Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/2936(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-1347/2015

Testi mressqa :

B8-1347/2015

Dibattiti :

PV 15/12/2015 - 3
CRE 15/12/2015 - 3

Votazzjonijiet :

Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0469

Testi adottati
PDF 331kWORD 72k
Il-Ħamis, 17 ta' Diċembru 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
L-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa
P8_TA(2015)0469B8-1347/2015

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar l-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa (2015/2936(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 dwar passi lejn l-Ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (COM(2015)0600),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 li tistabbilixxi Bord Fiskali Ewropew indipendenti u konsultattiv (C(2015)8000),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Bordijiet Nazzjonali tal-Kompetittività fiż-Żona tal-Euro (COM(2015)0601),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 dwar pjan ta' direzzjoni lejn rappreżentanza esterna taż-Żona tal-Euro f'fora internazzjonali (COM(2015)0602),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi miżuri bl-għan li tiġi stabbilita progressivament rappreżentanza unifikata taż-Żona tal-Euro fil-Fond Monetarju Internazzjonali (COM(2015)0603),

–  wara li kkunsidra r-rapport dwar Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa ("Ir-Rapport tal-Ħames Presidenti"),

–  wara li kkunsidra r-rapport fuq ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2015 dwar ir-rieżami tal-qafas ta' governanza ekonomika: analiżi u sfidi(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolamenti (UE) Nru 1173/2011(2), (UE) Nru 1174/2011(3), (UE) Nru 1175/2011(4), (UE) Nru 1176/2011(5) u (UE) Nru 1177/2011(6), id-Direttiva 2011/85/UE(7), u r-Regolamenti (UE) Nru 472/2013(8) u (UE) Nru 473/2013(9) (is-"six-pack" u t-"two-pack"),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/49/UE dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti(10),

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa (O-000152/2015 – B8-1113/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi r-Rapport tal-Ħames Presidenti dwar "Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa" stabbilixxa proposti għall-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa;

B.  billi r-rapport fuq ir-riżoluzzjoni tiegħu dwar "ir-rieżami tal-qafas ta' governanza ekonomika: analiżi u sfidi" enfasizza l-ħtieġa għal progress ambizzjuż u rapidu fit-tisħiħ taż-żona euro;

C.  billi l-Kummissjoni, bħala parti mill-ewwel stadju tal-pjan ta' direzzjoni fir-Rapport tal-Ħames Presidenti, ippubblikat pakkett fil-21 ta' Ottubru 2015 li fih passi lejn l-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM), magħmul minn żewġ komunikazzjonijiet, rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill, proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u deċiżjoni tal-Kummissjoni;

Valutazzjoni ġenerali

1.  Jieħu nota tal-proposti tal-Kummissjoni biex tissaħħaħ l-UEM u, filwaqt li jirrikonoxxi li ttieħdu xi passi fid-direzzjoni t-tajba, jinnota li se jkunu meħtieġa aktar sforzi biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet attwali tal-qafas istituzzjonali taż-żona tal-euro;

2.  Kif iddikjarat fir-rapport fuq ir-riżoluzzjoni tiegħu dwar "ir-rieżami tal-qafas ta' governanza ekonomika: analiżi u sfidi", jinsisti dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tas-six-pack u t-two-pack, filwaqt li jenfasizza li t-Trattati u l-istrumenti eżistenti jippermettu li jittieħdu ftit mill-passi addizzjonali meħtieġa lejn l-ikkompletar tal-UEM;

3.  Jiddispjaċih li l-pakkett ippubblikat mill-Kummissjoni ma jagħtix lok għal sorveljanza parlamentari u għal dibattitu fil-livell Ewropew, li huma meħtieġa biex tiġi żgurata r-responsabbiltà demokratika tad-deċiżjonijiet meħuda fil-kuntest tal-UEM u konsegwentement għall-iżgurar tas-sjieda taċ-ċittadini tal-governanza taż-żona tal-euro;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni, kif previst fir-Rapport tal-Ħames Presidenti, tikkonsulta lill-Parlament fi żmien xieraq fil-kuntest tat-tħejjija tal-White Paper dwar it-tranżizzjoni bejn il-fażi 1 u l-fażi 2 tar-riformi tal-UEM;

Is-Semestru Ewropew

5.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tniedi negozjati dwar ftehim interistituzzjonali (FII) dwar il-governanza ekonomika Ewropea, inkluż is-Semestru Ewropew u l-iskrutinju tal-implimentazzjoni tal-programm ta' aġġustament makroekonomiku, mal-Parlament, mal-Kunsill u mal-Grupp tal-Euro, kif previst fir-Rapport tal-Ħames Presidenti; jinsisti li dan il-FII għandu jiżgura, fi ħdan il-qafas tat-Trattati, li l-istruttura tas-Semestru Ewropew tippermetti għal skrutinju parlamentari li jagħmel sens u regolari tal-proċess, b'mod partikolari fir-rigward ta' rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro;

Il-Bord Fiskali Ewropew u l-Bordijiet Nazzjonali tal-Kompetittività

6.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni għażlet li ma tużax il-proċedura leġiżlattiva ordinarja għad-deċiżjonijiet dwar il-Bordijiet Nazzjonali tal-Kompetittività, u jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva f'dan is-sens;

7.  Jenfasizza li l-Bord Fiskali Ewropew, bħala l-bord konsultattiv tal-Kummissjoni, għandu jkun responsabbli lejn il-Parlament u li, f'dan il-kuntest, il-valutazzjonijiet tiegħu għandhom ikunu pubbliċi u trasparenti;

Ir-rappreżentanza esterna taż-żona tal-euro

8.  Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li r-rappreżentanza internazzjonali taż-żona tal-euro tkun soġġetta għall-iskrutinju demokratiku tal-Parlament;

o
o   o

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P8_TA(2015)0238.
(2) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1.
(3) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 8.
(4) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12.
(5) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.
(6) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 33.
(7) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.
(8) ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1.
(9) ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11.
(10) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149.

Avviż legali