi tal-Unjoni li jistipulaw kif il-prinċipji tal-OECD għandhom jiġu applikati u kif għandhom jiġu interpretati fil-kuntest tal-UE, sabiex:

—   jirriflettu r-realtà ekonomika tas-suq intern;

—   jipprovdu ċertezza, ċarezza u ġustizzja għall-Istati Membri u għall-kumpaniji li joperaw fl-Unjoni;

—   inaqqsu r-riskju ta' użu ħażin tar-regoli għal skopijiet ta' trasferiment tal-profitt.

Rakkomandazzjoni C6. Diskrepanzi ibridi

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq proposta leġiżlattiva biex jew:

—  tarmonizza d-definizzjonijiet nazzjonali ta' dejn, ekwità, entitajiet opaki u trasparenti, tarmonizza l-attribuzzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet għal stabbiliment permanenti, u tarmonizza l-allokazzjoni tal-ispejjeż u l-profitti bejn entitajiet differenti fi ħdan l-istess grupp; jew

—  tipprevjeni n-nontassazzjoni doppja, fil-każ ta' diskrepanza.

Rakkomandazzjoni C7. Tibdil tar-reġim tal-UE għall-għajnuna mill-Istat peress li jirrigwarda t-taxxa

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq proposta sa mhux aktar tard min-nofs l-2017 għal:

—  linji gwida għall-għajnuna mill-Istat li jiċċaraw kif il-Kummissjoni se tiddetermina każijiet ta' għajnuna mill-Istat relatati mat-taxxa, u b'hekk tipprovdi aktar ċertezza tad-dritt għan-negozji u l-Istati Membri, filwaqt li tikkunsidra l-fatt li, f'setturi oħra, dawn il-linji gwida urew li huma effettivi ħafna biex iwaqqfu u jipprevjenu prattiki fi Stati Membri li huma f'kunflitt mal-liġi tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni; effett li jista' jinkiseb biss permezz ta' livell għoli ta' dettall fil-linji gwida, inklużi l-limiti numeriċi.

—  l-identifikar tal-politiki dwar it-taxxa li mhumiex konsistenti mal-politika dwar l-għajnuna mill-Istat għandhom ikunu speċifikati pubblikament mill-Kummissjoni sabiex tingħata lill-kumpaniji u lill-Istati Membri gwida u ċertezza tad-dritt mtejba. Għal dan l-iskop il-Kummissjoni għandha talloka mill-ġdid ir-riżorsi lid-DĠ Kompetizzjoni, biex din tkun tista’ taġixxi b’mod effettiv dwar kwalunkwe kwistjoni ta’ għajnuna mill-Istat illegali (inklużi vantaġġi selettivi tat-taxxa).

Il-Parlament Ewropew jistieden ukoll lill-Kummissjoni Ewropea biex fit-tul tivvaluta l-possibilità li timmodifika r-regoli eżistenti sabiex jiġi evitat li ammonti rkuprati wara ksur tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat jiġu rritornati lill-Istat Membru li jkun ta għajnuna illegali relatata mat-taxxa, kif inhu l-każ attwali. Bħala eżempju, l-għajnuna mill-Istat irkuprata tista’ tiġi allokata lill-baġit tal-Unjoni jew l-Istati Membri li sofrew minn erożjoni fil-bażi tat-taxxa tagħhom.

Rakkomandazzjoni C8. Emendar tad-Direttivi tal-Kunsill 90/435/KEE(17), 2003/49/KE u 2005/19/KE u leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-Unjoni u l-introduzzjoni ta' regola ġenerali kontra l-abbużi

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq proposta

—  Wara l-introduzzjoni ta' Regola Ġenerali Kontra l-Abbużi (GAAR) fid-Direttiva 90/435/KEE, biex mill-aktar fis possibbli tipproċedi bl-introduzzjoni ta' GAAR fid-Direttiva 2003/49/KE u biex tressaq proposti għal GAAR biex jiġu introdotti fid-Direttiva 2005/19/KE u leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.

—  Biex tiġi inkluża tali GAAR fi kwalunkwe leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni li tkopri kwistjonijiet ta' taxxa jew ikollha implikazzjonijiet tat-taxxa.

—  Fir-rigward tad-Direttiva 2003/49/KE, flimkien mal-introduzzjoni ta' GAAR, jitneħħa wkoll ir-rekwiżit li l-Istati Membri jagħtu trattament ta' benefiċċju għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties jekk ma jkunx hemm tassazzjoni effettiva x'imkien ieħor fl-Unjoni.

—  Fir-rigward tad-Direttiva 2005/19/KE, flimkien mal-introduzzjoni ta' GAAR, jiġu introdotti wkoll obbligi addizzjonali ta' trasparenza u - jekk dawn il-bidliet ma jkunux biżżejjed biex jipprevjenu l-ippjanar aggressiv tat-taxxa- tiddaħħal dispożizzjoni tat-taxxa minima bħala r-rekwiżit għall-użu ta' "vantaġġi tat-taxxa" (bħal pereżempju, l-ebda tassazzjoni ta' dividendi) jew miżuri oħrajn ta' impatt simili.

Rakkomandazzjoni C9. Titjib ta' mekkaniżmi ta' soluzzjoni tat-tilwim ta' tassazzjoni transfruntiera

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq proposta sas-Sajf 2016

—  Biex ittejjeb il-mekkaniżmi attwali biex isolvu t-tilwim ta' tassazzjoni transfruntiera fl-Unjoni, billi mhux biss tiffoka fuq każijiet ta' tassazzjoni doppja iżda wkoll fuq in-nontassazzjoni doppja. L-għan huwa li jinħoloq approċċ koordinat tal-Unjoni għas-soluzzjoni ta' tilwim, b'regoli aktar ċari u skedi aktar stretti, li jibnu fuq is-sistemi diġà fis-seħħ.

—  Ix-xogħol u d-deċiżjoni dwar il-mekkaniżmu tas-soluzzjoni għat-tilwim għandu jkun trasparenti sabiex titnaqqas kwalunkwe inċertezza għall-korporazzjonijiet fl-applikazzjoni tal-liġi tat-taxxa.

Rakkomandazzjoni C10. L-introduzzjoni ta' taxxa minn ras l-għajn jew miżura ta’ effett simili sabiex jiġu evitati profitti li jitilqu mill-Unjoni mhux intaxxati

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq proposta sas-sajf tal-2016 biex tintroduċi taxxa minn ras l-għajn jew miżura ta’ effett simili, biex jiġi żgurat li l-profitti ġġenerati fi ħdan l-Unjoni, u mistennija li jitilqu mill-Unjoni, jiġu effettivament intaxxati fi ħdan l-Unjoni qabel ma jitilqu l-fruntieri tal-Unjoni.

D.  Miżuri oħra

Rakkomandazzjoni D1. Miżuri addizzjonali biex jindirizzaw id-distakk fiskali

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tiffoka wkoll fuq fatturi oħra lil hinn mill-ippjanar aggressiv tat-taxxa u l-attività tal-BEPS li jikkontribwixxu għad-distakk fiskali eżistenti, inklużi:

—  l-investigazzjoni ta' sorsi ta' effiċjenza baxxa fir-rigward tal-ġbir tat-taxxa, inkluż il-ġbir tal-VAT;

—  l-investigazzjoni ta' sorsi ta' inġustizzja tat-taxxa jew kredibilità dgħajfa tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa fiż-żoni barra mit-tassazzjoni korporattiva;

—  it-twaqqif ta’ prinċipji għall-amnestiji tat-taxxa, inklużi ċ-ċirkostanzi li fihom ikunu adatti u dawk fejn għażliet ta’ politika oħra jkunu preferibbli, kif ukoll il-ħtieġa li l-Istati Membri jinformaw lill-Kummissjoni bil-quddiem bi kwalunkwe amnestija tat-taxxa ġdida, sabiex jiġu eliminati l-konsegwenzi negattivi ta’ dawn il-politiki fuq il-ġbir tat-taxxa futur;

—  Il-proposta ta' livell minimu ta' trasparenza għall-iskemi ta' "maħfra tat-taxxa" u ħelsien mit-taxxa diskrezzjonali mmexxija minn gvernijiet nazzjonali;

—  l-għoti ta' aktar libertà lill-Istati Membri biex jikkunsidraw il-konformità mar-regoli tat-taxxa tal-kumpaniji, u b’mod partikolari każijiet sistematiċi ta’ nuqqas ta’ konformità, bħala fattur meta jinħarġu kuntratti ta’ akkwist;

—  l-iżgurar li l-awtoritajiet tat-taxxa jkollhom aċċess sħiħ u sinifikanti għar-reġistri ċentrali ta' sjieda benefiċjarja kemm għall-kumpaniji kif ukoll il-fiduċjarji, u li dawk ir-reġistri jinżammu u jiġu vverifikati kif xieraq.

Dan jista' jinkiseb billi l-Istati Membri jittrasponu malajr ir-raba' Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus, u b'hekk jiġi żgurat aċċess wiesa' u ssimplifikat għall-informazzjoni li tinsab fir-reġistri ċentrali tas-sidien benefiċjarji, inkluż għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-ġurnalisti u ċ-ċittadini.

(1) Testi adottati tat-8.7.2015, P8_TA(2015)0257.
(2) Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).
(3) http://www.coe.int/t/dghl/standardsetting/cdcj/Whistleblowers/protecting_whistleblowers_en.asp
(4) COM(2012)0722.
(5) https://circabc.europa.eu/faces/jsp/extension/wai/navigation/container.jsp
(6) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2009:0201:FIN:MT:PDF
(7) http://www.eib.org/attachments/general/governance_of_the_eib_en.pdf
(8) Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).
(9) http://ec.europa.eu/priorities/jobs-growth-investment/plan/docs/proposal_regulation_efsi_en.pdf
(10) Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
(11) Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
(12) Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
(13) Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007(ĠU L 347, 20.12.2013, p.671).
(14) http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2013-0026+0+DOC+XML+V0//MT
(15) Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(16) http://www.ebrd.com/news/publications/institutional-documents/basic-documents-of-the-ebrd.html
(17) Id-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (ĠU L 225, 20.8.1990, p. 6).

Avviż legali