Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0440(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0339/2015

Testi mressqa :

A8-0339/2015

Dibattiti :

PV 16/12/2015 - 20
CRE 16/12/2015 - 20

Votazzjonijiet :

PV 17/12/2015 - 9.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0467

Testi adottati
PDF 252kWORD 62k
Il-Ħamis, 17 ta' Diċembru 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-UE u l-Vjetnam (approvazzjoni) ***
P8_TA(2015)0467A8-0339/2015

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra (05432/2015 – C8-0062/2015 – 2013/0440(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (05432/2015),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra (18204/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207 u 209 u l-Artikolu 218(6) it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0062/2015),

–  wara li kkunsidra ir-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2015(1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0339/2015),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam.

(1) Testi adottati, P8_TA(2015)0468.

Avviż legali