Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 19 ta' Mejju 2015 - StrasburguVerżjoni finali
Miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera ***I
 Konvenzjoni Ewropea fuq il-protezzjoni legali tas-servizzi b'aċċess kondizzjonali u ta' aċċess kondizzjonali ***
 Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Viktor Uspaskich
 Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jérôme Lavrilleux
 Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Janusz Korwin-Mikke
 Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Theodoros Zagorakis (II)
 L-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji ***I
 Finanzjament għall-Iżvilupp
 Kura tas-saħħa aktar sikura fl-Ewropa
 Opportunitajiet ta' tkabbir ekoloġiku għall-SMEs

Miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera ***I
PDF 338kWORD 65k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta' salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera (kodifikazzjoni) (COM(2014)0305 – C8-0009/2014 – 2014/0158(COD))
P8_TA(2015)0189A8-0145/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0305),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0009/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 - Metodu ta' ħidma aċċelerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġiżlattivi(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0145/2015),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Mejju 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2015 dwar il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera (kodifikazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/1145.)

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Konvenzjoni Ewropea fuq il-protezzjoni legali tas-servizzi b'aċċess kondizzjonali u ta' aċċess kondizzjonali ***
PDF 252kWORD 63k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni legali tas-servizzi bbażati fuq, jew li jikkonsistu minn, aċċess kondizzjonali (07597/1/2014 – C8-0286/2014 – 2010/0361(NLE))
P8_TA(2015)0190A8-0071/2015

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07597/1/2014),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 98/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 1998 dwar il-protezzjoni legali ta’ servizzi bbażati fuq, jew li jikkonsistu minn, aċċess kundizzjonali(1).

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea fuq il-protezzjoni legali tas-servizzi b'aċċess kondizzjonali u ta’ aċċess kondizzjonali tal-24 ta' Jannar 2001(2),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/243/UE tal-14 ta' April 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni legali tas-servizzi bbażati fuq, jew li jikkonsistu minn, aċċess kondizzjonali(3),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0286/2014),

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-22 ta' Ottubru 2013(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0071/2015),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Kunsill tal-Ewropa.

(1) ĠU L 320, 28.11.1998, p. 54.
(2) ĠU L 336, 20.12.2011, p. 2.
(3) ĠU L 128, 30.4.2014, p. 61.
(4) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ottubru 2013, Il-Kummissjoni vs il-Kunsill, C-137/12, ECLI:EU:C:2013:675.


Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Viktor Uspaskich
PDF 254kWORD 66k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Viktor Uspaskich (2014/2203(IMM))
P8_TA(2015)0191A8-0149/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Viktor Uspaskich, mibgħuta fl-1 ta’ Ottubru 2014 mill-Prosekutur Ġenerali tal-Litwanja u li tħabbret fis-seduta plenarja fit-12 ta’ Novembru 2014,

–  wara li sema' lil Viktor Uspaskich skont l-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, tad-19 ta' Marzu 2010, tas-6 ta' Settembru 2011 u tas-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), u l-Artikoli 6(1), u (9) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0149/2015),

A.  billi l-Prosekutur Ġenerali tal-Litwanja talab it-tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ Viktor Uspaskich, Membru tal-Parlament Ewropew, b'rabta ma’ investigazzjoni ta’ qabel il-proċess fir-rigward ta' allegazzjoni ta’ reat kriminali;

B.  billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament ta’ dak l-Istat;

C.  billi l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja u l-Artikolu 22(3), tal-Istatut tas-Seimas jiddikjaraw li proċedimenti kriminali ma jistgħux jitnedu kontra Membru tas-Seimas, u li hi jew hu ma jistgħux jiġu arrestati jew soġġetti għal kwalunkwe restrizzjoni oħra tal-libertà personali mingħajr il-kunsens tas-Seimas, ħlief f’każijiet ta’ flagrante delicto;

D.  billi Viktor Uspaskich hu akkużat li wettaq ir-reat ta’ disprezz tal-qorti skont l- Artikolu 232 tal-Kodiċi Kriminali tar-Repubblika tal-Litwanja;

E.  billi ma hemm l-ebda evidenza ta’ fumus persecutionis, jiġifieri suspett b’bażi soda li l-proċedimenti legali jkunu tnedew bil-għan li ssir ħsara politika lill-Membru;

1.  Iddeċieda li jneħħi l-immunità ta’ Viktor Uspaskich;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex minnufih jgħaddi din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-Prosekutur Ġenerali tal-Litwanja u lil Viktor Uspaskich.

(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure u oħrajn, 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 1986, Marra vs De Gregorio u Clemente, C‑200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C‑163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 et T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.


Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jérôme Lavrilleux
PDF 256kWORD 69k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jérôme Lavrilleux (2015/2014(IMM))
P8_TA(2015)0192A8-0152/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jérôme Lavrilleux, ppreżentata fit-23 ta' Diċembru 2014 mill-Ministru tal-Ġustizzja Franċiż fuq talba tal-Kap Prosekutur fil-Qorti tal-Appell ta' Pariġi, u mħabbra fis-seduta plenarja fil-15 ta' Jannar 2015,

–  wara li sema' lil Jérôme Lavrilleux skont l-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, tad-19 ta' Marzu 2010, tas-6 ta' Settembru 2011 u tas-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Franċiża,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0152/2015),

A.  billi l-Kap Prosekutur tal-Qorti tal-Appell ta' Pariġi talab it-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Jérôme Lavrilleux, Membru tal-Parlament Ewropew, b'konnessjoni ma' investigazzjoni ġudizzjarja pendenti dwar akkużi ta' falsifikazzjoni, użu ta' dokumenti ffalsifikati, ksur ta' fiduċja, tentattiv ta' frodi u kompliċità f'dawn ir-reati u l-ħabi tagħhom, finanzjament illegali ta' kampanja elettorali u ħabi ta' dak ir-reat u kompliċità fih; u billi l-imħallfin Franċiżi jixtiequ, f'dan il-kuntest, jieħdu miżura li ċċaħħad jew li tirrestrinġi l-libertà kontra Jérôme Lavrilleux;

B.  billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jgħid li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lid-deputati tal-Parlament ta' pajjiżhom;

C.  billi l-Artikolu 26, paragrafi 2 u 3, tal-Kostituzzjoni Franċiża jipprevedi li l-ebda Membru tal-Parlament ma għandu jiġi arrestat għal reat serju jew offiża maġġuri oħra, u lanqas m'għandu jkun soġġett għal xi miżura oħra li ċċaħħad jew li tirrestrinġi l-libertà, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Bureau tal-Kamra li tagħha huwa membru; li din l-awtorizzazzjoni mhijiex meħtieġa fil-każ ta' reat serju jew offiża maġġuri oħra mwettqa in flagrante delicto jew meta l-kundanna tkun saret definittiva; u li l-Assemblea tista' titlob is-sospensjoni ta' detenzjoni, ta' miżuri oħra li jċaħħdu jew li jirrestrinġu l-libertà jew ta' proċedimenti kontra wieħed mill-Membri tiegħu;

D.  billi Jérôme Lavrilleux huwa suspettat li ħa sehem f'sistema ta' fatturi foloz għall-infiq f'kampanja elettorali;

E.  billi t-tneħħija tal-immunità ta’ Jérôme Lavrilleux għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura;

F.  billi l-akkużi allegati mhumiex marbuta mal-kariga ta' Jérôme Lavrilleux bħala Membru tal-Parlament Ewropew u jirriżultaw mill-kariga preċedenti tiegħu bħala viċi direttur tal-kampanja elettorali fl-aħħar elezzjoni presidenzjali fi Franza;

G.  billi l-prosekuzzjoni ma tikkonċernax opinjonijiet espressi jew voti mitfugħa minn Jérôme Lavrilleux bħala Membru tal-Parlament Ewropew fit-twettiq ta' dmirijietu fit-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

H.  billi l-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta' fumus persecutionis, jiġifieri, presunzjoni serja u preċiża biżżejjed li l-proċedimenti nfetħu bl-intenzjoni li ssir ħsara politika lill-Membru;

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Jérôme Lavrilleux;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex minnufih jgħaddi din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Franċiża u lil Jérôme Lavrilleux.

(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure u oħrajn, 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 1986, Marra vs De Gregorio u Clemente, C‑200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C‑163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 et T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.


Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Janusz Korwin-Mikke
PDF 255kWORD 69k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Janusz Korwin-Mikke (2015/2049(IMM))
P8_TA(2015)0193A8-0150/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Janusz Korwin-Mikke, mibgħuta fid-29 ta’ Diċembru 2014 mill-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja f’konnessjoni ma’ proċeduri kriminali mressqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Distrettwali fil-Varsavja (Każ Nru V Ds 223/14), u mħabbra fis-seduta plenarja tat-28 ta’ Jannar 2015,

–  wara li sema' lil Janusz Korwin-Mikke skont l-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(2) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja u l-Artikoli 7b(1) u 7c(1) tal-Att tal-Polonja, tad-9 ta’ Mejju 1996, dwar l-eżerċizzju tal-mandat ta’ Membru jew Senatur,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0150/2015),

A.  billi l-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja ressaq talba mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Distrettwali fil-Varsavja għall-awtorizzazzjoni biex jinfetħu proċeduri kriminali kontra Membru tal-Parlament Ewropew, Janusz Korwin-Mikke, fir-rigward ta’ reat skont l-Artikolu 222(1) tal-Kodiċi Kriminali Pollakka; billi, b’mod partikolari, il-proċedimenti jkunu jikkonċernaw l-allegat ksur tal-integrità fiżika ta’ uffiċjal pubbliku;

B.  billi, skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew m’għandhomx ikunu soġġetti għall-ebda forma ta’ investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta’ opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom;

C.  billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, mill-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament ta' pajjiżhom;

D.  billi, skont l-Artikolu 105(2) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja, deputat m’għandux ikun soġġett għal responsabbiltà kriminali mingħajr il-kunsens tas-Sejm;

E.  billi huwa f’idejn il-Parlament biss li jiddeċiedi jekk l-immunità għandhiex tiġi rinunzjata jew le f’każ partikolari; billi l-Parlament jista’ raġonevolment iqis il-pożizzjoni tal-Membru sabiex jilħaq id-deċiżjoni tiegħu dwar jekk hemmx lok jew le li jirrinunzja l-immunità tiegħu jew tagħha(2);

F.  billi, kif ġie wkoll ikkonfermat waqt is-seduta ta’ smigħ tiegħu, reat allegat ma għandux parti diretta jew rabta ovvja mal-prestazzjoni tas-Sur Korwin-Mikke tad-dmirijiet tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew, u lanqas ma jikkostitwixxi opinjoni espressa jew vot mitfugħ fil-qadi ta’ dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

G.  billi f'dan il-każ il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta’ fumus persecutionis, jiġifieri suspett serju u preċiż biżżejjed li l-każ tressaq bl-intenzjoni li ssir ħsara politika lill-Membru kkonċernat;

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Janusz Korwin-Mikke;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu immedjatament lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Polonja u lil Janusz Korwin-Mikke.

(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure u oħrajn, 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 1986, Marra vs De Gregorio u Clemente, C‑200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C‑163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 et T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.
(2) Kawża T-345/05 Mote vs Il-Parlament (ċitata iktar ’il fuq), paragrafu 28.


Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Theodoros Zagorakis (II)
PDF 283kWORD 69k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Theodoros Zagorakis (II) (2015/2071(IMM))
P8_TA(2015)0194A8-0151/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Theodoros Zagorakis, li ntbagħtet fl-10 ta' Marzu 2015 mis-Sostitut tal-Prosekutur Pubbliku fil-Qorti Suprema tal-Greċja b'rabta mal-proċediment Nru ΑΒΜ Δ2011/5382, Β2012/564, pendenti quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza ta' Thessaloniki u mħabbra fil-plenarja fil-25 ta' Marzu 2015,

–  wara li kkunsidra l-fatt li s-Sur Zagorakis irrinunzja għad-dritt li jinstema' f'konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u tal-21 ta' Ottubru 2008, tad-19 ta' Marzu 2010, tas-6 ta' Settembru 2011 u tas-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1), u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0151/2015),

A.  billi s-Sostitut tal-Prosekutur Pubbliku fil-Qorti Suprema tal-Greċja talab it-tneħħija tal-immunità ta' Theodoros Zagorakis, Membru tal-Parlament Ewropew, b'rabta ma' azzjoni legali possibbli fir-rigward ta' reat allegat;

B.  billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament ta' dak l-istat;

C.  billi l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika jipprevedi li, tul il-leġiżlatura parlamentari, il-membri tal-parlament ma jistgħux jitressqu quddiem il-qorti, jiġu arrestati, impriġunati jew detenuti b'xi mod ieħor mingħajr il-permess minn qabel tal-parlament;

D.  billi s-Sur Zagorakis huwa akkużat li huwa responsabbli għal irregolaritajiet finanzjarji bejn l-2007 u l-2012 fil-klabb tal-futbol PAOK, li dak iż-żmien kien president tiegħu;

E.  billi huwa evidenti li r-reat allegat m'għandu l-ebda rabta mal-kariga tas-Sur Zagorakis bħala Membru tal-Parlament Ewropew, iżda pjuttost huwa marbut mal-pożizzjoni tiegħu bħala president tal-klabb tal-futbol PAOK;

F.  billi l-prosekuzzjoni ma tikkonċernax l-opinjonijiet espressi jew il-voti mogħtija fil-qadi tad-dmirijiet bħala Membru tal-Parlament Ewropew għall-iskopijiet tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

G.  billi m'hemm l-ebda raġuni għal suspett li l-intenzjoni wara dawn il-proċedimenti kriminali hija biex issir ħsara lill-attività politika tal-Membru (fumus persecutionis), minħabba l-fatt li l-prosekuzzjoni nbdiet għadd ta' snin qabel ma l-Membru beda l-kariga tiegħu;

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Theodoros Zagorakis;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni, flimkien mar-rapport tal-kumitat responsabbli, lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fil-Qorti Suprema tal-Greċja u lil Theodoros Zagorakis.

(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure u oħrajn, 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 1986, Marra vs De Gregorio u Clemente, C 200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C 163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 et T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.


L-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji ***I
PDF 1194kWORD 540k
Test
Test konsolidat
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fid-19 ta' Mejju 2015 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji (COM(2013)0641 – C7-0301/2013 – 2013/0314(COD))(1)
P8_TA(2015)0195A8-0131/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

[Emenda Nru 1]

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)
P8_TA(2015)0195A8-0131/2015
għall-proposta tal-Kummissjoni
P8_TA(2015)0195A8-0131/2015
---------------------------------------------------------
P8_TA(2015)0195A8-0131/2015
Proposta għal
P8_TA(2015)0195A8-0131/2015

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)  L-ipprezzar ta’ bosta strumenti u kuntratti finanzjarji jiddependi fuq il-preċiżjoni u l-integrità tal-parametri referenzjarji. Każijiet serji ta’ manipulazzjoni ta’ parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax bħal-LIBOR u l-EURIBOR, kif ukoll il-parametri referenzjarji tal-kambju, li jikkawżaw telf konsiderevoli għall-konsumaturi u l-investituri u jkomplu jtellfu l-fiduċja taċ-ċittadini fis-settur finanzjarju, kif ukoll allegazzjonijiet li parametri referenzjarji tal-enerġija, iż-żejt u l-kambju ġew immanipulati, juru li l-parametri referenzjarji jistgħu jkunu soġġetti għal kunflitti ta’ interess u għandhom reġimi ta' governanza diskrezzjonali u dgħajfa li huma vulnerabbli għall-manipulazzjoni. Nuqqasijiet fi, jew dubji dwar il-preċiżjoni u l-integrità tal-indiċi użati bħala parametri referenzjarji jistgħu jheddu l-fiduċja fis-suq, jikkawżaw telf għall-konsumaturi u l-investituri u joħolqu distorsjoni tal-ekonomija reali. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu żgurati l-preċiżjoni, ir-robustezza u l-integrità tal-parametri referenzjarji u l-proċess tal-istipular tal-parametri referenzjarji.

(2)  Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji(5) fiha ċerti rekwiżiti fir-rigward tal-kredibbiltà tal-parametri referenzjarji użati għall-ipprezzar ta' strument finanzjarju elenkat. Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ(6) fiha ċerti rekwiżiti dwar il-parametri referenzjarji użati mill-emittenti. Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)(7) fiha ċerti rekwiżiti dwar l-użu tal-parametri referenzjarji mill-fondi ta' investiment UCITS. Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa(8) fih ċerti dispożizzjonijiet li jipprojbixxu l-manipulazzjoni tal-parametri referenzjarji li jintużaw għal prodotti tal-enerġija fil-livell ta' operatur. Madankollu dawn l-atti leġiżlattivi jkopru biss ċerti aspetti ta’ ċerti parametri referenzjarji u ma jindirizzawx il-vulnerabbiltajiet kollha fil-proċess tal-produzzjoni tal-parametri referenzjarji kollha.

(3)  Il-parametri referenzjarji huma ta' importanza vitali għall-ipprezzar tat-tranżazzjonijiet transfruntieri u għalhekk jiffaċilitaw il-ofunzjonament effettiv tas-suq intern f’varjetà wiesgħa ta’ strumenti u servizzi finanzjarji. Ħafna parametri referenzjarji li jintużaw bħala rati ta' referenza f’kuntratti finanzjarji, parikolarment ipoteki, jiġu prodotti fi Stat Membru wieħed iżda użati minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u konsumaturi fi Stati Membri oħra. Barra minn hekk, dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ta' spiss jiħħeġġaw ir-riskji tagħhom jew jiksbu l-fondi biex jagħtu dawn il-kuntratti finanzjarji fis-suq interbankarju transfruntier. Żewġ Stati Membri biss adottaw leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-parametri referenzjarji, iżda l-oqfsa ġuridiċi rispettivi tagħhom dwar il-parametri referenzjarji diġà qed juru diverġenzi dwar aspetti bħall-kamp ta' applikazzjoni. Barra minn hekk, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) ▌qablet dwar prinċipji għall-parametri referenzjarji fl-2013 u, billi dawk il-prinċipji jipprovdu ċerta flessibbiltà fil-kamp ta’ applikazzjoni preċiż u l-mezzi tal-implimentazzjoni tagħhom▌, l-Istati Membri x’aktarx li jadottaw leġiżlazzjoni fuq livell nazzjonali li timplimenta dawn il-prinċipji b’mod diverġenti.

(3a)  L-użu ta’ parametri referenzjarji finanzjarji mhuwiex limitat għall-ħruġ u l-ħolqien ta’ strumenti u kuntratti finanzjarji. L-industrija finanzjarja tiddependi wkoll fuq parametri referenzjarji għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ fond ta’ investiment bl-għan ta’ traċċar lura, determinazzjoni tal-allokazzjoni tal-assi ta’ portafoll, jew komputazzjoni tat-tariffi tal-prestazzjoni. L-istabbiliment u r-rieżami tal-piżijiet li se jiġu assenjati lil diversi indiċi fi ħdan kombinazzjoni ta' indiċi bl-għan li jiġu determinati l-ħlas jew il-valur ta’ strument finanzjarju jew kuntratt finanzjarju, jew il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fond ta investiment, jammontaw ukoll għal użu, minħabba li attività bħal din ma tinvolvi l-ebda diskrezzjoni għall-kuntrarju tal-attività tal-forniment ta’ parametri referenzjarji. Iż-żamma ta’ strumenti finanzjarji li jirreferenzjaw parametru referenzjarju partikolari ma għandhiex titqies bħala użu tal-parametru referenzjarju.

(4)  Dawn l-approċċi diverġenti jirriżultaw fil-frammentazzjoni tas-suq intern billi l-amministraturi u l-utenti tal-parametri referenzjarji jkunu suġġetti għal regoli differenti fi Stati Membri differenti. B’hekk, il-parametri referenzjarji prodotti fi Stat Membru wieħed ikunu jistgħu jinżammu milli jintużaw fi Stati Membri oħra. Fin-nuqqas ta’ qafas armonizzat biex tiġi żgurata l-preċiżjoni u l-integrità tal-parametri referenzjarji użati fl-istrumenti finanzjarji u l-kuntratti finanzjarji fl-Unjoni, huwa probabbli li d-differenzi fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri se joħolqu ostakoli għall-funzjonament mingħajr intoppi tas-suq intern għall-forniment tal-parametri referenzjarji.

(5)  Ir-regoli tal-protezzjoni tal-konsumaturi tal-UE ma jkoprux il-kwistjoni partikolari tal-adegwatezza tal-parametri referenzjarji fil-kuntratti finanzjarji. B'riżultat tal-ilmenti u l-litigazzjoni tal-konsumaturi b'rabta mal-użu ta' parametri referenzjarji mhux adegwati f'diversi Stati Membri, huwa probabbli li jiġu adottati miżuri diverġenti fil-livell nazzjonali, minħabba t-tħassib leġittimu dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, u dan jista’ jirriżulta fil-frammentazzjoni tas-suq intern minħabba l-kundizzjonijiet diverġenti tal-kompetizzjoni marbuta ma' livelli differenti ta' protezzjoni tal-konsumatur.

(6)  Għalhekk biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u jittejbu l-kundizzjonijiet tal-funzjonament tiegħu, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mas-swieq finanzjarji, u biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur u għall-investituri, huwa għalhekk xieraq li jiġi stipulat qafas regolatorju għall-parametri referenzjarji fil-livell tal-Unjoni.

(7)  Huwa xieraq u meħtieġ li dawk ir-regoli jieħdu l-forma leġiżlattiva ta’ Regolament sabiex jiġi żgurat li dispożizzjonijiet li jimponu direttament obbligi fuq il-persuni involuti fil-produzzjoni, il-kontribuzzjoni u l-użu ta’ parametri referenzjarji jiġu applikati b’mod uniformi fl-Unjoni kollha. Billi qafas ġuridiku għall-forniment tal-parametri referenzjarji bilfors jinvolvi miżuri li jispeċifikaw rekwiżiti preċiżi dwar l-aspetti differenti inerenti fil-forniment tal-parametri referenzjarji, anki diverġenzi żgħar fl-approċċ lejn wieħed minn dawn l-aspetti jistgħu jwasslu għal tfixkil sinifikanti fil-forniment transfruntier tal-parametri referenzjarji. Għalhekk l-użu ta’ Regolament, li huwa applikabbli direttament mingħajr il-ħtieġa ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, inaqqas il-possibilità li jittieħdu miżuri diverġenti fil-livell nazzjonali, u jiżgura approċċ konsistenti, ċertezza ġuridika akbar u jimpedixxi li jinħoloq tfixkil sinifikanti fil-forniment transfruntier tal-parametri referenzjarji.

(8)  Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkun wiesa’ kemm meħtieġ biex jinħoloq qafas regolatorju preventiv. Il-produzzjoni ta’parametri referenzjarji tinvolvi diskrezzjoni fid-determinizzjoni tagħhom u hija soġġetta, b'mod inerenti għal ċerti tipi ta’ kunflitti ta’ interess, li jimplikaw l-eżistenza ta’ opportunitajiet u inċentivi għall-manipulazzjoni ta' dawk il-parametri referenzjarji. Dawn il-fatturi ta’ riskju huma komuni għall-parametri referenzjarji kollha, u kollha kemm huma għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti xierqa ta’ governanza u ta’ kontroll. Il-grad tar-riskju, madankollu, ivarja, u l-approċċ adottat f’kull każ għandu għaldaqstant ikun imfassal għaċ-ċirkostanzi partikolari. Minħabba li l-vulnerabbiltà u l-importanza ta' parametru referenzjarju tvarja maż-żmien, ir-restrizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni b’referenza għal indiċi li attwalment huma importanti jew vulnerabbli ma tindirizzax ir-riskji li kwalunkwe parametru referenzjarju jista' joħloq fil-ġejjieni. B’mod partikolari, il-parametri referenzjarji li attwalment mhumiex użati ħafna jistgħu jibdew jintużaw tant fil-futur, b'mod li fir-rigward tagħhom, anki manipulazzjoni żgħira jkun jista' jkollha impatt sinifikanti.

(9)  Id-determinazzjoni kritika tal-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun jekk il-valur tal-output ta’ parametru referenzjarju jiddeterminax il-valur ta’ strument finanzjarju jew kuntratt finanzjarju▌. Għalhekk il-kamp ta' applikazzjoni ma għandux jiddipendi fuq in-natura tad-dejta tal-input. Għalhekk għandhom jiġu inklużi l-parametri referenzjarji kalkulati minn dejta tal-input ekonomika, bħal prezzijiet tal-ishma kif ukoll minn numru jew valuri mhux ekonomiċi bħal parametri tat-temp. Il-qafas għandu jkopri dawk il-parametri referenzjarji soġġetti għal dawn ir-riskji, iżda għandu jirrikonoxxi wkoll l-eżistenza ta' l-għadd kbir ta' parametri referenzjarji pprovduti madwar id-dinja u l-impatti differenti li għandhom fuq l-istabbiltà finanzjarja u l-ekonomija reali. Dan ir-Regolament għandu wkoll jipprovdi għal rispons proporzjonat għar-riskji li joħolqu parametri referenzjarji differenti. Dan ir-Regolament għandu għaldaqstant ikopri l-parametri referenzjarji kollha li jintużaw għall-ipprezzar ta' strumenti finanzjarji elenkati jew negozjati f'ċentri regolati. Ir-referenzi kollha għal jiem f’dan ir-Regolament għandhom ifissru jiem kalendarji.

(10)  Għadd kbir ta’ konsumaturi huma partijiet f'kuntratti finanzjarji, b’mod partikolari ftehimiet ta’ kreditu lill-konsumatur garantit b'ipoteki, li jagħmlu referenza għal parametri referenzjarji li huma soġġetti għall-istess riskji. Dan ir-Regolament għandu għaldaqstant ikopri l-indiċi jew ir-rati ta’ referenza msemmija f’id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9).

(11)  Indiċi jew kombinazzjoni ta’ indiċi eżistenti li fihom ma tiġi inkluża l-ebda dejta tal-input u li jintużaw biex titkejjel il-prestazzjoni ta’ fond jew ta’ prodott finanzjarju għandhom jitqiesu bħala użu ta’ parametru referenzjarju.

(12)  L-amministraturi tal-parametri referenzjarji kollha huma potenzjalment suġġetti għall-kunflitti ta’ interess, jeżerċitaw diskrezzjoni u jista’ jkollhom governanza u sistemi ta’ kontroll inadegwati fis-seħħ. Barra minn hekk, billi l-amministraturi jikkontrollaw il-proċess tal-parametru referenzjarju, ir-rekwiżit li l-amministraturi jiġu awtorizzati, irreġistrati u ssirilhom superviżjoni jew jiġu rreġistrati huwa l-aktar mod effettiv biex tiġi żgurata l-integrità tal-parametri referenzjarji.

(13)  Il-kontributuri huma suġġetti għal kunflitti ta’ interess potenzjali, jeżerċitaw diskrezzjoni u għalhekk jisgħtu jkunu sors ta’ manipulazzjoni. Il-kontribuzzjoni għal parametru referenzjarju hija attività volontarja. Jekk kwalunkwe inizjattiva teħtieġ lill-kontributuri jinbdlu b’mod sinifikanti l-mudelli kummerċjali tagħhom, huma jistgħu ma jibqgħux jikkontribwixxu. Madankollu, fil-każ tal-entitajiet li diġà huma soġġetti għal regolamentazzjoni u superviżjoni, ir-rekwiżit ta' governanza u sistemi ta’ kontroll tajbin mhux mistenni jwassal għal spejjeż sostanzjali jew għal piż amministrattiv sproporzjonat. Għalhekk dan ir-Regolament jimponi ċertu obbligu fuq il-kontributuri taħt superviżjoni.

(14)  Amministratur huwa l-persuna fiżika jew ġuridika li jkollha kontroll volontarju fuq il-forniment ta’ parametru referenzjarju, b’mod partikolari li tamministra l-parametru referenzjarju, tiġbor u tanalizza d-dejta tal-input, tiddetermina l-parametru referenzjarju u ▌tippubblika direttament il-parametru referenzjarju jew testernalizza l-pubblikazzjoni tiegħu lil parti terza. Madankollu, meta persuna sempliċiment tippubblika jew tirreferi għal xi parametru referenzjarju bħala parti mill-attivitajiet ġurnalistiċi tagħha iżda ma jkollhiex kontroll fuq il-forniment ta’ dak il-parametru referenzjarju, dik il-persuna ma għandhiex tkun suġġetta għar-rekwiżiti imposti fuq l-amministraturi minn dan ir-Regolament.

(15)  Indiċi jiġi kkalkulat bl-użu ta’ formula jew xi metodoloġija oħra fuq il-bażi ta’ valuri sottostanti. Teżisti diskrezzjoni fil-kostruzzjoni ta’ din il-formula, fit-twettiq tal-kalkolu jew fid-determinazzjoni tad-dejta tal-input. Din id-diskrezzjoni toħloq riskju ta’ manipulazzjoni u għalhekk il-parametri referenzjarji kollha li jikkondividu din il-karatteristika għandhom ikunu koperti minn dan ir-Regolament. Madankollu meta jintuża prezz jew valur wieħed bħala referenza għal strument finanzjarju, pereżempju meta l-prezz ta' titolu wieħed ikun il-prezz ta’ referenza għal opzjoni, ma jkun hemm l-ebda kalkolu, dejta tal-input jew diskrezzjoni. Għalhekk il-prezzijiet ta' referenza bi prezz uniku jew valur uniku ma għandhomx jitqiesu bħala parametri referenzjarji għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Il-prezzijiet ta’ referenza jew prezzijiet tas-saldu prodotti minn Kontropartijiet Ċentrali (CCPs) ma għandhomx jitqiesu bħala parametri referenzjarji għax jintużaw biex jiġu ddeterminati saldu, marġni u mmaniġġar tar-riskju u għalhekk ma jiddeterminawx l-ammont pagabbli skont strument finanzjarju jew il-valur ta’ strument finanzjarju.

(16)  L-indipendenza tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali fit-twettiq tas-setgħat tagħhom, il-kompiti u d-dmirijiet mogħtija lilhom mit-Trattati, kif ukoll l-indipendenza tal-banek ċentrali nazzjonali, inerenti fl-istrutturi kostituzzjonali tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz ikkonċernat, għandha tiġi rispettata b’mod sħiħ fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament

(17)  ▌Sabiex tkun żgurata l-integrità tal-parametri referenzjarji, l-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom ikunu meħtieġa jimplimentaw arranġamenti ta’ governanza adegwati biex jikkontrollaw dawn il-kunflitti ta’ interess u biex jissalvagwardjaw il-fiduċja fl-integrità tal-parametri referenzjarji. Anki meta jkunu mmaniġġati b’mod effettiv, il-biċċa l-kbira tal-amministraturi jkunu soġġetti għal xi kunflitt ta’ interess u jista’ jkun li jkollhom jiġġudikaw u jieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw grupp diversifikat ta’ partijiet interessati. Huwa għalhekk importanti li l-amminsitraturi jkollhom funzjoni indipendenti li tissorvelja l-implimentazzjoni u l-effettività tal-arranġamenti ta’ governanza li jipprovdu sorveljanza effettiva.

(18)  Il-manipulazzjoni jew in-nuqqas tal-kredibbiltà tal-parametri referenzjarji tista’ tikkawża ħsara lill-investituri u lill-konsumaturi. Għalhekk dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għaż-żamma tar-rekords mill-amministraturi u l-kontributuri kif ukoll jipprovdi trasparenza dwar l-għan tal-parametru referenzjarju u d-dejta tal-input li tiffaċilita b'mod iktar effiċjenti u ġust ir-riżoluzzjoni ta’ kwalunkwe pretensjoni potenzjali skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

(19)  L-awditjar u l-infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament jeħtieġu analiżi u evidenza ex post. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jistabbilixxi qafas għaż-żamma tar-rekords adegwata minn amministraturi tal-parametri referenzjarji b’rabta mal-kalkolu tal-parametru referenzjarju għal perjodu suffiċjenti ta’ żmien. Ir-realtà li parametru referenzjarju jipprova jkejjel u l-ambjent li titkejjel fih x’aktarx li jinbidlu matul iż-żmien. Għalhekk huwa meħtieġ li l-proċess u l-metodoloġija tal-forniment tal-parametri referenzjarji jiġu awditjati jew analizzati fuq bażi perjodika biex jiġu identifikati n-nuqqasijiet u t-titjib possibbli. Ħafna partijiet interessati jistgħu jiġu affettwati minħabba nuqqasijiet fil-forniment ta' parametru referenzjarju u jistgħu jgħinu biex dawn in-nuqqasijiet jiġu jidentifikati. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ proċedura tal-ilmenti indipendenti minn amministraturi biex ▌il-partijiet interessati jkunu jistgħu jinnotifikaw lill-amministratur tal-parametru referenzjarju bl-ilmenti u jiżguraw li l-amministratur tal-parametru referenzjarju jevalwa oġġettivament il-meriti ta’ kull ilment.

(20)  Il-forniment ta’ parametri referenzjarji ta’ spiss jinvolvi l-esternalizzazzjoni ta’ funzjonijiet importanti bħall-kalkolu tal-parametru referenzjarju, il-ġbir tad-dejta tal-input u t-tqassim tal-parametru referenzjarju. Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-arranġamenti tal-governanza, huwa meħtieġ li jkun żgurat li kull tali esternalizzazzjoni ma tneħħi l-ebda obbligu u responsabbiltà minn fuq l-amministratur tal-parametru referenzjarju, u ssir b’tali mod li ma tinterferixxi la mal-ħila tal-amministraturi li jindirizzaw dawn l-obbligi jew ir-responsabbiltajiet, u lanqas mal-ħila tal-awtorità kompetenti li tagħmel superviżjoni tagħhom.

(21)  L-amministratur tal-parametru referenzjarju huwa r-riċevitur ċentrali tad-dejta tal-input u jista' jevalwa l-integrità u l-preċiżjoni ta’ din id-dejta tal-input fuq bażi konsistenti.▌

(22)  L-impjegati tal-amministratur jistgħu jidentifikaw ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament jew vulnerabbiltajiet potenzjali li jistgħu jwasslu għal manipulazzjoni jew tentattiv ta' manipulazzjoni. Dan ir-Regolament għandu jdaħħal fis-seħħ qafas biex l-impjegati jkunu jistgħu jiġbdu l-attenzjoni b’mod kunfidenzjali tal-amministraturi dwar ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament.

(23)  Kwalunkwe diskrezzjoni li tista’ tiġi eżerċitata fil-forniment tad-dejta tal-input toħloq opportunità li jiġi jimmanipulat il-parametru referenzjarju. Meta d-dejta tal-input tkun dejta bbażata fuq it-tranżazzjonijiet, hemm inqas diskrezzjoni u għalhekk l-opportunità li d-dejta tiġi mmanipulata tonqos. Għalhekk, bħala regola ġenerali u meta possibbli, l-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom jużaw dejta tal-input ta' tranżazzjonijiet reali iżda jistgħu jużaw dejta oħra f'dawk il-każijiet meta d-dejta tat-tranżazzjonijiet ma tkunx suffiċjenti biex tiżgura l-integrità u l-preċiżjoni tal-parametri referenzjarji.

(24)  Il-preċiżjoni u l-kredibbiltà ta’ parametru referenzjarju fil-kejl tar-realtà ekonomika li huwa maħsub li jsegwi jiddependi fuq il-metodoloġija u d-dejta tal-input użati. Huwa għalhekk neċessarju li tiġi adottata metodoloġija trasparenti li tiżgura l-kredibbiltà u l-preċiżjoni tal-parametru referenzjarju.

(25)  Jista’ jkun meħtieġ li tinbidel il-metodoloġija biex tiġi żgurata l-preċiżjoni kontinwa tal-parametru referenzjarju, iżda kwalunkwe bidla fil-metodoloġija jkollha impatt fuq il-partijiet interessati u l-utenti tal-parametru referenzjarju. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu speċifikati l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti meta tinbidel il-metodoloġija ta' parametru referenzjarju, inkluża l-ħtieġa għal konsultazzjoni, sabiex l-utenti u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-azzjonijiet neċessarji fid-dawl ta’ dawn il-bidliet jew jinnotifikaw lill-amministratur jekk ikollhom tħassib dwar dawn il-bidliet.

(26)  L-integrità u l-preċiżjoni tal-parametri referenzjarji jiddependu fuq l-integrità u l-preċiżjoni tad-dejta tal-input provduta mill-kontributuri. Huwa essenzjali li l-obbligi tal-kontributuri fir-rigward ta’ tali dejta tal-input ikunu speċifikati b’mod ċar, ikunu kredibbli u jkunu konsistenti mal-kontrolli u l-metodoloġija tal-amministratur tal-parametru referenzjarju. ▌Għalhekk, fejn xieraq u possibbli, u b’kollaborazzjoni mal-kontributuri tiegħu, l-amministratur tal-parametru referenzjarju għandu jipproduċi kodiċi ta’ kondotta li jispeċifika dawn ir-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet tal-kontributuri rigward il-forniment tad-dejta tal-input.

(27)  Ħafna parametri referenzjarji jiġu ddeterminati bl-applikazzjoni ta’ formola kkalkulata permezz tad-dejta tal-input li tiġi pprovduta minn ċentri regolati, arranġamenti ta’ pubblikazzjoni jew mekkaniżmi ta’ rapportar approvati, skambji tal-enerġija jew irkantijiet tal-kwoti tal-emissjonijiet. F’dawk il-każijiet, ir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni eżistenti jiżguraw l-integrità u t-trasparenza tad-dejta tal-input u jipprovdu għar-rekwiżiti tal-governanza u l-proċeduri għan-notifika tal-ksur. Għalhekk, sakemm id-dejta tal-input sottostanti tkun inkisbet minn ċentri soġġetti għal rekwiżiti ta’ trasparenza wara l-kummerċ, inkluż suq ta’ pajjiż terz meqjus li jkun ekwivalenti għal suq regolat fl-Unjoni, dawn il-parametri referenzjarji m'għandhomx ikunu soġġetti għal ċerti obbligi f'dan ir-Regolament, sabiex tiġi evitata regolamentazzjoni doppja u minħabba li s-superviżjoni tiżgura l-integrità tad-dejta tal-input użata.

(28)  Il-kontributuri jistgħu jkunu soġġetti għal kunflitt ta’ interess u jistgħu jeżerċitaw diskrezzjoni fid-determinazzjoni tad-dejta tal-input. Għalhekk huwa meħtieġ li l-kontributuri, fejn possibbli u xieraq, isiru soġġetti għal arranġamenti ta’ governanza sabiex ikun żgurat li dawn il-kunflitti jkunu mmaniġġati u li d-dejta tal-input tkun preċiża, tikkonforma mar-rekwiżiti tal-amministratur u tista’ tiġi vvalidata.

(29)  Tipi differenti ta’ parametri referenzjarji u setturi differenti ta' parametri referenzjarji għandhom karatteristiċi, vulnerabbiltajiet u r-riskji differenti. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu speċifikati aktar fil-fond għal setturi u tipi partikolari ta' parametri referenzjarji. Il-parametri referenzjarji tal-komoditajiet jintużaw ħafna u għandhom karatteristiċi speċifiċi għas-settur u għalhekk huwa meħtieġ li jiġi speċifikat kif dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għal dawn il-parametri referenzjarji f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, għandu jiġi previst ċertu livell ta’ flessibbiltà f’dan ir-Regolament sabiex jiġi permess aġġornament f’waqtu tar-rekwiżiti differenzjati li japplikaw għal setturi tal-parametri referenzjarji differenti fid-dawl tal-żviluppi internazzjonali kontinwi, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħidma tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO).

(29a)  Sabiex parametru referenzjarju jitqies ta’ importanza kritika skont dan ir-Regolament, għandu jitqies bħala wieħed ta’ natura sistemika jew jintuża b’mod sistemiku u jkun vulnerabbli għal manipulazzjoni, sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità regolatorja.

(30)  Il-falliment ta’ ċerti parametri referenzjarji ta' importanza kritika jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq l-istabbiltà finanzjarja, l-ordni fis-suq jew tal-investituri u huwa għalhekk meħtieġ li jiġu applikati rekwiżiti addizzjonali biex jiżguraw l-integrità u r-robustezza ta’ dawk il-parametri referenzjarji ta' importanza kritika. Dawk l-effetti potenzjalment distabbilizzanti tal-parametri referenzjarji ta’ importanza kritika jistgħu jinħassu fi Stat Membru wieħed jew f'aktar minn wieħed. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u l-ESMA se jiddefinixxu liema parametri referenzjarji jridu jiġu kklassifikati bħala ta' importanza kritika.

(30a)  Minħabba l-importanza strateġika tal-parametri referenzjarji ta’ importanza kritika għall-funzjonament tajjeb tas-Suq intern, l-ESMA għandu jkollha s-setgħa li tadotta deċiżjonijiet li huma direttament applikabbli għall-amministratur u fejn applikabbli, għall-kontributuri tal-parametru referenzjarju, meta l-awtorità kompetenti nazzjonali ma tkunx applikat dan ir-Regolament jew tkun kisret il-liġi tal-Unjoni u skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar- Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10).

(31)  Il-kontributuri li ma jibqgħux jikkontribwixxu jistgħu jheddu l-kredibbiltà tal-parametri referenzjarji ta’ importanza kritika, peress li l-kapaċità ta’ dawk il-parametri referenzjarji biex ikejlu r-realtà ekonomika jew tas-suq sottostanti tista’ tiġi mfixxkla.▌ Huwa għalhekk meħtieġ li tkun inkluża setgħa għall-awtorità kompetenti rilevanti li titlob kontribuzzjonijiet obbligatorji minn entitajiet taħt superviżjoni għall-parametri referenzjarji ta’ importanza kritika sabiex tinżamm il-kredibilità tal-parametru referenzjarju inkwistjoni. Il-kontribuzzjoni obbligatorja tad-dejta tal-input mhijiex intenzjonata li timponi obbligu fuq entitajiet taħt superviżjoni biex jidħlu jew jikkommettu ruħhom biex jidħlu fi tranżazzjonijiet.

(31a)  Ladarba parametru referenzjarju jiġi kklassifikat bħala ta’ importanza kritika, l-amministratur tiegħu jista’ jieħu vantaġġ minn pożizzjoni ta’ monopolju fuq l-utenti ta’ dak il-parametru. F’dak l-isfond, il-kulleġġ tal-awtoritajiet kompetenti ta’ dak il-parametru referenzjarju ta’ importanza kritika se jkun meħtieġ jissorvelja l-prezz tal-bejgħ u l-ispejjeż tal-amministratur, sabiex jevita li jkun hemm abbuż tas-suq.

(32)  Sabiex l-utenti tal-parametri referenzjarji jkunu jistgħu jagħmlu għażliet adegwati dwar il-parametri referenzjarji u jifhmu r-riskji tagħhom, huma għandhom bżonn ikunu jafu x’ikejjel il-parametru referenzjarju u x’inhuma l-vulnerabbiltajiet tiegħu. Għalhekk l-amministratur tal-parametru referenzjarju għandu jippubblika rapport li jispeċifika dawn l-elementi▌. L-amministratur għandu, fuq talba, jagħmel id-dejta tal-input disponibbli għall-awtorità kompetenti rilevanti fil-kuntest ta’ investigazzjoni.

(34)  Dan ir-Regolament għandu jqis il-Prinċipji tal-parametri referenzjarji maħruġa mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) ("il-Prinċipji tal-Parametri Referenzjarji Finanzjarji tal-IOSCO") fis-17 ta’ Lulju 2013 kif ukoll il-Prinċipji għall-Aġenziji ta’ Rappurtar tal-Prezzijiet taż-Żejt maħruġa mill-IOSCO fil-5 ta’ Ottubru 2012 ("il-Prinċipji tal-IOSCO għall-PRA") li jservu bħala standard globali għar-rekwiżiti regolatorji għall-parametri referenzjarji.

(34a)  Is-swieq tal-komoditajiet fiżiċi jippreżentaw karatteristiċi uniċi li għandhom jitqiesu sabiex jiġi evitat li tiddgħajjef l-integrità tal-parametri referenzjarji tal-komoditajiet u li jintlaqtu b’mod negattiv it-trasparenza tas-suq tal-komoditajiet, is-sigurtà tal-provvista Ewropea, il-kompetittività u l-interessi tal-konsumaturi. Għaldaqstant, ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament mhumiex xierqa biex jiġu applikati għall-parametri referenzjarji tal-komoditajiet. Il-prinċipji żviluppati għal parametri referenzjarji tal-komoditajiet mill-IOSCO b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija u l-Forum Internazzjonali tal-Enerġija, fost l-oħrajn, huma mfassla speċifikament biex japplikaw għall-parametri referenzjarji tal-komoditajiet kollha u għalhekk dan ir-Regolament jipprovdi li ċerti rekwiżiti mhux se japplikaw għall-parametri referenzjarji tal-komoditajiet.

(34b)  Dan ir-Regolament jintroduċi wkoll reġim ta’ rikonoxximent li jippermetti li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji li jinsabu f’pajjiż terz jipprovdu l-parametri referenzjarji tagħhom fl-Unjoni bil-kundizzjoni li jikkonformaw kompletament mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament jew mad-dispożizzjonijiet fil-prinċipji tal-IOSCO rilevanti.

(34c)  Dan ir-Regolament jintroduċi reġim ta’ approvazzjoni li jippermetti li l-amministraturi li jinsabu fl-Unjoni u li huma awtorizzati jew irreġistrati skont id-dispożizzjonijiet tiegħu japprovaw parametri referenzjarji pprovduti f'pajjiżi terzi, taħt ċerti kundizzjonijiet. Dan ir-reġim ta’ approvazzjoni għandu jiġi introdott għall-amministraturi tal-pajjiżi terzi li huma affiljati jew jaħdmu mill-qrib ma’ amministraturi li jinsabu fl-Unjoni. Amministratur li approva parametri referenzjarji pprovduti f’pajjiż terz għandu jkun responsabbli għal dawn il-parametri referenzjarji approvati u jiżgura li jissodisfaw il-kundizzjonijiet rilevanti msemmija f’dan ir-Regolament jew li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-prinċipji tal-IOSCO rilevanti.

(35)  L-amministratur ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika għandu jiġi awtorizzat u superviżat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun jinsab dak l-amministratur. Amministratur li jipprovdi biss parametri referenzjarji determinati mill-applikazzjoni ta’ formula permezz tad-dejta tal-input kkontribwita għal kollox jew direttament minn ċentri regolati, arranġamenti ta’ pubblikazzjoni jew mekkaniżmi ta’ rapportar approvati, irkanti ta’ skambji tal-enerġija jew ta’ kwoti ta’ emissjonijiet u/jew amministratur li jipprovdi biss parametri referenzjarji li mhumiex ta’ importanza kritika, għandu jiġi rreġistrat u sorveljat mill-awtorità kompetenti. Ir-reġistrazzjoni ta’ amministratur mhijiex intenzjonata li taffettwa s-superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. L-ESMA għandha żżomm reġistru tal-amministraturi fil-livell tal-Unjoni.

(36)  F’xi ċirkostanzi persuna tista’ tforni indiċi iżda ma tkunx konxja li dan l-indiċi qed jintuża bħala referenza għal strument finanzjarju. Dan huwa partikolarment il-każ meta l-utenti u amministratur tal-parametru referenzjarju jkunu jinsabu fi Stati Membri differenti. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiżdied il-livell ta’ trasparenza fir-rigward ta’ liema parametru referenzjarju qed jintuża. Dan jista’ jinkiseb billi jittejjeb il-kontenut tal-prospetti jew dokumenti ta’ informazzjoni ewlenin meħtieġa skont il-liġi tal-Unjoni u l-kontenut tan-notifiki u l-lista ta’ strumenti finanzjarji meħtieġa bir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11).

(37)  Sett ta’ għodod u setgħat u riżorsi effettivi għall-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru u għall-ESMA jiggarantixxi l-effettività tas-superviżjoni. Dan ir-Regolament għalhekk b’mod partikolari jipprevedi sett minimu ta’ setgħat superviżorji u investigattivi li għandhom jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri b'konformità mal-liġi nazzjonali u lill-ESMA. Meta jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skont dan ir-Regolament l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għandhom jaġixxu b’mod oġġettiv u imparzjali u jibqgħu awtonomi fit-teħid tad-deċiżjoni tagħhom.

(38)  Għall-finijiet tal-kxif ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA jkollhom aċċess, skont il-liġi nazzjonali, għas-siti ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi sabiex jikkonfiskaw dokumenti. L-aċċess għal dawn is-siti huwa meħtieġ meta jkun hemm suspett raġonevoli li jeżistu dokumenti u dejta oħra relatata mas-suġġett ta’ spezzjoni jew investigazzjoni u jistgħu jkunu rilevanti biex jippruvaw ksur ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-aċċess għal tali bini huwa meħtieġ meta: il-persuna li għaliha tkun diġà saret talba għal informazzjoni tonqos milli tikkonforma magħha; jew meta hemm raġunijiet ġustifikabbli biex wieħed jemmen li, kieku kellha ssir talba, ma tiġix milqugħa, jew id-dokumenti jew l-informazzjoni li t-talba għal informazzjoni tkun marbuta magħhom jitneħħew, jiġu mmanipulati jew jinqerdu. Jekk tkun meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel minn awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru konċernat, b'konformità mal-liġi nazzjonali, tali setgħa ta' aċċess għal siti għandha tintuża wara li tkun kisbet awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel.

(39)  Reġistrazzjonijiet eżistenti ta’ konverżazzjonijiet telefoniċi u rekords tat-traffiku tad-dejta mingħand entitajiet taħt superviżjoni jistgħu jikkostitwixxu evidenza kruċjali, u kultant anki l-unika evidenza biex tiġi identifikata u provata l-eżistenza ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-konformità mar-rekwiżiti tal-governanza u l-kontroll. Tali rekords u r-reġistrazzjonijiet jistgħu jgħinu biex tiġi vverifikata l-identità tal-persuna responsabbli għas-sottomissjoni, dawk responsabbli għall-approvazzjoni tagħha, u jekk hemmx separazzjoni organizzazzjonali tal-impjegati. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jitolbu r-reġistrazzjonijiet eżistenti ta' konverżazzjonijiet telefoniċi, komunikazzjonijiet elettroniċi u rekords tat-traffiku tad-dejta li jkollha entità taħt superviżjoni, fejn ikun hemm suspett raġonevoli li dawn ir-rekords jew reġistrazzjonijiet b’rabta mas-suġġett tal-ispezzjoni jew l-investigazzjoni jistgħu jkunu relevanti biex jevidenzjaw ksur ta’ dan ir-Regolament.

(40)  Xi dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi f’pajjiżi terzi li jistgħu jużaw parametri referenzjarji jew ikunu kontributuri għal parametri referenzjarji jew jistgħu ikunu involuti b’xi mod ieħor fil-proċess ta' parametru referenzjarju. L-awtoritajiet kompetenti għandhom għalhekk jidħlu f'arranġamenti ma’ awtoritajiet superviżorji f’pajjiżi terzi. L-ESMA għandha tikkoordina l-iżvilupp ta’ dawn l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni rċevuta minn pajjiżi terzi bejn l-awtoritajiet kompetenti.

(41)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta"), b’mod partikolari d-dritt tar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, il-protezzjoni tad-dejta personali, id-dritt tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-libertà li wieħed ikollu negozju, id-dritt għal proprjetà, id-dritt għal protezzjoni tal-konsumatur, id-dritt għal rimedju effettiv, id-dritt għal difiża. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jkun interpretat u applikat bi qbil ma’ dawk id-drittijiet u prinċipji. B’mod partikolari, meta dan ir-Regolament jirreferi għal regoli li jirregolaw il-libertà tal-espressjoni f’midja oħra u r-regoli jew il-kodiċijiet li jirregolaw il-professjonijiet tal-ġurnalisti, għandhom jiġu kkunsidrati dawk il-libertajiet kif inhuma garantiti fl-Unjoni u fl-Istati Membri u kif inhuma rikonoxxuti skont l-Artikolu 11 tal-Karta u skont dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-istampa, midja oħra u l-ġurnalisti meta dawn sempliċement jippubblikaw jew jirreferu għal xi parametru referenzjarju bħala parti mill-attivitajiet ġurnalistiċi tagħhom mingħajr ebda kontroll fuq il-forniment ta’ dak il-parametru referenzjarju.

(42)  Id-drittijiet tad-difiża tal-persuni konċernati jiġu rrispettati bis-sħiħ. B’mod partikolari, persuni soġġetti għal proċedimenti jingħataw aċċess għas-sejbiet li fuqhom l-awtoritajiet kompetenti jkunu bbażaw id-deċiżjoni u jingħataw id-dritt li jinstemgħu.

(43)  Trasparenza fir-rigward tal-parametri referenzjarji hija neċessarja għal raġunijiet ta’ stabbiltà tas-suq finanzjarju u protezzjoni tal-investituri. Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni minn awtoritajiet kompetenti għandhom isiru skont ir-regoli tat-trasferiment tad-dejta personali stipulati fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta(12). Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-ESMA għandha ssir skont ir-regoli tat-trasferiment tad-dejta personali stipulati fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta(13).

(44)  Filwaqt li jitqiesu l-prinċipji stipulati fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tar-reġimi ta’ sanzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji u atti legali tal-Unjoni adottati bħala segwitu għal dik il-Komunikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali u miżuri amministrattivi applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li jiġu implimentati. Dawk il-penali u l-miżuri amministrattivi għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(45)  Għalhekk, għandu jkun previst sett ta’ miżuri, sanzjonijiet u multi amministrattivi sabiex jiġi żgurat approċċ komuni fl-Istati Membri u sabiex jiġi mtejjeb l-effett deterrenti tagħhom. Is-sanzjonijiet applikati f’każijiet speċifiċi għandhom jiġu determinati filwaqt li jitqiesu fejn xieraq fatturi bħall-preżenza jew in-nuqqas ta’ intenzjoni, il-ħlas lura ta’ kwalunkwe benefiċċju finanzjarju identifikat, il-gravità u t-tul taż-żmien tal-ksur, kwalunkwe fattur li jaggrava jew jimmitiga, il-ħtieġa li l-multi jkollhom effett deterrenti u, fejn xieraq, jinkludu tnaqqis għall-kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti.▌

(46)  Sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet li jieħdu l-awtoritajiet kompetenti jkollhom effett ta’ deterrent fuq il-pubbliku inġenerali, huma normalment għandhom jiġu ppubblikati. Il-pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet hija wkoll għodda importanti għall-awtoritajiet kompetenti biex jinfurmaw lill-parteċipanti tas-suq liema mġiba titqies li tikkostitwixxi ksur ta’ dan ir-Regolament u biex tiġi promossa mġiba tajba usa’ fost il-parteċipanti tas-suq. Jekk tali pubblikazzjoni tirriskja li tikkawża ħsara sproporzjonata lil persuni involuti, tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew ta' investigazzjoni fis-seħħ, l-awtorità kompetenti għandha tippubblika s-sanzjonijiet u l-miżuri fuq bażi anonima jew iddewwem il-pubblikazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom l-għażla li ma jippubblikawx sanzjonijiet fejn pubblikazzjoni anonima jew imdewma titqies insuffiċjenti biex tiżgura li ma tiġix ipperikolata l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji. Bl-istess mod, l-awtoritajiet kompetenti mhumiex meħtieġa jippubblikaw miżuri meqjusa ta’ natura minuri meta l-pubblikazzjoni tkun sproporzjonata.

(47)  Parametri referenzjarji ta' importanza kritika jistgħu jinvolvu kontributuri, amministraturi u l-utenti f’aktar minn Stat Membru wieħed. Għalhekk, il-waqfien tal-forniment ta' tali parametru referenzjarju jew kwalunkwe avveniment li jista' jhedded b'mod sinifikanti l-intgerità tiegħu jista' jkollu impatt f’aktar minn Stat Membru wieħed, li jfisser li s-superviżjoni ta’ tali parametru referenzjarju mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun jinsab biss, mhux se tkun effiċjenti u effiċjenti f’termini ta' indirizzar tar-riskji li joħloq parametru referenzjarju ta' importanza kritika. Sabiex ikun żgurat l-iskambju effettiv ta’ informazzjoni superviżorja bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tagħhom u l-miżuri superviżorji, għandhom jiġu ffurmati kulleġġi tal-awtoritajiet kompetenti mmexxija mill-ESMA. L-attivitajiet tal-kulleġġi għandhom jikkontribwixxu għall-applikazzjoni armonizzata tar-regoli f’dan ir-Regolament u għall-konverġenza tal-prattiki ta’ superviżjoni. Il-medjazzjoni legalment vinkolanti tal-ESMA hija element ewlieni biex jinkisbu l-koordinazzjoni, il-konsistenza superviżorja u l-konverġenza tal-prattiki superviżorji. Il-parametri referenzjarji jistgħu jirreferenzjaw strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji b'duratura twila. F’ċerti każijiet il-forniment ta' dawn il-parametri referenzjarji jista' ma jkunx għadu permess ladarba dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ għaliex ikollhom karatteristiċi li ma jistgħux jiġu aġġustati biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, il-projbizzjoni li jitkompla l-forniment ta’ dawn il-parametri referenzjarji tista’ tirriżulta wkoll fit-terminazzjoni jew it-tfixkil tal-istrumenti finanzjarji jew il-kuntratti finanzjarji u għalhekk tagħmel ħsara lill-investituri. Għalhekk huwa neċessarju li ssir dispożizzjoni li tippermetti l-issoktar tal-forniment ta’ dawn il-parametri referenzjarji tul perjodu tranżizzjonali.

(47a)  Fil-każijiet fejn dan ir-Regolament jaqbad jew potenzjalment jaqbad entitajiet taħt superviżjoni u swieq koperti bir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14) (REMIT), l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għandha tiġi kkonsultata bis-sħiħ mill-ESMA sabiex tuża l-kompetenza tal-ACER fis-swieq tal-enerġija u biex timmitiga kwalunkwe regolamentazzjoni doppja.

(47b)  Meta parametru referenzjarju eżistenti ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament iżda jekk jinbidel il-parametru referenzjarju biex jinġieb f'konformità ma’ dan ir-Regolament dan iwassal għal avveniment ta’ force majeure jew għall-ksur tat-termini ta’ kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju, l-awtorità kompetenti rilevanti tista’ tippermetti li jkompli jintuża l-parametru referenzjarju sakemm ikun possibbli li dan l-parametru referenzjarju ma jibqax jintuża jew jiġi sostitwit b'parametru referenzjarju ieħor sabiex jiġi evitat li jkun hemm effetti negattivi fuq il-konsumaturi kkawżati minn waqfien disorganizzat u f’daqqa tal-parametru referenzjarju.

(48)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u jiġu speċifikati aktar l-elementi tekniċi tal-proposta, għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti b’konformità mal-Artikolu 290 TFUE▌. Meta jiġu proposti dawk l-atti, għandhom jiġu kkunsidrati l-istandards internazzjonali prevalenti għall-amministrazzjoni, il-kontribuzzjoni u l-użu ta’ parametri referenzjarji, b’mod speċjali r-riżultati tal-ħidma tal-IOSCO. Il-proporzjonalità, b’mod speċjali fil-każ ta’ parametri referenzjarji mhux ta’ importanza kritika u ta’ parametri referenzjarji tal-komoditajiet, trid tiġi rrispettata.

(49)  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ESMA li jikkonċernaw rekwiżiti ta’ governanza u ta’ kontroll u jistabbilixxu l-kontenut minimu tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi, fost l-oħrajn, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(50)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward ta' ċerti aspetti tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk l-aspetti jikkonċernaw l-aċċertazzjoni tal-ekwivalenza tal-qafas ġuridiku li huma soġġetti għalih il-fornituri ta’ parametri referenzjarji minn pajjiżi terzi, kif ukoll tal-fatt li parametru referenzjarju għandu natura kritika. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011(15) li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

(51)  Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni żviluppati mill-ESMA li jistabbilixxu l-proċeduri u l-forom tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Billi l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi stabbilit reġim konsistenti u effettiv biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet li jippreżentaw il-parametri referenzjarji, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri, billi l-impatt kumplessiv tal-problemi relatati mal-parametri referenzjarji jista’ jkun ipperċepit b’mod sħiħ biss f’kuntest tal-Unjoni u għalhekk jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU 1

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jintroduċi qafas komuni biex tiġi żgurta l-preċiżjoni u l-integrità tal-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji fl-Unjoni. Ir-Regolament b’hekk jikkontribwixxi għal funzjonament xieraq tas-suq intern filwaqt li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-investitur.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-forniment ta’ parametri referenzjarji, il-kontribuzzjoni ta’ dejta tal-input għal parametru referenzjarju u l-użu ta' parametru referenzjarju fl-Unjoni.

2.  Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-forniment tal-parametri referenzjarji minn:

(a)  ▌banek ċentrali, meta jeżerċitaw is-setgħat jew iwettqu l-kompiti u d-dmirijiet mogħtija lilhom mit-Trattati u mill-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u tal-BĊE, jew li l-indipendenza tagħhom hija inerenti l-istrutturi kostituzzjonali tal-Istat Membru jew pajjiż terz ikkonċernat;

(aa)  awtoritajiet pubbliċi, meta jipprovdu jew ikollhom kontroll fuq il-forniment ta’ parametri referenzjarji għal finijiet ta’ politika pubblika, inklużi miżuri ta’ impjieg, attività ekonomika, u inflazzjoni;

(ab)  kontropartijiet ċentrali;

(ac)  amministraturi meta jipprovdu prezzijiet ta' referenza bi prezz uniku jew valur uniku ;

(ad)  l-istampa, midja oħra u l-ġurnalisti meta dawn sempliċement jippubblikaw jew jirreferu għal xi parametru referenzjarju bħala parti mill-attivitajiet ġurnalistiċi tagħhom mingħajr ebda kontroll fuq il-forniment ta’ dak il-parametru referenzjarju;

(ae)  unjonijiet tal-kreditu skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16).

2a.  L-Artikoli 5(1), (2a), (3b), (3c) u (3d), l-Artikoli 5a u 5b, l-Artikolu 5d(b) sa (g), l-Artikolu 7(1)(aa), (b), (ba), (bb), (bc) u (c), l-Artikolu 7a(2a), (3a) u (3b), l-Artikolu 7a, l-Artikolu 8(1) u (2), l-Artikolu 9(1) u (2), l-Artikolu 11 u l-Artikolu 17(1) ma għandhomx japplikaw għall-amministraturi fir-rigward tal-parametri referenzjarji mhux ta’ importanza kritika tagħhom.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  "indiċi" tfisser kwalunkwe ċifra:

(a)  li tiġi ppubblikata jew titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;

(b)  li tiġi ddeterminata regolarment, totalment jew parzjalment, bl-applikazzjoni ta’ formula jew kwalunkwe metodu ieħor ta’ kalkolu, jew permezz ta' valutazzjoni; u

(c)  meta din id-determinazzjoni ssir fuq il-bażi tal-valur ta’ assi sottostanti wieħed jew aktar, jew ta’ prezzijiet, inklużi stimi ta’ prezzijiet, rati tal-imgħax reali jew stmati, jew valuri jew stħarriġ oħra;

(1a)  "fornitur ta’ indiċi" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li jkollha kontroll fuq il-forniment ta’ indiċi;

(2)  "parametru referenzjarju" tfisser kwalunkwe indiċi li b’referenza għalih jiġi ddeterminat l-ammont pagabbli skont strument finanzjarju jew kuntratt finanzjarju jew il-valur ta’ strument finanzjarju▌;

(2a)  "familja ta’ parametri referenzjarji" tfisser grupp ta’ parametri referenzjarji forniti mill-istess amministraturu u determinati minn dejta tal-input ta' natura simili, li jipprovdi miżuri speċifiċi tal-istess realtà ekonomika jew tas-suq jew jew ta' realtà ekonomika jew tas-suq simili;

(3)  "forniment ta’ parametru referenzjarju" tfisser:

(a)  l-amministrazzjoni tal-arranġamenti għad-determinazzjoni ta' parametru referenzjarju; ▌

(b)  il-ġbir, l-analiżi jew l-ipproċessar tad-dejta tal-input għall-iskop tad-determinazzjoni ta’ parametru referenzjarju; u

(c)  id-determinazzjoni ta' parametru referenzjarju permezz tal-applikazzjoni ta’ formula jew metodu ieħor ta’ kalkolu jew b’valutazzjoni tad-dejta tal-input fornuta għal dan l-għan;

(4)  "amministratur" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li jkollha kontroll fuq il-forniment ta’ parametru referenzjarju;

(5)  "użu ta’ parametru referenzjarju" tfisser:

(a)  il-ħruġ ta’ strument finanzjarju li jirreferenzja indiċi jew kombinazzjoni ta’ indiċi;

(b)  id-determinazzjoni tal-ammont pagabbli skont strument finanzjarju jew kuntratt finanzjarju billi jiġi referenzjat indiċi jew kombinazzjoni ta’ indiċi;

(c)  li tkun parti f’kuntratt finanzjarju li jirreferenzja indiċi jew kombinazzjoni ta’ indiċi;

(d)  id-determinazzjoni tal-prestazzjoni ta’ fond ta’ investiment permezz ta’ indiċi jew kombinazzjoni ta’ indiċi bl-għan tat-traċċar tar-ritorn ta’ tali indiċi jew kombinazzjoni ta’ indiċi, tad-definizzjoni tal-allokazzjoni tal-assi ta’ portafoll jew tal-komputazzjoni tat-tariffi tal-prestazzjoni;

(6)  "kontribuzzjoni ta' dejta tal-input" tfisser il-forniment ta' kwalunkwe dejta tal-input mhux disponibbli pubblikament lill-amministratur, jew lil persuna oħra għall-finijiet li tgħaddi għand amministratur, li hija meħtieġa f’konnessjoni mad-determinazzjoni ta’ dak il-parametru referenzjarju, u li hija fornuta għal dak l-għan;

(7)  "kontributur" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tikkontribwixxi dejta tal-input li ma tkunx dejta regolata.

(8)  "kontributur taħt superviżjoni" tfisser entità taħt superviżjoni li tikkontribwixxi dejta tal-input lill-amministratur li jinsab fl-Unjoni;

(9)  "sottomententi" tfisser persuna fiżika impjegata mill-kontributur għall-iskop li tikkontribwixxi dejta tal-input;

(9a)  "assessur" tfisser impjegat ta’ amministratur ta’ parametru referenzjarju tal-komoditajiet, jew kwalunkwe persuna fiżika jew parti terza oħra, li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-amministratur jew taħt il-kontroll tiegħu, li tkun responsabbli għall-applikazzjoni ta’ metodoloġija jew ġudizzju għal dejta tal-input jew informazzjoni oħra sabiex tintlaħaq valutazzjoni konklużiva dwar il-prezz ta’ ċerta komodità;

(10)  "dejta tal-input" tfisser id-dejta dwar il-valur ta’ assi sottostanti wieħed jew aktar, jew il-prezzijiet, inklużi stimi tal-prezzijiet jew valuri oħra użati mill-amministratur biex jiddetermina l-parametru referenzjarju;

(11)  "dejta regolata" tfisser:

(i)   dejta tal-input li tiġi kkontribwita għalkollox minn:

(a)   ċentru tan-negozjar kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE iżda biss b’referenza għal dejta li tikkonċerna strumenti finanzjarji;

(b)   arranġament approvat ta’ pubblikazzjoni kif definit fil-punt (52) tal-paragrafu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE jew fornitur ta’ tejp konsolidat kif definit fil-punt (53) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, skont ir-rekwiżiti obbligatorji tat-trasparenza wara n-negozjar, iżda b’referenza biss għad-dejta tat-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-istrumenti finanzjarji nnegozjati f'ċentru tan-negozjar;

(c)  mekkaniżmu ta’ rapportar approvat kif definit fil-punt (54) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, iżda b’referenza biss għad-dejta tat-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-istrumenti finanzjarji nnegozjati f'ċentru tan-negozjar u li tista’ tiġi żvelata skont ir-rekwiżiti obbligatorji ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar;

(d)   skambju elettriku kif imsemmi fil-punt (j) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17);

(e)   skambju ta' gass naturali kif imsemmi fil-punt (j) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 41 tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18);

(f)   pjattaforma tal-irkant imsemmija fl-Artikolu 26 jew ▌30 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010(19);

(g)  dejta pprovduta skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 u elaborata fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014(20); jew

(h)  ċentru ta’ negozjar, pjattaforma, skambju, arranġament ta’ pubblikazzjoni jew mekkaniżmu ta’ rapportar ta’ pajjiż terz ekwivalenti għal dawk speċifikati fil-punti (a) sa (g) jew kwalunkwe entità oħra bħall-aggregatur ta’ dejta tranżazzjonali jew kolletturi ta’ dejta tranżazzjonali li l-kontribuzzjoni tagħhom ta’ dejta tal-input diġà tkun soġġetta għal superviżjoni xierqa; u

(ii)  valuri tal-assi netti tal-unitajiet ta’ impriżi ta' investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/UE(21).

(12)  "dejta tat-tranżazzjoni" tfisser il-prezzijiet, ir-rati, l-indiċi jew il-valuri osservabbli li jirrappreżentaw tranżazzjonijiet bejn kontropartijiet mhux affiljati f’suq attiv soġġett għal forzi kompetittivi tal-provviżjoni u d-domanda;

(13)  "strument finanzjarju" tfisser kwalunkwe strument elenkat fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE li għalih tkun saret talba għal ammissjoni għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar, kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, jew li jiġi nnegozjat f’ċentru tan-negozjar kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(14)  “entità taħt superviżjoni” tfisser dan li ġej:

(a)  istituzzjonijiet tal-kreditu kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(b)  ditti tal-investiment kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(c)  impriżi tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(22);

(d)  impriżi tar-riassigurazzjoni kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(e)  UCITS kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/UE(23);

(f)  maniġers ta' fondi ta’ investiment alternattiv (AIFMs) kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(24);

(g)  kontropartijiet ċentrali jew CCPs, kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(25);

(h)  repożitorji tat-tranżazzjonijiet kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(i)  amministraturi;

(15)  "kuntratt finanzjarju" tfisser:

(a)  kwalunkwe ftehim ta’ kreditu kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(26);

(b)  kwalunkwe ftehim ta’ kreditu kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(16)  "fond ta’ investiment" tfisser AIFs kif definit fil-punt (a) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/61/UE, jew UCITS li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/65/UE;

(17)  "korp maniġerjali" tfisser il-korp governattiv, inklużi l-funzjonijiet superviżorji u maniġerjali, li jkollu l-awtorità finali tat-teħid tad-deċiżjonijiet u li jkollu s-setgħa jistabbilixxi l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni kumplessiva tal-entità.

(18)  "konsumatur" tfisser persuna fiżika li, f'kuntratti finanzjarji koperti b'dan ir-Regolament, tkun qed taġixxi għal finijiet li huma lil hinn mis-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha;

(19)  "parametru referenzjarju ta' rata tal-imgħax interbankarja" tfisser parametru referenzjarju fejn l-assi sottostanti għall-finijiet tal-punt (1)(c) ta' dan l-Artikolu hija r-rata li biha l-banek jistgħu jsellfu jew jissellfu mingħand banek oħra;

(19a)  "parametru referenzjarju tar-rata tal-kambju" tfisser parametru referenzjarju li l-valur tiegħu jiġi determinat f’relazzjoni mal-prezz, espress f’munita waħda, ta’ munita waħda jew basket ta’ muniti;

(20)  “parametru referenzjarju ta’ komodità” tfisser parametru referenzjarju fejn l-assi sottostanti għall-finijiet tal-punt (1)(c) ta’ dan l-Artikolu huwa komodità skont it-tifsira tal-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006(27), bl-esklużjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet kif imsemmi fil-punt (11) tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;

(20a)  "riskju ta’ bażi" tfisser r-riskju relatat mal-eżattezza tad-deskrizzjoni b’parametru referenzjarju tar-realtà ekonomika jew tas-suq sottostanti li l-parametru referenzjarju biħsiebu jkejjel;

(21)  "parametru referenzjarju ta’ importanza kritika" tfisser

(a)  parametru referenzjarju li mhuwiex ibbażat fuq dejta regolata, li l-valur ta’ referenza tiegħu ikun iktar minn EUR 500 biljun kif definit fl-Artikolu 13(1); jew

(b)  parametru referenzjarju, li l-waqfien tiegħu jkollu impatt negattiv sinifikanti fuq l-istabbiltà finanzjarja, il-funzjonament ordnat tas-swieq u fuq l-ekonomija reali fi Stat Membru wieħed jew aktar;

parametru referenzjarju ta’ importanza kritika jkun ta' natura "nazzjonali" meta l-effetti negattivi tiegħu jekk ma jibqax jiġi fornit jew jekk jiġi fornit permezz ta' sett ta' kontributuri jew ta' dejta mhux rappreżentattiv ikunu limitati għal Stat Membru wieħed. F’każ bħal dan, tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 13(2a) sa (2d).

Parametru referenzjarju ta’ importanza kritika jkun ta' natura "Ewropea" meta l-effetti negattivi tiegħu jekk ma jibqax jiġi fornit jew jekk jiġi fornit permezz ta' sett ta' kontributuri jew ta' dejta mhux rappreżentattiv ma jkunux limitati għal Stat Membru wieħed. F’każ bħal dan, tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 13(2e), (2f) u (2g).

(21a)  "parametru referenzjarju ta’ importanza mhux kritika" tfisser parametru referenzjarju li ma jissodisfax il-kriterji għal parametru referenzjarju ta’ importanza kritika kif provdut fl-Artikolu 13;

(22)  "jinsab" f’rabta ma’ persuna ġuridika tfisser l-Istat Membru jew il-pajjiż terz fejn jinsab l-uffiċċju reġistrat ta’ dik il-persuna jew indirizz uffiċjali ieħor, filwaqt li f’rabta ma’ persuna fiżika, l-Istat Membru jew il-pajjiż terz fejn dik il-persuna hija residenti għal finijiet ta' taxxa;

(22a)  "awtorità pubblika" tfisser:

(a)  kwalunkwe gvern jew amministrazzjoni pubblika;

(b)  kwalunkwe entità jew persuna li twettaq funzjonijiet amministrattivi pubbliċi skont il-liġi nazzjonali jew li jkollha responsabbiltajiet jew funzjonijiet pubbliċi jew tipprovdi servizzi pubbliċi, inklużi miżuri rigwardl-inflazzjoni, ix-xogħol jew l-attivitajiet ekonomiċi, taħt il-kontroll ta’ kwalunkwe awtorità tal-gvern jew pubblika.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, b’konformità mal-Artikolu 37 sabiex tispeċifika aktar l-elementi tekniċi tad-definizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, b’mod partikolari li jispeċifikaw x'jikkostitwixxi tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku għall-finijiet tad-definizzjoni ta’ indiċi, u biex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq. F'dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li "ppubblikati" jew "disponibbli għall-pubbliku" tinftiehem bħala "disponibbli għall-pubbliku usa' ta' utenti jew utenti potenzjali".

Meta jkun applikabbli, il-Kummissjoni għandha tqis żviluppi tas-suq jew teknoloġiji u l-konverġenza internazzjonali tal-prattika superviżorja fir-rigward tal-parametri referenzjarji.

2a.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi lista ta’ awtoritajiet pubbliċi fl-Unjoni kif imsemmi fil-punt (22a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u sabiex tirrevedi dik il-lista. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 38(2).

Artikolu 4

Esklużjoni tal-fornituri tal-indiċi li ma jkunux konxji mill-użu ta' parametru referenzjarju fornut minnhom ▌

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal fornitur tal-indiċi fir-rigward ta’ indiċi fornut minnu meta dak il-fornitur tal-indiċi ma jkunx konxju u ma setax b’mod raġonevoli jkun konxju li dak l-indiċi qed jintuża għall-finijiet imsemmija fil-punt (2) tal-Artikolu 3(1).

TITOLU II

INTEGRITÀ U KREDIBBILTÀ TAL-PARAMETRU REFERENZJARJU

Kapitolu 1

Governanza u Kontroll tal-Amministraturi

Artikolu 5

Rekwiżiti ta' governanza u ta’ kunflitt ta’ interess

1.  ▌L-amministratur għandu jkollu arranġamenti ta’ governanza robusti, li jinkludu struttura organizzazzjonali ċara definita tajjeb, trasparenti u rwoli u responsabbiltajiet konsistenti għall-persuni kollha involuti fil-forniment ta’ parametru referenzjarju.

L-amministratur għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jidentifika u jipprevjeni jew jimmaniġġa kunflitti ta’ interessi bejnu, inklużi l-maniġers jew l-impjegati tiegħu jew kwalunkwe persuna fiżika jew parti terza oħra li s-servizzi tagħha huma mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu jew taħt il-kontroll tiegħu, u l-kontributuri jew l-utenti u biex jiżgura li, fejn ikunu meħtieġa kwalunkwe diskrezzjoni jew ġudizzju fil-proċess tal-parametru referenzjarju, din tiġi eżerċitata b’mod indipendenti u ġust.

2a.  Il-forniment ta’ parametru referenzjarju għandu jkun separata b’mod operazzjonali minn kwalunkwe parti tan-negozju tal-amministratur li tista’ toħloq kunflitt ta’ interess reali jew potenzjali. Meta jinħolqu kunflitti ta’ interessi fl-amministratur minħabba l-istruttura tas-sjieda tiegħu, il-kontroll tal-interessi jew l-attivitajiet oħra mwettqa minn kwalunkwe entità li l-amministratur huwa proprjetà jew taħt il-kontroll tagħha jew li hija proprjetà jew ikkontrollata mill-amministratur jew kwalunkwe wieħed mill-affiljati tiegħu, l-amministratur għandu jistabbilixxi funzjoni ta’ sorveljanza indipendenti li għandha tinkludi rappreżenta bbilanċjata ta’ firxa ta’ partijiet ikkonċernati, fejn l-dawn il-partijiet ikkonċernati kif ukoll l-abbonati u kontributuri jkunu magħrufa. Jekk dawn il-kunflitti ma jkunux jistgħu jiġu mmaniġġati b’mod adegwat, l-amministratur għandu jew jwaqqaf kwalunkwe attività jew relazzjoni li toħloq dawk il-kunflitti jew għandu jieqaf milli jipproduċi l-parametru referenzjarju.

3a.  Amministratur għandu jippubblika jew jiżvela l-kunflitti ta’ interess eżistenti jew potenzjali kollha lill-utenti tal-parametru referenzjarju u l-awtorità kompetenti rilevanti u, fejn rilevanti, lill-kontributuri, inklużi kunflitti ta’ interess li jinħolqu mis-sjieda jew il-kontroll tal-amministratur.

3b.  Amministratur għandu jistabbilixxi u jopera politiki u proċeduri adegwati, kif ukoll arranġamenti organizzazzjonali effettivi, għall-identifikazzjoni, l-iżvelar, il-ġestjoni, il-mitigazzjoni u l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess sabiex jiġu protetti l-integrità u l-indipendenza tad-determinazzjonijiet tal-parametru referenzjarju. Dawn il-politiki u proċeduri għandhom jiġu rieżaminati u aġġornati regolarment. Il-politiki u l-proċeduri għandhom iqisu u jindirizzaw il-kunflitti ta’ interess, il-grad ta’ diskrezzjoni eżerċitata fil-proċess tal-parametru referenzjarju u r-riskji li joħloq il-parametru referenzjarju, u għandhom:

(a)  jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kkontribwita lill-amministratur jew prodotta minnu, soġġett għall-obbligi tal-iżvelar u tat-trasparenza skont dan ir-Regolament; u

(b)  jimmitigaw b’mod speċifiku kunflitti minħabba s-sjieda jew il-kontroll tal-amministratur, jew minħabba interessi oħra fil-grupp tiegħu jew bħala riżultat ta’ persuni oħra li jistgħu jeżerċitaw influwenza jew kontroll fuq l-amministratur fir-rigward tal-istabbiliment tal-parametru referenzjarju.

3c.  L-amministratur għandu jiżgura li l-impjegati u kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tiegħu jew taħt il-kontroll tiegħu u li huma involuti direttament fil-provvista ta’ parametru referenzjarju:

(a)  ikollhom il-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa għad-dmirijiet assenjati lilhom u jkunu soġġetti għal maniġment u superviżjoni effettivi;

(b)  ma jkunux soġġetti għal influwenza jew kunflitti ta’ interess mhux dovuti u li l-kumpens u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta’ dawk il-persuni ma joħolqux kunflitti ta’ interess jew b’mod ieħor jaffettwaw l-integrità tal-proċess tal-parametru referenzjarju;

(c)  ma jkollhom l-ebda interess jew konnessjoni kummerċjali li jikkompromettu l-funzjonijiet tal-amministratur;

(d)  ikunu pprojbiti milli jikkontribwixxu għal determinazzjoni ta’ parametru referenzjarju permezz ta’ involviment f’offerti ta’ prezz jew offerti ta’ akkwist u tranżazzjonijiet fuq bażi personali jew f’isem parteċipanti fis-suq; u

(e)  huma soġġetti għal proċeduri effettivi għall-kontroll tal-iskambju ta’ informazzjoni ma’ impjegati oħra, u ma jkunux involuti f’attivitajiet li jistgħu joħolqu riskju ta’ kunflitt ta’ interess.

3d.  L-amministratur għandu jistabbilixxi proċeduri ta’ kontroll speċifiċi sabiex jiġu żgurati l-integrità u l-affidabbiltà tal-impjegat jew tal-persuna li tiddetermina l-parametru referenzjarju, li jista’ jinkludi l-approvazzjoni interna mill-maniġment qabel it-tixrid tal-parametru referenzjarju jew sostituzzjoni xierqa, pereżempju fil-każ ta’ parametru referenzjarju aġġornat dakinhar stess jew abbażi ta’ ħin reali.

3e.  Kwalunkwe bidla mhux materjali ta’ parametru referenzjarju fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet koperti b’dan l-Artikolu ma għandhiex titqies bħala ksur ta’ kwalunkwe kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju li jirreferenzja dak il-parametru referenzjarju. Fil-każ ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, l-awtorità kompetenti rilevanti għandu jkollha s-setgħa li tqis bidla bħala waħda materjali.

Artikolu 5a

Rekwiżiti relatati mal-funzjoni ta’ sorveljanza

1.  L-amministratur għandu jistabbilixxi u jżomm funzjoni ta’ sorveljanza permanenti u effettiva sabiex jiżgura s-sorveljanza tal-aspetti kollha tal-forniment tal-parametri referenzjarju tiegħu.

2.  Amministratur għandu jiżviluppa u jżomm proċeduri robusti dwar il-funzjoni ta’ sorveljanza tiegħu, li għandhom jkunu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Il-karatteristiċi ewlenin tal-proċeduri għandhom jinkludu:

(a)  it-termini ta’ referenza tal-funzjoni ta’ sorveljanza;

(b)  il-kriterji għall-għażla tal-membri tal-funzjoni ta’ sorveljanza;

(c)  id-dettalji fil-qosor tas-sħubija ta’ kwalunkwe bord jew kumitat inkarigat bil-funzjoni ta’sorveljanza, flimkien ma’ kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ kunflitti ta’ interess u proċessi għal elezzjoni, nomina jew tneħħija u sostituzzjoni ta’ membru tal-kumitat;

3.  Il-funzjoni ta’ sorveljanza għandha topera indipendentement u għandha tinkludi r-responsabbiltajiet li ġejjin, li għandhom jiġu aġġustati skont il-komplessità, l-użu u l-vulnerabbiltà tal-parametru referenzjarju:

(a)  rieżami tal-inqas kull sena tad-definizzjoni u l-metodoloġija tal-parametru referenzjarju;

(b)  sorveljanza ta’ kwalunkwe bidla fil-metodoloġija tal-parametru referenzjarju u awtorizzazzjoni tal-amministratur sabiex jikkonsulta dwar dan it-tibdil;

(c)  sorveljanza tal-qafas ta’ kontroll tal-amministratur, il-maniġment u l-operat tal-parametru referenzjarju, u, meta parametru referenzjarju jagħmel użu minn kontributuri, il-kodiċi ta’ kondotta msemmi fl-Artikolu 9(1);

(d)  rieżami u approvazzjoni tal-proċeduri għall-waqfien tal-parametru referenzjarju, inkluża kwalunkwe konsultazzjoni dwar il-waqfien;

(e)  sorveljanza ta' kwalunkwe parti terza involuta fil-forniment tal-parametru referenzjarju, inklużi l-aġenti tal-kalkolu jew tat-tixrid;

(f)  valutazzjoni tal-awditi jew ir-rieżamijiet interni u esterni, u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ rimedju enfasizzati fir-riżultati ta' dawk l-awditi;

(g)  meta l-parametru referenzjarju jagħmel użu mill-kontributuri, il-monitoraġġ tad-dejta tal-input u tal-kontributuri u tal-azzjonijiet tal-amministratur fil-kontestazzjoni jew il-validazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tad-dejta tal-input;

(h)  meta l-parametru referenzjarju jagħmel użu minn kontributuri, it-teħid ta’ miżuri effettivi fir-rigward ta’ kwalunkwe ksur tal-kodiċi ta’ kondotta; u

(i)  meta l-parametru referenzjarju jagħmel użu minn kontributuri, ir-rapportar lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta’ kwalunkwe mġiba ħażina minn kontributuri jew amministraturi li l-funzjoni ta’ sorveljanza ssir konxja minnha, u kwalunkwe dejta tal-input potenzjalment anomala jew suspettuża.

4.  Il-funzjoni ta’ sorveljanza għandha titwettaq minn kumitat separat jew permezz ta' arranġament xieraq ieħor ta' governanza.

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw il-karatteristiċi li l-funzjoni ta’ sorveljanza għandu jkollha f’termini ta’ kompożizzjoni kif ukoll ta’ pożizzjonament fi ħdan l-istruttura organizzattiva tal-amministratur, sabiex jiġu żgurati l-integrità tal-funzjoni u n-nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess.

L-ESMA għandha tagħmel distinzjoni għat-tipi differenti ta’ parametri referenzjarji u setturi kif stabbiliti f’dan ir-Regolament u għandha tieħu f’kunsiderazzjoni d-differenzi fis-sjieda u l-istruttura ta’ kontroll tal-amministraturi, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-forniment tal-parametru referenzjarju, u r-riskju u l-impatt tal-parametru referenzjarju, anke fid-dawl tal-konverġenza internazzjonali tal-prattika ta' superviżjoni fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ governanza tal-parametri referenzjarji.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [XXX].

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.  Il-funzjoni ta’ sorveljanza tista’ teżerċita sorveljanza fuq aktar minn parametru referenzjarju wieħed fornut minn amministratur sakemm xorta waħda tikkonforma mar-rekwiżiti l-oħra tat-Titoli I u IV.

6.  Kwalunkwe bidla mhux materjali ta’ parametru referenzjarju fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet koperti b’dan l-Artikolu ma għandhiex titqies bħala ksur ta’ kwalunkwe kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju li jirreferenzja dak il-parametru referenzjarju. Fil-każ ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, l-awtorità kompetenti rilevanti għandu jkollha s-setgħa li tqis bidla bħala waħda materjali.

Artikolu 5b

Rekwiżiti relatati mal-qafas ta’ kontroll

1.  L-amministratur għandu jkollu qafas ta’ kontroll li jiżgura li l-parametru referenzjarju jiġi fornut u ppubblikat jew isir disponibbli skont dan ir-Regolament.

2.  Il-qafas ta’ kontroll għandu jkun proporzjonat mal-livell ta’ kunflitti ta’ interess identifikati, il-grad ta’ diskrezzjoni fil-forniment tal-parametru referenzjarju u n-natura tad-dejta tal-input tal-parametru referenzjarju u għandu jinkludi:

(a)  l-immaniġġar tar-riskju operattiv;

(b)  il-proċeduri ta’ kontinġenza u ta' rkupru li jkunu fis-seħħ fil-każ ta’ tfixkil fil-forniment tal-parametru referenzjarju.

3.  Meta d-dejta tal-input ma tkunx dejta ta' tranżazzjoni, l-amministratur għandu:

(a)  jistabbilixxi miżuri biex jiżgura, sal-punt possibbli, li l-kontributuri jikkonformaw mal-kodiċi ta’ kondotta msemmi fl-Artikolu 9(1) u l-istandards applikabbli għad-dejta tal-input;

(b)  jistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ tad-dejta tal-input, inkluż il-monitoraġġ tad-dejta tal-input qabel il-pubblikazzjoni tal-parametru referenzjarju u l-validazzjoni tad-dejta tal-input wara l-pubblikazzjoni sabiex jiġu identifikati l-iżbalji u l-anomaliji.

4.  Il-qafas ta’ kontroll għandu jkun dokumentat, rieżaminat u aġġornat kif xieraq u għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti, u fuq talba, għad-dispożizzjoni tal-utenti.

5.  Kwalunkwe bidla mhux materjali ta’ parametru referenzjarju fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet koperti b’dan l-Artikolu ma għandhiex titqies bħala ksur ta’ kwalunkwe kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju li jirreferenzja dak il-parametru referenzjarju. Fil-każ ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, l-awtorità kompetenti rilevanti għandu jkollha s-setgħa li tqis bidla bħala waħda materjali.

Artikolu 5c

Rekwiżiti relatati mal-Qafas ta’ Responsabbiltà

1.  L-amministratur għandu jkollu qafas ta’ responsabbiltà li jkopri ż-żamma tar-rekords, l-awditjar u r-rieżami, u l-proċess tal-ilmenti li jipprovdi evidenza ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

2.  L-amministratur għandu jaħtar funzjoni interna jew esterna indipendenti, bil-kapaċità meħtieġa biex tirrieżamina u tirrapporta dwar il-konformità tal-amministratur mal-metodoloġija tal-parametru referenzjarju u ma’ dan ir-Regolament.

3.  Għal parametri referenzjarju mhux ta’ importanza kritika, l-amministratur għandu jippubblika u jżomm dikjarazzjoni ta’ konformità li fiha l-amministratur għandu jirrapporta dwar il-konformità tiegħu ma’ dan ir-Regolament. Id-dikjarazzjoni tal-konformità mill-inqas għandha tkopri r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 5(1), (2a), (3b), (3c) u (3d), l-Artikoli 5a u 5b, l-Artikolu 5d(b) sa (g), l-Artikolu 7(1)(aa), (b), (ba), (bb), (bc) u (c), l-Artikolu 7a(2a), (3a) u (3b), l-Artikolu 7a, l-Artikolu 8(1) u (2), l-Artikolu 9(1) u (2), l-Artikolu 11 u l-Artikolu 17(1).

Meta l-amministratur ma jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 5(1), (2a), (3b), (3c) u (3d), l-Artikoli 5a u 5b, l-Artikolu 5d(b) sa (g), l-Artikolu 7(1)(aa), (b), (ba), (bb), (bc) u (c), l-Artikolu 7a(2a), (3a) u (3b), l-Artikolu 7a, l-Artikolu 8(1) u (2), l-Artikolu 9(1) u (2), l-Artikolu 11 u l-Artikolu 17(1), id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha tiddikjara b'mod ċar għalfejn huwa xieraq li dak l-amministratur ma jikkonformax ma' dawk id-dispożizzjonijiet.

4.  L-amministratur ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza mhux kritika għandu jaħtar awditur estern indipendenti biex jirrieżamina, u jirrapporta dwar, il-preċiżjoni tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-amministratur. Tali awditu għandu jseħħ tal-inqas kull sentejn u kull meta jseħħu bidliet materjali għall-parametru referenzjarju.

5.  l-amministratur għandu jipprovdi l-awditi skont il-paragrafu 4 lill-awtorità kompetenti rilevanti. L-amministratur għandu jipprovdi jew jippubblika d-dettalji tal-awditi skont il-paragrafu 4 għal kwalunkwe utent ta’ parametru referenzjarju fuq talba. Fuq it-talba tal-awtorità kompetenti rilevanti, jew kwalunkwe utent tal-parametru referenzjarju, l-amministratur għandu jipprovdi jew jippubblika d-dettalji tar-rieżamijiet imsemmija fil-paragrafu 4.

6.  L-awtorità kompetenti rilevanti tista’ titlob informazzjoni addizzjonali mingħand l-amministratur fir-rigward tal-parametri referenzjarji mhux ta’ importanza kritika tagħhom b’konformità mal-Artikolu 30 u/jew toħroġ rakkomandazzjoni lill-amministratur dwar il-konformità tal-amministratur mad-dispożizzjonijiet koperti bid-dikjarazzjoni tal-konformità sakemm l-awtorità kompetenti tkun kompletament sodisfatta. l-awtorità kompetenti tista’ tippubblika r-rakkomandazzjoni fuq il-websajt tagħha.

Artikolu 5d

Rekwiżiti relatati maż-żamma tar-rekords

1.  L-amministratur għandu jżomm rekords ta’:

(a)  id-dejta tal-input kollha;

(b)  kwalunkwe eżerċizzju ta’ ġudizzju jew diskrezzjoni mill-amministratur u, meta jkun applikabbli, mill-assessuri, fid-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju;

(c)  rekords tan-nuqqas ta’ kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe dejta tal-input, b’mod partikolari meta tkun ikkonformat mar-rekwiżiti tal-metodoloġija tal-parametru referenzjarju, u r-raġunament għal tali nuqqas ta’ kunsiderazzjoni;

(d)  bidliet oħra fil-metodoloġiji u l-proċeduri standard jew devjazzjonijiet minnhom, inklużi dawk magħmula matul perjodi ta’ stress u tfixkil fis-suq;

(e)  l-identitajiet tas-sottomittenti u tal-persuni fiżiċi impjegati mill-amministraturi għad-determinazzjoni tal-parametri referenzjarji;

(f)  id-dokumenti kollha relatati ma’ kwalunkwe lment; u

(g)  ir-rekords ta’ komunikazzjonijiet rilevanti bejn kwalunkwe persuna impjegata mill-amministratur u l-kontributuri jew is-sottomittenti fir-rigward tal-parametru referenzjarju.

2.  Meta l-parametru referenzjarju jkun ibbażat fuq kontribuzzjonijiet minn kontributuri, il-kontributur għandu jżomm ukoll rekords ta’ kwalunkwe komunikazzjoni rilevanti, inkluż ma’ kontributuri oħra.

3.  L-amministratur għandu jżomm ir-rekords stipulati fil-paragrafu 1 għal tal-anqas ħames snin f’tali forma li jkun possibbli li jiġu replikati u mifhuma kompletament il-kalkoli tal-parametru referenzjarju u jkun jista’ jsir awditu jew evalwazzjoni tad-dejta tal-input, kalkoli, ġudizzji u diskrezzjoni. Ir-rekords tal-konverżazzjonijiet telefoniċi jew tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom jiġu provduti lill-persuni involuti fil-konverżazzjoni jew komunikazzjoni fuq talba u għandhom jinżammu għal perjodu ta’ tliet snin.

Artikolu 5e

Trattament tal-ilmenti

L-amministratur għandu jkollu fis-seħħ u jippubblika proċeduri bil-miktub biex jirċievi, jinvestiga u jżomm rekords dwar l-ilmenti li jsiru dwar il-proċess tal-kalkolu tal-amministratur. Tali mekkaniżmi ta’ lment għandhom jiżguraw li:

(a)  l-amministratur għandu jkollu fis-seħħ mekkaniżmu deskritt fid-dettall f'politika għat-trattament tal-ilmenti bil-miktub, li permezz tiegħu l-abbonati jkunu jistgħu jressqu lmenti dwar jekk il-kalkolu ta’ parametru referenzjarju speċifiku huwiex rappreżentattiv tal-valur tas-suq, tibdil propost fil-kalkolu ta’ parametru referenzjarju, applikazzjonijiet ta’ metodoloġija fir-rigward ta’ kalkolu ta’ parametru referenzjarju speċifiku u deċiżjonijiet editorjali oħra fir-rigward tal-proċessi ta’ kalkolu ta’ parametru referenzjarju;

(b)  hemm skeda tal-proċess u tal-miri għall-immaniġġar tal-ilmenti;

(c)  ilmenti formali li jsiru kontra amministratur u l-persunal tiegħu jiġu investigati minn dak l-amministratur fil-waqt u b’mod ġust;

(d)  l-inkjesta titwettaq indipendentement minn kwalunkwe persunal li jista' jkun involut fis-suġġett tal-ilment;

(e)  amministratur għandu jimmira li jlesti l-investigazzjoni tiegħu minnufih.

Artikolu 5f

Standards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti ta’ governanza u ta’ kontroll

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tkompli tispeċifika u tikkalibra r-rekwiżiti ta’ governanza u ta’ kontroll skont l-Artikoli 5(2), 5(3a-3d), 5a(2), 5a(3), 5b(2), 5b(3), 5c(2), 5c(1) sa (3). L-ESMA għandha tqis dan li ġej:

(a)  l-iżviluppi fil-parametri referenzjarji u s-swieq finanzjarji fid-dawl tal-konverġenza internazzjonali tal-prattika superviżorja fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ governanza tal-parametri referenzjarji;

(b)  karatteristiċi speċifiċi ta’ tipi differenti ta’ parametri referenzjarji u amministraturi inklużi karatteristiċi settorjali u t-tipi ta’ dejta tal-input użati;

(c)  distinzjoni bejn parametri referenzjarji ta’ importanza kritika u dawk ta’ importanza mhux kritika;

(d)  jekk ir-rekwiżiti humiex diġà koperti parzjalment jew totalment b'rekwiżiti regolatorji rilevanti oħrajn, b'mod partikolari fir-rigward ta' parametri regerenzjarji bbażati fuq dejta regolata, u b'mod partikolari iżda mhux biss fir-rigward tar-rekwiżiti skont id-Direttiva 2014/65/UE jew ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(28), sabiex jiġi żgurat li ma jirriżultaw l-ebda duplikazzjoni ta' rekwiżiti jew piż bla bżonn għall-amministraturi.

L-ESMA għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 6

Esternalizzazzjoni

1.  L-amministarturi ma għandhomx jesternalizzaw funzjonijiet fil-forniment ta’ parametru referenzjarju b’tali mod li materjalment jiġi mfixkel il-kontroll tal-amministratur fuq il-forniment tal-parametru referenzjarju jew il-kapaċità tal-awtorità kompetenti rilevanti li tagħmel superviżjoni tal-parametru referenzjarju.

3.  Meta l-amministratur jesternalizza funzjonijiet jew kwalunkwe servizz u attività rilevanti fil-forniment ta’ parametru referenzjarju lil kwalunkwe fornitur ta’ servizz, huwa għandu jibqa’ kompletament responsabbli għat-twettiq tal-obbligi tiegħu kollha skont dan ir-Regolament.

3a.   Meta sseħħ l-esternalizzazzjoni, l-amministratur għandu jiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  il-fornitur tas-servizz għandu jkollu l-ħila, il-kapaċità, u kwalunkwe awtorizzazzjoni meħtieġa bil-liġi, biex iwettaq il-funzjonijiet, is-servizzi jew l-attivitajiet esternalizzati b’mod kredibbli u professjonali;

(b)  l-amministratur għandu jagħmel disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-identità u l-kompiti tal-fornitur tas-servizz li jipparteċipa fil-proċess tad-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju;

(c)  l-amministratur għandu jieħu azzjoni xierqa jekk ikun jidher li l-fornitur tas-servizz jista’ ma jkunx qiegħed iwettaq il-funzjonijiet b’mod effettiv u b’konformità ma’ liġijiet applikabbli u rekwiżiti regolatorji;

(d)  l-amministratur għandu jżomm l-għarfien espert meħtieġ biex iwettaq effikaċement superviżjoni tal-funzjonijiet esternalizzati u jimmaniġġa r-riskji assoċjati mal-esternalizzazzjoni;

(e)  il-fornitur tas-servizz għandu jiżvela lill-amministratur kwalunkwe żvilupp li jista’ jkollu impatt materjali fuq il-kapaċità tiegħu li jwettaq il-funzjonijiet esternalizzati b’mod effettiv u b’konformità mal-liġijiet applikabbli u r-rekwiżiti regolatorji;

(f)  il-fornitur tas-servizz għandu jikkoopera mal-awtorità kompetenti rilevanti b’rabta mal-attivitajiet esternalizzati, u l-amministratur u l-awtorità kompetenti rilevanti għandu jkollhom aċċess effettiv għad-dejta relatata mal-attivitajiet esternalizzati, kif ukoll għas-siti tan-negozju tal-fornitur tas-servizz, u l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tkun tista’ teżerċita dawk id-drittijiet ta’ aċċess;

(g)  l-amministratur għandu jkun jista' jtemm l-arranġamenti meta meħtieġ.

(h)  l-amministratur għandu jieħu passi raġonevoli, inklużi pjanijiet ta’ kontinġenza, biex jevita riskju operazzjonali eċċessiv marbut mal-parteċipazzjoni tal-fornitur tas-servizz fil-proċess ta’ determinazzjoni tal-parametru referenzjarju.

Kapitolu 2

Dejta tal-input u metodoloġija u rappurtar tal-ksur

Artikolu 7

Dejta tal-input ▌

1.  Il-forniment ta’ parametru referenzjarju għandu jkun regolat bir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tad-dejta tal-input tiegħu :

(a)  Id-dejta tal-input għandha tkun dejta ta' tranżazzjoni jew, meta jkun aktar xieraq, dejta mhux ibbażati fuq transżazzjonijiet, inklużi kwoti impenjati u stimi li jistgħu jiġu vverifikati, sakemm din tirrappreżenta b’mod preċiż u affidabbli r-realtà tas-suq jew ekonomika li l-parametru referenzjarju huwa maħsub biex ikejjel▐.

(aa)  Id-dejta tal-input imsemmija fil-punt (a) għandha tkun verifikabbli.

(b)  L-amministratur għandu jikseb id-dejta tal-input minn panil jew kampjun kredibbli u rappreżentattiv ta’ kontributuri sabiex jiżgura li l-parametru referenzjarju li jirriżulta jkun kredibbli u rappreżentattiv tar-realtà tas-suq jew ekonomika li l-parametru referenzjarju huwa maħsub biex ikejjel▐.

(ba)  L-amministratur għandu juża biss dejta tal-input minn kontributuri li jikkonformaw mal-kodiċi ta’ kondotta msemmi fl-Artikolu 9.

(bb)  L-amministratur għandu jżomm lista ta’ persuni li jistgħu jikkontribwixxu dejta tal-input lill-amministratur inklużi proċeduri biex tiġi evalwata l-identità ta’ kontributur u ta' kwalunkwe sottomittent.

(bc)  L-amministratur għandu jiżgura li l-kontributuri jipprovdu d-dejta tal-input rilevanti kollha; u

(c)  Meta d-dejta tal-input ta’ parametru referenzjarju ma tkunx dejta tat-tranżazzjonijiet u l-kontributur ikun parti f’aktar minn 50 % tal-valur tat-tranżazzjonijiet fis-suq li dak il-parametru referenzjarju huwa intenzjonat li jkejjel, l-amministratur għandu jivverifika li d-dejta tal-input tirrappreżenta suq soġġett għal forzi kompetittivi tal-provvista u d-domanda. Meta l-amministratur isib li d-dejta tal-input ma tirrappreżentax suq soġġett għall-forzi kompetittivi tal-provvista u d-domanda, huwa jgħandu jibdel id-dejta tal-input, il-kontributuri jew il-metodoloġija biex jiżgura li d-dejta tal-input tirrappreżenta suq li huwa soġġett għall-forzi kompetittivi tal-provvista u d-domanda, jew ma jibqax iforni dak il-parametru referenzjarju ▌.

2a.  L-amministratur għandu jiżgura li l-kontrolli rigward id-dejta tal-input jinkludu:

(a)  kriterji li jiddefinixxu min jista’ jikkontribwixxi dejta tal-input lill-amministratur u proċess għall-għażla tal-kontributuri;

(b)  proċess għall-evalwazzjoni tad-dejta tal-input tal-kontributur u biex il-kontributur ikun jista’ jitwaqqaf milli jipprovdi aktar dejta tal-input jew japplika sanzjonijiet oħra għal nuqqas ta’ konformità kontra l-kontributur, fejn xieraq; u

(c)  proċess għall-validazzjoni tad-dejta tal-input inkluż permezz ta’ indikaturi jew dejta oħra, sabiex tiġi żgurata l-integrità u l-preċiżjoni tagħha. Meta parametru referenzjarju jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 14a, dan ir-rekwiżit għandu japplika biss meta l-konformità tkun possibbli fil-limiti ta’ dak li huwa raġonevoli.

3a.  Meta d-dejta tal-input ta’ parametru referenzjarju tkun ikkontribwita minn funzjoni ta’ uffiċċju tan-negozjar, jiġifieri kwalunkwe dipartiment, diviżjoni, grupp, jew persunal ta’ kontributuri jew kwalunkwe wieħed mill-affiljati tiegħu li jwettaq kwalunkwe attività ta’ pprezzar, negozju, bejgħ, kummerċjalizzazzjoni, reklamar, solleċitazzjoni, strutturar, jew attivitajiet ta’ senserija, l-amministratur għandu:

(a)  jikseb dejta minn sorsi oħra li tikkorrobora dik id-dejta tal-input;

(b)  jiżgura li l-kontributuri għandhom proċeduri ta’ sorveljanza u verifika interni adegwati li jippermettu:

(i)  il-validazzjoni tad-dejta tal-input ikkontribwita, inklużi proċeduri għal reviżjonijiet multipli minn persunal anzjan sabiex jiġu kkontrollati l-inputs u l-proċeduri ta’ approvazzjoni mill-maniġment għas-sottomissjoni tal-inputs;

(ii)  is-separazzjoni fiżika tal-impjegati fil-funzjoni ta’ uffiċċju tan-negozjar u linji ta’ rapportar;

(iii)  kunsiderazzjoni sħiħa ta’ miżuri ta’ ġestjoni ta’ kunflitti sabiex jiġu identifikati, żvelati, immaniġġati, mitigati u evitati inċentivi eżistenti jew potenzjali biex jiġu manipulati jew inkella influwenzati inputs tad-dejta, inkluż permezz tal-politiki ta’ remunerazzjoni u kunflitti ta’ interess bejn il-kontribuzzjoni ta’ attivitajiet tad-dejta tal-input u kwalunkwe negozju ieħor tal-kontributur, l-affiljati tiegħu, jew il-klijenti rispettivi tiegħu.

Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw għal parametri referenzjarji li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14a biss meta l-konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet tkun ija possibbli b’mod raġonevoli.

3b.  Kwalunkwe bidla mhux materjali ta’ parametru referenzjarju fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet koperti b’dan l-Artikolu ma għandhiex titqies bħala ksur ta’ kwalunkwe kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju li jirreferenzja dak il-parametru referenzjarju. Fil-każ ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, l-awtorità kompetenti rilevanti għandu jkollha s-setgħa li tqis bidla bħala waħda materjali.

3c.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar il-proċeduri ta’ sorveljanza u verifika interni ta’ kontributur li l-amministratur jista’ jfittex, b’konformità mal-paragrafi 2a u 3a, sabiex jiżgura l-integrità u l-preċiżjoni tad-dejta tal-input.

L-ESMA għandha tqis il-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward ta’ parametri referenzjarji mhux ta' importanza kritika u tal-komoditajiet; l-ispeċifiċità ta’ tipi differenti ta’ parametri referenzjarji b’mod partikolari dawk il-parametri referenzjarji bbażati fuq kontribuzzjonijiet minn entitajiet li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl- Artikolu 14a; in-natura tad-dejta tal-input, jekk ir-rekwiżiti diġà huma parzjalment jew totalment koperti minn rekwiżiti regolatorji rilevanti oħra, b’mod partikolari iżda mhux biss għar-rekwiżiti skont id-Direttiva 2014/65/UE jew ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, sabiex jiġi żgurat li ma jirriżultaw l-ebda dupplikazzjoni ta’ rekwiżiti jew piżijiet mhux meħtieġa għal amministraturi, kif ukoll il-konverġenza internazzjonali tal-prattika superviżorja fir-rigward tal-parametri referenzjarji.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [XXX].

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 7a

Metodoloġija

1.  L-amministratur għandu juża metodoloġija għad-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju li:

(a)  tkun robust u kredibbli;

(b)  jkollha regoli ċari li jidentifikaw kif u meta tista’ tiġi eżerċitata d-diskrezzjoni fid-determinazzjoni ta’ dak il-parametru referenzjarju;

(c)  tkun rigoruża, kontinwa u kapaċi għal validazzjoni, inkluż il-back-testing;

(d)  tkun reżiljenti u tiżgura li l-parametru referenzjarju jista’ jiġi kkalkolat fl-aktar sett wiesa’ ta’ ċirkostanzi possibbli;

(e)  tkun traċċabbli u verifikabbli.

2.  Meta jiżviluppa l-metodoloġija tal-parametru referenzjarju, l-amministratur tal-parametru referenzjarju għandu:

(a)  iqis il-fatturi inklużi d-daqs u l-likwidità normali tas-suq, it-trasparenza tan-negozjar u l-pożizzjonijiet tal-parteċipanti tas-suq, il-konċentrazzjoni tas-suq, id-dinamika tas-suq, u l-adegwatezza ta’ kwalunkwe kampjun li jirrappreżenta r-realtà tas-suq jew ekonomika li l-parametru referenzjarju huwa intenzjonat li jkejjel;

(b)  jiddetermina x’jikkostitwixxi suq attiv għall-finijiet ta’ dak il-parametru referenzjarju; u

(c)  jistabbilixxu l-prijorità mogħtija lil tipi differenti ta’ dejta tal-input.

3.   L-amministratur għandu jkollu fis-seħħ arranġamenti ppubblikati b’mod ċar li jidentifikaw iċ-ċirkostanzi li fihom il-kwantità jew il-kwalità tad-dejta tal-input jaqgħu taħt l-istandards meħtieġa għall-metodoloġija sabiex il-parametru referenzjarju jiġi determinat b’mod preċiż u kredibbli, u li jiddeskrivu jekk u kif il-parametru referenzjarju se jiġi kkalkolat f’dawn iċ-ċirkostanzi.

4.  Kwalunkwe bidla mhux materjali ta’ parametru referenzjarju fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet koperti b’dan l-Artikolu ma għandhiex titqies bħala ksur ta’ kwalunkwe kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju li jirreferenzja dak il-parametru referenzjarju. Fil-każ ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, l-awtorità kompetenti rilevanti għandu jkollha s-setgħa li tqis bidla bħala waħda materjali.

Artikolu 7b

Trasparenza tal-metodoloġija

1.  L-amministratur għandu jiżviluppa, jopera u jamministra d-dejta u l-metodoloġija tal-parametru referenzjarju b’mod trasparenti.

L-amministratur għandu jippubblika, b’mezzi li jiżguraw aċċess ġust u faċli:

(i)  il-metodoloġija użata għal kull parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji; u

(ii)  il-proċedura għall-konsultazzjoni dwar, u r-raġunament wara, kull bidla materjali proposta fil-metodoloġija tagħha u r-raġunament għal tali bidla, inkluża definizzjoni ta’ x’jikkostitwixxi bidla materjali u meta tkun se tinnotifika lill-utenti bi kwalunkwe bidla.

2.  Meta parametru referenzjarju jissodisfa l-kriterji stipulati fl- Artikolu 14a, l-amministratur ta’ dak il-parametru referenzjarju għandu jiddeskrivi u jippubblika ma’ kull kalkolu, sal-punt raġonevoli mingħajr ma jikkomprometti l-pubblikazzjoni dovuta tal-parametru referenzjarju:

(a)  spjegazzjoni konċiża, biżżejjed biex tiffaċilita l-fehim tal-abbonat jew tal-awtorità kompetenti tal-parametru referenzjarju kif ġie żviluppat il-kalkolu, fosthom, bħala minimu, id-daqs u l-likwidità tas-suq fiżiku li qed jiġi vvalutat (bħall-għadd u l-volum tat-tranżazzjonijiet sottomessi), il-firxa u l-volum medju u l-firxa u l-medja tal-prezz, u l-perċentwali indikattivi ta’ kull tip ta’ dejta tas-suq li tqies fil-kalkolu; termini li jirreferu għall-metodoloġija tal-ipprezzar għandhom jiġu inklużi bħal “ibbażati fuq it-tranżazzjonijiet”, “ibbażati fuq il-firxa” jew “interpolati/estrapolati”; u

(b)  spjegazzjoni qasira tal-grad, u l-bażi sottostanti, ta' kwalunkwe eżerċizzju ta' ġudizzju inkluża kwalunkwe deċiżjoni biex tiġi eskluża dejta tal-input li mill-bqija kkonformat mar-rekwiżiti tal-metodoloġija rilevanti għal dak il-kalkolu; il-prezzijiet ibbażati fuq il-firxiet jew l-interpolazzjoni, l-estrapolazzjoni, jew l-ippeżar ta' offerti ta’ prezz jew offerti ta' akkwist ogħla minn tranżazzjonijiet konklużi fi kwalunkwe kalkolu.

3.  Meta tali pubblikazzjoni ma tkunx kompatibbli mal-liġi dwar il-proprjetà intellettwali applikabbli, il-metodoloġija għandha ssir disponibbli lill-awtorità kompetenti rilevanti.

4.  Meta ssir bidla materjali fil-metodoloġija ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, l-amministratur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti bil-bidla. L-awtoritá kompetenti għandu jkollha 30 jum biex tapprova l-bidla.

Artikolu 7c

Standards tekniċi regolatorji dwar id-dejta tal-input u l-metodoloġija

L-ESMA għandha tiżviluppa standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kontrolli fir-rigward tad-dejta tal-input, iċ-ċirkostanzi li skonthom dejta ta' tranżazzjoni tista’ ma tkunx suffiċjenti u kif dan jista’ jintwera lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti u r-rekwiżiti għall-iżvilupp ta’ metodoloġiji, filwaqt illi ssir distinzjoni għat-tipi differenti ta’ parametri referenzjarji u setturi kif stabbilit f’dan ir-Regolament. L-ESMA għandha tqis dan li ġej:

(a)  l-iżviluppi fil-parametri referenzjarji u s-swieq finanzjarji fid-dawl tal-konverġenza internazzjonali tal-prattika superviżorja fir-rigward tal-parametri referenzjarji;

(b)  il-karatteristiċi speċifiċi ta' parametri referenzjarji u tipi ta' parametri referenzjarji differenti;

(c)  il-prinċipju tal-proporzjonalità fir-rigward tal-parametri referenzjarji mhux ta’ importanza kritika;

(d)  il-vulnerabbiltà tal-parametri referenzjarji għall-manipulazzjoni fid-dawl tal-metodoloġiji u d-dejta tal-input użati;

(e)  li għandu jkun disponibbli għall-utenti dettall suffiċjenti biex ikunu jistgħu jifhmu kif parametru referenzjarju huwa pprovdut sabiex jivvalutaw ir-rilevanza u l-adegwatezza tiegħu bħala referenza.

(f)  jekk ir-rekwiżiti humiex diġà koperti parzjalment jew totalment b'rekwiżiti regolatorji rilevanti oħrajn, b'mod partikolari fir-rigward ta' parametri regerenzjarji bbażati fuq dejta regolata, u b'mod partikolari iżda mhux biss fir-rigward tar-rekwiżiti skont id-Direttiva 2014/65/UE jew ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, sabiex jiġi żgurat li ma jirriżultaw l-ebda duplikazzjoni ta' rekwiżiti jew piż bla bżonn għall-amministraturi.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 8

Rappurtar ta' ksur

1.  L-amministratur għandu jkollu fis-seħħ proċeduri għall-maniġers u l-impjegati tiegħu u kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tiegħu jew taħt il-kontroll tiegħu, biex jirrapportaw internament il-ksur ta’ dan ir-Regolament u ta' liġijiet applikabbli rilevanti oħrajn.

2.  L-amministratur għandhu jkollu proċeduri fis-seħħ proċeduri biex jirrapporta ksur ta’ dan ir-Regolament u ta' liġijiet applikabbli rilevanti oħrajn lill-awtoritajiet xierqa.

Kapitolu 3

Kodiċi ta' kondotta u rekwiżiti għall-kontributuri

Artikolu 9

Kodiċi ta' kondotta

1.  Meta parametru referenzjarju jkun ibbażat fuq dejta tal-input mill-kontributuri, l-amministratur għandu jfassal, fejn ikun possibbli b'kollaborazzjoni mal-kontributuri, kodiċi ta’ kondotta għal kull parametru referenzjarju li jispeċifika r-responsabbiltajiet tal-kontributuri fir-rigward tal-kontribuzzjoni tad-dejta tal-input u għandu jiżgura li s-sottomittenti jikkonfermaw il-konformità tagħhom mal-kodiċi ta’ kondotta u jikkonfermaw mill-ġdid il-konformitá fil-każ ta’ kwalunkwe tibdil li ssirlu.

2.  Il-kodiċi ta’ kondotta għandu jinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin:

(a)  deskrizzjoni ċara tad-dejta tal-input li trid tiġi pprovduta u r-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi żgurat li d-dejta tal-input tiġi pprovduta skont l-Artikoli 7 u 8;

(b)  politiki biex jiġi żgurat li l-kontributuri jipprovdu d-dejta tal-input rilevanti kollha; u

(c)  is-sistemi u l-kontrolli li l-kontributur hu meħtieġ jistabbilixxi, inklużi:

(i)  proċeduri għas-sottomissjoni tad-dejta tal-input, inklużi r-rekwiżiti biex il-kontributur jispeċifika jekk id-dejta tal-input hijiex dejta tat-tranżazzjoni u jekk id-dejta tal-input tikkonformax mar-rekwiżiti tal-amministratur;

(ii)  politiki dwar l-użu tad-diskrezzjoni fil-forniment tad-dejta tal-input;

(iii)  kwalunkwe rekwiżit għall-validazzjoni tad-dejta tal-input qabel ma tiġi provduta lill-amministratur;

(iv)  politiki taż-żamma ta' rekords;

(v)  rekwiżiti ta’ rappurtar ta' dejta tal-input suspettuża;

(vi)  rekwiżiti tal-immaniġġar tal-kunflitti

2a.  L-amministratur għandu jiżviluppa kodiċi ta’ kondotta unika għal kull familja ta’ parametri referenzjarji li jipprovdi.

2b.  Fi żmien 20 ġurnata mid-data tal-applikazzjoni tad-deċiżjoni li jiġi inkluż parametru referenzjarju ta’ importanza kritika fil-lista msemmija fl-Artikolu 13(1), l-amministratur ta’ dak il-parametru referenzjarju ta’ importanza kritika għandu jinnotifika l-kodiċi ta’ kondotta lill-awtorità kompetenti rilevanti. L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tivverifika fi żmien 30 ġurnata jekk il-kontenut tal-kodiċi ta’ kondotta jikkonformax ma’ dan ir-Regolament.

3.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar l-elementi tal-kodiċi ta' kondotta msemmi fil-paragrafu 2 għal tipi differenti ta' parametri referenzjarji u biex jitqiesu l-iżviluppi fil-parametri referenzjarji u s-swieq finanzjarji.

L-ESMA, filwaqt li tiżviluppa dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, għandha tqis il-prinċipju tal-proporzjonalitá fir-rigward tal-karatteristiċi differenti tal-parametri referenzjarji u tal-kontributuri, b’mod partikolari f’termini ta’ differenzi fid-dejta tal-input u l-metodoloġiji, ir-riskji li d-dejta tal-input tiġi mmanipulata, u l-konverġenza internazzjonali tal-prattiki superviżorji fir-rigward tal-parametri referenzjarji. L-ESMA għandha tikkonsulta mal-ACER, fir-rigward tal-applikabilità tal-kodiċijiet ta’ kondotta b’mod partikolari fir-rigward ta’ parametri referenzjarji rilevanti.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [XXX].

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel paragrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/20100.

Artikolu 11

Rekwiżiti għal kontributuri taħt superviżjoni

1.  Ir-rekwiżiti ta’ governanza u ta’ kontroll stabbiliti fil-paragrafi 2a u 2b għandhom japplikaw għal kontributur taħt superviżjoni li jikkontribwixxi d-dejta tal-input lil parametru referenzjarju ta’ importanza kritika.

2.  Kontributur taħt superviżjoni għandu jkollu fis-seħħ sistemi u kontrolli effettivi sabiex jiżgura l-integrità u l-kredibbiltà tal-kontribuzzjonijiet kollha tad-dejta tal-input lill-amministratur, inklużi:

(a)  kontrolli li jirrigwardaw min jista’ jissottometti dejta tal-input lil amministratur inkluż, fejn proporzjonat, proċess ta’ ffirmar minn persuna fiżika superjuri għas-sottomittenti;

(b)  taħriġ xieraq għas-sottomittenti, li jkopri tal-anqas dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru 596/2014;

(c)  miżuri tal-immaniġġar tal-kunflitt, inkluża separazzjoni organizzazzjonali tal-impjegati fejn xieraq u kunsiderazzjoni ta’ kif jitneħħew inċentivi li jimmanipulaw kwalunkwe parametru referenzjarju maħluq mill-politiki ta’ remunerazzjoni;

(d)  iż-żamma tar-rekkords tal-komunikazzjonijiet fir-rigward tal-forniment tad-dejta tal-input għal perjodu xieraq ta’ żmien;

(e)  iż-żamma tar-rekords tal-esponimenti ta’ kummerċjanti individwali u postijiet ta' kummerċ għal strumenti li jirreferenzjaw parametru referenzjarju sabiex jiġu faċilitati l-awditi, l-investigazzjonijiet u għall-finijiet tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess;

(f)  iż-żamma tar-rekords ta' awditi interni u esterni.

2a.  Meta d-dejta tal-input ma tkunx dejta tat-tranżazzjonijiet jew kwoti impenjati, il-kontributuri taħt superviżjoni għandhom, flimkien mas-sistemi u l-kontrolli msemmija fil-paragrafu 2, jistabbilixxu politiki li jiggwidaw kwalunkwe ġudizzju jew eżerċizzju tad-diskrezzjoni u jżommu rekords tar-raġunament wara kwalunkwe ġudizzju jew diskrezzjoni bħal din, fejn proporzjonat, filwaqt illi titqies in-natura tal-parametru referenzjarju u d-dejta tal-input.

3.  Il-kontributur taħt superviżjoni għandu jikkoopera bis-sħiħ mal-amministratur u l-awtorità kompetenti rilevanti fl-awditjar u s-superviżjoni tal-forniment ta' parametru referenzjarju, inkluż għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 5c(3), u jpoġġi għad-dispożizzjoni l-informazzjoni u r-rekords miżmuma skont il-paragrafi 2 u 2a.

4.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jkomplu jispeċifikaw ir-rekwiżiti li jikkonċernaw is-sistemi u l-kontrolli stabbiliti fil-paragrafi 2, 2a u 3 għal tipi differenti ta’ parametri referenzjarji.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [XXX].

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

TITOLU III

REKWIŻITI GĦAL PARAMETRI REFERENZJARJI TA' IMPORTANZA KRITIKA

Kapitolu 1

Dejta regolata

Artikolu 12a

Dejta regolata

Meta parametri referenzjati jiġu determinati bl-applikazzjoni ta’ formula għad-dejta stipulata fil-punt 11(i) jew il-punt 11(ii) tal-Artikolu 3(1), l-Artikoli 7(1)(b), 7(1)(ba), 7(1)(c), 7(2a), 7(3a), 8(1), 8(2), 9, 11 u 13a m’għandhomx japplikaw għall-forniment u l-kontribuzzjoni ta’ tali parametri referenzjarji. L-Artikolu 5d(1)(a) m’għandux japplika għall-forniment ta’ tali parametri referenzjarji b’referenza għad-dejta tal-input li hija kkontribwita għal kollox kif speċifikat fl-Artikolu 3(1). Dawn ir-rekwiżiti m’għandhomx japplikaw ukoll għall-finijiet tal-Artikolu 5c(3).

Kapitolu 2

Parametri referenzjarji ta’ importanza kritika

Artikolu 13

Parametri referenzjarji ta’ importanza kritika

1.  Parametru referenzjarju li mhux ibbażat fuq dejta regolata għandu jitqies li jkun parametru referenzjarju ta’ importanza kritika fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)  il-parametru referenzjarju jintuża bħala referenza għal strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji li għandhom valur medju ta’ mil-anqas EUR 500 000 000 000, kif imkejjel fuq perjodu ta’ żmien xieraq;

(b)  il-parametru referenzjarju huwa rikonoxxut bħala ta’ importanza kritika skont il-proċedura stipulata fil-paragrafi 2a, 2c u 2e-2g.

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex:

—  tispeċifika kif il-valur tas-suq ta’ strumenti finanzjarji huwa kkalkulat;

—  tispeċifika kif il-valur gross nozzjonali ta’ derivattivi huwa kkalkulat;

—  tispeċifika t-tul ta’ żmien li jrid jintuża biex jitkejjel kif xieraq il-valur tal-parametru referenzjarju;

—  terġa' teżamina l-livell limitu ta’ EUR 5000 000 000 000, tal-anqas kull [tliet] snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [XXX].

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2a.  Awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tqis parametru referenzjarju amministrat fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħha bħala ta’ importanza kritika meta jkollu valur nozzjonali medju li jammonta għal inqas mill-ammont stabbilit fil-punt (1) tal-ewwel subparagrafu jekk tikkunsidra li l-waqfien ta’ dak il-parametru referenzjarju jkollu impatt negattiv sinifikanti fuq l-integrità tas-swieq, l-istabbiltà finanzjarja, il-konsumaturi, l-ekonomija reali, jew il-finanzjament ta’ unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħha. F’każ bħal dan, għandha tinnotifika lill-ESMA bid-deċiżjoni tagħha fi żmien ħamest ijiem.

2b.  Fi żmien għaxart ijiem wara l-irċevuta tan-notifika prevista fil-paragrafu 2a ta' dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tippubblika n-notifika fuq il-websajt tagħha u taġġorna r-reġistru msemmi fl-Artikolu 25a.

2c.  Meta awtorità kompetenti nazzjonali tikkunsidra li deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 2a minn awtorità kompetenti oħra fl-Unjoni jkollha impatt negattiv sinifikanti fuq l-istabbiltà finanzjarja tas-suq, l-ekonomija reali, jew kontributuri taħt superviżjoni għall-parametru referenzjarju rilevanti fil-ġurisdizzjoni tagħha, hi għandha toħroġ talba lil dik l-awtorità kompetenti nazzjonali biex terġa’ tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. L-awtorità kompetenti li ħadet id-deċiżjoni skont il-paragrafu 2a għandha tinforma lill-awtorità kompetenti li tkun ressqet it-talba bit-tweġiba tagħha fi żmien 30 jum minn meta tirċievi t-talba.

2d.  Fin-nuqqas ta’ ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-awtorità kompetenti li tkun ressqet it-talba tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-ESMA. Fi żmien 60 jum minn meta tirċievi talba ta’ riferiment bħal din, l-ESMA għandha taġixxi b’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2e.  Meta awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew l-ESMA tikkunsidra li parametru referenzjarju amministrat fi Stat Membru ieħor b’valur nozzjonali medju li jammonta għal inqas mill-ammont stabbilit fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu madankollu jitqies bħala ta’ importanza kritika, minħabba li l-waqfien ta’ dak il-parametru referenzjarju jkollu impatt ħażin sinifikanti fuq l-integrità tas-swieq, l-istabbiltà finanzjarja, il-konsumaturi, l-ekonomija reali, jew il-finanzjament ta’ unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet fi ħdan il-ġurisdizzjonijiet tagħha, għandha toħroġ talba lill-awtorità kompetenti nazzjonali tal-amministratur tal-parametru referenzjarju rilevanti biex jikkategorizza l-parametru referenzjarju bħala ta’ importanza kritika. L-awtorità kompetenti tal-amministratur tal-parametru referenzjarju rilevanti għandha tinforma lill-awtorità kompetenti li tkun ressqet it-talba bit-tweġiba tagħha fi żmien 30 jum minn meta tirċievi t-talba.

2f.  Wara l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2e, u fin-nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-awtorità kompetenti li tkun ressqet it-talba tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-ESMA. Għandha tittrażmetti valutazzjoni dokumentata tal-impatt tal-waqfien tal-parametru referenzjarju fil-ġurisdizzjoni tagħha, li għandha tinkludi tal-anqas dan li ġej:

(a)  il-varjetà tal-użu f’termini ta’ parteċipanti fis-suq, kif ukoll fis-swieq tal-bejgħ bl-imnut;

(b)  id-disponibbiltà ta’ sostitut fattibbli mmexxi mis-suq għall-parametru referenzjarju;

(c)  il-valur ta’ strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji li jirreferenzjaw il-parametru referenzjarju fi ħdan l-Istat Membru u r-rilevanza tiegħu f’termini tal-prodott nazzjonali gross tal-Istat Membru;

(d)  il-konċentrazzjoni fl-użu u, fejn applikabbli, tal-kontribut lill-parametru referenzjarju fost l-Istati Membri;

(e)  kwalunkwe indikatur ieħor li jivvaluta l-impatt potenzjali tad-diskontinwità jew in-nuqqas ta’ kredibbiltà tal-parametru referenzjarju fuq l-integrità tas-swieq, l-istabbiltà finanzjarja, jew il-finanzjament tal-unitajiet domestiċi u l-korporazzjonijiet tal-Istat Membru.

Meta l-ESMA tkun l-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba, hija għandha teżamina mill-ġdid t-talba tagħha u toħroġ opinjoni vinkolanti.

2g.  Fi żmien [10] ġimgħat minn meta tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 2d, u wara konsultazzjoni mal-BERS u awtoritajiet kompetenti nazzjonali rilevanti oħra, l-ESMA għandha toħroġ opinjoni vinkolanti dwar il-kritikalità tal-parametru referenzjarju. L-ESMA għandha tittrażmetti l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-amministratur, flimkien mar-riżultati tal-konsultazzjonijiet. L-ESMA għandha tibbaża l-opinjoni tagħha fuq il-kriterji elenkati fil-paragrafu 2f u kriterji rilevanti oħra.

2h.  Ladarba parametru referenzjarju jiġi definit bħala ta’ importanza kritika, il-kulleġġ tal-awtoritajiet kompetenti għandu jiġi ffurmat skont l-Artikolu 34.

F’dan ir-rigward, il-kulleġġ tal-awtoritajiet kompetenti għandu jitlob l-informazzjoni meħtieġa sabiex jagħti l-awtorizzazzjoni li tippermetti li jiġi fornut dan il-parametru referenzjarju skont il-kundizzjonijiet addizzjonali li jeżiġi dan ir-Regolament minħabba n-natura ta’ importanza kritika tiegħu, hekk kif provdut fl-Artikolu 23.

2i.  Il-kulleġġ tal-awtoritajiet kompetenti għandu jirrevedi, mill-inqas kull sentejn, il-parametri referenzjarji li preċedentement kienu ġew ikklassifikati bħala ta' importanza kritika.

2j.  L-Istati Membri jistgħu, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jimponu rekwiżiti addizzjonali fuq kwalunkwe amministratur ta' parametru referenzjarju fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti b'dan l-Artikolu.

Artikolu 13a

Amministrazzjoni obbligatorja ta' parametru referenzjarju ta’ importanza kritika

1.  Jekk amministratur ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika jkollu l-ħsieb li jieqaf milli jipproduċi l-parametru referenzjarju tiegħu, huwa għandu:

(a)  jinnotifika immedjatament lill-awtorità kompetenti tiegħu; u

(b)  fi żmien erba’ ġimgħat minn din in-notifika jippreżenta valutazzjoni ta’ kif il-parametru referenzjarju għandu jiġi mgħoddi lil amministratur ġdid; jew

(c)  fi żmien erba’ ġimgħat minn din in-notifika jippreżenta valutazzjoni ta’ kif il-parametru referenzjarju għandu jieqaf milli jiġi prodott, billi jikkunsidra l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(1).

Waqt dak il-perjodu ta’ żmien, l-amministratur m’għandux iwaqqaf il-produzzjoni tal-parametru referenzjarju.

2.  Mal-wasla tal-valutazzjoni tal-amministratur imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha, fi żmien 4 ġimgħat:

(a)  tgħarraf lill-ESMA; u

(b)  tagħmel il-valutazzjoni tagħha stess ta’ kif il-parametru referenzjarju għandu jiġi mgħoddi lil amministratur ġdid jew jieqaf milli jiġi prodott, billi tiġi kkunsidrata l-proċedura tal-amministratur għall-waqfien tal-parametru referenzjarju tiegħu stabbilit skont l-Artikolu 17(1).

Waqt dak il-perjodu ta’ żmien, l-amministratur m’għandux iwaqqaf il-produzzjoni tal-parametru referenzjarju.

3.  Wara t-tlestija tal-valutazzjoni skont il-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħa li tobbliga lill-amministratur ikompli jippubblika l-parametru referenzjarju sa dak iż-żmien:

(a)  il-forniment tal-parametru referenzjarju jkun ġie ttrasferit lil amministratur ġdid; jew

(b)  il-parametru referenzjarju jkun jista’ jitwaqqaf b’mod ordnat; jew

(c)  il-parametru referenzjarju ma jkunx għadu ta’ importanza kritika.

L-awtorità kompetenti tista’ tobbliga lill-amministratur ikompli jippubblika l-parametru referenzjarju għal perjodu limitat ta’ żmien li ma jaqbiżx is-sitt xhur, li l-awtorità kompetenti tista’ testendi, meta jkun meħtieġ, għal mhux aktar minn sitt xhur oħra.

Artikolu 13b

Mitigazzjoni tas-setgħa tas-suq tal-amministraturi tal-parametri referenzjarji ta’ importanza kritika

1.  L-amministratur, meta jikkontrolla l-forniment tal-parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, għandu jikkunsidra b’mod xieraq il-prinċipji tal-integrità tas-suq u l-kontinwità tal-parametru referenzjarju inkluża l-ħtieġa ta' ċertezza legali għal kuntratti li jirreferu għall-parametru referenzjarju.

2.  Meta jipprovdi parametru referenzjarju ta’ importanza kritika għall-użu f’kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju, l-amministratur għandu jiżgura li l-liċenzji ta’, u l-informazzjoni dwar, il-parametru referenzjarju jiġu pprovduti lill-utenti kollha fuq bażi ġusta, raġonevoli u nondiskriminatorja, kif deskritt fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Artikolu 14

Kontribuzzjoni obbligatorja għal parametru referenzjarju ta’ importanza kritika

1.  L-amministratur ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika wieħed jew aktar abbażi ta’ sottomissjonijiet minn kontributuri li fil-maġġoranza tagħhom huma entitajiet taħt superviżjoni għandu kull sentejn jissottometti lill-awtorità kompetenti tiegħu valutazzjoni tal-kapaċità ta’ kull parametru referenzjarju ta’ importanza kritika li jipprovdi biex ikejjel ir-realtà sottostanti tas-suq jew ekonomika.

2.  Jekk kontributur ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika taħt superviżjoni wieħed jew aktar ikunu biħsiebhom jieqfu jikkontribwixxu dejta tal-input għal dak il-parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, huma għandhom jinnotifikaw minnufih bil-miktub lill-amministratur tal-parametru referenzjarju ta’ importanza kritika u lill-awtorità kompetenti rilevanti. Fi żmien 14-il jum mill-wasla ta’ tali notifika, l-amministratur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti u jipprovdi valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-waqfien fuq il-kapaċità tal-parametru referenzjarju li jkejjel ir-realtà sottostanti tas-suq jew ekonomika. L-amministratur għandu jgħarraf ukoll lill-kontributuri għall-parametru referenzjarju taħt superviżjoni li jifdal bl-avviż biex iwaqqfu l-kontribuzzjonijiet u jfittxu jiddeterminaw jekk oħrajn għandhomx il-ħsieb jieqfu milli jikkontribwixxu.

L-awtorità kompetenti għandha tinforma minnufih lill-kulleġġ ta’ awtoritajiet kompetenti u għandha tlesti l-evalwazzjoni tagħha tal-implikazzjonijiet tal-waqfien f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. L-awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħa li tirrikjedi li l-kontributuri li jkunu għamlu n-notifika bl-intenzjoni li jieqfu jikkontribwixxu d-dejta tal-input għal parametru referenzjarju ta' omportanza kritika jkomplu jikkontribwixxu din id-dejta tal-input sakemm l-awtorità kompetenti tkun lestiet il-valutazzjoni tagħha.

3.  Fil-każ li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li r-rappreżentanza ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika jkun qed jitqiegħed f’riskju, hi għandu jkollha s-setgħa li:

(a)  tirrikjedi li entitajiet taħt superviżjoni skont il-paragrafu 4, inklużi entitajiet li mhumiex diġà kontributuri għall-parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, jikkontribwixxu d-dejta tal-input lill-amministratur skont il-metodoloġija, il-kodiċi ta’ kondotta jew regoli oħra. Tali rekwiżit għandu jkun fis-seħħ għal perjodu tranżitorju xieraq skont it-tul medju ta’ kuntratt li jirreferenzja l-parametru referenzjarju rilevanti, iżda mhux aktar minn 12-il xahar mid-data meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni inizjali biex il-kontribuzzjoni ssir obbligatorja;

(b)  wara reviżjoni kif stabbiliti fil-paragrafu 5b tal-perjodu tranżitorju msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, li testendi l-perjodu ta’ kontribuzzjoni obbligatorja b’perjodu ta’ żmien li ma jaqbiżx it-12-il xahar;

(c)  tiddetermina ż-żmien sa meta għandha tiġi kkontribwita d-dejta tal-input, mingħajr ma tobbliga lill-entitajiet taħt superviżjoni li jinnegozjaw jew jikkommettu ruħhom għan-negozju;

(d)  titlob li l-amministratur jagħmel bidliet fil-kodiċi tal-kondotta, il-metodoloġija jew regoli oħra tal-parametru referenzjarju ta’ importanza kritika biex tiżdied ir-rappreżentanza u r-robustezza tal-parametru referenzjarju, wara diskussjoni mal-amministratur;

(e)  titlob li l-amministratur jipprovdi u jagħmel disponibbli għall-utenti tal-parametru referenzjarju r-rapport bil-miktub dwar miżuri li l-amministratur ikollu l-ħsieb li jadotta, biex iżid ir-rappreżentanza u r-robustezza tal-parametru referenzjarju.

4.  L-entitajiet taħt superviżjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 għandhom jiġu determinati mill-awtorità kompetenti tal-amministratur, bl-għajnuna tal-awtorità kompetenti tal-entitajiet taħt superviżjoni, abbażi tad-daqs tal-parteċipazzjoni tal-entità taħt superviżjoni fis-suq li dak l-parametru referenzjarju jkun maħsub li jkejjel, kif ukoll il-kompetenza u l-kapaċità tal-kontributur li jforni dejta tal-input tal-kwalità meħtieġa. Għandha tiġi kkunsidrata kif xieraq l-eżistenza ta’ parametri referenzjarji alternattivi xierqa li taħthom jistgħu jiġu ttrasferiti l-kuntratti finanzjarji u l-istrumenti finanzjarji li jirreferenzjaw il-parametru referenzjarju ta’ importanza kritika.

5.  Meta parametru referenzjarju jitqies ta’ importanza kritika skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2a sa 2d tal-Artikolu 13, l-awtorità kompetenti tal-amministratur għandu jkollha s-setgħa li tirrikjedi l-kontribut tad-dejta tal-input b’konformità mal-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu minn kontributuri taħt superviżjoni li jinstabu fl-Istat Membru tagħha biss.

5a.  L-awtorità kompetenti ta’ entità taħt superviżjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tgħin lill-awtorità kompetenti tal-amministratur fl-infurzar tal-miżuri skont il-paragrafu 3.

5b.  Sa tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tal-amministratur b’koperazzjoni mal-kulleġġ ta’ awtoritajiet kompetenti għandha tirrevedi l-kontinwità tal-ħtieġa tal-miżuri stipulati fil-punt (a) tal-paragrafu 3 u tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha f’rapport bil-miktub. L-awtorità kompetenti tal-amministratur għandha tirrevoka l-miżuri jekk hi jidhrilha:

(a)  li l-parametru referenzjarju jista’ jibqa’ ladarba l-kontributuri li obbligati jikkontribwixxu dejta tal-input ikunu waqfu milli jikkontribwixxu;

(b)  li l-kontributuri x’aktarx ikomplu jikkontribwixxu dejta tal-input għal mill-inqas sena jekk is-setgħa tiġi revokata;

(c)  wara konsultazzjoni mal-kontributuri u l-utenti, li parametru referenzjarju sostitut aċċettabbli huwa disponibbli u l-utenti tal-parametru referenzjarju ta’ importanza kritika jkunu jistgħu jaqilbu għal dak is-sostitut bi spejjeż aċċettabbli; Tali bidla ma għandhiex titqies li tikkostitwixxi ksur ta’ kuntratt eżistenti; jew

(d)  li l-ebda kontributur alternattiv xieraq ma jkun jista’ jiġi identifikat u l-waqfien tal-kontribuzzjonijiet min-naħa tal-entitajiet rilevanti taħt superviżjoni jista’ jdgħajjef il-parametru referenzjarju b’mod suffiċjenti biex ikun meħtieġ l-istralċ tal-parametru referenzjarju.

Fil-każ tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, l-entitajiet taħt superviżjoni li beħsiebhom jieqfu jikkontribwixxu għandhom jagħmlu dan fl-istess data li għandha tiġi determinata mill-awtorità kompetenti tal-amministratur, u li ma taqbiżx il-perjodi stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 3.

5c.  Fil-każ li parametru referenzjarju ta’ importanza kritika ikun irid jiġi stralċjat, kull kontributur għall-parametru referenzjarju ta’ importanza kritika taħt superviżjoni għandu jkompli jikkontribwixxi dejta tal-input għal perjodu ta’ żmien xieraq determinat mill-awtorità kompetenti, iżda li ma jaqbiżx il-perjodi stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 3. Kwalunkwe tibdil jew qlib għal parametru referenzjarju ieħor m’għandux jitqies li jikkostitwixxi ksur ta’ kuntratt eżistenti.

5d.  L-amministratur għandu, malli jkun prattikament possibbli, jinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti fil-każ li kontributur jikser ir-rekwiżiti tal-paragrafu 2.

Artikolu 14a

Parametri referenzjarji tal-komoditajiet ibbażati fuq kontribuzzjonijiet minn entitajiet mhux taħt superviżjoni

Meta parametru referenzjarju tal-komoditajiet ikun ibbażat fuq sottomissjonijiet minn kontributuri li l-maġġoranza tagħhom ma jkunux entitajiet taħt superviżjoni li l-kummerċ ewlieni tagħhom ikun il-forniment ta’ servizzi ta’ investiment fit-tifsira tad-Direttiva 2014/65/UE jew attivitajiet bankarji skont id-Direttiva 2013/36/UE, l-Artikoli 5a, 5b, 5c(1), 5c(2), 5d(2), 7(1)(ba), 7(1)(bc) u 9 ma għandhomx japplikaw.

TITOLU IV

TRANSPARENZA U PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR

Artikolu 15

Dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju

1.  Fi żmien ġimagħtejn mill-inklużjoni fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 25a, amministratur għandu jippubblika dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju għal kull parametru referenzjarju jew, fejn applikabbli, għal kull familja ta’ parametri referenzjarji prodotti u ppubblikati sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni, jew sabiex jiġu approvati skont l-Artikolu 21b, jew rikonoxxuti skont l-Artikolu 21a. L-amministratur għandu jaġġorna d-dikjarazzjoni tal-parametru referenzjarju għal kull parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji mill-inqas kull sentejn. Id-dikjarazzjoni għandha:

(a)  b’mod ċar u bla ambigwità tiddefenixxi s-suq jew r-realtà ekonomika mkejla mill-parametru referenzjarju u f’liema ċirkostanzi dan il-kejl jista’ jsir mhux kredibbli;

(c)  ▌b’mod ċar u mhux ambigwu tidentifika dawk l-elementi tal-parametru referenzjarju fejn tista’ tiġi eżerċitata diskrezzjoni u l-kriterji applikabbli għall-eżerċizzju ta' din id-diskrezzjoni▌;

(d)  tipprovdi notifika tal-possibbiltà li fatturi, inklużi fatturi esterni lil hinn mill-kontroll tal-amministratur, jistgħu jirrikjedu bidliet fil-parametru referenzjarju, jew il-waqfien tiegħu; u

(e)  tagħti parir li kwalunkwe kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju ieħor li huwa referenzajt mal-parametru referenzjarju għandu jkun kapaċi jiflaħ, jew inkella jindirizza l-possibbiltà ta’ bidliet fil-parametru referenzjarju, jew il-waqfien tiegħu.

2.  Id-dikjarazzjoni tal-parametru referenzjarju għandha tinkludi tal-anqas:

(a)  id-definizzjonijiet tat-termini ewlenin kollha marbuta mal-parametru referenzjarju;

(b)  ir-raġunament wara l-adozzjoni tal-metodoloġija tal-parametru referenzjarju u l-proċeduri għar-rieżami u l-approvazzjoni tal-metodoloġija;

(c)  il-kriterji u l-proċeduri użati għad-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju, inkluża deskrizzjoni tad-dejta tal-input, il-prijorità mogħtija għal tipi differenti ta’ dejta tal-input, dejta minima meħtieġa għad-determinazzjoni ta’ parametru referenzjarju, l-użu ta’ kwalunkwe mudell jew metodu ta’ estrapolazzjoni u kwalunkwe proċedura għall-ibbilanċjar mill-ġdid tal-komponenti tal-indiċi tal-parametru referenzjarju;

(d)  il-kontrolli u r-regoli li jirregolaw kwalunkwe eżerċizzju ta’ diskrezzjoni jew ġudizzju mill-amministratur jew minn kwalunkwe kontributur, biex tiġi żgurata l-konsistenza fl-użu ta’ tali diskrezzjoni jew ġudizzju;

(e)  il-proċeduri li jirregolaw id-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju f’perjodu ta’ stress, jew perjodi fejn is-sorsi tad-dejta tat-tranżazzjonijiet tista’ tkun insuffiċjenti, mhux preċiża jew mhux kredibbli u l-limitazzjonijiet potenzjali tal-parametru referenzjarju f’dawn il-perjodi;

(f)  il-proċeduri biex jiġu indirizzati żbalji fid-dejta tal-input, jew id-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju, inkluż meta tkun meħtieġa determinazzjoni mill-ġdid tal-parametru referenzjarju; u

(g)  l-identifikazzjoni ta’ limitazzjonijiet potenzjali ta’ parametru referenzjarju, inkluż l-operat tiegħu fi swieq illikwidi jew frammentati u l-konċentrazzjoni possibbli ta’ inputs.

Artikolu 17

Waqfien ta' parametru referenzjarju

1.  L-amministratur għandu jippubblika, flimkien mad-dikjarazzjoni tal-parametru referenzjarju msemmija fl-Artikolu 15, proċedura dwar x’azzjonijiet għandu jieħu l-amministratur f’każ ta’ bidliet jew waqfien ta’ parametru referenzjarju jew ir-rikonoxximent ta’ parametru referenzjarju skont l-Artikolu 21a jew l-approvazzjoni skont l-Artikolu 21b. Il-proċedura għandha tiġi integrata wkoll fil-kodiċi ta’ kondotta msemmi fl-Artikolu 9(1). Il-proċedura tista’ tiġi abbozzata, fejn applikabbli, għal familji ta’ parametri referenzjarji u għandha tiġi aġġornata u ppubblikata kull meta sseħħ bidla materjali.

2.  Entitajiet taħt superviżjoni li jużaw parametru referenzjarju għandhom jipproduċu u jżommu pjanijiet robusti bil-miktub li jistipulaw l-azzjonijiet li jieħdu f’każ li parametru referenzjarju jinbidel materjalment jew ma jibqax jiġi prodott. Fejn fattibbli u xieraq, tali pjanijiet għandhom jinnominaw parametru referenzjarju alternattiv wieħed jew diversi li jista’ jiġi referenzjat, li jindika għaliex tali parametri referenzjarji jkunu alternattivi xierqa. L-entitajiet taħt superviżjoni għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti rilevanti b’dawn il-pjanijiet fuq talba u fejn possibbli jirriflettuhom fir-relazzjoni kuntrattwali mal-klijenti.

Artikolu 17a

Adegwatezza ta’ parametru referenzjarju

l-amministratur għandu jiżgura l-preċiżjoni tal-parametru referenzjarju fir-rigward tad-deskrizzjoni tar-realtà tas-suq jew ekonomika li l-parametru referenzjarju biħsiebu jkejjel skont ir-rekwiżiti relatati mad-dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju stipulati fl-Artikolu 15.

L-ESMA għandha tippubblika linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament li jistabbilixxu d-definizzjoni ta’ adegwatezza f’termini ta’ livelli aċċettabbli ta’ riskju ta’ bażi.

Sa Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li janalizza l-prattiki eżistenti fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskju ta’ bażi f’kuntratti finanzjarji, fir-rigward tal-użu ta’ parametri referenzjarji bħal pereżempju rata tal-imgħax interbankarja u parametru referenzjarju tal-kambju, u tivvaluta jekk it-twettiq tad-dispożizzjonijiet tal-kondotta tan-negozju stabbiliti fid-Direttiva 2008/48/KE u d-Direttiva 2014/17/UE hux biżżejjed biex jittaffew riskju ta' bażi assoċjat ma’ parametri referenzjarji użati f’kuntratti finanzjarji.

TITOLU V

UŻU TA' PARAMETRI REFERENZJARJI FORNUTI MINN AMMINISTRATURI AWTORIZZATI JEW IRREĠSITRATI JEW MINN AMMINISTRATURI MINN PAJJIŻI TERZI

Artikolu 19

Użu ta' parametru referenzjarju

1.   Entità taħt superviżjoni tista' tuża parametru referenzjarju jew kombinazzjoni ta' parametri referenzjarji fl-Unjoni bħala referenza fi strument finanzjarju jew f'kuntratt finanzjarju jekk jiġu forniti minn amministratur awtorizzat jew irreġistrat skont l-Artikolu 23 jew 23a, rispettivament, jew minn amministratur li jinsab f’pajjiż terz skont l-Artikolu 20, 21a jew 21b.

2.  Meta l-oġġett ta’ prospett li jrid jiġi ppubblikat skont id-Direttiva 2003/71/KE jew id-Direttiva 2009/65/KE ikun titoli trasferibbli jew investiment ieħor li jirreferenzja parametru referenzjarju, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob ammissjoni għal kummerċ f’suq regolat għandhom jiżguraw li l-prospett jinkludi wkoll informazzjoni ċara u prominenti li tiddikjara jekk parametru referenzjarju ġiex irreġistrat jew huwiex fornut minn amministratur irreġistrat fir-reġistru pubbliku msemmi fl-Artikolu 25a ta’ dan ir-Regolament.

3.  L-ESMA għandha tirtira, jew iġġib f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-paragrafi 49 sa 62 tal-Linji gwida għal awtoritajiet kompetenti tal-ESMA u kumpaniji ta’ ġestjoni ta’ UCITS, Linji gwida dwar ETFs u kwistjonijiet oħra ta’ UCITS(29).

Artikolu 20

Ekwivalenza

1.  Parametri referenzjarji fornuti minn amministratur li jinsab f’pajjiż terz jistgħu jintużaw minn entitajiet taħt superviżjoni fl-Unjoni sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin, sakemm ma jkunx japplika l-Artikolu 21a jew l-Artikolu 21b:

(a)  il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni ta’ ekwivalenza skont il-paragrafu 2 jew 2a;

(b)  l-amministratur ikun awtorizzat jew reġistrat f'dak il-pajjiż terz u jkun soġġett għal superviżjoni fih;

(c)  l-amministratur ikun innotifika lill-ESMA dwar il-kunsens tiegħu li l-parametri referenzjarji attwali jew prospettivi tiegħu jistgħu jintużaw mill-entitajiet taħt superviżjoni fl-Unjoni▌;

(d)  l-amministratur ikun irreġistrat kif dovut skont l-Artikolu 25a; u

(e)  l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu huma operattivi;

2.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni li tgħid li l-qafas ġuridiku u l-prattika superviżorja ta’ pajjiż terz jiżguraw li:

(a)  amministraturi awtorizzati jew reġistrati f’dak il-pajjiż terz ikunu konformi ma’ rekwiżiti vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari meta jitqies jekk il-qafas ġuridiku u l-prattika superviżorja ta’ pajjiż terz jiżgurawx il-konformità mal-prinċipji IOSCO dwar il-parametri referenzjarji finanzjarji ppubblikati fis-17 ta’ Lulju 2013 kif ukoll il-Prinċipji IOSCO għall-Aġenziji tar-Rapportar tal-Prezzijiet taz-Żejt ippubblikati fil-5 ta’ Ottubru 2012; u

(b)  rekwiżiti vinkolanti huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa f’dak il-pajjiż terz.

(ba)  -jeżisti skambju effettiv ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet tat-taxxa barranin;

—  m'hemmx nuqqas ta’ trasparenza fid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, ġudizzjarji jew amministrattivi;

—  hemm rekwiżit għal preżenza lokali sostantiva;

—  il-pajjiż terz ma jaġixxix bħala ċentru finanzjarju offshore;

—  il-pajjiż terz ma jipprovdix miżuri tat-taxxa li jinvolvu nuqqas ta’ taxxi jew taxxi nominali jew li ma jingħatawx vantaġġi anke mingħajr ebda attività ekonomika reali u preżenza ekonomika sostanzjali fil-pajjiż terz li joffri dawn il-vantaġġi tax-taxxa;

—  il-pajjiż terz mhuwiex elenkat bħala Pajjiż u Territorju Nonkooperattiv mill-FATF;

—  il-pajjiż terz jikkonforma bis-sħiħ mal-istandards stabbiliti fl-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni Mudell Fiskali tal-OECD dwar id-Dħul u l-Kapital u jiżgura skambju effettiv ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ taxxa, inklużi ftehimiet multilaterali dwar it-taxxa.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 38(2).

2a.  Alternattivament, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni li tiddikjara li regoli jew rekwiżiti speċifiċi f’pajjiż terz fir-rigward ta’ amministraturi individwali u speċifiċi jew parametri referenzjarji individwali u speċifiċi jew familji ta’ parametri referenzjarji huma ekwivalenti għal dawk ta’ dan ir-Regolament u li dawk l-amministraturi individwali u speċifiċi jew parametri referenzjarji individwali u speċifiċi jew familji ta’ parametri referenzjarji jistgħu għalhekk jintużaw minn entitajiet taħt superviżjoni fl-Unjoni.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 38(2).

3.  L-ESMA għandha tistabbilixxi arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi li l-oqfsa ġuridiċi u l-prattiki superviżorji tagħhom ikunu ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti skont il-paragrafu 2 jew 2a. Dawn l-arranġamenti jispeċifikaw tal-inqas:

(a)  il-mekkaniżmi għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi konċernati, fosthom l-aċċess għall-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-amministratur awtorizzat f'dak il-pajjiż terz li tintalab mill-ESMA;

(b)  il-mekkaniżmu għal notifika fil-pront lill-ESMA meta awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tqis li amministratur awtorizzat f'dak il-pajjiż terz u li tkun qiegħda twettaq superviżjoni tiegħu jkun qed jikser il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tiegħu jew leġiżlazzjoni domestiċi oħra;

(c)  il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji▌.

4.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina l-kontenut minimu tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 biex tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat superviżorji kollha tagħhom skont dan ir-Regolament:

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [XXX].

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 21

Irtirar ta' reġistrazzjoni ta' amministraturi ta' pajjiżi terzi

2.  L-ESMA għandha tirtira r-reġistrazzjoni ta’ amministratur imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 20(1) meta l-ESMA jkollha raġunijiet tajba, abbażi ta’ evidenza dokumentata, li l-amministratur:

(a)  ▌qed jaġixxi b’mod li huwa ta’ preġudizzju b’mod ċar għall-interessi tal-utenti tal-parametri referenzjarji tiegħu jew il-funzjonament ordnat tas-swieq; jew

(b)  ▌kiser b’mod serju l-leġiżlazzjoni domestika jew dispożizzjonijiet oħra applikabbli għalih fil-pajjiż terz u li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni b’konformità mal-Artikolu 20(2) jew (2a).

3.  L-ESMA għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 2 biss jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  L-ESMA tkun irreferiet il-kwistjoni lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz u dik l-awtorità kompetenti ma tkunx ħadet il-miżuri xierqa meħtieġa biex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament tajjeb tas-swieq fl-Unjoni jew tkun naqset milli turi li l-amministratur konċernata kkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għalih fil-pajjiż terz;

(b)  L-ESMA tkun infurmat lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz bl-intenzjoni tagħha li tirtira r-reġistrazzjoni tal-amministratur, tal-anqas 30 jum qabel l-irtirar.

4.  L-ESMA għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra dwar kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafu 2 mingħajr dewmien u tippubblika d-deċiżjoni tagħha fis-sit elettroniku tagħha.

Artikolu 21a

Rikonoxximent ta’ amministratur f’pajjiż terz

1.  Sa dak il-mument li tiġi adottata deċiżjoni ta’ ekwivalenza b'konformità mal-Artikolu 20(2), parametri referenzjarji fornuti minn amministratur li jinsab f’pajjiż terz jistgħu jintużaw minn entitajiet taħt superviżjoni fl-Unjoni sakemm l-amministratur jikseb rikonoxximent minn qabel mill-ESMA b’konformità ma’ dan l-Artikolu.

2.  Amministratur li jinsab f’pajjiż terz u li għandu l-intenzjoni li jikseb rikonoxximent minn qabel kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jikkonforma mar-rekwiżiti kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament iżda għandu jkun eżentat mill-Artikoli 11, 13a u 14. Meta amministratur ikun jista’ juri li parametru referenzjarju li jforni huwa bbażat fuq dejta regolata jew huwa parametru referenzjarju ta’ komoditajiet li mhuwiex ibbażat fuq sottomissjonijiet minn kontributuri li mhumiex fil-maġġoranza tagħhom entitajiet taħt superviżjoni meta n-negozju ewlieni tal-grupp ikun il-forniment ta' servizzi ta' investiment fis-sens tad-Direttiva 2014/65/UE jew attivitajiet bankarji skont id-Direttiva 2013/36/UE, l-eżenzjonijiet għal tali parametri referenzjarji, kif previst fl-Artikoli 12a u 14a rispettivament, għandhom japplikaw għall-amministratur.

3.  Amministratur li jinsab f’pajjiż terz li jkollu l-ħsieb li jikseb rikonoxximent minn qabel kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu wkoll ikun jista' jagħmel dan billi jikkonforma b’mod sħiħ mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Prinċipji IOSCO għall-parametri referenzjarji finanzjarji, jew meta l-amministratur jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14a(1), il-Prinċipji tal-IOSCO għall-aġenziji tar-rappurtar tal-prezzijiet taż-żejt. Tali konformità għandha tiġi riveduta u ċċertifikati minn awditur estern indipendenti mill-inqas kull sentejn, u kull meta ssir bidla materjali fil-parametru referenzjarju, u r-rapporti ta’ verifika għandhom jintbagħtu lill-ESMA u, fuq talba, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti.

4.  Amministratur li jinsab f’pajjiż terz u li għandu l-intenzjoni li jikseb rikonoxximent minn qabel kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollu rappreżentant stabbilit fl-Unjoni. Ir-rappreżentant għandu jkun persuna fiżika li għandha d-domiċilju tagħha fl-Unjoni jew persuna ġuridika bl-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Unjoni. Ir-rappreżentant għandu jinħatar espressament mill-amministratur li jinsab f’pajjiż terz sabiex jaġixxi f’ismu fir-rigward tal-komunikazzjoni kollha mal-awtoritajiet inklużi l-ESMA u awtoritajiet kompetenti rilevanti u kwalunkwe persuna rilevanti oħra fl-Unjoni fir-rigward tal-obbligi tal-amministratur skont dan ir-Regolament.

5.  Amministratur li jinsab f’pajjiż terz u li għandu l-intenzjoni li jikseb rikonoxximent minn qabel kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika għal rikonoxximent mal-ESMA. L-amministratur applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha, kif stipulat fl-Artikolu 23 jew  23a, meħtieġa biex jissodisfa lill-ESMA li jkun stabbilixxa, fil-mument tar-rikonoxximent, l-arranġamenti kollha meħtieġa biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 u 2a u għandu jindika l-lista tal-parametri referenzjarji attwali jew prospettivi tiegħu li jistgħu jintużaw fl-Unjoni u, meta l-amministratur ikun taħt superviżjoni ta' awtorità ta' pajjiż terz, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tiegħu fil-pajjiż terz.

Fi żmien [90] jum minn meta tirċievi l-applikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA, wara konsultazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti rilevanti, għandha tivverifika li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 jew 2a, 3 u 4 huma sodisfatti. L-ESMA tista’ tiddelega dan il-kompitu lil awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti.

Jekk l-ESMA tikkunsidra li dan mhuwiex il-każ, għandha tirrifjuta t-talba ta’ rikonoxximent u tispjega r-raġunijiet għar-rifjut.

Mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu, m’għandu jingħata l-ebda rikonoxximent ħlief jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)  meta amministratur li jinsab f’pajjiż terz ikun sorveljat minn awtorità ta’ pajjiż terz, ikun hemm arranġament adatt ta’ kooperazzjoni bejn l-awtorità kompetenti rilevanti, jew l-ESMA u l-awtorità tal-pajjiż terz tal-amministratur sabiex jiġi żgurat tal-anqas skambju effettiv ta’ informazzjoni;

(ii)  l-eżerċizzju effettiv mill-awtorità kompetenti jew l-ESMA tal-funzjonijiet superviżorji tagħha taħt dan ir-Regolament mhuwiex prekluż mil-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-pajjiż terz fejn jinsab l-amministratur.

6.  Meta amministratur li jinsab f’pajjiż terz ikollu l-ħsieb li jikseb rikonoxximent minn qabel permezz ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament kif stabbilit fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u meta l-amministratur iqis li parametru referenzjarju li huwa jforni jista’ jkun intitolat għal eżenzjonijiet fl-Artikolu 12a u 14a, huwa għandu, mingħajr dewmien bla bżonn, jinnotifika lill-ESMA b’dan. Għandu jipprovdi evidenza dokumentata biex jappoġġa d-dikjarazzjoni tiegħu.

7.  Meta amministratur li jinsab f’pajjiż terz jikkunsidra li l-waqfien tal-parametru referenzjarju li jipprovdi, jkollu impatt negattiv sinifikanti fuq l-integrità tas-swieq, l-istabbiltà finanzjarja, il-konsumaturi, l-ekonomija reali, jew il-finanzjament ta’ unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet fi Stat Membru wieħed jew aktar, jista’ japplika mal-ESMA għal eżenzjoni minn rekwiżit applikabbli wieħed jew aktar ta’ dan ir-Regolament jew tal-prinċipji rilevanti tal-IOSCO, għal perjodu speċifiku u limitat ta’ żmien, li ma jaqbiżx it-12-il xahar. Għandu jipprovdi evidenza dokumentata biex jappoġġa l-applikazzjoni tiegħu.

L-ESMA għandha tikkunsidra l-applikazzjoni fi żmien 30 jum u tinforma lill-amministratur tal-pajjiż terz jekk huwiex eżentat minn rekwiżit wieħed jew aktar kif speċifikat fl-applikazzjoni tiegħu u t-tul taż-żmien tal-eżenzjoni.

L-ESMA tista’ testendi l-perjodu ta’ eżenzjoni mal-iskadenza tiegħu sa 12-il xahar ieħor fejn ikun hemm raġuni tajba biex tagħmel dan.

8.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tkompli tispeċifika il-proċess ta’ rikonoxximent, il-forma u l-kontenut tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, il-preżentazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafu 5 u kwalunkwe delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fir-rigward ta’ dawk il-paragrafi.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 21b

Approvazzjoni

1.  Amministratur li jinsab fl-Unjoni u li jkun awtorizzat skont l-Artikolu 23 jew reġistrat skont l-Artikolu 23a jista' japplika mal-awtorità kompetenti tiegħu għall-approvazzjoni ta' parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji pprovduti f'pajjiż terz għall-użu tagħhom fl-Unjoni, sakemm jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  l-amministratur li qed japprova ikun ivverifika u jista’ juri lill-awtorità kompetenti tiegħu li l-forniment tal-parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji li jridu jiġu approvati jissodisfaw ir-rekwiżiti li:

(i)  mill-inqas huma stretti daqs ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament;

(ii)  jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji tal-IOSCO għal Parametri Referenzjarji Finanzjarji kif rivedut u ċċertifikati minn awditur estern indipendenti mill-inqas kull sentejn jew meta jkun sseħħ bidla materjali fil-parametru referenzjarju; jew

(iii)  jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji IOSCO għall-Aġenziji tar-Rappurtar tal-Prezzijiet taż-Żejt, kif riveduti u ċċertifikati minn awditur estern indipendenti mill-inqas kull sentejn jew meta sseħħ bidla materjali fil-parametru referenzjarju, meta l-parametru referenzjarju li għandu jiġi approvat jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 14a(1);

(b)  l-amministratur li qed japprova għandu l-kompetenza meħtieġa biex jimmonitorja l-attivitajiet tal-forniment tal-parametru referenzjarju f'pajjiż terz b'mod effettiv u biex jimmaniġġa r-riskji assoċjati;

2.  L-amministratur applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jissodisfa lill-awtorità kompetenti li, fiż-żmien tal-applikazzjoni, il-kundizzjonijiet kollha msemmija fil-paragrafu 1 ġew issodisfati, inklużi r-rapporti ta’ verifika meħtieġa skont il-punti (ii) u (iii) ta' dak il-paragrafu 1.

3.  Fi żmien 90 jum minn meta tasal l-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha teżamina l-applikazzjoni għal approvazzjoni u tadotta deċiżjoni li tapprova jew tirrifjutaha. L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tinnotifika lill-ESMA bi kwalunkwe parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji li jkunu ġew approvati għal approvazzjoni u bl-amministratur li jkun qed japprova.

4.  Il-parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji approvati għandhom jitqiesu bħala parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji pprovduti mill-amministratur li qed japprova.

5.  L-amministratur li jkun approva parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji pprovduti f'pajjiż terz għandu jibqa' responsabbli biex jiżgura li l-parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji approvati jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

6.  Meta l-awtorità kompetenti tal-amministratur li qed japprova jkollha raġunijiet tajba biex tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti taħt il-paragrafu 1 m'għadhomx jiġu ssodisfati, għandu jkollha s-setgħa li tirtira l-approvazzjoni tagħha tal-approvazzjoni u għandha tinforma lill-ESMA. L-Artikolu 17 għandu japplika fil-każ tal-waqfien tal-approvazzjoni.

TITOLU VI

AWTORIZZAZZJONI U SUPERVIŻJONI TAL-AMMINISTRATURI

Kapitolu 1

Awtorizzazzjoni

Artikolu 23

Proċedura ta' awtorizzazzjoni għal parametru referenzjarju ta' importanza kritika

1.  Persuna fiżika jew ġuridika li tinsab fl-Unjoni li għandha l-ħsieb li taġixxi bħala amministratur ta’ mill-inqas parametru referenzjarju ta’ importanza kritika wieħed għandha tapplika ml-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 29 għall-Istat Membru fejn tkun tinsab dik il-persuna.

2.  L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1 għandha ssir▌fi żmien 30 jum ▌minn kwalunkwe ftehim li tagħmel entità taħt superviżjoni biex tuża indiċi fornut minn dak l-amministratur bħala parametru referenzjarju għal strument finanzjarju jew kuntratt finanzjarju ▌.

2a.  Ladarba parametru referenzjarju jiġi definit bħala ta’ importanza kritika, kemm jekk ikun ta’ natura "nazzjonali" jew "Ewropea", l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tkun responsabbli mill-forniment ta' dak il-parametru referenzjarju b'konformità mal-istatus ġuridiku ġdid tiegħu, wara li jkun ġie vverifikat li r-rekwiżiti kollha jkunu ġew issodisfati.

3.  Amministratur applikant jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jissodisfa lill-awtorità kompetenti li jkun stabbilixxa, meta tingħata l-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni, l-arranġamenti meħtieġa kollha sabiex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Għandu jipprovdi wkoll id-dejta meħtieġa biex jiġi kkalkolat il-valur imsemmi fl-Artikolu 13(1) jew stima tiegħu, fejn disponibbli, għal kull parametru referenzjarju.

4.  Fi żmien 20 jum mill-wasla tal-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex kompluta u għandha tinnotifika lill-applikant kif mistħoqq. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, allura l-applikant jissottometti l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-awtorità kompetenti rilevanti.

5.  ▌L-awtorità kompetenti rilevanti għandha teżamina l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni u tadotta deċiżjoni biex tawtorizza jew tirrifjutaha fi żmien 60 jum mill-wasla ta’ applikazzjoni kompluta.

Fi żmien ħamest ijiem ▌wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni jekk tawtorizzax jew tirrifjutax l-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-amministratur applikant konċernat. Meta l-awtorità kompetenti tirrifjuta li tawtorizza lill-amministratur applikant, hija tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

5a.  Jekk l-awtorità kompetenti rilevanti tiddeċiedi li tirrifjuta li tagħti awtorizzazzjoni għall-forniment ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika li kien diġà qed jiġi fornut mingħajr dak l-istatus, l-awtorità kompetenti rilevanti tista’ toħroġ awtorizzazzjoni provviżorja għal perjodu ta’ żmien ta’ mhux aktar minn sitt xhur, li matulu l-parametru referenzjarju jista’ jkompli jiġi fornut abbażi tal-mudell preċedenti sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti rilevanti għall-awtorizzazzjoni tiegħu bħala parametru referenzjarju ta’ importanza kritika.

L-awtorità kompetenti rilevanti tista’ testendi l-permess għal perjodu addizzjonali ta’ mhux aktar minn sitt xhur.

5b.  Jekk amministratur u/jew il-kontributuri jonqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżiti biex ikomplu jipprovdu parametru referenzjarju definit bħala ta' importanza kritika sal-aħħar ta’ dak il-perjodu, il-forniment tal-parametru referenzjarju għandu jintemm b’konformità mal-Artikolu 17.

6.  L-awtorità kompetenti tinnotifika lill-ESMA dwar kwalunkwe deċiżjoni li tawtorizza amministratur applikant ▌fi żmien għaxart ijiem.

7.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 37 li jikkonċerna miżuri li jkomplu jispeċifikaw l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni u fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità u l-ispejjeż tal-applikanti u l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 23a

Proċess ta' reġostrazzjoni għal parametru referenzjarju mhux ta' importanza kritika

1.  Persuna fiżika jew ġuridika li tinsab fl-Unjoni li jkollha l-ħsieb li taġixxi esklussivament bħala amministratur ta’ parametri referenzjarji mhux ta’ importanza kritika għandha tapplika għal reġistrazzjoni mal-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 29 fl-Istat Membru li fih tinsab din il-persuna

2.  Amministratur reġistrat għandu jikkonforma f’kull ħin mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla materjali fihom.

3.  Applikazzjoni skont il-paragrafu 1 għandha ssir fi żmien 30 jum minn kwalunkwe ftehim li tagħmel l-entità taħt superviżjoni biex tuża indiċi fornut minn dik il-persuna bħala referenza għal strument finanzjarju jew kuntratt finanzjarju jew biex titkejjel il-prestazzjoni ta’ fond ta’ investiment.

4.  L-amministratur applikant għandu jipprovdi:

(a)  dokumentazzjoni biex l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li qed jintlaħqu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5(3a), 5c, 6, fejn applikabbli), 7b u 15; u

(b)  il-valur ta’ referenza totali, jew stima tiegħu, fejn disponibbli, ta’ kull parametru referenzjarju.

5.  Fi żmien 15-il jum mill-wasla tal-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex kompluta u għandha tinnotifika lill-applikant kif mistħoqq. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-applikant għandu jissottometti l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-awtorità kompetenti rilevanti.

6.  L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tirreġistra l-applikant fi żmien 15-il jum mill-wasla ta’ applikazzjoni kompluta għal reġistrazzjoni.

7.  Meta l-awtorità kompetenti rilevanti temmen li parametru referenzjarju għandu jiġi kategorizzat bħala ta’ importanza kritika skont l-Artikolu 13(1), għandha tinnotifika lill-ESMA u lill-amministratur fi żmien 30 jum mill-wasla tal-applikazzjoni kompluta.

8.  Meta l-awtorità kompetenti ta’ reġistrazzjoni temmen li parametru referenzjarju għandu jiġi kategorizzat bħala ta’ importanza kritika skont l-Artikolu 13(2a) jew 13(2c), għandha tinnotifika lill-ESMA u lill-amministratur fi żmien 30 jum mill-wasla tal-applikazzjoni kompluta, u tissottometti lill-ESMA l-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 13(2a) jew 13(2c).

9.  Fejn parametru referenzjarju ta’ amministratur irreġistrat jiġi kategorizzat bħala ta’ importanza kritika, l-amministratur għandu japplika għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 23 fi żmien 90 jum wara l-wasla tan-notifika stabbilita fl-Artikolu 13(2b) jew l-opinjoni stabbilita fl-Artikolu 13(2g).

Artikolu 24

Irtirar jew sospensjoni ta' awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni

1.  L-awtorità kompetenti għandha tirtira jew tissospendi l-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ta’ amministratur jekk l-amministratur:

(a)  b’mod espliċitu jirrinunzja għall-awtorizzazzjoni jew ma jkun forna l-ebda parametri referenzjarji matul it-12-il xahar ta’ qabel;

(b)  kiseb l-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni billi għamel dikjarazzjonijiet foloz jew bi kwalunkwe mezz irregolari ieħor;

(c)  ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġie awtorizzat jew irreġistrat skonthom; or

(d)  kiser serjament jew repetutament id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.  L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-ESMA dwar id-deċiżjoni tagħha fi żmien sebat ijiem ▌.

2a.  Wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni biex tiġi sospiża l-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ta’ amministratur, u meta l-waqfien tal-parametru referenzjarju jirriżulta f’avveniment ta’ force majeure, jew iwaqqa' jew inkella jikser it-termini ta’ kwalunkwe kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju li jirreferenzja dak il-parametru referenzjarju, il-forniment tal-parametru referenzjarju jista’ jiġi permess mill-awtorità kompetenti rilevanti tal-Istat Membru fejn jinsab l-amministratur sakemm tiġi rtirata d-deċiżjoni tas-sospensjoni. Matul tali perjodu ta’ żmien, l-użu ta’ dan il-parametru referenzjarju minn entitajiet taħt superviżjoni għandu jiġi permess biss għal strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji li diġà rreferenzjaw il-parametru. L-ebda kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju ma għandu jirreferenzja l-parametru referenzjarju.

2b.  Wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni biex tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ta’ amministratur, għandu japplika l-Artikolu 17(2).

Kapitolu 2

Notifika ta’ parametri referenzjarji

Artikolu 25a

Reġistrazzjoni tal-amministraturi u użu inizjali ta’ parametru referenzjarju

1.  L-ESMA għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru pubbliku li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)  l-identitajiet tal-amministraturi awtorizzati jew irreġistrati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 23 u 23a, kif ukoll l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tagħhom;

(b)  l-identitajiet tal-amministraturi li jkunu nnotifikaw lill-ESMA bil-kunsens tagħhom imsemmi fl-Artikolu 20(1)(c) u l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz responsabbli għas-superviżjoni tagħhom;

(c)  l-identitajiet tal-amministraturi li jkunu akkwistaw ir-rikonoxximent skont l-Artikolu 21a u l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz responsabbli għas-superviżjoni tagħhom;

(d)  il-parametri referenzjarji li huma approvati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21b u l-identitajiet tal-amministraturi li qed japprovaw.

2.  Qabel ma jintuża indiċi minn entità taħt superviżjoni bħala parametru referenzjarju fl-Unjoni, l-entità għandha tivverifika li l-fornitur tal-indiċi rilevanti huwa msemmi fil-websajt tal-ESMA bħala amministratur awtorizzat, reġistrat jew rikonoxxut skont dan ir-Regolament.

Kapitolu 3

Kooperazzjoni superviżorja

Artikolu 26

Delega ta’ kompiti bejn l-awtoritajiet kompetenti

1.  Skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 awtorità kompetenti tista' tiddelega l-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor bil-kunsens bil-miktub minn qabel tagħha. L-awtoritajiet kompetenti jinnotifikaw lill-ESMA dwar kwalunkwe proposta ta' delega 60 jum qabel ma tali delega tidħol fis-seħħ

2.  L-awtorità kompetenti tista’ tiddelega l-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament lill-ESMA soġġett għall-qbil tal-ESMA.▌

3.  L-ESMA għandha tinnotifika lill-Istati Membri dwar proposta ta’ delega fi żmien sebat ijiem. L-ESMA għandha tippubblika d-dettalji ta’ kwalunkwe delega fi żmien sebat ijiem ▌min-notifika.

Artikolu 26a

Ksur tal-dritt tal-Unjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali

1.  Fejn awtorità kompetenti nazzjonali ma tkunx applikat dan ir-Regolament jew tkun applikatu b’mod li jidher li jkun fi ksur tad-dritt tal-Unjoni, l-ESMA tista’ tuża s-setgħat tagħha skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, b’konformità mal-proċeduri stipulati f’dak l-Artikolu u tista’, għall-finijiet tal-Artikolu 17(6) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, tadotta deċiżjonijiet individwali indirizzati lejn l-amministraturi tal-parametri referenzjarji taħt superviżjoni ta' dik l-awtorità kompetenti nazzjonali, u lejn il-kontributuri għal parametru referenzjarju taħt superviżjoni minn dik l-awtorità kompetenti nazzjonali meta dawk il-kontributuri jkunu entitajiet taħt superviżjoni.

2.  Meta l-parametru referenzjarju rilevanti jkun parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, l-ESMA għandha tiżgura koperazzjoni mal-kulleġġ ta’ awtoritajiet kompetenti b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 34.

Artikolu 27

Divulgazzjoni ta' informazzjoni minn Stat Membru ieħor

1.  L-awtorità kompetenti tista’ tiddivulga informazzjoni riċevuta minn awtorità kompetenti oħra biss jekk:

(a)  tkun kisbet il-qbil bil-miktub ta’ dik l-awtorità kompetenti u l-informazzjoni tiġi ddivulgata biss għall-finijiet li tkun qablet magħhom dik l-awtorità kompetenti; or

(b)  ▌tali divulgazzjoni tkun meħtieġa għal proċedimenti legali.

Artikolu 28

Kooperazzjoni dwar investigazzjonijiet

1.  L-awtorità kompetenti rilevanti tista’ titlob l-assistenza ta' awtorità kompetenti oħra fir-rigward ta' spezzjonijiet fil-post jew investigazzjonijiet. L-awtorità kompetenti li tirċievi t-talba għandhs tikkoopera sa fejn hu possibbli u xieraq.

2.  L-awtorità kompetenti li tkun qed tagħmel it-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinforma lill-ESMA b’dan. Fil-każ ta’ investigazzjoni jew spezzjoni b’effett transfruntier, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-ESMA sabiex tikkoordina l-ispezzjoni fil-post jew l-investigazzjoni.

3.  Meta awtorità kompetenti tirċievi talba mingħand awtorità kompetenti oħra biex twettaq spezzjoni fil-post jew investigazzjoni, tista’:

(a)  twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fil-post hija stess;

(b)  tippermetti lill-awtorità kompetenti li bagħtet it-talba tipparteċipa fl-ispezzjoni fil-post jew l-investigazzjoni;

(c)  taħtar awdituri jew esperti biex jappoġġaw jew iwettqu spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post;

Kapitolu 4

Rwol tal-Awtoritajiet Kompetenti

Artikolu 29

Awtoritajiet kompetenti

1.  Għall-amministraturi u l-kontributuri taħt superviżjoni, kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità kompetenti rilevanti responsabbli għat-twettiq tal-kompiti li jirriżultaw minn dan ir-Regolament u jinforma lill-Kummissjoni u lill-ESMA bihom.

2.  Meta Stat Membru jaħtar iżjed minn awtorità kompetenti waħda, huwa għandu jiddetermina b’mod ċar ir-rwoli rispettivi u jaħtar awtorità waħda biex tkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni mal-Kummissjoni, l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra tal-Istati Membri.

3.  l-ESMA għandha tippubblika fil-websajt tagħha lista tal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u skont il-punt (a) tal- Artikolu 25a(1).

Artikolu 30

Setgħat ta’ awtoritajiet kompetenti

1.  Sabiex jaqdu dmirijiethom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom, b’konformità mal-liġi nazzjonali, mill-inqas is-setgħat superviżorji u investigatorji li ġejjin:

(a)  li jkollhom aċċess għal kwalunkwe dokument rilevanti u dejta oħra fi kwalunkwe forma u li jirċievu jew jieħdu kopja tagħhom;

(b)  li jitolbu jew jeżiġu informazzjoni mingħand kwalunkwe persuna involuta fil-forniment ta’ parametru referenzjarju jew kontribuzzjoni għalih, inkluż kwalunkwe fornitur ta’ servizz skont l-Artikolu 6(3a), kif ukoll is-superjuri tagħhom, u jekk meħtieġ, isejħu u jistaqsu lil kwalunkwe persuna bħal din bl-għan li jiksbu informazzjoni;

(c)  fir-rigward ta' parametri referenzjarji ta’ komoditajiet, jitolbu informazzjoni mingħand kontributuri dwar is-swieq spot skont, fejn applikabbli, formati standardizzati u rapporti dwar it-tranżazzjonijiet, u jkollhom aċċess dirett għas-sistemi tan-negozjanti;

(d)  iwettqu spezzjonijiet fil-post jew investigazzjonijiet, f’siti ħlief fir-residenzi privati ta’ persuni fiżiċi

(e)  jidħlu f'siti tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi sabiex jikkonfiskaw dokumenti u dejta oħra fi kwalunkwe forma, fejn ikun hemm suspett raġonevoli li dokumenti u dejta oħra marbuta mas-suġġett tal-ispezzjoni jew l-investigazzjoni jistgħu jkunu rilevanti biex jiġi evidenzjat ksur ta’ dan ir-Regolament. Meta tkun meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru konċernat, skont il-liġi nazzjonali, tali setgħa tintuża biss wara li tkun inkisbet awtorizzazzjoni minn qabel;

(f)  jitolbu reġistrazzjonijiet eżistenti ta’ konverżazzjonijiet telefoniċi, komunikazzjonijiet elettroniċi jew rekords tat-traffiku tad-dejta ieħor miżmuma minn entitajiet taħt superviżjoni;

(g)  jitolbu l-iffriżar jew is-sekwestru ta' assi jew iż-żewġ affarijiet;

(i)  jeħtieġu waqfien temporanju ta’ kwalunkwe prattika li l-awtorità kompetenti tqis li tmur kontra dan ir-Regolament;

(j)  jimponu projbizzjoni temporanja fuq l-eżerċizzju ta’ attività professjonali;

(k)  jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li l-pubbliku jkun infurmat korrettament dwar il-forniment ta’ parametru referenzjarju, fosthom billi jeżiġu li l-persuna li tkun ippubblikat jew qassmet il-parametru referenzjarju tippubblika dikjarazzjoni korrettiva dwar kontribuzzjonijiet jew ċifri passati tal-parametru referenzjarju;

(ka)  jirrevedu u jirrikjedu modifiki tad-dikjarazzjoni tal-konformità.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw il-funzjonijiet u s-setgħat tagħhom, imsemmija fil-paragrafu 1, u s-setgħat tagħhom li jimponu s-sanzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 31, b’konformità mal-oqfsa legali nazzjonali tagħhom, fi kwalunkwe minn dawn il-modi li ġejjin:

(a)  direttament;

(b)  f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra jew intrapriżi tas-suq;

(c)  fir-responsabbiltà tagħhom b’delega lil dawn l-awtoritajiet jew l-intrapriżi tas-suq;

(d)  permezz ta’ applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

Għall-eżerċitar ta’ dawk is-setgħat, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom fis-seħħ salvagwardji adegwati u effettivi fir-rigward tad-dritt għal difiża u d-drittijiet fundamentali.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji u investigatorji li jkunu jeħtieġu biex iwettqu dmirijiethom.

4.  Persuna ma għandhiex titqies li qed tikser xi restrizzjoni fuq id-divulgazzjoni ta' informazzjoni imposta minn kuntratt jew minn kwalunkwe dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva meta tpoġġi għad-dispożizzjoni informazzjoni skont il-paragrafu 2.

Artikolu 31

Miżuri u sanzjonijiet amministrattivi

1.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 34, l-Istati Membri għandhom, b’konformità mal-liġi nazzjonali, jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa jieħdu miżuri amministrattivi xierqa u jimponu l-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi mill-anqas għal:

(a)  il-ksur tal-Artikoli 5, 5a, 5b, 5c, 5d, 6, 7, 7a, 7b, 8, 9, ▌11, 14, 15, 17, ▌19, ▌23 and 23a ta’ dan ir-Regolament fejn ikunu japplikaw; u

(b)  nuqqas ta’ kooperazzjoni jew konformità f’investigazzjoni jew ma' spezzjoni jew talba koperta mill-Artikolu 30.

2.  Fil-każ ta’ ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom, b’konformità mal-liġi nazzjonali, jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti s-setgħa li japplikaw tal-anqas dawn il-miżuri u sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin:

(a)  ordni li teħtieġ lill-amministratur jew l-entità taħt superviżjoni responsabbli mill-ksur sabiex twaqqaf il-ksur u sabiex ma tirrepetix dik l-imġiba;

(b)  l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat bis-saħħa tal-ksur, meta dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(c)  twissija pubblika li tindika l-amministratur jew l-entità taħt superviżjoni responsabbli u n-natura tal-ksur;

(d)  irtirar jew sospensjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ amministratur;

(e)  projbizzjoni temporanja li tipprojbixxi kwalunkwe persuna fiżika, li tinżamm responsabbli għal tali ksur, milli teżerċita funzjonijiet ta’ mmaniġġar ma' amministraturi jew kontributuri;

(f)  l-impożizzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi sa mill-anqas ħames darbiet l-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat bis-saħħa tal-ksur, meta dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati; or

(1)  fir-rigward ta’ persuna fiżika s-sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi ta' mill-anqas:

(i)  għall-ksur tal-Artikoli 5, 5a, 5b, 5c, 5d, 6, 7, 7a, 7b, 8, 9, ▌11, 12a(2), 14, 15, ▌17, 18, 19▌ u 23, EUR 500 000 jew fl-Istati Membri fejn l-Euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament; jew

(ii)  għall-ksur tal-punt (b) tal-Artikolu 7(1) jew tal-Artikolu 7(4), EUR 100 000 jew fl-Istati Membri fejn l-Euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament;

(2)  fir-rigward ta’ persuna ġuridika s-sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi ta' mill-anqas:

(i)  għall-ksur tal-Artikoli 5, 5a, 5b, 5c, 5d, 6, 7, 7a, 7b, 8, 9, ▌11, 14, 15, ▌17, 18, 19▌ and 23, l-ogħla minn EUR 1 000 000 jew 10 % tal-fatturat annwali totali tagħha skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp tal-maniġment; Meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja ta’ impriża prinċipali li trid tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew tat-tip korrispondenti ta’ dħul skont id-Direttiva 86/635/KEE għall-banek u d-Direttiva 91/674/KEE għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali aħħarija, jew jekk il-persuna tkun assoċjazzjoni, 10 % tal-fatturat aggregat tal-membri tagħha; jew

(ii)  għall-ksur tal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 7(1), l-ogħla minn EUR 250 000 jew 2 % tal-fatturat annwali totali tagħha skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp tal-maniġment; meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja ta’ impriża prinċipali li trid tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti jkun il-fatturat annwali totali jew tat-tip korrispondenti ta’ dħul skont id-Direttiva 86/635/KE għall-banek u d-Direttiva 91/674/KE għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali aħħarija, jew jekk il-persuna tkun assoċjazzjoni, 10 % tal-fatturat aggregat tal-membri tagħha.

3.  Sa [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli fir-rigward tal-paragrafi 1 u 2 lill-Kummissjoni u lill-ESMA.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal sanzjonijiet amministrattivi għal ksur li huwa soġġett għal sanzjonijiet kriminali skont il-liġi nazzjonali tagħhom. F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jikkommunikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA d-dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali rilevanti flimkien man-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA minnufih dwar kwalunkwe emenda sussegwenti fihom.

4.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu setgħat ta’ sanzjonar oħra lill-awtoritajiet kompetenti skont il-liġi nazzjonali minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u jistgħu jipprevedu livelli ogħla ta' sanzjonijiet minn dawk stabbiliti f’dak il-paragrafu.

Artikolu 32

Eżerċizzju tas-setgħat ta’ superviżjoni u sanzjonar u obbligu ta’ kooperazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddeterminaw it-tip, il-livell u l-proporzjonalità ta’ sanzjonijiet amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inklużi fejn xieraq:

(a)  is-serjetà u d-dewmien tal-ksur;

(aa)  il-kritikalità tal-parametru referenzjarju għall-istabbiltà finanzjarja u l-ekonomija reali;

(b)  il-grad tar-responsabbiltà tal-persuna responsabbli;

(c)  ▌il-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew id-dħul annwali tal-persuna fiżika responsabbli;

(d)  il-livell tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat mill-persuna responsabbli, sa fejn dawn jistgħu jiġu ddeterminati;

(e)  il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(f)  ksur preċedenti mill-persuna konċernata;

(g)  miżuri meħuda, wara l-ksur, minn persuna responsabbli sabiex tiġi evitata r-ripetizzjoni tal-ksur.

2.  Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom ta’ sanzjonar skont iċ-ċirkustanzi definiti fl-Artikolu 31 l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li s-setgħat superviżorji u investigattivi u s-sanzjonijiet amministrattivi jipproduċu r-riżultati mixtieqa minn dan ir-Regolament. Huma jikkoordinaw ukoll l-azzjoni tagħhom sabiex jevitaw il-possibbiltà tad-duplikazzjoni u t-trikkib meta japplikaw is-setgħat superviżorji u investigattivi u sanzjonijiet amministrattivi u multi f’każijiet transfruntieri..

2a.  Meta l-Istati Membru jkunu għażlu, skont l-Artikolu 31, li jistabbilixxi sanzjonijiet kriminali għal ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija f’dak l-Artikolu, għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ il-miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex jikkomunikaw mal-awtoritajiet ġudizzjarji fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom biex jirċievu informazzjoni speċifika relatata mal-investigazzjonijiet jew proċedimenti kriminali mibdija għal ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament u jipprovdu l-istess lill-awtoritajiet kompetenti oħra u lill-ESMA biex jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jikkooperaw ma’ xulxin u l-ESMA għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

2b.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu għajnuna lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra. B’mod partikolari, għandhom jiskambjaw informazzjoni u jikkooperaw fi kwalunkwe investigazzjoni jew attività ta’ superviżjoni. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkooperaw ukoll mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor fir-rigward tal-iffaċilitar tal-irkupru tal-multi.

Artikolu 33

Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet

1.  Deċiżjoni li timponi sanzjoni jew miżura amministrattiva għal ksur ta' dan ir-Regolament għandha tiġi ppubblika mill-awtoritajiet kompetenti fis-sit elettroniku uffiċjali tagħhom immedjatament wara li l-persuna li tkun ingħatat is-sanzjoni tiġi infurmata b'dik id-deċiżjoni. Il-pubblikazzjoni għandha tinkludi tal-inqas informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli. Dan l-obbligu ma japplikax għal deċiżjonijiet li jimponu miżuri li huma ta’ natura investigattiva.

2.  Meta l-pubblikazzjoni tal-identità tal-persuni ġuridiċi jew dejta personali ta’ persuni fiżiċi titqies mill-awtorità kompetenti li tkun sproporzjonata wara valutazzjoni individwali mwettqa fuq il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ din id-dejta, jew meta l-pubblikazzjoni thedded l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni fis-seħħ, l-awtoritajiet kompetenti jew:

(a)  jittardjaw il-pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li timponi sanzjoni jew miżura sal-mument meta jispiċċaw ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ pubblikazzjoni;

(b)  jippubblikaw id-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura fuq bażi anonima b’mod li huwa konformi mal-liġi nazzjonali, jekk din il-pubblikazzjoni anonima tiżgura protezzjoni effettiva tad-dejta personali konċernata; Fil-każ ta’ deċiżjoni li sanzjoni jew miżura tiġi ppubblikata fuq bażi anonima, il-pubblikazzjoni tad-dejta rilevanti tista’ tiġi posposta għal perjodu raġonevoli ta’ żmien jekk ikun previst li f’dak il-perjodu r-raġunijiet għal pubblikazzjoni anonima jispiċċaw;

(c)  ma jippubblikawx id-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura f’każ li l-għażliet stipulati f’(a) u (b) hawn fuq jitqiesu insuffiċjenti biex jiżguraw:

(i)  li ma tiġix mhedda l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji; or

(ii)  il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ miżuri jitqiesu ta’ natura minuri.

3.  Meta d-deċiżjoni li timponi piena jew miżura tkun soġġetta għal appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji jew awtoritajiet rilevanti oħrajn, l-awtoritajiet kompetenti xorta għandhom jippubblikaw, immedjatament, fuq is-sit elettroniku uffiċjali tagħhom din l-informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar ir-riżultat ta' tali appell. Barra minn hekk, għandha tiġi ppubblikata wkoll kwalunkwe deċiżjoni li tannulla deċiżjoni preċedenti biex tiġi imposta sanzjoni jew miżura.

4.  L-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni, b'konformità ma’ dan l-Artikolu, tibqa’ fuq is-sit elettroniku uffiċjali tagħhom għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin wara l-pubblikazzjoni tagħha. Dejta personali li tkun tinsab fil-pubblikazzjoni tinżamm fuq il-websajt uffiċjali tal-awtorità kompetenti għall-perjodu li hu meħtieġ skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta biss.

4a.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-ESMA kull sena b’informazzjoni aggregata li tirrigwarda s-sanzjonijiet u l-miżuri kollha imposti skont l-Artikolu 31. Dak l-obbligu ma japplikax għal miżuri ta’ natura investigattiva. L-ESMA għandha tippubblika dik l-informazzjoni f’rapport annwali.

Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, b’konformità mal-Artikolu 31, li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għal ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija f’dak l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ESMA kull sena b’dejta anonimizzata u aggregata li tirrigwarda l-investigazzjonijiet kriminali kollha li jitwettqu u s-sanzjonijiet kriminali imposti. L-ESMA għandha tippubblika d-dejta dwar is-sanzjonijiet kriminali imposti f’rapport annwali.

Artikolu 34

Kulleġġ tal-awtoritajiet kompetenti

1.  Fi żmien 30 ijiem mill-inklużjoni ta’ parametru referenzjarju fil-lista ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika skont l-Artikolu 25a, bl-eċċezzjoni ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika li huma ta’ natura nazzjonali kif stipulat fil-punt 21 tal-Artikolu 3(1), l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tistabbilixxi kulleġġ ta’ awtoritajiet kompetenti.

2.  Il-Kulleġġ għandu jkun magħmul mill-awtorità kompetenti tal-amministratur, l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti tal-kontributuri ewlenin.

3.  L-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra għandu jkollhom id-dritt li jkunu membri tal-kulleġġ meta, li kieku dak il-parametru referenzjarju that ▌kellu ma jibqax jiġi fornut, ikun hemm impatt negattiv sinifikanti fuq l-istabbiltà finanzjarja, jew tal-funzjonament ordnat tas-swieq, jew fuq il-konsumaturi, jew l-ekonomija reali ta' dawk l-Istati Membri.

Meta awtorità kompetenti jkollha l-intenzjoni li ssir membru ta’ kulleġġ skont l-ewwel subparagrafu, hija għandha tressaq talba lill-awtorità kompetenti tal-amministratur li jkun fiha evidenza li r-rekwiżiti ta’ dik id-dispożizzjoni huma ssodisfati. L-awtorità kompetenti rilevanti tal-amministratur tikkunsidra t-talba u tinnotifika lill-awtorità li tkun ressqet it-talba fi żmien 30 jum minn meta tasal it-talba jekk hija tikkunsidrax li dawk ir-rekwiżiti ġew issodisfati. Meta tqis li dawk ir-rekwiżiti ma ġewx issodisfati, l-awtorità li tkun ressqet it-talba tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-ESMA skont il-paragrafu 10.

4.  L-ESMA għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni u l-monitoraġġ tal-funzjonament effiċjenti, effettiv u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri msemmija f’dan l-Artikolu skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Għal dak l-għan, l-ESMA għandha tipparteċipa kif xieraq u titqies bħala awtorità kompetenti għal dak l-għan.

5.  L-ESMA għandha tippresjedi l-laqgħat tal-kulleġġ, tikkoordina l-azzjonijiet tal-kulleġġ u tiżgura skambju effiċjenti ta’ informazzjoni bejn il-membri tal-kulleġġ.

6.  L-awtorità kompetenti tal-amministratur tistabbilixxi arranġamenti bil-miktub fil-qafas tal-kulleġġ fir-rigward tas-suġġetti li ġejjin:

(a)  l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti;

(b)  il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti;

(c)  il-każijiet li fihom l-awtoritajiet kompetenti jridu jikkonsultaw lil xulxin;

(d)  l-assistenza li għandha tingħata skont l-Artikolu 14(5a) fl-infurzar tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 14(3).

Meta l-amministratur iforni aktar minn parametru referenzjarju wieħed, l-ESMA tista’ tistabbilixxi kulleġġ wieħed fir-rigward tal-parametri referenzjarji kollha fornuti minn dak l-amministratur.

7.  Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil dwar l-arranġamenti skont il-paragrafu 6, kwalunkwe membru tal-kulleġġ, minbarra l-ESMA, jista’ jirreferi l-kwistjoni lill-ESMA. L-awtorità kompetenti tal-amministratur għandha tqis kif dovut kwalunkwe parir mogħti mill-ESMA rigward l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni bil-miktub qabel ma taqbel dwar it-test finali tagħhom. L-arranġamenti ta’ koordinazzjoni bil-miktub għandhom ikunu stipulati f’dokument uniku li jkun fih ir-raġunijiet sħaħ għal kwalunkwe tbegħid sinifikattiv mill-parir tal-ESMA. L-awtorità kompetenti tal-amministratur għandha tittrażmetti l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni bil-miktub lill-membri tal-kulleġġ u lill-ESMA.

8.  Qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura msemmija fl-Artikolu 24 u, fejn applikabbli l-Artikoli 14 u 23, l-awtorità kompetenti tal-amministratur għandha tikkonsulta lill-membri tal-kulleġġ. Il-membri tal-kulleġġ għandhom jagħmlu dak kollu li huwa raġonevolment fis-setgħa tagħhom biex jilħqu ftehim fi ħdan il-perjodu ta’ żmien speċifikat fl-arranġamenti bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 6. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ medjazzjoni biex jassisti biex jinstabu perspettivi komuni fost l-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ qbil.

9.  Fin-nuqqas ta’ qbil bejn il-membri tal-kulleġġ, l-awtoritajiet kompetenti minbarra l-ESMA jistgħu jirreferu lill-ESMA kwalunkwe sitwazzjoni minn dawn li ġejjin:

(a)  meta l-awtorità kompetenti ma tkunx ikkomunikat informazzjoni essenzjali;

(b)  meta, wara talba li ssir skont il-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tal-amministratur tkun innotifikat lill-awtorità li tkun ressqet it-talba li r-rekwiżiti ta’ dak il-paragrafu ma ġewx issodisfatti jew meta ma tkunx aġixxiet fi żmien raġonevoli fir-rigward tat-tali talba;

(c)  meta l-awtoritajiet kompetenti ma jirnexxilhomx jiftiehmu dwar il-kwistjonijiet stipulati fil-paragrafu 6;

(d)  ▌meta jkun hemm nuqqas ta’ qbil mal-miżura meħuda skont l-Artikoli ▌23 u 24▌.

Meta, 20 jum wara r-riferiment lill-ESMA provdut fl-ewwel subparagrafu, l-kwistjoni ma tkunx solvuta, l-awtorità kompetenti tal-amministatur għandha tieħu d-deċiżjoni finali u tipprovdi spjegazzjoni dettaljata bil-miktub tad-deċiżjoni tagħha lill-awtoritajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu u lill-ESMA.

Meta l-ESMA tikkunsidra li l-awtorità kompetenti tal-amministratur tkun ħadet kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 8 li tista’ ma tkunx f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, hi għandha taġixxi b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

9a.  Kwlaunkwe awtorità kompetenti fi ħdan kulleġġ li ma taqbilx dwar kwalunkwe miżura meħuda skont l-Artikolu 13a jew 14 tista' tirreferi l-kwistjoni lill-ESMA. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 TFUE, l-ESMA tista’ taġixxi b’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

9b.  Kwalunkwe miżura meħuda skont l-Artikolu 13a jew 14 għandha tibqa' fis-seħħ tal-inqas sakemm ikun hemm qbil mill-kulleġġ, skont il-paragrafi 8 u 9a.

Artikolu 35

Kooperazzjoni mal-ESMA

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-ESMA għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ESMA, mingħajr dewmien, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq d-dmirijietha, skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2a.  Fit-twettiq tar-rwol tagħha fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011, l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), u superviżuri rilevanti oħrjan, għandha tikkoopera mal-ESMA għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandha tiġi kkonsultata fl-abbozzar tal-istandards tekniċi regolatorji u l-atti delegati kollha, u mingħajr dewmien, għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja biex tissodisfa l-obbligi tagħha.

3.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-proċeduri u l-forom għall-iskambju ta’ informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2.

L-ESMA għandha tissottometti lill-Kummissjoni l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel sottoparagrafu sa [XXXX].

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 36

Sigriet professjonali

1.  Kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li tasal, tiġi skambjata jew trażmessa skont dan ir-Regolament għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet tas-sigriet professjonali stabbiliti fil-paragrafu 2.

2.  L-obbligu tas-sigriet professjonali japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtorità kompetenti jew għal kwalunkwe awtorità jew impriża tas-suq jew persuna fiżika jew ġuridika li l-awtorità kompetenti tkun iddelegat xi setgħat għandhom, inklużi l-awdituri u l-esperti kuntratti mill-awtorità kompetenti.

3.  L-informazzjoni koperta b’segretezza professjonali ma tistax tiġi żvelata lill-ebda persuna jew awtorità oħra ħlief permezz tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi.

4.  L-informazzjoni kollha skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament li tikkonċerna l-operat jew il-kundizzjonijiet operattivi u kwistjonijiet ekonomiċi jew personali oħra titqies kunfidenzjali u tkun soġġetta għar-rekwiżiti tas-sigriet professjonali, ħlief fejn l-awtorità kompetenti tiddikjara, meta ssir il-komunikazzjoni, li din l-informazzjoni tista’ tiġi ddivulgata jew li din id-divulgazzjoni hija meħtieġa fi proċedimenti legali.

TITOLU VII

ATTI DELEGATI U TA' IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 37

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati tkun mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(2) ▌u 23(7) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

3.  Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 3(2) ▌and 23(7) tista' tkun irrevokata fi kwalunke ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha issir effettiva fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. M'għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

4.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 3(2) ▌u 23(7) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jesprimu oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b’xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 38

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.

TITOLU VIII

Dispożizzjonijiet Tranżizzjonali U Finali

Artikolu 39

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.  Amministratur li jforni parametru referenzjarju fi [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] għandu japplika għal awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni skont l-Artikolu 23 jew 23a fi żmien [12-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni].

1a.  L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom janalizzaw liema wieħed mill-parametri referenzjarji rreġistrati se jiġi kkunsidrat bħala “ta’ importanza kritika”. Dawk il-parametri referenzjarji għandhom jiġu awtorizzati skont id-dispożizzjonijeit tal-Artikolu 23.

2.  Persuna fiżika jew ġuridika li ssottomettiet applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni skont il-paragrafu 1 tista’ tibqa’ tipproduċi parametru referenzjarju eżistenti li jista’ jintuża minn entitajiet taħt superviżjoni sakemm u sa meta din l-awtorizzazzjoni ma tiġix irrifjutata.

3.  Jekk parametru referenzjarju eżistenti ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, iżda t-tibdil f’dak il-parametru referenzjarju biex jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament iwassal għal avveniment ta' force majeure, iwaqqa' jew inkella jikser it-termini ta’ kwalunkwe kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju li jirreferenzja dak il-parametru referenzjarju, l-użu ulterjuri tal-parametru referenzjarju f’kuntratti finanzjarju u strumenti finanzjarji eżistenti jista' jiġi permess mill-awtorità kompetenti rilevanti tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi l-parametru referenzjarju sa tali żmien meta l-awtorità kompetenti tikkunsidra li jkun possibbli li l-parametru referenzjarju ma jibqax jintuża jew jiġi sostitwit b'parametru referenzjarju ieħor bla ma jkun hemm effetti negattivi fuq kwalunkwe parti għall-kuntratt.

3a.  L-istrumenti finanzjarji jew il-kuntratt finanzjarji ġodda ma għandhomx jirreferenzjaw parametru referenzjarju eżistenti li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament wara [id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

3b.  B’deroga mill-paragrafu 3a, strumenti finanzjarji ġodda jistgħu jirreferenzjaw parametru referenzjarju eżistenti li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għal perjodu ta’ sena wara [id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], sakemm dak l-istrument finanzjarju jkun meħtieġ għal skopijiet ta’ hedging sabiex jiġi ġestit ir-riskju ta’ xi strument finanzjarju li jirreferenzja dak il-parametru referenzjarju.

4.  Sakemm il-Kummissjoni ma tkunx adottat deċiżjoni ta’ ekwivalenza kif imsemmi fl-Artikolu 20(2) jew (2a), l-entitajiet taħt superviżjoni fl-Unjoni għandhom jużaw biss parametru referenzjarju provdut minn amministratur li jinsab f’pajjiż terz, meta jkun jintuża bħala referenza fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji eżistenti, fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew meta jkun intuża fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji ġodda għal tliet snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 39a

Skadenza għall-aġġornament tal-prospetti u d-dokumenti ta’ informazzjoni ewlenin

L-Artikolu 19(2) huwa mingħajr preġudizzju għall-prospetti eżistenti approvati skont id-Direttiva 2003/71/KE qabel [id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Għal prospetti approvati qabel [id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] skont id-Direttiva 2009/65/KE, id-dokumenti sottostanti għandhom jiġu aġġornati mal-ewwel opportunità jew fi kwalunkwe każ sa ...*[[tnax]-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Artikolu 40

Eżami

1.   Sal-1 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni għandha teżamina u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan ir-Regolament u partikolarment:

(a)  il-funzjonament u l-effikaċja tar-reġim tal-parametri referenzjarji ta' importanza kritika u l-parteċipazzjoni obbligatorja skont l-Artikoli 13 u 14 u d-definizzjoni ta’ parametru referenzjarju ta' importanza kritika fl-Artikolu 3; u

(b)  l-effettività tar-reġim superviżorju fit-Titolu VI u tal-kulleġġi skont l-Artikolu 34, u l-adegwatezza tas-superviżjoni ta’ ċerti parametri referenzjarji minn korp tal-Unjoni.

1a.  Il-Kummissjoni għandha teżamina l-evoluzzjoni tal-prinċipji internazzjonali, b'mod partikolari dawk applikabbli għal parametri referenzjarji tal-komoditajiet PRA, kif ukoll l-evoluzzjoni ta’ oqfsa legali u prattiki superviżorji f’pajjiżi terzi dwar il-forniment ta’ parametri referenzjarji, u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa ...* [erba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u kull erba' snin minn hemm ’il quddiem. Dawk ir-rapporti għandhom ikunu akkumpanjati bi proposta leġiżlattiva, jekk ikun xieraq.

Artikolu 41

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika minn 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-atti delegati adottati mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.

Madankollu, l-Artikolu 13(1) u l-Artikoli 14 u 34 għandhom japplikaw minn ... [6 xhur wara d-dħul fis-seħħ].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 61(2), it-tieni subparagrafu (A8-0131/2015).
(2) Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
(3)ĠU C 177, 11.6.2014, p. 42.
(4) ĠU C 113, 15.4.2014, p. 1.
(5)ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
(6)ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.
(7)ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.
(8)ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1.
(9) Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar il-ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumaturi marbuta ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34).
(10) Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(11) Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).
(12)ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(13)ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
(14). Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1).
(15)ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(16) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(17)Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).
(18)Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 9, 14.8.2009, p. 112).
(19) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-Komunità, (ĠU L 302, 18.11.2010, p. 1).
(20) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014 tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar ir-rappurtar tad-dejta li jimplimenta l-Artikoli 8(2) u 8(6) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija (ĠU L 363, 18.12.2014, p. 121).
(21) Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(22)Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(23)ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.
(24)Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
(25) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(26)Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).
(27)Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 tal-10 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta’ investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1).
(28) Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
(29)01.08.2014, ESMA/2014/937.


Finanzjament għall-Iżvilupp
PDF 408kWORD 154k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp (2015/2044(INI))
P8_TA(2015)0196A8-0143/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-dokumenti dwar l-eżitu tal-Ewwel u t-Tieni Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp, b'mod partikolari l-Kunsens ta' Monterrey tal-2002 u d-Dikjarazzjoni ta' Doha tal-2008,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet Nri 68/204 u 68/279 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar it-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp, li se ssir f'Addis Ababa (l-Etjopja) bejn it-13 u s-16 ta' Lulju 2015,

–  wara li kkunsidra d-dokument "Elementi" tal-21 ta’ Jannar 2015 ippreżentat mill-Kopresidenti tal-Proċess ta' Tħejjija għat-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp,

–  wara li kkunsidra r-Rapport ta' Sinteżi tas-Segretarju Ġenerali tan-NU ta' Diċembru 2014 dwar l-Aġenda għal Wara l-2015, intitolat "It-Triq lejn id-Dinjità sal-2030: Neqirdu l-Faqar, Nittrasformaw il-Ħajjiet kollha u Nħarsu l-Pjaneta",

–  wara li kkunsidra r-rapport adottat f'Awwissu 2014 mill-Kumitat Intergovernattiv ta' Esperti dwar il-Finanzjament tal-Iżvilupp Sostenibbli,

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' Lulju 2014 tal-Grupp ta' Ħidma Miftuħ tan-NU dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli,

–  wara li kkunsidra d-dokument tal-UNCTAD intitolat "Rapport dwar l-Investiment Dinji 2014 – Ninvestu fl-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli: Pjan ta' Azzjoni"(1),

–  wara li kkunsidra d-dokument dwar l-eżitu tal-Konferenza tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio+20) ta' Ġunju 2012, "Il-Ġejjieni li Rridu",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU intitolata "Lejn l-istabbiliment ta' qafas ġuridiku multilaterali għar-ristrutturar tad-dejn sovran" ta' Settembru 2014,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Frar 2015 intitolata "Sħubija Globali għall-Qerda tal-Faqar u l-Iżvilupp Sostenibbli wara l-2015" (COM(2015)0044)(2),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2014 bit-titolu "Ħajja diċenti għal kulħadd: minn viżjoni għal azzjoni kollettiva" (COM(2014)0335)(3),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2013 intitolata "Lil hinn mill-2015: lejn approċċ komprensiv u integrat għall-finanzjament tal-qerda tal-faqar u tal-iżvilupp sostenibbli" (COM(2013)0531)(4),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Frar 2013 bl-isem "Ħajja diċenti għal kulħadd: Neqirdu l-faqar u nagħtu lid-dinja futur sostenibbli" COM(2013)0092)(5),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tas-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar Aġenda trasformattiva għal wara l-2015(6),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar Il-finanzjament tal-qerda tal-faqar u l-iżvilupp sostenibbli wara l-2015(7),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-12 ta' Diċembru 2014 dwar Rwol aktar b'saħħtu tas-settur privat fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tal-25 ta' Ġunju 2013 dwar l-Aġenda Globali ta' Wara l-2015(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2014 dwar l-UE u l-qafas tal-iżvilupp globali wara l-2015(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Settembru 2008 dwar is-segwitu tal-Konferenza ta' Monterrey tal-2002 dwar l-Iffinanzjar għall-Iżvilupp(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima 2014 – COP 20 f'Lima, il-Perù (1-12 ta' Diċembru 2014)(11); tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp permezz ta' prattiki ta' negozju responsabbli, inkluż ir-rwol tal-industriji estrattivi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw(12); tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar il-korruzzjoni fis-settur pubbliku u f'dak privat: l-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi(13); tal-21 ta' Mejju 2013 dwar il-Ġlieda kontra l-Frodi tat-Taxxa, l-Evażjoni tat-Taxxa u r-Rifuġji Fiskali(14); u tas-16 ta' April 2013 dwar it-titjib tal-iżvilupp permezz tal-kummerċ(15),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 472/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp (2015)(16),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 208 TFUE, li jistabbilixxi l-qerda tal-faqar bħala l-objettiv primarju tal-politika tal-UE għall-iżvilupp u l-prinċipju tal-koerenza tal-politika għall-iżvilupp,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0143/2015),

A.  billi l-2015 hija sena kruċjali għall-isforzi favur l-iżvilupp globali, bl-adozzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-ftehim dwar azzjoni globali dwar il-klima, li t-tnejn li huma se jkunu validi sal-2030;

B.  billi t-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp, li se ssir f'Addis Ababa, fl-Etjopja, mit-13 sas-16 ta' Lulju 2015, trid toħloq il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-aġenda għal wara l-2015, u billi s-suċċess ta’ dik l-aġenda se jiġi ddeterminat mil-livell ta' ambizzjoni muri waqt il-konferenza;

C.  billi 1,5 biljun persuna għadhom jgħixu fil-faqar bi privazzjoni fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-istandards tal-għajxien, partikolarment fi stati fraġli u affettwati minn kunflitti; billi dan mhux aċċettabbli, ġaladarba jeżistu biżżejjed riżorsi fid-dinja biex progressivament din is-sitwazzjoni tintemm;

D.  billi l-qerda tal-faqar u l-inugwaljanza tista' tinkiseb biss permezz tal-mobilizzazzjoni ta' riżorsi suffiċjenti u xierqa għal kulħadd, u mmirar aħjar lejn gruppi marġinalizzati, bħal tfal, nisa, anzjani jew persuni b'diżabilità; billi minkejja tnaqqis sinifikanti fl-ammont ta' faqar estrem, il-progress fir-rigward tat-tfal miexi aktar bil-mod, biex b'hekk il-ħtieġa għal investiment fir-rigward tat-tfal – kemm permezz ta' mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi u kemm permezz ta' finanzjament internazzjonali pubbliku – saret fattur fundamentali;

E.  billi ma jista' jkun hemm l-ebda żvilupp sostenibbli mingħajr paċi u sigurtà, kif rikonoxxut mill-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp tal-2005;

F.  billi tliet kwarti tal-ifqar nies fid-dinja – li hu stmat li jlaħħqu mad-960 miljun – bħalissa qed jgħixu f'pajjiżi b'introjtu medju, u għalhekk paradigma ġdida dwar l-iżvilupp tirrikjedi li l-programmi jiġu mmirati kemm lejn in-nies foqra u kemm lejn il-pajjiżi foqra;

G.  billi l-istima tal-UNCTAD tal-bżonnijiet finanzjarji fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli emerġenti hi ta' madwar USD 3,9 triljun fis-sena, u attwalment jonqos USD 2,5 triljun fis-sena; billi azzjoni dgħajfa fl-aħħar mill-aħħar se tiġi tiswa ħafna iktar minn azzjoni deċiżiva favur żvilupp sostenibbli;

H.  billi d-daqs tal-isfida ta' finanzjament għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli jirrikjedi sħubija qawwija u globali u l-użu ta' kull forma ta' finanzjament (minn sorsi domestiċi, internazzjonali, pubbliċi, privati u innovattivi) u ta' mezzi mhux finanzjarji; billi l-finanzjament privat jista' jikkomplementa, iżda mhux jissostitwixxi, il-finanzjament pubbliku;

I.  billi l-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi u l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) huma sisien insostitwibbli tal-finanzjament għall-iżvilupp li jeħtieġ li jissaħħu;

J.  billi l-potenzjali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw għall-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi huma sinifikanti, iżda fis-sitwazzjoni attwali hemm limiti għal dak li l-pajjiżi jistgħu jwettqu waħedhom; billi r-riżorsi fiskali jibqgħu baxxi bħala proporzjon tal-PGD fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u għalhekk huwa essenzjali li jiġu promossi sistemi fiskali ibbilanċjati tajjeb, ġusti u effiċjenti, ibbażati fuq il-kapaċità ta' ħlas ta' kontribwenti u kumpaniji individwali; billi l-mobilizzazzjoni tar-riżorsi interni tirrikjedi wkoll distribuzzjoni ġusta u trasparenti tal-benefiċċji mir-riżorsi naturali;

K.  billi huma ftit ferm il-pajjiżi żviluppati li qed jissodisfaw l-impenn tagħhom li jipprovdu 0,7 % tad-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) bħala ODA, inkluż bejn 0,15 % u 0,20 % tal-ING lill-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati; billi l-Istati Membri li ssieħbu mal-UE fl-2004 jew aktar tard impenjaw ruħhom li jagħmlu ħilithom biex jilħqu l-mira ta' 0,33 % tal-ING, iżda s'issa ħadd minnhom għadu ma laħaq din il-mira;

L.  billi ħafna pajjiżi anqas żviluppati huma vulnerabbli, jew saru vulnerabbli bħala riżultat ta' avvenimenti esterni bħal mhuma kunflitti armati, epidemiji bħall-Ebola, u diżastri naturali, u billi dawn jeħtieġu aktar appoġġ;

M.  billi t-tnaqqis tal-faqar, it-tkabbir ekonomiku u s-sigurtà jiddependu fil-biċċa l-kbira fuq il-ħila ta' stat li jwettaq il-funzjonijiet sovrani tiegħu li jiżgura l-istat tad-dritt u jipprovdi servizzi pubbliċi bażiċi bħall-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, filwaqt li jirrispetta l-prinċipju tas-sjieda; billi dawn il-pajjiżi għandhom bżonn, b'mod partikolari, ta' aktar appoġġ biex jintroduċu sistemi tas-saħħa robusti;

N.  billi l-aġenda għall-iżvilupp qed issir aktar estensiva u għalhekk huwa importanti li jiġu rikonoxxuti u inċentivati ulterjorment l-isforzi li qed isiru oltre u lil hinn mill-ODA; billi minkejja ċirkostanzi fiskali diffiċli f'ħafna pajjiżi tal-OECD, inżammu livelli għolja ta' ODA li laħqet ċifra rekord ta' USD 134,8 biljun fl-2013; billi l-ODA tista' tkun katalist sabiex tattira l-investiment privat u r-rilevanza ta' strumenti finanzjarji innovattivi f'dan il-kuntest għandha tiġi kkonstata;

O.  billi s-settur privat u l-Investiment Dirett Barrani (IDB), meta jkunu regolati kif xieraq u jiġu kkollegati ma' titjib konkret fl-ekonomija domestika, għandhom potenzjal importanti x'jikkontribwixxu għall-ksib tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, kif rifless fil-proposta tal-UNCTAD għal Pjan ta' Azzjoni għal investiment fl-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

P.  billi l-fluss tal-kapital privat jaffettwa lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw b'ħafna modi differenti, kemm pożittivi kif ukoll negattivi; billi l-flussi finanzjarji lejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw minn sorsi privati huma sinifikanti iżda fil-biċċa l-kbira volatili, mifruxin b'mod irregolari, u li ħafna drabi jkunu assoċjati ma' flussi 'l barra bħar-ripatrijazzjoni ta' qligħ, li mill-2010, saru ogħla minn flussi ġodda 'il ġewwa ta' IDB;

Q.  billi s-soċjetà ċivili tiżvolġi rwol kruċjali fl-iżgurar ta' proċess universali u inklużiv, kemm fil-livell nazzjonali u kemm f'dak globali, u tikkontribwixxi għall-governanza tajba u għar-responsabilità; billi l-assistenza għall-iżvilupp u l-korruzzjoni huma reċiprokament inkompatibbli;

R.  billi hu importanti li jiġi promoss l-użu tas-servizzi bankarji fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

S.  billi jeħtieġ li l-UE u l-Istati Membri tagħha, bħala l-akbar donaturi ta' għajnuna għall-iżvilupp, imexxu l-proċess ta' finanzjament għall-iżvilupp u jgħinu biex ikun hemm rispons kredibbli għall-isfidi fil-qasam tal-finanzjament għall-iżvilupp, biex b'hekk jiżguraw il-koerenza tal-politika għall-iżvilupp fi ħdan l-aġenda għal wara l-2015; billi l-pajjiżi żviluppati u emerġenti l-oħrajn għandhom isegwu l-eżempju tal-UE;

Sħubija globali

1.  Jilqa' l-ewwel abbozz preliminari tad-Dokument dwar l-Eżitu tat-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp, u jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jappoġġjawh;

2.  Jilqa' r-Rapport ta' Sinteżi tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, u l-approċċ trasformattiv, universali, olistiku u integrat tiegħu lejn sħubija globali ambizzjuża għal għanijiet ta' żvilupp ġodda u l-qafas finanzjarju assoċjat, approċċ li hu ffokat fuq il-qerda tal-faqar, l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn is-sessi; jinsisti li, mingħajr mezzi komprensivi u sostanzjali ta' implimentazzjoni, tali sħubija ambizzjuża mhix se tirnexxi;

3.  Iħeġġeġ lill-UE tafferma t-tmexxija politika tagħha matul il-proċess preparatorju lejn id-definizzjoni ta' qafas ta' żvilupp sostenibbli, ftehim imġedded dwar il-finanzjament għall-iżvilupp u mezzi oħra ta' implimentazzjoni, flimkien mal-impenji u l-valuri ddikjarati fit-Trattati fundaturi tagħha; jikkunsidra li l-forniment tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE m'għandux ikun ikkundizzjonat minn donaturi sħab oħrajn;

4.  Jinsisti li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom iżommu l-pożizzjoni tagħhom bħala donaturi ewlenin tal-għajnuna għall-iżvilupp filwaqt li jinsistu li r-responsabilità tiġi kondiviża; jappella lill-pajjiżi b'introjtu għoli, lill-pajjiżi b'introjtu bejn livell medju u livell għoli u lill-ekonomiji emerġenti biex jieħdu impenji sinifikanti;

5.  Jilqa' l-komunikazzjoni riċenti tal-Kummissjoni intitolata "Sħubija Globali għall-Qerda tal-Faqar u l-Iżvilupp Sostenibbli wara l-2015", minħabba l-komprensività tagħha, il-fatt li hi ffokata fuq il-koerenza politika u l-fatt li tikkonferma li l-UE hi impenjata biex tiżvolġi kompletament ir-rwol tagħha f'din is-sħubija globali; jiddispjaċih, madanakollu, li kien hemm ċertu nuqqas ta' impenn fir-rigward tal-kalendarju għall-miri finanzjarji fil-ġejjieni;

Finanzjament pubbliku internazzjonali

6.  Jisħaq fuq il-fatt li l-ODA tibqa' strument kruċjali fil-finanzjament għall-iżvilupp; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jimpenjaw ruħhom mill-ġdid mingħajr dewmien favur il-mira ta' 0,7 % tal-ING għall-ODA, b'50 % tal-ODA u mill-inqas 0,2 % tal-ING riżervati għall-pajjiżi l-anqas żviluppati, u, filwaqt li jqisu l-limitazzjonijiet baġitarji, jippreżentaw kalendarji baġitarji pluriennali sabiex proporzjonalment javvanzaw għal dawn il-livelli sal-2020; jilqa' l-pożizzjoni soda tal-UE li tiffoka l-isforzi fuq il-kwantità u l-kwalità tal-għajnuna għall-iżvilupp; jappella lis-sħab żviluppati l-oħrajn u lill-pajjiżi emerġenti biex iżidu proporzjonalment l-assistenza tagħhom għall-iżvilupp, u lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkonvinċu lil donaturi pubbliċi u privati madwar id-dinja jonoraw il-wegħdiet finanzjarji tagħhom u jieħdu impenji ġodda; jisħaq fuq il-fatt li d-donaturi kollha għandhom jiżguraw li l-ODA tkun tirrappreżenta trasferimenti ġenwini lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw;

7.  Jisħaq fuq il-fatt li jeħtieġ li l-UE u l-pajjiżi żviluppati l-oħrajn jonoraw l-impenn tagħhom li jipprovdu finanzjament proporzjonalment akbar, ġdid u addizzjonali favur il-klima bil-għan li sal-2020 jilħqu l-għan ta' mobilizzazzjoni konġunta ta' USD 100 biljun fis-sena, minn varjetà wiesgħa ta' sorsi, pubbliċi u privati, bilaterali u multilaterali, u anke minn sorsi alternattivi; jiddeplora n-nuqqas ta' progress li sar fir-rigward tal-addizzjonalità tal-finanzjament favur il-klima mal-ODA; jappella għal sforz internazzjonali konġunt min-naħa tal-pajjiżi żviluppati u l-pajjiżi emerġenti sabiex isibu finanzjament ġdid u addizzjonali favur il-klima għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw – għalkemm mhux b'detriment tal-baġit għall-iżvilupp – fil-ftehim dwar Azzjoni Globali dwar il-Klima li se jiġi konkluż fil-Konferenza ta' Pariġi li se ssir f'Diċembru 2015; jikkunsidra li l-UE għandha tipproponi stadji intermedji fit-triq lejn l-addizzjonalità sħiħa; iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw id-dħul iġġenerat permezz tas-swieq tal-karbonju għal azzjoni favur il-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jappella wkoll lill-ekonomiji emerġenti biex jimmobilizzaw finanzjament favur il-klima għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

8.  Jappoġġa sorsi innovattivi għal finanzjament addizzjonali għall-iżvilupp u favur il-klima, inklużi taxxi fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, taxxi fuq il-karbonju għas-settur tat-trasport internazzjonali bl-ajru u bil-baħar, u allokazzjoni awtomatika tad-dħul mis-swieq tal-karbonju; jilqa' l-isforzi ulterjuri li qed isiru fil-livell internazzjonali u f'dak Ewropew biex jiġu identifikati sorsi addizzjonali oħra;

9.  Jenfasizza li l-ODA għandha tibqa' l-miżura standard tal-isforzi finanzjarji magħmula; jappoġġa l-introduzzjoni ta' indikatur komplementari tal-appoġġ uffiċjali totali għall-iżvilupp sostenibbli, dejjem sakemm jiġi ċċarat kompletament li dan m'għandu bl-ebda mod jissostitwixxi jew inaqqas l-importanza tal-miżura ODA;

10.  Jikkonstata li, filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-ODA tiġi pprovduta fil-forma ta' għotjiet, hu importanti wkoll is-self konċessjonali li però jżid il-piżijiet tad-dejn u jirriskja li jwassal għal "bużżieqa" ta' dejn, b'mod partikolari fl-Afrika sub-Saħarjana u l-pajjiżi tal-Karibew li għandhom dħul limitat għall-manutenzjoni tad-dejn; jappella, għaldaqstant, lid-donaturi biex jagħtu għajnuna lill-pajjiżi l-anqas żviluppati fil-forma ta' għotjiet; jikkunsidra li s-self konċessjonali jista' ma jkunx xieraq għal investimenti fis-setturi soċjali li ma jkollhomx l-intenzjoni li jiġġeneraw qligħ; jilqa' l-ftehim li ntlaħaq mill-Kumitat għall-Għajnuna fl-Iżvilupp tal-OECD (OECD-DAC) għall-modernizzazzjoni tar-rapportar dwar is-self konċessjonali permezz tal-introduzzjoni ta' sistema ta' ekwivalenza mal-għotjiet bl-iskop li jiġu kkalkolati ċ-ċifri tal-ODA;

11.  Jindika li l-UE hija d-donatur ewlieni fid-dinja ta' għajnuna għall-iżvilupp u tirrappreżenta kważi 60 % tal-għajnuna għall-iżvilupp uffiċjali fuq livell globali; jappella, madanakollu, lill-Kummissjoni biex tipprovdi data ċara u trasparenti dwar is-sehem tal-baġit komplessiv iddedikat għall-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE sabiex ikun jista' jivvaluta s-segwitu mogħti għall-Kunsens ta' Monterrey mid-donaturi Ewropej kollha; jesprimi wkoll id-dispjaċir tiegħu li l-livell tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-UE għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw tonqsu l-viżibilità u jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa għodod ta' komunikazzjoni u ta' informazzjoni xierqa u mmirati sabiex iżżid il-viżibilità tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE;

12.  Jappella lill-UE biex tqis ir-rekwiżiti finanzjarji fit-tul billi tiffavorixxi u tmexxi approċċ aktar strateġiku, ambizzjuż u universali bi qbil mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

13.  Ifakkar fil-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE għall-finanzjament għall-iżvilupp, b'EUR 19,7 biljun għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp u EUR 6,8 biljun għall-għajnuna umanitarja bejn l-2014 u l-2020, apparti r-riżerva ta' għajnuna f'emerġenza ta' EUR 2,2 biljun; jindika wkoll il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) bi EUR 30,5 biljun; jargumenta favur il-baġitizzazzjoni tal-FEŻ, li kieku ġġib magħha vantaġġi bħal żieda fit-trasparenza, fil-viżibilità, fl-effiċjenza u fl-effikaċja; jilqa' l-opportunità li joffru r-rieżami postelettorali ta' nofs it-terminu u r-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali biex jitqiesu l-bżonnijiet strutturali dejjem jiżdiedu tas-sokkors umanitarju u l-bżonnijiet fil-qasam tal-iżvilupp tal-aktar pajjiżi foqra u vulnerabbli;

14.  Jikkonstata li l-baġit 2015 jiddedika EUR 2,4 biljun f'impenji (EUR 2,1 biljun f'pagamenti) lill-kooperazzjoni għall-iżvilupp u EUR 928,8 miljun f'impenji (EUR 918,8 f'pagamenti) lill-għajnuna umanitarja; jappoġġa l-passi li ttieħdu biex jitnaqqas l-ammont arretrat ta' kontijiet mhux imħallsa, b'mod partikolari bil-għan li tinżamm il-vijabilità finanzjarja tal-aktar sħab vulnerabbli, u jisħaq fuq l-importanza tal-prinċipju ta' parità bejn l-impenji u l-pagamenti fir-rigward tal-għajnuna umanitarja, peress li l-kriżijiet qegħdin iseħħu b'rata aktar frekwenti u hemm bżonn li l-fondi jinħarġu malajr;

15.  Jappella lill-UE biex tiżgura li n-negozjati rigward l-aġenda għall-iżvilupp globali għal wara l-2015, il-finanzjament għall-iżvilupp u t-tibdil fil-klima jkollhom rabtiet kredibbli mal-Qafas il-ġdid ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskji ta' Diżastri għall-2015-2030 b'mod li tinbena r-reżiljenza u li jkun hemm stat ta' tħejjija aħjar waqt li jiġi żgurat l-objettiv globali li ħadd ma jitħalla barra;

16.  Ifakkar li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp hija responsabilità kondiviża tal-UE u tal-Istati Membri tagħha u li hemm bżonn tkun konsistenti mal-kunċetti tal-komplementarjetà u l-koordinament; jevidenzja l-ħtieġa li s-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali jiġu involuti fil-proċess ta' koordinament;

17.  Jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jippromwovu aġenda dwar l-effikaċja tal-għajnuna li tkun tibni fuq l-impenji fis-Sħubija ta' Busan għal Kooperazzjoni Effettiva għall-Iżvilupp, tnaqqis tal-frammentazzjoni tal-għajnuna permezz ta' mekkaniżmu ta' finanzjamenti raggruppati, u koordinament akbar bejn id-diversi mekkaniżmi għall-għoti ta' għajnuna u partijiet interessati; jisħaq fuq il-fatt li kull finanzjament għall-iżvilupp għandu jkun favorevoli għall-foqra, sensittiv għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi, ambjentalment sod u reżiljenti għat-tibdil fil-klima;

18.  Ifakkar li, skont it-TFUE, it-tnaqqis u l-qerda eventwali tal-faqar huma l-objettiv primarju tal-UE fil-qasam tal-iżvilupp, filwaqt li d-difiża tad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-koeżjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-inugwaljanzi għandhom jibqgħu fil-qalba tal-attivitajiet għall-iżvilupp;

19.  Jenfasizza l-importanza li jiġu stabbiliti prijoritajiet ċari għall-infiq, b'attenzjoni speċjali għall-miżuri fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-enerġija, il-provvista tal-ilma u l-infrastruttura; jissottolinja l-ħtieġa li jsiru sforzi u titjib ulterjuri fil-qasam tal-effikaċja tal-għajnuna permezz ta' grad ta' koordinament akbar bejn id-diversi mekkaniżmi u donaturi tal-għajnuna;

20.  Jissottolinja l-fatt li l-prijoritajiet tal-ODA għandhom ikunu servizzi soċjali bażiċi għal kulħadd u 'beni pubbliċi' li jkunu anqas effikaċi jekk jiġu pprovduti mis-settur privat, bħall-edukazzjoni primarja, ix-xbieki ta' sikurezza soċjali, il-kura tas-saħħa u l-infrastruttura tad-drenaġġ, tal-provvista tal-ilma u tal-enerġija, b'mod li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu jistgħu jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom; jisħaq fuq il-fatt li l-aċċessibilità għandha tkun kriterju kruċjali fil-finanzjament pubbliku internazzjonali għall-promozzjoni ta' servizzi u infrastrutturi universali u inklużivi;

21.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-aktar popolazzjonijiet vulnerabbli jkollhom aċċess għal opportunitajiet ta' żvilupp; ifakkar, f'dan ir-rigward, li hemm ir-riskju li, jekk l-assistenza titwassal biss permezz tal-gvernijiet, jista' jirriżulta li ma jkunx hemm biżżejjed finanzjament għall-komunitajiet marġinalizzati jew vulnerabbli;

22.  Jevidenzja l-importanza li jiġu mobilizzati fondi addizzjonali min-naħa tal-banek tal-iżvilupp sabiex inaqqsu d-distakk fil-finanzjament infrastrutturali u fl-aċċess għall-kreditu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mekkaniżmi ta' monitoraġġ u valutazzjoni tal-impatt;

23.  Jissottolinja l-bżonn assolut li l-UE timmira lejn l-ogħla livell ta' koordinament b'mod li tikseb koerenza ma' oqsma ta' politika oħrajn (l-ambjent, il-migrazzjoni, il-kummerċ internazzjonali, id-drittijiet tal-bniedem, l-agrikoltura, eċċ.) u tevita li jkun hemm duplikazzjoni tax-xogħol jew inkonsistenzi fl-attivitajiet; ifakkar li, permezz tat-Trattat ta' Lisbona (Artikolu 208 TFUE), il-koerenza tal-politika għall-iżvilupp saret obbligu imnaqqax fit-trattati;

Mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi u kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tat-taxxa

24.  Jisħaq fuq il-fatt li mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi tkun aktar prevedibbli u sostenibbli minn assistenza barranija u jeħtieġ li tkun sors kruċjali ta' finanzjament; jinkoraġġixxi l-isforzi li qed isiru mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex iżidu l-mobilizzazzjoni ta' dan it-tip; jenfasizza l-importanza ta' titjib fil-ġbir tat-taxxi domestiċi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-ħtieġa għal sistemi fiskali robusti, ibbilanċjati tajjeb, ġusti u effiċjenti u li jkunu jiffavorixxu l-foqra, sensittivi għall-ħtiġijiet tal-aktar gruppi vulnerabbli u jirrispettaw l-impenji favur żvilupp sostenibbli fil-livell internazzjonali; jappella biex jitneħħew is-sussidji li jagħmlu l-ħsara fl-oqsma tal-enerġija (b'mod partikolari l-karburanti fossili), is-sajd u l-agrikoltura;

25.  Jitlob lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-assistenza tagħha għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet fl-oqsma tal-amministrazzjoni tat-taxxa, il-governanza finanzjarja, il-ġestjoni finanzjarja pubblika, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-irkupru ta' assi misruqa u l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-ipprezzar qarrieqi tat-trasferimenti; jemmen li l-Unjoni għandha rwol kruċjali x'tiżvolġi f'dan il-qasam; ifakkar fl-importanza li jiġi distribwit id-dħul mit-taxxi fuq riżorsi naturali, speċjalment permezz tal-ħolqien ta' fondi ta' investimenti sovrani; jisħaq fuq il-ħtieġa għal aċċelerazzjoni u żieda proporzjonali tal-isforzi li qed isiru attwalment għat-titjib tar-rapportar baġitarju, u jappella għal żieda fl-armonizzazzjoni tal-prattiki ta' rapportar baġitarju madwar il-pajjiżi kollha;

26.  Jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex b'mod attiv iħarrxu l-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-flussi finanzjarji illeċiti, li jxejnu l-assistenza għall-iżvilupp u jikkontribwixxu għad-djun tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jikkooperaw mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jikkontrobattu l-prattiki aggressivi ta' evitar tat-taxxa minn ċerti kumpaniji transnazzjonali, u biex ifittxu li jsibu modi kif jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jifilħu għall-pressjonijiet li jidħlu f'kompetizzjoni fiskali, peress li din iddgħajjef il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi għall-iżvilupp;

27.  Jappoġġa t-twaqqif ta' korp intergovernattiv għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-taxxa taħt l-awspiċi tan-NU; jinkoraġġixxi l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni; jappella biex jinħolqu reġistri pubbliċi rigward sjieda benefiċjarja u sistema mandatorja ta' rapportar pajjiż b'pajjiż fir-rigward tal-kumpaniji transnazzjonali fis-setturi kollha u biex tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tad-drittijiet ta' tassazzjoni meta jkunu qed jiġu nnegozjati t-trattati dwar it-taxxa u dwar l-investiment mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

28.  Jikkunsidra li r-regoli internazzjonali dwar it-taxxa korporattiva għandhom jinkludu l-prinċipju li t-taxxi għandhom jitħallsu fejn il-valur jiġi estratt jew maħluq;

29.  Jisħaq fuq l-importanza deċiżiva ta' governanza tajba, protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, qafas istituzzjonali u strumenti regolatorji; jappoġġja b'mod speċjali l-investiment fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet, is-servizzi soċjali bażiċi bħall-edukazzjoni u s-saħħa (l-iżgurar ta' kopertura tas-saħħa universali), inklużi s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, in-nutrizzjoni, is-servizzi pubbliċi u l-protezzjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar u l-inugwaljanza, anke fost it-tfal u f'termini tad-differenzi bejn is-sessi; jirrikonoxxi l-ħtieġa għal infrastrutturi aċċessibbli u investimenti pubbliċi selettivi, kif ukoll għall-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, anke mill-industriji estrattivi;

30.  Jisħaq fuq il-fatt li jeħtieġ li l-finanzjament għall-iżvilupp isaħħaħ ir-riżorsi disponibbli għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, id-drittijiet tan-nisa u l-għoti ta' setgħa lin-nisa; jenfasizza r-rwol speċifiku tan-nisa fis-soċjetà, u jisħaq fuq il-fatt li dan għandu jinkludi l-implimentazzjoni ta' bbaġittjar li jqis id-differenzi bejn is-sessi, investimenti mmirati f'setturi kruċjali bħas-saħħa u l-edukazzjoni u t-teħid ta' passi biex jiġi żgurat li kull finanzjament għall-iżvilupp iqis kompletament is-sitwazzjoni tan-nisa u l-bniet;

31.  Jappella għal aktar finanzjament tar-riċerka u l-iżvilupp fix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, filwaqt li jirrikonoxxi li dan il-finanzjament għandu jingħata kemm fil-livell domestiku kif ukoll f'dak internazzjonali; iħeġġeġ il-promozzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp li jistgħu jġibu progress fl-indirizzar ta' sfidi kumplessi u lejn ġestjoni tajba tal-beni pubbliċi globali, bħat-teknoloġija u l-innovazzjoni fil-qasam tas-saħħa; jikkonstata r-rwol importanti tal-mikrointrapriżi u tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju f'dan il-kuntest; jappella għal rieżami tar-reġimi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali introdotti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles b'mod li jiġi identifikat kwalunkwe impatt negattiv fuq is-saħħa pubblika, l-ambjent jew it-trasferiment tat-teknoloġija;

Is-settur privat u s-soċjetà ċivili

32.  Jissottolinja l-importanza kbira li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet favorevoli għall-intrapriżi privati u l-intraprenditorija fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, speċjalment għall-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, peress li huma jiżvolġu rwol fundamentali bħala mutur għall-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir inklużiv; jappella b'mod partikolari biex jissaħħu ulterjorment is-sistemi ta' self u garanzija b'mikrofinanzjament; jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati ulterjorment il-banek u l-unjonijiet ta' kreditu lokali u reġjonali sabiex jitnaqqsu b'mod sinifikanti r-rati ta' mgħax eċċessivi għas-self fuq is-suq biex b'hekk jingħata appoġġ aħjar għall-iżvilupp tal-komunitajiet fil-livell lokali(17); jappella biex s-settur privat jiġi allinjat mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli permezz ta' sħubijiet xierqa, strumenti finanzjarji, inċentivi, qafas dwar ir-responsabilità u Responsabilità Soċjali effikaċi tal-Kumpaniji; ifakkar fil-ħtieġa li jkun hemm konformità mal-istandards internazzjonali miftiehma bħal mhuma l-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem;

33.  Jisħaq fuq il-ħtieġa għall-promozzjoni tal-forniment lil intrapriżi tal-istrumenti għal informazzjoni, it-taħriġ u l-pjattaformi ta' konsulenza essenzjali għall-iżvilupp tagħhom;

34.  Jisħaq għalhekk fuq il-fatt li, sabiex tingħata spinta fit-tul lill-ekonomija, huwa essenzjali li ż-żgħażagħ u n-nisa jingħataw aċċess għall-kreditu għall-appoġġ ta' negozji ġodda;

35.  Jisħaq fuq ir-rwol ta' koeżjoni soċjali li żvolġiet l-intraprenditorija kollettiva tal-assoċjazzjonijiet tal-produtturi fil-prevenzjoni ta' kunflitti etniċi u reliġjużi;

36.  Jinsisti li l-appoġġ għas-settur privat u l-kooperazzjoni miegħu min-naħa tal-UE jistgħu u għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-faqar u l-inugwaljanza, kif ukoll jirrispettaw u jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem, l-istandards ambjentali, l-impenji favur il-klima u d-djalogu soċjali; jappella biex jiġi stabbilit qafas legalment vinkolanti għall-kumpaniji, inklużi l-korporazzjonijiet transnazzjonali b'mekkaniżmu għall-ilmenti;

37.  Jappella biex l-UE twaqqaf, flimkien mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, qafas regolatorju, bi qbil mal-Qafas komprensiv tal-UNCTAD għall-Politika dwar l-Investiment għall-Iżvilupp Sostenibbli, li jqanqal investiment aktar responsabbli, trasparenti u ġustifikabbli, biex b'hekk jingħata kontribut għall-iżvilupp ta' settur privat b'kuxjenza soċjali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

38.  Jappella lill-Kummissjoni biex tappoġġa l-għoti ta' aċċess akbar għall-finanzjament lill-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jissottolinja l-importanza ta' sistemi ta' self b'mikrofinanzjament, speċjalment għan-nisa; jinkoraġġixxi l-iżvilupp ulterjuri tal-banek u l-unjonijiet ta' kreditu lokali u reġjonali; jitlob lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fit-twaqqif ta' politiki u oqfsa ġuridiċi li jkunu jwasslu għall-iżvilupp ta' servizzi bankarji; jindika l-ħtieġa – f'diversi livelli, anke fost il-foqra, in-nisa u gruppi vulnerabbli oħra – għal informazzjoni u taħriġ dwar kwistjonijiet finanzjarji, l-użu ta' prodotti bankarji u l-assigurazzjoni, u t-teknoloġiji ġodda rilevanti;

39.  Ifakkar li l-għajnuna pubblika waħedha mhijiex biżżejjed biex tkopri l-ħtiġijiet ta' investiment kollha fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jinsisti, għalhekk, fuq ir-rwol ta' lieva li għandhom it-taħlit ta' finanzjamenti u s-sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat bħala mezz biex jissaħħaħ l-impatt tal-assistenza għall-iżvilupp, jiġi attirat il-finanzjament privat u jiġu appoġġati n-negozji lokali; jisħaq, madankollu, fuq il-fatt li jeħtieġ li l-finanzjament imħallat ma jissostitwixxix ir-responsabilità tal-istat li jrendi riżultati konkreti fir-rigward tal-bżonnijiet soċjali u li għandu jiġi allinjat mal-objettivi tal-iżvilupp nazzjonali u mal-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp; jinkoraġġixxi s-sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat b'mod partikolari fil-qasam tar-riċerka relatat mal-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi bħall-programm Ebola+;

40.  Jappella biex jiġu adottati standards u kriterji internazzjonali kif ukoll analiżi tar-riskju ta' dejn għat-taħlit ta' proġetti u sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat li jattiraw il-finanzjament privat u jappoġġaw lin-negozji lokali, filwaqt li jirrispettaw l-istandards miftiehma fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fil-livell tal-ILO, id-WHO u dak internazzjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, fil-prospettiva tax-xewqa tagħha li testendi b'mod konsiderevoli l-użu tat-taħlit fil-futur, timplimenta r-rakkomandazzjonijiet li saru fir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-użu tat-taħlit u biex tivvaluta l-mekkaniżmu għat-taħlit tas-self u l-għotjiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-iżvilupp u l-addizzjonalità finanzjarja, it-trasparenza u r-responsabilità; jappella lill-BEI u l-istituzzjonijiet l-oħra ta' finanzjament għall-iżvilupp biex jagħtu prijorità lill-investiment fil-kumpaniji u l-fondi li jiżvelaw pubblikament s-sjidiet benefiċjarji u japplikaw is-sistema ta' rapportar pajjiż b'pajjiż;

41.  Jappoġġa ż-żieda tal-aċċess għas-suq għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, speċjalment il-pajjiżi l-inqas żviluppati, billi dan jista' jsaħħaħ lis-settur privat u joħloq inċentivi għar-riforma; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-ftehimiet dwar il-kummerċ u l-investiment, speċjalment mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-pajjiżi l-inqas żviluppati u l-istati fraġli, jiġu allinjati mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem u l-integrazzjoni reġjonali; jenfasizza li l-ftehimiet ta' dan it-tip għandhom jiġu soġġetti għal valutazzjonijiet tal-impatt fuq l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli; jappoġġa s-suġġeriment tal-Kummissjoni li taġġorna l-istrateġija tagħha rigward Għajnuna għall-Kummerċ fid-dawl tar-riżultati tan-negozjati għal wara l-2015 u li tagħti trattament speċjali u differenzjali lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-pajjiżi l-anqas żviluppati u l-istati fraġli fil-ftehimiet dwar il-kummerċ filwaqt li tirrispetta l-ispazju politiku tagħhom biex jieħdu deċiżjonijiet sovrani konformi mal-kuntest nazzjonali tagħhom u l-bżonnijiet tal-popolazzjonijiet tagħhom;

42.  Jappella biex tittieħed azzjoni biex tingħata spinta għall-użu u t-trasparenza tas-sistemi nazzjonali għall-akkwist pubbliku fl-attivitajiet ġestiti mis-settur pubbliku u biex jissaħħu l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

43.  Jevidenzja l-kontribut pożittiv li jagħtu l-migranti għall-iżvilupp tal-pajjiżi minn fejn ikunu oriġinaw, u jappella biex ikun hemm kooperazzjoni aktar effikaċi u innovattiva fil-politika dwar il-migrazzjoni bejn il-pajjiżi ta' oriġini u ta' destinazzjoni; jiġbed l-attenzjoni għall-flussi finanzjarji sinifikanti u dejjem jikbru li jirrappreżentaw ir-rimessi mid-diaspora u jappoġġa l-ħolqien ta' fondi tad-diaspora; jappella biex isiru sforzi ulterjuri sabiex l-ispejjeż tat-trasferimenti jitbaxxew b'mod li jiżdied l-impatt fuq l-iżvilupp lokali fil-pajjiżi ta' oriġini;

44.  Jappella biex l-awtoritajiet lokali u s-soċjetà ċivili, inklużi l-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi b'bażi fil-komunitajiet, jieħdu sehem akbar fid-diskussjonijiet dwar il-prijoritajiet għall-iżvilupp, b'mod partikolari fil-konferenza ta' Addis Ababa, u għal implimentazzjoni aktar inklużiva u responsabbli tal-aġenda għal wara l- 2015; jissottolinja r-rwol tal-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet fuq il-post u l-iżvilupp ta' mekkaniżmi għar-responsabilità, il-monitoraġġ u r-rieżami; jirrikonoxxi li r-rwol tal-awtoritajiet lokali fl-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli jirrikjedi l-allokazzjoni tal-mezzi meħtieġa; jappella biex ikun hemm aktar konsultazzjoni maż-żgħażagħ fid-diskussjonijiet dwar l-aġenda għal wara l-2015, speċifikament permezz ta' teknoloġiji innovattivi għall-komunikazzjoni; jissottolinja r-rwol tad-delegazzjonijiet tal-UE bħala faċilitaturi ta' djalogi ta' dan it-tip;

Governanza globali

45.  Ifakkar fir-rwol ċentrali tan-NU, b'mod komplementari ma' dak tal-istituzzjonijiet u l-fora eżistenti l-oħra, bħal mhi l-OECD, fil-governanza u l-iżvilupp ekonomiċi fil-livell globali; jappella biex il-pajjiżi kollha jkunu rappreżentati ugwalment u b'bilanċ bejn is-sessi fl-istituzzjonijiet multilaterali u l-korpi l-oħra li jistabbilixxu normi u standards, inkluż fl-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali; ifakkar li l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali kollha għandhom jirrispettaw l-standards bażiċi ta' trasparenza - kif stabbilit fil-Karta dwar it-Trasparenza għall-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali - u jdaħħlu fis-seħħ politiki dwar żvelar lill-pubbliku;

46.  Jinsisti li jeħtieġ li s-soluzzjonijiet għal dejn sostenibbli, inklużi standards biex is-self jingħata u jittieħed b'mod responsabbli, jiġu ffaċilitati permezz ta' qafas ġuridiku multilaterali għall-proċessi ta' ristrutturar tad-dejn sovran, bil-ħsieb li jittaffa l-piż tad-dejn u jiġi evitat id-dejn insostenibbli; jitlob lill-UE tinvolvi ruħha b'mod kostruttiv fin-negozjati tan-NU dwar dan il-qafas; iħeġġeġ lill-UE tinsisti fuq l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-UNCTAD rigward tranżazzjonijiet ta' dejn sovran responsabbli kemm għal min jissellef, kif ukoll għal min isellef;

47.  Jilqa' l-isforzi internazzjonali li qed isiru biex jittaffew l-obbligi ta' dejn internazzjonali tal-pajjiżi milqutin mill-Ebola b'mod li jiġu megħjuna jaffaċċjaw il-kriżijiet ekonomiċi ikkawżati mill-epidemija;

48.  Jappella biex il-programmi u l-istrumenti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali għal assistenza finanzjarja għall-iżvilupp jiġu eżaminati mill-ġdid b'mod li jiġu allinjati mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli l-ġodda; iħeġġeġ b'mod speċifiku lill-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Dinji biex jistabbilixxu standards tal-ogħla livell għal finanzjament responsabbli u biex iqarrbu aktar ir-riżorsi tagħhom lejn il-bżonnijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, anke permezz ta' faċilitajiet ta' self li jkunu jiffavorixxu l-foqra u li jkunu reċiprokament effikaċi; jappella b'mod speċifiku għal żieda fl-ammonti disponibbli għall-Bank Ewropew tal-Investiment, lil hinn mill-mandat attwali tiegħu, sabiex ikompli jiżdied il-finanzjament tiegħu għall-pajjiżi b'introjtu baxx;

Monitoraġġ, responsabilità u rieżami

49.  Jappella biex jintlaħaq ftehim fil-konferenza ta' Addis Ababa rigward qafas robust, trasparenti u aċċessibbli ta' monitoraġġ u responsabilità biex l-investiment u l-progress fir-rigward tal-impenji u l-objettivi speċifiċi jkunu jistgħu jiġu ttraċċati u jingħataw segwitu b'mod effikaċi; jappella għal inizjattiva internazzjonali għat-titjib tal-kwalità tal-istatistika, id-data u l-informazzjoni, inkluża data diżaggregata skont l-introjtu, is-sess, l-età, ir-razza, l-etniċità u l-istatus migratorju, id-diżabilità, il-lok ġeografiku u karatteristiċi oħra rilevanti fil-kuntesti nazzjonali; jitlob lill-partijiet kollha jiżguraw l-implimentazzjoni trasparenti u effiċjenti tal-għajnuna u l-finanzjament, b'mod partikolari billi jiffirmaw u jimplimentaw b'mod effikaċi d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni u billi jimpenjaw ruħhom biex sistematikament jippubblikaw data preċiża, f'waqtha u paragunabbli dwar id-dħul u l-infiq, kif ukoll dokumenti baġitarji; jitlob, b'mod speċifiku, lill-Kummissjoni timmonitora u tikkontrolla ulterjorment il-finanzjament tagħha għall-programmi u l-proġetti ta' għajnuna u tieħu l-miżuri xierqa fil-każ ta' evidenza ta' korruzzjoni u ġestjoni ħażina; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, bl-istess mod, taġġorna l-assistenza tagħha b'mod li ssaħħaħ lill-aġenziji ġudizjarji u l-aġenziji kontra l-korruzzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

50.  jappella għal inizjattiva internazzjonali għat-titjib tal-kwalità tal-istatistika, id-data u l-informazzjoni, b'mod li l-infiq, l-investiment u l-progress fir-rigward tal-impenji u l-objettivi speċifiċi jkunu jistgħu jiġu ttraċċati; jilqa' l-isforzi globali li qed isiru biex jiġi żgurat li d-data użata fl-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tkun diżaggregata biżżejjed skont l-introjtu, is-sess, l-età u indikaturi oħrajna, sabiex l-impatt tal-politiki jkun jista' jiġi mmonitorat b'mod effikaċi;

51.  Itenni li, bħala element komplementari għall-PDG, hemm bżonn ta' sett ġdid ta' indikaturi oħra sabiex ikunu jistgħu jitqiesu l-isfidi soċjali u ambjentali ġodda, u li dan is-sett għandu jinkludi b'mod partikolari l-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem, il-koeffiċjent Gini, miżura ta' ugwaljanza bejn is-sessi, il-marka tal-karbonju u l-impronta ekoloġika;

o
o   o

52.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Kofaċilitaturi għall-proċess ta' tħejjija għat-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp.

(1) http://unctad.org/en/publicationslibrary/wir2014_en.pdf
(2) http://eur-lex.europa.eu/resource.html?uri=cellar:afc5ef38-ad24-11e4-b5b2-01aa75ed71a1.0023.01/DOC_1&format=PDF
(3) http://eur-lex.europa.eu/resource.html?uri=cellar:441ba0c0-eb02-11e3-8cd4-01aa75ed71a1.0016.01/DOC_1&format=PDF
(4) http://ec.europa.eu/transparency/regdoc/rep/1/2013/MT/1-2013-531-MT-F1-1.Pdf
(5) http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52013DC0092&rid=2
(6) http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-16827-2014-INIT/mt/pdf
(7) http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-17553-2013-INIT/mt/pdf
(8) http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-11559-2013-INIT/mt/pdf
(9) Testi adottati, P8_TA(2014)0059.
(10) ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 1.
(11) Testi adottati, P8_TA(2014)0063.
(12) Testi adottati, P7_TA(2014)0163.
(13) Testi adottati, P7_TA(2013)0394.
(14) Testi adottati, P7_TA(2013)0205.
(15) Testi adottati, P7_TA(2013)0119.
(16) ĠU L 136, 9.5.2014, p. 1.
(17) Rapport dwar l-Appoġġ għall-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju fil-Pajjiżi li qed Jiżviluppaw permezz ta' Intermedjarji Finanzjarji, Dalberg, Novembru 2011, www.eib.org.


Kura tas-saħħa aktar sikura fl-Ewropa
PDF 615kWORD 196k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar kura tas-saħħa aktar sikura fl-Ewropa: it-titjib tas-sikurezza tal-pazjent u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi (2014/2207(INI))
P8_TA(2015)0197A8-0142/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-pazjent, inkluż il-ħarsien minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-pazjent, inkluż il-prevenzjoni minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa(2) ,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura transkonfinali,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2011 bit-titolu "Pjan ta' Azzjoni kontra t-theddid li qed jiżdied ta' Reżistenza Antimikrobika" (COM(2011)0748),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 2012 dwar "L-impatt tar-reżistenza antimikrobika fis-settur tas-saħħa umana u fis-settur veterinarju – perspettiva ta' 'Saħħa Waħda'",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar "L-Isfida Mikrobika – Theddid li qed jiżdied mir-Reżistenza Antimikrobika"(3),

–  wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kummissjoni lill-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2012 u tad-19 ta' Ġunju 2014 fuq il-bażi tar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2009/C 151/01) dwar is-sikurezza tal-pazjent, inkluż il-prevenzjoni minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (COM(2012)0658 and COM(2014)0371),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-22 ta' Ottubru 2013 dwar ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill fuq il-bażi tar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2009/C 151/01) dwar is-sikurezza tal-pazjent, inklużi l-prevenzjoni u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa(4),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa,

–  wara li kkunsidra l-Ewrobarometru Speċjali 411, "Is-sikurezza tal-pazjent u l-kwalità tal-kura",

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' progress dwar il-Pjan ta' Azzjoni kontra t-theddid li qed jiżdied ta' Reżistenza Antimikrobika (SANTE/10251/2015);

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-10 ta' Settembru 2014 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prodotti mediċinali veterinarji (2014/0257(COD)),

–  wara li kkunsidra l-"Qafas kunċettwali għall-klassifikazzjoni internazzjonali għas-sikurezza tal-pazjent", stabbilit mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO),

–  wara li kkunsidra l-isforzi tal-Presidenza Latvjana biex tindirizza l-kwistjoni tar-reżistenza għall-antimikrobiċi, b'mod partikolari fir-rigward tat-tuberkulożi u t-tuberkulożi reżistenti għal ħafna mediċini (MDR-TB);

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-l ta' Diċembru 2014 dwar is-sikurezza tal-pazjent u l-kwalità tal-kura, inklużi l-prevenzjoni minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa u r-reżistenza għall-antimikrobiċi,

–  wara li kkunsidra l-ewwel rapport konġunt tal-ECDC/EFSA/EMA dwar l-analiżi integrata tal-konsum ta' aġenti antimikrobiċi u l-okkorrenza ta' reżistenza għall-antimikrobiċi f'batterji mill-bniedem u mill-annimali li jipproduċu l-ikel (Joint Interagency Antimicrobial Consumption and Resistance Analysis - JIACRA),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0142/2015),

A.  billi d-dimensjoni prinċipali tal-kwalità ġenerali tal-kura tas-saħħa hija s-sikurezza tal-pazjent, li l-elementi fundamentali tagħha huma kultura tal-kura tas-saħħa u l-ġestjoni tal-avvenimenti avversi;

B.  billi l-volum ta' data disponibbli dwar il-prevalenza u l-inċidenza ta' avvenimenti avversi fis-sistemi tal-kura tas-saħħa fl-Istati Membri bħalissa huwa limitat, iżda qiegħed dejjem jiżdied, u billi l-aħħar data disponibbli tmur lura għall-2008;

C.  billi huwa stmat li bejn 8 % u 12 % tal-pazjenti li jittieħdu l-isptar fl-UE jbatu minn avvenimenti avversi waqt li jkunu qegħdin jirċievu l-kura tas-saħħa, u billi kważi nofs dawn l-avvenimenti jistgħu jiġu evitati;

D.  billi l-aktar avvenimenti avversi komuni marbuta mal-kura tas-saħħa huma infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (HAIs – healthcare-associated infections), avvenimenti relatati mal-medikazzjoni u kumplikazzjonijiet li jseħħu matul jew wara operazzjoni kirurġika;

E.  billi s-sikurezza tal-pazjent u l-kwalità tal-kura tas-saħħa jeħtieġu kundizzjonijiet ta' xogħol deċenti u sikurezza fuq il-post tax-xogħol għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa, u billi, b'mod partikolari, l-iżgurar tas-sikurezza tal-pazjent, tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-HAIs u tal-prevenzjoni tal-firxa ta' batterji reżistenti għal ħafna mediċini huwa diffiċli ħafna f'ambjent tal-kura tas-saħħa b'popolazzjoni eċċessiva u b'nuqqas ta' persunal;

F.  billi l-kriżi ekonomika attwali żiedet aktar pressjoni fuq il-baġits tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri, u b'hekk kellha impatt fuq is-sikurezza tal-pazjent, peress li ħafna Stati Membri, minflok ma indirizzaw l-effiċjenza b'mod xieraq, naqqsu l-baġits u l-livelli ta' persunal fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom b'ammonti pjuttost qawwija;

G.  billi l-kriżi ekonomika kompliet taggrava l-inugwaljanzi eżistenti fir-rigward tal-aċċess għas-servizzi tas-saħħa;

H.  billi t-taħriġ kontinwu tat-tobba u ta' professjonisti oħra fil-qasam tal-kura tas-saħħa huwa kruċjali sabiex jiġu evitati avvenimenti avversi, inklużi avvenimenti avversi mill-mediċini (ADEs – adverse drug events), li huma stmati li jiswew lis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-UE madwar EUR 2,7 biljun fis-sena fi spejjeż tal-kura u jammontaw għal 1,1 % tal-każijiet kollha ta' persuni li jiddaħħlu l-isptar fl-Unjoni;

I.  billi s-saħħa elettronika (Saħħa-e) ffukata fuq il-pazjent u t-trattamenti mediċi għal kura fid-dar għandhom potenzjal għoli biex itejbu l-kwalità u l-effiċjenza ta' trattamenti mediċi filwaqt li jikkontribwixxu għal titjib fil-prestazzjoni tal-kura tas-saħħa;

J.  billi approċċ multidixxiplinarju jżid il-possibbiltajiet li t-trattamenti mediċi jiksbu riżultati pożittivi;

K.  billi l-pazjenti, il-familji u l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti għandhom rwol ewlieni biex jippromwovu kura iżjed sikura, u r-rwol tagħhom għandu jiġi promoss permezz tal-għoti ta' setgħa lill-pazjent u permezz tal-parteċipazzjoni fil-proċess u fil-politika tal-kura tas-saħħa fil-livelli kollha;

L.  billi t-trattamenti mediċi għal kura fid-dar jistgħu jgħinu lill-pazjenti psikoloġikament u jirriżultaw fi prestazzjoni aħjar fil-kura tas-saħħa;

M.  billi ġie nnutat li l-użu tal-antibijotiċi huwa aktar frekwenti fost il-persuni anqas infurmati u li l-għarfien sħiħ dwar l-antibijotiċi jista' jwassal liċ-ċittadini għal konsum aktar responsabbli tagħhom;

N.  billi bejn 30 u 50 % tal-pazjenti ma jeħdux il-mediċini preskritti mit-tobba jew jeħduhom mingħajr ma jsegwu r-riċetta tat-tabib;

O.  billi jeżistu kunflitti ta' interess relatati mal-industrija farmaċewtika fl-isptarijiet u fost it-tobba ġenerali kif ukoll il-veterinarji;

P.  billi l-HAIs huma problema ewlenija għas-saħħa pubblika fl-Istati Membri (skont figuri miġbura miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), pazjent minn kull 20 fl-isptar, fuq bażi medja, isofri minn HAI fl-UE, jiġifieri 4,1 miljun pazjent annwalment, u barra dan, kull sena 37 000 ruħ fl-UE jmutu bħala riżultat ta' HAI, għalkemm huwa meqjus li bejn 20 u 30 % ta' dawn l-infezzjonijiet jistgħu jiġu evitati bis-saħħa ta' programmi intensivi ta' iġjene u kontroll), u dan iqiegħed piż kbir fuq il-baġits limitati tas-servizz tas-saħħa;

Q.  billi l-esperjenzi u l-kontributi tal-pazjenti jvarjaw ta' spiss minn dawk tal-professjonisti tas-saħħa u jistgħu jkunu importanti ħafna biex jinstabu modi ġodda kif jitnaqqsu u jiġu evitati l-HAIs;

R.  billi l-HAIs ikkawżati minn batterji reżistenti għal ħafna mediċini qed jiżdiedu;

S.  billi r-reżistenza għall-antimikrobiċi fil-konfront tal-patoġeni batteriċi, li jwassal għal aktar prevalenza tal-HAIs u fallimenti fit-trattament ta' mard infettiv tal-bniedem u tal-annimali fil-livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali;

T.  billi huwa stmat li globalment 10 miljun persuna se jmutu kull sena minħabba r-reżistenza għall-antimikrobiċi sal-2050;

U.  billi l-perċentwal ta' reżistenza għall-antibijotiċi li jintużaw komunement biex jittrattaw batterji kawżattivi huwa ta' mill-anqas 25 % jew aktar f'diversi Stati Membri; billi hemm distakk dejjem jikber bejn ir-reżistenza għall-antimikrobiċi u l-iżvilupp ta' antibijotiċi ġodda u l-introduzzjoni tagħhom fil-prattika klinika, u dan hu marbut mal-isfidi xjentifiċi, regolatorji u ekonomiċi;

V.  billi l-aktar studji reċenti juru li, ħlief għal ftit eċċezzjonijiet, ir-reżistenza għall-antimikrobiċi fl-isptarijiet żdiedet globalment fl-UE fl-aħħar snin;

W.  billi l-UE tistma li kull sena tal-anqas 25 000 persuna jmutu minn infezzjonijiet ikkawżati minn batterji reżistenti, li jiswew lis-sistemi tas-saħħa pubblika madwar EUR 1,5 biljun, skont id-data miġbura fl-2011 mill-ECDC;

X.  billi l-ispejjeż ikkaġunati mill-infezzjonijiet reżistenti għall-mediċina jammontaw għal madwar EUR 1,5 biljun fis-sena minħabba żidiet fl-ispejjeż relatati mal-kura tas-saħħa u telf ta' produttività; billi l-pazjenti li jkunu ġew infettati bil-batterji reżistenti jkollhom jiġu iżolati meta trattati fl-isptar, u dan il-provvediment addizzjonali jiswa EUR 900 miljun u jwassal għal 2,5 miljun ġurnata tas-sodda addizzjonali kull sena;

Y.  billi waħda mill-kawżi ewlenin tal-firxa tar-reżistenza għall-antimikrobiċi fl-isptarijiet hija n-nuqqas ta' konformità mal-prattiki aċċettati b'mod ġenerali għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet;

Z.  billi l-effikaċja tal-mediċini primarji kontra l-patoġeni batteriċi qed issir dejjem iżjed limitata minħabba r-reżistenza u l-mediċini sekondarji u terzjarji mhux dejjem ikunu disponibbli u spiss ikunu iżjed tossiċi, ogħla u anqas effikaċi mill-mediċini primarji;

AA.  billi waħda mill-kawżi ewlenin tar-reżistenza għall-antimikrobiċi hija l-użu ħażin ta' antimikrobiċi, inklużi l-antibijotiċi, u b'mod partikolari l-użu sistematiku u eċċessiv tagħhom;

AB.  billi l-livell għoli ta' mobilità bejn is-sistemi tal-kura tas-saħħa Ewropej u n-natura dejjem aktar transkonfinali tal-kura tas-saħħa fl-Ewropa jistgħu jiffavorixxu l-firxa tal-mikroorganiżmi reżistenti minn Stat Membru għall-ieħor;

AC.  billi l-programmi ta' tilqim huma għodda effikaċi fl-isforzi biex tiġi miġġielda r-reżistenza għall-antibijotiċi, minħabba li għandhom rwol biex jillimitaw l-użu tal-antibijotiċi u għaldaqstant l-iżvilupp tar-reżistenza għall-antimikrobiċi;

AD.  billi r-riċerka u l-iżvilupp antibatteriċi jippreżentaw xi sfidi uniċi u dan ifisser li hija meħtieġa perspettiva fuq terminu twil biex il-kompetenza tiġi żviluppata u tiġi applikata fil-laboratorji, u billi huwa ta' dispjaċir li ħafna riċerkaturi b'din il-kompetenza mxew f'oqsma oħra minħabba nuqqas ta' finanzjament kemm privat kif ukoll pubbliku;

AE.  billi n-nuqqas ta' teħid tal-prekawzjonijiet bażiċi ta' iġjene personali, kemm fl-isptarijiet kif ukoll barra, jista' jwassal għall-firxa ta'patoġeniċi, b'mod partikolari dawk li huma reżistenti għall-antimikrobiċi;

AF.  billi qed ikunu dejjem aktar evidenza xjentifika li turi li iġjene tajba tal-idejn fl-ambjent tal-kura tas-saħħa teħtieġ l-użu ta' metodi għat-tnixxif tal-idejn li ma jiffaċilitawx il-kontaminazzjoni mikrobika kroċjata permezz ta' disseminazzjoni fl-ajru u aerosolizzazzjoni;

AG.  billi l-batterji reżistenti jistgħu jinstabu preżenti fuq l-apparati mediċi anke meta jkunu ġew sterilizzati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

AH.  billi l-użu tal-antimikrobiċi fil-mediċina tal-bniedem u dik veterinarja jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' resistome fl-ambjent li jista' jservi bħala sors ta' żvilupp ta' reżistenza kemm fil-bnedmin kif ukoll fl-annimali; billi l-istess klassijiet ta' antibijotiċi jintużaw fil-mediċina kemm tal-annimali kif ukoll tal-bniedem u tfaċċaw mekkaniżmi ta' reżistenza simili fiż-żewġ setturi;

AI.  billi biedja ta' densità għolja tista' timplika li l-antibijotiċi qegħdin jingħataw b'mod mhux adatt u permezz ta' rutina bħala għalf lill-bhejjem, it-tjur u l-ħut fl-irziezet biex jikbru malajr u qegħdin jintużaw b'mod mifrux għal skopijiet ta' profilassi, biex jipprevjenu l-firxa ta' mard minħabba kundizzjonijiet ta' ffullar, konfinament u stress li fihom jinżammu l-annimali u li jinibixxu s-sistema immunitarja tagħhom, u biex jikkumpensaw għall-kundizzjonijiet mhux sanitarji fejn aed jitrabbew;

AJ.  billi l-kunċett ta' Saħħa Waħda, approvat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), jirrikonoxxi li s-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u l-ekosistemi huma marbutin flimkien; billi, b'mod partikolari, l-annimali u l-ikel li ġej mill-annimali jistgħu jservu ta' sors ewlieni dirett ta' patoġeni żoonotiċi reżistenti; billi, għaldaqstant, l-użu tal-antibijotiċi fl-annimali, b'mod partikolari dawk intiżi għall-konsum u miżmuma fi rziezet ta' densità għolja, jista' jaffettwa r-reżistenza għall-antibijotiċi fil-bnedmin;

AK.  billi, fid-dawl tal-kunċett Saħħa Waħda, approċċ fejn kemm il-professjonisti mediċi tal-bnedmin kif ukoll dawk veterinarji jieħdu inizjattivi biex jipprevjenu infezzjonijiet reżistenti u jnaqqsu l-użu tal-antibijotiċi jista' jevita l-HAIs, kemm fl-isptarijiet kif ukoll barra;

AL.  billi, skont id-WHO, l-użu tal-antimikrobiċi għall-bhejjem hu bil-wisq ogħla minn dak għall-bnedmin f'numru ta' pajjiżi tal-Istati Membri tal-UE(5);

AM.  billi, skont assoċjazzjonijiet Ewropej tal-konsumatur, aktar minn 70 % tal-prodotti tal-laħam ittestjati f'sitt Stati Membri tal-UE nstab li kienu kkontaminati minn batterji reżistenti għall-antibijotiċi, filwaqt li fi tmien pajjiżi oħra tali batterji kienu preżenti f'50 % tal-kampjuni kollha(6);

AN.  billi ġew osservati livelli għoljin ta' reżistenza tal-Campylobacter għall-fluworokinoloni u li ħafna mill-infezzjonijiet tal-Campylobacter fil-bniedem jiġu mill-ipproċessar, il-preparazzjoni u l-konsum ta' laħam tat-tiġieġ; bili tali livelli għoljin ta' reżistenza jnaqqsu l-għażliet ta' trattament effikaċi għall-infezzjonijiet tal-Campylobacter fil-bniedem;

AO.  billi fl-UE l-użu subterapewtiku tal-antibijotiċi, li jinvolvi l-għoti ta' dożi baxxi ta' antibijotiċi lill-bhejjem biex jistimolaw it-tkabbir tagħhom, huwa projbit sa mill-2006;

AP.  billi l-maġġoranza l-kbira tal-għalf immedikat għall-annimali tar-razzett fiha l-antimikrobiċi;

AQ.  billi l-użu tal-antimikrobiċi fl-annimali domestiċi huwa fattur ta' riskju addizzjonali għall-iżvilupp u t-trażmissjoni tar-reżistenza għall-antimikrobiċi fil-bniedem u billi x-xejriet li juru żieda fir-reżistenza għall-antibijotiċi misjuba fil-kliniċi veterinarji għall-annimali domestiċi jsegwu xejriet simili għal dawk misjuba fl-isptarijiet;

AR.  billi r-riskju ta' trażmissjoni tar-reżistenza għall-antimikrobiċi mill-annimali domestiċi għall-bnedmin ma jistax ikun kompletament kwantifikat u billi din il-kwistjoni teħtieġ aktar investigazzjoni;

AS.  billi huwa rikonoxxut li l-leġiżlazzjoni attwali dwar il-mediċini veterinarji ma tipprovdix għodod biżżejjed biex tiżgura li r-riskji għas-saħħa tal-bniedem li jirriżultaw mill-użu tal-antimikrobiċi fl-annimali jkunu ġestiti b'mod adegwat;

AT.  billi l-kwistjoni tal-użu mhux skont it-tikketta tal-antibijotiċi hija ta' tħassib għall-mediċina tal-annimali kif ukoll għall-mediċina tal-bniedem;

AU.  billi l-kumpaniji farmaċewtiċi għandhom it-tendenza li jżidu antibijotiċi ġodda fi ħdan klassijiet eżistenti ta' antibijotiċi minflok jiskopru u jiżviluppaw aġenti antibatteriċi verament ġodda, u b'riżultat ta' dan, ir-reżistenza għal dawn l-aġenti l-ġodda se titfaċċa aktar malajr milli għal mediċini b'mekkaniżmu verament ġdid ta' azzjoni;

AV.  billi jeħtieġ li l-laboratorji farmaċewtiċi jiġu mħeġġa jiżviluppaw anitbijotiċi ġodda billi jirriflettu dwar il-ħolqien ta' inċentivi u ta' mudelli ekonomiċi alternattivi biex tiġi ppremjata l-innovazzjoni;

AW.  billi huwa ta' importanza kruċjali li l-kumpaniji farmaċewtiċi jiġu mħeġġa jinvestu u jkomplu jinvestu fl-iżvilupp ta' aġenti antimikrobiċi ġodda, b'mod partikolari dawk attivi kontra mard li fil-każ tiegħu r-reżistenza għall-antimikrobiċi hija ta' tħassib serju, speċjalment:

   mard ikkawżat minn batterji reżistenti għal ħafna mediċini Gram-negattivi prevalenti (bħalma huma l-K. pneumoniae u l-Acinetobacter jew l-E. coli), jew minn batterji reżistenti għal ħafna mediċini oħrajn bħall-iStaphylococcus aureus jew it-tuberkulożi;
   mard ieħor ikkawżat minn vajrusijiet (bħall-HIV), jew parassiti (bħall-malarja);

kif ukoll jiżviluppaw metodi oħra biex l-HAIs jiġu miġġielda mingħajr l-użu tal-antibijotiċi;

AX.  billi dan jista' jinkiseb billi jiġu indirizzati ftit mill-isfidi ewlenin xjentifiċi, regolatorji u ekonomiċi li xekklu l-iżvilupp tal-antimikrobiċi, u b'mod partikolari billi jinħolqu inċentivi għall-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp u billi tali investiment jiġi ffokat fuq l-akbar ħtiġijiet tas-saħħa pubblika, filwaqt li tiġi preservata s-sostenibbiltà tas-sistemi nazzjonali tas-saħħa;

AY.  billi l-paragrafu 2 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/18/KE jistabbilixxi skadenza għall-użu tal-ġeni li joffru reżistenza għall-antibijotiċi għall-pjanti transġeniċi;

AZ.  billi l-ispeċjalisti tal-prodotti qatt ma għandhom iwettqu trattamenti terapewtiċi imma għandhom jappoġġjaw biss lill-persunal mediku meta u jekk meħtieġ minn dan tal-aħħar, pereżempju għat-twettiq ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ jew żmontar ta' strumenti speċifiċi;

BA.  billi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/24/UE dwar il-mobilità tal-pazjenti qegħdin jiġu implimentati fl-UE kollha, u għalhekk isir aktar pertinenti li l-pazjenti Ewropej għandhom ikunu infurmati dwar is-sikurezza tal-pazjent fid-diversi Stati Membri;

BB.  billi huwa essenzjali li jiġu żgurati d-drittijiet tal-pazjenti u l-fiduċja tal-pubbliku fis-servizzi tas-saħħa, billi jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ sistemi li jipprovdu kumpens finanzjarju ġust fil-każ ta' negliġenza li tirriżulta minn trattamenti mediċi żbaljati;

BC.  billi l-internet huwa l-akbar suq farmaċewtiku mhux regolat fid-dinja; billi 62 % tal-farmaċewtiċi mixtrija online huma foloz jew mhux konformi mal-istandards; billi proporzjon kbir ħafna tal-operaturi li joperaw online jagħmlu hekk b'mod illegali u d-dħul globali annwali mill-bejgħ illegali online ta' mediċini bi preskrizzjoni huwa stmat għal madwar USD 200 biljun;

BD.  billi l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-azzjoni tal-Unjoni trid tikkomplementa l-politiki nazzjonali u trid tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, lejn il-prevenzjoni tal-mard fiżiku u mentali u l-evitar ta' sorsi ta' periklu għas-saħħa fiżika u mentali;

Implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-pazjent

Feedback dwar it-tieni rapport ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni

1.  Ifakkar li l-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-UE ġiet stabbilita biex tipproteġi s-sikurezza tal-pazjent; ifakkar fir-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill fuq il-bażi ta' rapporti tal-Istati Membri fuq l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2009/C 151/01) dwar is-sikurezza tal-pazjent, inklużi l-prevenzjoni u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa;

2.  Jilqa' t-titjib fis-sistema ta' sorveljanza tal-HAIs fl-UE u l-miżuri reċenti l-oħrajn implimentati minn ċerti Stati Membri biex titjieb is-sikurezza ġenerali tal-pazjent u titnaqqas l-inċidenza tal-HAIs, u b'mod partikolari l-progress li sar mill-Istati Membri fl-iżvilupp ta' strateġiji u programmi dwar is-sikurezza tal-pazjent, inkluża s-sikurezza tal-pazjent fil-leġiżlazzjoni tas-saħħa, u fl-iżvilupp ta' sistemi ta' rappurtar u tagħlim;

3.  Jinnota, madankollu, li t-tieni rapport ta' implimentazzjoni għadu juri progress mhux uniformi fost l-Istati Membri fir-rigward tas-sikurezza tal-pazjent, u jiddispjaċih għall-fatt li xi Stati Membri naqqsu b'mod ovvju r-ritmu tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill fost l-oħrajn, possibbilment bħala konsegwenza tal-limitazzjonijiet finanzjarji li rriżultaw mill-kriżi ekonomika;

4.  Jiddispjaċih li l-miżuri ta' awsterità wasslu għal tnaqqis fil-livell tal-persunal tat-tindif fl-isptarijiet u f'ambjenti oħra tal-kura tas-saħħa madwar l-Ewropa, meta jitqies ir-rwol kritiku li għandu l-persunal tat-tindif biex jiżgura livelli għoljin ta' iġjene;

5.  Jistieden lill-Istati Membri biex, f'dan il-perjodu ta' kriżi ekonomika, jiżguraw li s-sistemi tal-kura tas-saħħa ma jiġux affettwati minn miżuri ta' awsterità u jibqgħu finanzjati b'mod adegwat u, b'mod partikolari, jevitaw l-aktar miżuri ta' ħsara, bħal tfaddil fuq terminu qasir, li jwassal għal spejjeż għoljin fuq terminu medju sa twil, u minflok jikkonċentraw fuq żvilupp ulterjuri ta' sistemi tal-kura tas-saħħa ta' kwalità u effiċjenza għoljin; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw numru biżżejjed ta' professjonisti tal-kura tas-saħħa mħarrġa jew speċjalizzati fil-prevenzjoni u l-kontroll tal-infenzjonijiet, kif ukoll fl-iġjene tal-isptar, bil-ħsieb li jkun hemm approċċ aktar iffukat fuq il-pazjent;

6.  Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu miri kwantitattivi speċifiċi u ambizzjużi għat-tnaqqis tal-użu tal-antibijotiċi;

7.  Jilqa' x-xogħol tal-Grupp ta' Ħidma tal-UE dwar is-Sikurezza tal-Pazjent u l-Kwalità tal-Kura, li jġib flimkien rappreżentanti mit-28 Stat Membru tal-UE, il-pajjiżi tal-EFTA, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-korpi tal-UE, u jassisti fl-iżvilupp tal-aġenda tal-UE għas-sikurezza tal-pazjent u l-kwalità;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza tal-pazjent fl-Istati Membri, u fejn meħtieġ tiżviluppa linji gwida ġodda;

Gwidi għal titjib

9.  Jilqa' x-xogħol kofinanzjat mill-UE u mwettaq mill-OECD dwar l-indikaturi komparabbli biex tiġi vvalutata s-sikurezza tal-pazjent; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw tali indikaturi bil-ħsieb li jivvalutaw is-sikurezza tal-pazjent;

10.  Jinnota l-importanza li s-sikurezza tal-pazjent tiġi inkluża fl-edukazzjoni, fit-taħriġ fuq il-post tax-xogħol u fit-taħriġ kontinwu tal-ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa u tal-professjonisti tas-saħħa fl-Istati Membri kollha;

11.  Jenfasizza l-benefiċċji potenzjali tas-saħħa elettronika fit-tnaqqis ta' avvenimenti avversi billi jiġu traċċati flussi ta' informazzjoni u billi jittejjeb l-għarfien tal-proċessi mediċi, kif ukoll permezz ta' preskrizzjonijiet diġitali u twissijiet dwar l-interazzjoni mediċinali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jesploraw ulterjorment il-possibbiltajiet offruti mis-saħħa elettronika fil-qasam tas-sikurezza tal-pazjent, inkluża l-introduzzjoni tar-rekords elettroniċi tal-pazjent, u jintensifikaw il-livell ta' kooperazzjoni billi jaqsmu l-esperjenzi, l-għarfien u l-prattiki tajba tagħhom f'dan is-settur;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw il-potenzjal tas-saħħa mobbli ("mHealth") rigward l-effiċjenza tal-kura, l-inċidenza tal-kura fl-isptar u t-tnaqqis fl-ispiża għall-kura tas-saħħa per capita fis-sena;

13.  Jinnota li l-użu tal-antibijotiċi u l-prevalenza tar-reżistenza għall-antimikrobiċi jvarjaw ħafna bejn l-Istati Membri u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri japplikaw l-aħjar prattiki;

14.  Jenfasizza l-ħtieġa urġenti għall-promozzjoni tar-riċerka veterinarja u l-innovazzjoni fil-livell tal-UE u nazzjonali;

15.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw jew jiżviluppaw il-miżuri li ġejjin:

   (a) ikomplu bl-isforzi tagħhom biex itejbu s-sikurezza tal-pazjent billi jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill;
   (b) jiġbru d-data b'mod regolari, skont stħarriġ standardizzat, dwar il-prevalenza u l-inċidenza ta' avvenimenti avversi fit-territorju tagħhom stess u jtejbu s-sistemi ta' twissija bikrija kif ukoll jikkoordinaw b'mod effikaċi l-iskambju ta' din id-data;
   (c) jiżguraw li fil-kura tas-saħħa s-sistemi tas-saħħa u l-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa jkunu mmaniġġjati indipendentement minn għażliet politiċi, u li l-maniġers jinħatru fuq il-bażi tal-mertu u mhux tal-affiljazzjoni politika;
   (d) jiżguraw it-titjib kontinwu u l-evalwazzjoni kontinwa tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa bil-ħsieb li tittejjeb is-sikurezza tal-pazjent;
   (e) jiżguraw taħriġ bażiku għall-persunal kollu fil-qasam tal-kura tas-saħħa, anke dawk li mhumiex f'kuntatt dirett mal-pazjenti, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet qabel ma jibdew jaħdmu fi sptar jew faċilità oħra tal-kura tas-saħħa, u b'mod regolari wara;
   (f) jiżguraw it-taħriġ xieraq u aġġornat tat-tobba u professjonisti oħra tal-kura tas-saħħa, kif ukoll l-iskambju tal-aħjar prattiki, biex iżommu l-pass mal-aħħar teknoloġija fis-seħħ u mal-aħjar prattiki tal-iġjene fl-isptarijiet, u jistabbilixxu sistemi ta' monitoraġġ biex jivverifikaw li l-kompetenzi tagħhom huma aġġornati, speċjalment rigward l-implimentazzjoni tal-Lista ta' Kontroll tas-Sikurezza Kirurġika tad-WHO; dan inaqqas il-prevalenza tal-iżbalji mediċi (inkluż l-HAIs) ikkawżati minn għarfien parzjali u min-nuqqas ta' aġġornament fir-rigward ta' teknoloġiji ġodda;
   (g) jiżguraw l-adozzjoni ta' approċċ multidixxiplinarju fit-trattamenti mediċi;
   (h) jiżguraw koerenza u kontinwità aħjar fil-progress tal-pazjenti permezz tas-sistema, billi jiffukaw fuq it-tranżizzjoni bejn is-setturi u t-trażmissjoni tal-informazzjoni, pereżempju, bejn l-isptar u s-settur tal-kura primarja;
   (i) itaffu l-piż fuq il-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa billi jippromwovu kura u trattamenti mediċi fid-dar;
   (j) jiżguraw li l-professjonisti mediċi jinfurmaw lill-pazjenti meta mediċina tintuża mhux skont it-tikketta u jipprovdu lill-pazjenti informazzjoni dwar ir-riskji potenzjali sabiex ikunu kapaċi jagħtu kunsens infurmat;
   (k) jaqsmu bejniethom informazzjoni dwar l-aħjar approċċ immirat lejn it-tnaqqis tar-reżistenza għall-antibijotiċi biex jimplimentaw l-aktar approċċ effikaċi fl-Ewropa;
   (l) jiżguraw aċċess ugwali għas-servizzi tas-saħħa u għat-trattament mediku għall-pazjenti biex jiġġieldu l-inugwaljanzi eżistenti fis-saħħa;
   (m) jippromwovu kampanji informattivi għall-pazjenti rigward ir-riskji ta' avvenimenti avversi fil-kura tas-saħħa u dwar il-miżuri possibbli ta' prevenzjoni li jibdew minn miżuri bażiċi ta' iġjene, u jwettqu kampanji ta' sensibilizzazzjoni u korsijiet ta' edukazzjoni tas-saħħa fl-iskejjel dwar l-użu razzjonali mhux biss tal-antibijotiċi iżda tal-farmaċewtiċi kollha u r-riskji marbuta maż-żieda tar-reżistenza għall-antibijotiċi; dawn il-kampanji għandhom ikunu indirizzati lejn il-ġenituri u lejn il-persuni li jieħdu ħsieb it-tfal iż-żgħar u l-anzjani, u għandhom ikunu segwiti minn valutazzjoni tar-riżultati tagħhom;
   (n) jenfasizzaw l-importanza tal-prevenzjoni tal-HAIs fl-ambjent tal-kura tas-saħħa permezz tat-trażżin tal-firxa bl-użu tal-iskrining tal-pazjent u tal-kuntatt kif ukoll miżuri ta' kontroll tal-infezzjonijiet, u jkomplu jippromwovu prattiki ta' iġjene tajba (bħall-ħasil tal-idejn);
   (o) iżidu l-prekawzjonijiet iġjeniċi u jużaw aktar speċjalisti tal-iġjene biex jimmonitorjaw l-aspetti kollha tas-saħħa u l-iġjene relatati mal-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, il-pazjenti u r-relazzjonijiet bejn il-pazjenti u l-persuni esterni li jżuruhom;
   (p) b'mod attiv u formali jinvolvu l-organizzazzjonijiet u r-rappreżentanti tal-pazjenti fl-istadji u l-livelli kollha tal-iżvilupp tal-politiki u tal-programmi;
   (q) jiżviluppaw gwida tal-UE għall-involviment tal-pazjenti fl-istrateġiji u l-azzjonijiet tas-sikurezza tal-pazjent f'kollaborazzjoni mal-partijiet interessati, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti;
   (r) jipprovdulhom appoġġ xieraq biex iwettqu attivitajiet b'rabta mas-sikurezza tal-pazjent;

16.  Jistieden lill-Istati Membri jinvestigaw prattika ħażina possibbli involuta fit-tiġdid u l-użu mill-ġdid tal-apparat mediku oriġinarjament iddisinjat u ttikkettat għal użu uniku;

17.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jtejbu l-programmi ta' sensibilizzazzjoni għall-professjonisti mediċi, ħaddiema oħra fil-qasam tal-kura tas-saħħa, prattikanti veterinarji u l-pubbliku ġenerali b'enfasi fuq l-użu tal-antibijotiċi u l-prevenzjoni tal-infezzjonijiet;

18.  Jistieden lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) tiżviluppa linji gwida dwar l-użu mhux skont it-tikketta jew mhux liċenzjat ta' mediċini bbażat fuq il-bżonn mediku, kif ukoll biex tikkompila lista ta' mediċini użati mhux skont it-tikketta minkejja l-alternattivi liċenzjati;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-ECDC jiżviluppaw linji gwida għall-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa, għall-pazjenti u għall-familji tagħhom dwar il-ħasil u t-tnixxif effikaċi tal-idejn u jinkoraġġixxu l-użu ta' metodi għat-tnixxif tal-idejn li ma jiffaċilitawx il-kontaminazzjoni mikrobika kroċjata permezz ta' disseminazzjoni fl-ajru u aerosolizzazzjoni;

20.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' titjib kbir fil-komunikazzjoni u fl-edukazzjoni u t-taħriġ immirat kemm għall-veterinarji u għall-bdiewa;

21.  Iħeġġeġ għal darba oħra lill-Kummissjoni biex tippreżenta kemm jista' jkun malajr proposta leġiżlattiva għaż-żieda obbligatorja ta' tabella li tagħti informazzjoni dwar il-prodotti mediċinali mal-fuljett tal-pakkett; l-informazzjoni provduta fit-tabella li tagħti informazzjoni dwar il-prodotti mediċinali għandha tiġi ppreżentata f'forma li tista' tinqara b'mod ċar, prominenti u li tingħaraf b'mod ċar mill-bqija tat-test; din it-tabella li tagħti informazzjoni dwar il-prodotti mediċinali għandu jkollha deskrizzjoni qasira dwar il-fatti neċessarji tal-mediċina sabiex tippermetti lill-pazjent jifhem l-utilità u r-riskji possibbli tal-prodott mediċinali u sabiex il-prodott mediċinali jiġi applikat b'mod sikur u kif suppost; dan jinkludi, inter alia, parir dwar kif l-antibijotiċi jintużaw b'mod korrett u xieraq;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-introduzzjoni tal-logo Ewropew ipprovdut mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 699/2014 biex jidentifikaw b'mod ċar l-ispizeriji onlajn li jbigħu mediċini lill-pubbliku mill-bogħod filwaqt li jissalvagwardaw lill-konsumaturi kontra mediċini foloz, ta' spiss perikolużi għas-saħħa;

23.  Jirrimarka li, fuq il-bażi tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa, l-Istati Membri jeħtiġilhom jipprovdu lill-Kummissjoni aġġornamenti dwar il-pjanijiet ta' tħejjija u tal-ippjanar tar-rispons fil-livell nazzjonali, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jissottomettu l-informazzjoni rilevanti skont l-iskeda taż-żmien stabbilita minn dik id-deċiżjoni;

Rappurtar u kwistjonijiet ta' obbligu ta' rendikont/responsabbiltà

24.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinkoraġġixxu l-input regolari tal-informazzjoni mill-professjonisti tas-saħħa li jagħtu pariri lill-pazjenti dwar kif jimminimizzaw ir-riskji għas-sikurezza tagħhom permezz ta' kuntatt mas-sistema tal-kura tas-saħħa;

25.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jistabbilixxu korpi indipendenti li jikkomunikaw mal-professjonisti sabiex jiżguraw is-sensibilizzazzjoni u d-disseminazzjoni tat-twissijiet rigward theddid għas-sikurezza tal-pazjent;

26.  Jistieden lill-Istati Membri biex itejbu s-sistemi tagħhom ta' rappurtar għall-avvenimenti avversi u l-iżbalji mediċi billi jiżviluppaw miżuri li jinkoraġġixxu rappurtar preċiż, anonimu u li ma jkunx ta' natura punittiva mill-professjonisti tas-saħħa u l-pazjenti, u biex iqisu l-istabbiliment ta' sistema elettronika li tkun tista' tiffaċilita u ttejjeb ir-rappurtar mill-pazjenti;

27.  Jistieden lill-Istati Membri jadottaw miżuri li jtejbu l-kwalità, u mhux biss il-kwantità, tar-rappurtar dwar avvenimenti avversi, sabiex ir-rappurtar ikun fih informazzjoni robusta li verament ittejjeb is-sikurezza tal-pazjent, u jistabbilixxu sistema li minnha d-data tkun tista' tiġi rkuprata b'mod faċli u li tipprovdi evalwazzjoni komprensiva u sistematika;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa stħarriġ standardizzat biex tiġbor id-data dwar l-HAIs;

29.  Jistieden lill-Istati Membri jkunu aktar rigorużi fil-verifika u l-infurzar tal-projbizzjoni fuq persunal estern mhux mediku li jwettaq trattament mediku;

30.  Jistieden lill-Istati Membri jinfurmaw lill-pazjenti dwar ir-riskji u l-miżuri preventivi relatati mal-avvenimenti avversi fil-kura tas-saħħa, u dwar il-proċeduri tal-ilmenti u l-għażliet legali disponibbli jekk iseħħ avveniment avvers permezz, pereżempju, ta' rappreżentant tad-drittijiet tal-pazjent;

31.  Jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji biex jevitaw kwalunkwe kunflitt ta' interessi li jolqot it-tobba u l-veterinarji fir-rigward tal-preskrizzjoni u l-bejgħ tal-mediċini;

32.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-informazzjoni sħiħa dwar il-mekkaniżmi eżistenti għall-ilmenti u r-rimedju tkun disponibbli faċilment għal pazjenti li jkunu sofrew minn HAI jew żball mediku;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar prattiki nazzjonali ta' rimedju kollettiv f'każijiet relatati mal-HAIs;

34.  Jirrikonoxxi l-valur tal-inizjattivi taċ-ċittadini, bħall-Karta Ewropea tad-Drittijiet tal-Pazjent ibbażata fuq il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-Jum Ewropew għad-Drittijiet tal-Pazjent, li jiġi organizzat kull sena fit-18 ta' April mill-2007; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw il-Jum Ewropew għad-Drittijiet tal-Pazjent fil-livell lokali, nazzjonali u tal-UE;

Il-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi

Sitwazzjoni attwali u soluzzjonijiet promettenti

35.  Jilqa' l-ħidma tal-Kummissjoni dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi u l-prevenzjoni u l-kontroll tal-HAIs, kif ukoll l-isforzi għall-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-ECDC, b'mod partikolari fil-qafas tan-Netwerk ta' Sorveljanza Ewropea tal-Konsum tal-Antimikrobiċi (ESAC-Net) u n-Netwerk ta' Sorveljanza tal-Infezzjonijiet Assoċjati mal-Kura tas-Saħħa (HAI-Net);

36.  Jilqa' l-ħidma konġunta ta' koordinazzjoni u sorveljanza tal-ECDC, l-EMA u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi;

37.  Jinnota bi tħassib li bejn l-2010 u l-2013 il-persentaġġi tal-K. pneumoniae reżistenti għall-florokwinoloni, ċefalosporini tat-tielet ġenerazzjoni u aminoglikosidi, kif ukoll reżistenza kombinata għat-tliet gruppi ta' antibijotiċi u reżistenza għall-karbapenemi, grupp ta' antibijotiċi tal-aħħar linja, żdiedu b'mod sinifikanti f'ħafna Stati Membri u fil-livell tal-UE; jinnota wkoll li matul l-istess perjodu, ir-reżistenza għal ċefalosporini tat-tielet ġenerazzjoni żdiedet ukoll b'mod sinifikanti f'ħafna Stati Membri u fil-livell tal-UE għall-E. coli; jinnota li f'ċerti reġjuni tal-Ewropa, l-MDR-TB hija responsabbli minn 20 % tal-każijiet kollha ta' tuberkulożi, filwaqt li r-riżultati tat-trattamenti tal-MDR-TB huma baxxi b'mod allarmanti;

38.  Jinnota bi tħassib li f'pajjiżi b'livelli għolja ta' reżistenza għal ħafna mediċini, inkluż reżistenza għall-karbapenemi, ma jeżistux għajr ftit għażliet terapewtiċi, fosthom il-polimiksini; jenfasizza li, f'dawn il-pajjiżi, il-preżenza tar-reżistenza batterika għall-polimiksini hija twissija importanti li l-għażliet għat-trattament tal-pazjenti infettati qed isiru anke iżjed limitati;

39.  Jinnota li l-infezzjonijiet ikkawżati minn batterji reżistenti għall-antimikrobiċi x'aktarx jirriżultaw f'permanenza fit-tul fl-isptar kif ukoll fl-użu ta' trattamenti terapewtiċi alternattivi u ogħla li jqiegħdu iżjed piż fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri;

40.  Jiddispjaċih li dawn l-aħħar 25 sena kienu xhieda kemm ta' nuqqas ta' sensibilizzazzjoni dwar l-importanza tal-użu razzjonali tal-aġenti antimikrobiċi, u b'mod partikolari l-antibijotiċi, kif ukoll staġnar fl-iżvilupp tal-mediċini fil-qasam tal-mediċini antimikrobiċi, sitwazzjoni li rriżultat b'mod partikolari minħabba l-ħolqien ta' ostakli xjentifiċi, ekonomiċi u regolamentari;

41.  Jinnota li kemm l-Orizzont 2020 kif ukoll it-Tielet Programm tas-Saħħa Pubblika tal-UE għamlu enfasi fuq l-HAIs u r-reżistenza għall-antimikrobiċi;

42.  Jinnota li xi antibijotiċi eżistenti u effikaċi mhumiex disponibbli f'diversi Stati Membri u li dan iwassal għal għażla mhux xierqa ta' terapija b'mediċini, u għalhekk jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jeżaminaw kif l-antibijotiċi effikaċi għandhom jinżammu fis-suq;

43.  Jirrimarka li r-reżistenza għall-antibijotiċi spiss iddewwem it-trattament bl-antibijotiċi t-tajbin u meta jingħataw l-antibijotiċi l-ħżiena jew it-trattament jibda tard wisq, il-pazjenti b'mard infettiv serju jsofru kumplikazzjonijiet gravi li f'xi każijiet jistgħu jkunu fatali;

44.  Jinnota bi tħassib serju l-għadd kbir ta' annimali infettati b'batterji li huma reżistenti għall-antibijotiċi, u r-riskju tat-trasferiment ta' dawn il-batterji minn laħam infettat għall-konsumaturi;

45.  Jinnota bi tħassib kbir ir-rabta bejn l-użu veterinarju tal-antimikrobiċi u l-iżvilupp ta' reżistenza għall-antimikrobiċi fil-bdiewa, u r-riskju li din ir-reżistenza tinfirex mit-trattament fl-isptar;

46.  Jilqa' l-inizjattivi u l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri, il-professjonisti tas-saħħa tal-annimali u s-sidien tal-annimali mmirati lejn l-użu responsabbli tal-antimikrobiċi fl-annimali u lejn it-tnaqqis tal-użu antimikrobiku fit-trobbija tal-annimali;

47.  Iqis li r-riċerka għal mediċini antimikrobiċi ġodda hija ta' importanza kbira u jistieden lill-Kummissjoni tuża l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS) biex tistimula r-riċerka billi pereżempju tappoġġja strutturi eżistenti bħall-Inizjattivi dwar Mediċini Innovattivi (IMI);

48.  Jitlob li tingħata aktar attenzjoni lill-iżvilupp ta' aġenti antimikrobiċi ġodda b'miri ġodda u li jitħeġġeġ l-użu ta' antibijotiċi batterjostatiċi li ma joqtlux il-patoġeni, iżda sempliċement jillimitaw il-proliferazzjoni tagħhom, u b'hekk titnaqqas il-probabbiltà li jsiru reżistenti;

49.  Jilqa' u jinkoraġġixxi aktar riċerka għal mediċini antimikrobiċi ġenwinament ġodda, b'mod partikolari antibijotiċi b'attività kontra batterji reżistenti għal ħafna mediċini Gram-negattivi prevalenti u kontra mard li hu partikolarment suxxettibbli għar-reżistenza għall-antimikrobiċi bħalma huma l-K. pneumoniae, l-Acinetobacter, l-E. coli, l-HIV, l-iStaphylococcus aureus, it-tuberkulożi u l-malarja; jinsisti, madankollu, li hu tal-ogħla importanza li l-ewwel nett jiġi żgurat l-użu responsabbli u sensibbli tal-antimikrobiċi; jilqa' u jinkoraġġixxi iżjed riċerka għal metodi alternattivi maħsuba biex jiġġieldu l-HAIs mingħajr ma jużaw antibijotiċi u biex jiġġieldu l-MDR-TB;

50.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaċċeleraw l-attivitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp biex jipprovdu għodod ġodda fil-ġlieda kontra l-infezzjonijiet batteriċi li huma dejjem iżjed prevalenti fl-Ewropa;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-inċentivi għall-kooperazzjoni tas-settur pubbliku u privat biex jissaħħu mill-ġdid ir-R&Ż fl-iżvilupp tal-antibijotiċi;

52.  Jistieden lill-Istati Membri jintensifikaw il-livell ta' kooperazzjoni fil-qasam tas-sikurezza tal-pazjent u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi, sabiex jillimitaw u jnaqqsu l-firxa tal-mikroorganiżmi reżistenti minn Stat Membru għall-ieħor;

53.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw skemi ta' "rotot adattivi" u għodod regolatorji oħrajn għal aċċess iżjed bikri tal-pazjent għal antibatteriċi innovattivi li jittrattaw l-infezzjonijiet reżistenti;

54.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu mill-programm "rotta adattiva" tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini u jużaw l-għodod regolatorji kollha għad-dispożizzjoni tagħhom biex il-pazjenti jkollhom aċċess aktar rapidu għat-trattamenti antibatterjali innovattivi;

55.  Jenfasizza l-bżonn li l-pazjenti jkunu fiċ-ċentru ta' kwalunkwe politika dwar is-saħħa u jinkoraġġixxi l-litteriżmu fis-saħħa u l-involviment tal-pazjenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar it-trattament;

56.  Jikkunsidra li huwa ta' importanza kbira li l-Kummissjoni tiżgura l-kontinwazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar ir-Reżistenza Antimikrobika wara l-2016, li jenfasizza kif jistgħu jingħelbu l-isfidi xjentifiċi, regolatorji u ekonomiċi assoċjati mar-reżistenza għall-antimikrobiċi, filwaqt li jinkludi l-prevenzjoni minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa;

Rakkomandazzjonijiet dwar l-użu tal-antibijotiċi fil-mediċina tal-bniedem

57.  Ifakkar li l-awtomedikazzjoni bl-antibijotiċi għandha tkun ipprojbita b'mod strett u jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi infurzata l-politika ta' "bil-preskrizzjoni biss" għall-antibatteriċi mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri;

58.  Jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-azzjonijiet adatti biex jiżguraw l-użu responsabbli u sensibbli tal-mediċina tal-bniedem fl-aġenti antimikrobiċi kollha u b'mod partikolari tal-antibijotiċi kkunsidrati bħala trattament tal-aħħar linja tal-infezzjonijiet batterjali fl-isptarijiet, filwaqt li jżommu f'moħħhom li l-użu mhux xieraq tal-antibijotiċi għal skopijiet preventivi (inkluż fl-isptarijiet) huwa wieħed mill-fatturi ewlenin li jikkontribwixxu għall-ħolqien tar-reżistenza għall-antibijotiċi;

59.  Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-aċċess għal mediċini ta' kwalità għolja kif ukoll aderenza għal ċrieki ta' trattament sħiħ għall-pazjenti kollha, b'appoġġ speċifiku għal dawk l-iżjed vulnerabbli, bħala mod kif jiġi prevenut l-iżvilupp tar-reżistenza;

60.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jwettqu wkoll riċerka dwar l-antibijotiċi "minsija" biex iwessgħu d-diversità tal-farmaċewtiċi minn fejn tista' ssir l-għażla;

61.  Jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha fil-ħidma tad-WHO biex tiżviluppa mudell ekonomiku ġdid ħalli tieħu inkunsiderazzjoni t-tħassib u l-ħtiġijiet tas-saħħa pubblika;

62.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jibdew proċess ta' riflessjoni biex jiżviluppaw mudell ekonomiku ġdid, li jneħħi r-rabta bejn il-volum tal-bejgħ mill-kumpens imħallas għal antibijotiku ġdid, pereżempju permezz ta' ħlas fiss wieħed jew serje ta' ħlasijiet fissi lill-kumpanija, li jkunu jirriflettu l-valur soċjetali ta' antibjotiku ġdid u jippermettu redditu suffiċjenti fuq l-investiment għall-kumpanija, filwaqt li x-xerrej jikseb id-dritt li juża l-prodott u jkollu kontroll sħiħ fuq il-volumi;

63.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw jew jiżviluppaw il-miżuri li ġejjin:

   (a) ifakkru lit-tobba fl-importanza kruċjali li jiżguraw li l-preskrizzjoni tal-antibijotiċi għat-trattament hija xierqa u responsabbli;
   (b) jiżguraw li, kull fejn hu possibbli, dijanjożi xierqa mikrobijoloġika titwettaq b'mod sistematiku qabel jiġu preskritti l-antibijotiċi, pereżempju billi jintużaw għodod ġodda tad-dijanjożi li jistgħu jippermettu dijanjożi rapida fil-punt tal-kura, u/jew antibijogrammi, speċjalment fil-każ ta' mard li għandu tendenza ta' rikaduta, kif ukoll li ssir ħidma biex jitneħħew l-ostakli li jipprevjenu dijanjożi mikrobijoloġika xierqa, speċjalment fis-settur ambulanti;
   (c) jirregolaw il-preskrizzjoni tal-antibijotiċi għal trattament u b'mod partikolari jimplimentaw strettament il-liġijiet li jipprojbixxu l-provvista tal-antibijotiċi għall-trattamenti mingħajr preskrizzjoni, sabiex jiġi żgurat użu xieraq tal-mediċini, filwaqt li jiġi speċifikat l-objettiv terapewtiku u l-għażla ta' terapija tal-mediċini xierqa;
   (d) jimplimentaw b'mod strett prattiki responsabbli ta' kummerċjalizzazzjoni billi jevitaw il-kunflitti ta' interess bejn il-produtturi u t-tobba;
   (e) jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' mudelli ta' dħul ġodda fejn ir-redditi ekonomiċi għall-kumpaniji ma jibqgħux marbuta mal-volumi preskritti tal-antibijotiċi, filwaqt li jinkoraġġixxu l-innovazzjoni farmaċewtika u l-ibbilanċjar tagħha mas-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa;
   (f) jirregolaw il-bejgħ u d-distribuzzjoni tal-antibijotiċi biex il-pazjenti jkunu jistgħu jiksbu l-kwantità speċifika ta' antibijotiċi biss kif preskritt mit-tobba tagħhom, għaliex f'xi Stati Membri għadhom jeżistu regoli li jawtorizzaw il-bejgħ ta' antibijotiċi f'daqsijiet tal-pakketti akbar minn dawk intiżi għal trattament speċifiku;
   (g) jiżguraw livelli akbar ta' aderenza u konformità tal-pazjent mat-trattamenti antibijotiċi u trattamenti xierqa oħra kif preskritti mill-professjonisti mediċi, u jiżviluppaw strateġiji maħsuba biex iżidu l-fehim tal-pazjent dwar l-importanza tal-użu responsabbli tat-trattamenti antibijotiċi u r-riskji ta' żieda fir-reżistenza għall-antimikrobiċi;
   (h) jimmonitorjaw reżistenza għall-antibijotiċi u l-użu ta' antibijotiċi fi sptarijiet u jiżguraw li meta l-antibijotiċi jintużaw fl-isptarijiet jintużaw biss skont l-indikazzjonijiet korretti, bid-doża korretta u għall-iqsar durata possibbli kif rakkomandat minn linji gwida bbażati fuq l-evidenza;
   (i) jintensifikaw il-kontroll tal-infezzjonijiet, b'mod partikolari minn perspettiva transkonfinali, u speċjalment billi jimmonitorjaw bir-reqqa l-ġarr potenzjali ta' batterji reżistenti għal ħafna mediċini, permezz ta' skrinjar xieraq tal-pazjenti trasferiti minn pajjiż/reġjun/sptar magħrufa għall-prevalenza għolja tagħhom ta' batterji reżistenti għal ħafna mediċini, u jiżolaw pazjenti infettati fi kmamar individwali jew billi jimplimentaw "kura ta' koorti";
   (j) jiżviluppaw strateġija ma' ħafna partijiet interessati dwar l-MDR-TB biex jinkludu l-aspetti ewlenin bħall-prevenzjoni, is-sensibilizzazzjoni, id-dijanjożi, it-trattament xieraq, u l-aderenza u l-konformità mal-medikazzjoni preskritta;
   (k) itejbu l-istandards tas-sikurezza, speċjalment għal dawk l-apparati mediċi reżistenti għall-isterilizzazzjoni (bħal pereżempju l-endoskopji) u jimpenjaw ruħhom f'monitoraġġ bir-reqqa biex jiżguraw li l-apparati mediċi oriġinarjament iddisinjati u ttikkettati bil-markar CE jintużaw darba biss, jekk ikunu riġenerati, jirrispettaw l-istandards kollha tas-sikurezza biex iħarsu s-saħħa tal-konsumaturi;
   (l) jagħtu bidu għal kampanji ta' sensibilizzazzjoni li jimmiraw lejn udjenza wiesgħa, inklużi korsijiet ta' edukazzjoni dwar is-saħħa fl-iskejjel dwar l-użu razzjonali tal-antibijotiċi u r-riskji marbuta maż-żieda fir-reżistenza tal-antibijotiċi u dwar l-importanza li jiġu żviluppati prattiki tajba tal-iġjene personali; dawn il-kampanji għandhom jimmiraw lejn iż-żgħar u l-anzjani, kif ukoll lejn il-ġenituri u l-persuni li jieħdu ħsiebhom, u għandhom jiġu segwiti b'valutazzjonijiet tal-eżitu, filwaqt li jittieħed kont tal-opportunitajiet offruti minn sistemi tas-saħħa elettronika f'dan ir-rigward;
   (m) iżidu l-finanzjament pubbliku u joħolqu pożizzjonijiet akkademiċi ġodda biex jiffukaw fuq l-esplorazzjoni u l-validazzjoni ta' approċċi ġodda għat-trattament tal-infezzjonijiet batteriċi;
   (n) iżidu, b'mod partikolari, l-inċentivi għar-riċerka u l-iżvilupp ta' antimikrobiċi ġodda;
   (o) jistiednu lill-ECDC iwettaq missjonijiet fuq il-post biex jagħti assistenza xjentifika u teknika u taħriġ dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi lill-Istati Membri kif previst fl-Artikolu 9 tar-Regolament tal-ECDC (Regolament (KE) Nru 851/2004); iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan, u b'mod speċjali lil dawk li diġà għandhom reżistenza għall-antimikrobiċi għolja jew li qed tiżdied b'mod allarmanti, biex jistiednu lill-ECDC iwettaq missjonijiet bħal dawn;
   (p) jagħmlu r-rekords tal-isptarijiet u ta' faċilitajiet oħra tal-kura tas-saħħa fir-rigward tal-HAIs disponibbli għall-pubbliku, sabiex il-pazjenti jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati;

64.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrifletti fuq il-konsegwenzi ta' żieda fil-mobilità prevista fid-Direttiva 2011/24/UE fir-rigward tar-reżistenza għall-antimikrobiċi msaħħa li tista' tirriżulta minn pazjenti li jivvjaġġaw madwar l-Ewropa għat-trattament;

Rakkomandazzjonijiet dwar l-użu tal-antibijotiċi fil-mediċina veterinarja b'mod ġenerali u b'mod partikolari fit-trobbija tal-annimali

65.  Jesprimi tħassib li r-rapport konġunt mill-EFSA u l-ECDC dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi juri li l-batterji li l-iżjed spiss jikkawżaw infezzjonijiet li jinġarru mill-ikel bħas-Salmonella u l-Campylobacter urew reżistenza sinifikanti għall-antimikrobiċi komuni;

66.  Jerġa' jtenni t-talba li esprima fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar it-theddida għas-saħħa pubblika tar-reżistenza għall-antimikrobiċi (7)għall-eliminazzjoni b'mod gradwali tal-użu profilattiku tal-antibijotiċi fit-trobbija tal-bhejjem, billi jisħaq fuq il-fatt li s-settur taż-żooteknika u tat-tkabbir tal-ħut b'mod intensiv għandhom jikkonċentraw fuq il-prevenzjoni tal-mard permezz ta' iġjene, alloġġi u trobbija tal-bhejjem tajbin, kif ukoll miżuri rigorużi ta' bijosigurtà, aktar milli jirrikorru għall-użu profilattiku tal-antibijotiċi;

67.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jintroduċu jew jiżviluppaw il-miżuri li ġejjin:

   (a) jippromwovu u jrawmu l-użu responsabbli u sensibbli tal-mediċina veterinarja, inkluż l-għalf medikat, tal-aġenti antimikrobiċi kollha, billi jippermettu l-użu tagħhom biss għall-trattamenti wara d-dijanjożi veterinarja, b'kunsiderazzjoni addizzjonali speċifika għall-antibijotiċi li qegħdin fil-lista tad-WHO tal-antimikrobiċi importanti b'mod kritiku għall-mediċina tal-bniedem;
   (b) jintroduċu għodod legali biex jirrestrinġu l-użu ta' antibijotiċi fl-annimali jekk jiġi identifikat riskju sinifikanti għas-saħħa pubblika;
   (c) jimplimentaw kontrolli aktar stretti biex jillimitaw l-użu tal-antibijotiċi fil-mediċina veterinarja; wieħed mill-modi biex jinkiseb dan ikun billi jiġi ristrett id-dritt tal-preskrizzjoni ta' antibijotiċi lil veterinarji kwalifikati professjonalment u billi jiġu separati d-drittijiet tal-veterinarji fir-rigward ta' kemm jippreskrivu kif ukoll ibigħu l-antibijotiċi ħalli jiġu eliminati l-inċentivi ekonomiċi kollha;
   (d) iniedu kampanji ta' sensibilizzazzjoni dwar l-użu responsabbli ta' antimikrobiċi għall-annimali, inklużi l-annimali domestiċi;
   (e) inaqqsu l-bżonn għall-antibijotiċi billi jtejbu s-saħħa tal-annimali permezz ta' miżuri ta' bijosigurtà, prevenzjoni tal-mard u prattiki ta' ġestjoni tajba, u jistabbilixxu metodoloġiji u prijoritajiet b'saħħithom u iżjed ċari fil-ġlieda kontra l-iżvilupp ta' reżistenza għall-antimikrobiċi;
   (f) jiżguraw li t-trobbija tal-bhejjem u l-akkwakultura jiffukaw fuq il-prevenzjoni tal-mard permezz ta' iġjene, alloġġi u trobbija tal-annimali tajbin, kif ukoll miżuri stretti ta' bijosigurtà, aktar milli jirrikorru għall-użu profilattiku tal-antibijotiċi; huwa magħruf li proċeduri iżjed b'saħħithom għall-ġestjoni tal-irziezet u t-trobbija tal-annimali jistgħu jinkisbu permezz ta' reviżjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-densità massima fit-trobbija tal-bhejjem, peress li d-daqsijiet attwali tal-merħliet spiss jipprevjenu trattament individwali jew fi gruppi żgħar ta' annimali, u dan qed iservi ta' inċentiv għall-użu profilattiku tal-antimikrobiċi;
   (g) jillimtaw l-użu tal-antibijotiċi fit-tkabbir intensiv tal-bhejjem u jinkoraġġixxu mudelli organiċi jew estensivi ta' tkabbir tal-bhejjem;
   (h) inaqqsu l-użu tal-antibijotiċi fl-annimali billi jeliminaw progressivament l-użu tagħhom għal skopijiet profilattiċi fejn l-antibijotiċi jkunu amministratti lill-annimali bħala prevenzjoni tal-mard, u jnaqqsu l-ħtieġa għall-metaflassi, jiġifieri l-medikazzjoni tal-massa tal-annimali għall-fejqan ta' kampjuni morda mill-irziezet sabiex jipprevjenu l-infezzjonijiet fl-annimali b'saħħithom;
   (i) jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji jew pjanijiet ta' azzjoni fil-livell nazzjonali għall-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR) li jkunu jinkludu, fost l-oħrajn:
   (i) l-implimentazzjoni ta' linji gwida nazzjonali dwar it-trattament antimikrobiku tal-annimali biex jiżguraw l-użu responsabbli tal-antimikrobiċi bbażat fuq l-evidenza speċifika u l-kundizzjonijiet fl-Istati Membri rispettivi;
   (ii) l-implimentazzjoni ta' politiki preventivi dwar is-saħħa tal-annimali mmirati lejn titjib fl-istatus tas-saħħa tal-annimali u lejn tnaqqis fil-bżonn tal-użu tal-antimikrobiċi fit-trobbija tal-annimali;
   (iii) id-definizzjoni tar-responsabbiltajiet tal-veterinarji f'termini tal-ġestjoni tas-saħħa tal-annimali u tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-użu tal-antimikrobiċi;
   (iv) l-implimentazzjoni tat-taħriġ kontinwu għall-professjonisti tas-saħħa tal-annimali u s-sidien tal-annimali;
   (j) jikkonfermaw il-projbizzjoni tal-użu tal-antibijotiċi bħala promoturi tat-tkabbir tal-bhejjem;

68.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jirregolaw l-kunflitti ta' interess u l-inċentivi finanzjarji kollha li jinvolvu kemm lill-veterinarji li jbigħu u kemm dawk li jippreskrivu antibijotiċi;

69.  Jistieden lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tfassal lista ta' antibijotiċi użati fl-annimali li fihom kien identifikat riskju sinifikanti għas-saħħa pubblika;

70.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-EMA jieħdu jew jiżviluppaw il-miżuri li ġejjin:

   a) jirrinfurzaw il-valutazzjoni tar-riskju eżistenti ta' sustanzi antimikrobiċi veterinarji ġodda billi jidentifikaw ir-riskji potenzjali ewlenin għas-saħħa pubblika fi stadju bikri ħafna tal-awtorizzazzjoni;
   b) jimmonitorjaw l-iżvilupp tar-reżistenza f'batterji speċifiċi skont il-pjanijiet maqbula bejn ir-regolaturi u l-kumpaniji meta sustanza antimikrobika ġdida tiġi approvata l-ewwel darba fil-mediċina veterinarja;
   c) jimmonitorjaw it-tibdil fl-użu tal-antimikrobiċi fl-annimali bħala parti mill-proġett tas-Sorveljanza Ewropea tal-Konsum tal-Antimikrobiċi għal Użu Veterinarju (ESVAC) (immexxi mill-EMA) biex ikejlu l-impatt tal-azzjonijiet implimentati;

71.  Jistieden lill-koleġiżlatur biex, meta jinnegozja l-proposta għal regolament dwar prodotti mediċinali veterinarji (2014/0257(COD)), isegwi kors ta' azzjoni li jkun f'konformità mal-prinċipju ta' Saħħa Waħda, u b'mod aktar partikolari:

   jadotta dispożizzjonijiet li jipprojbixxu l-użu mhux skont it-tikketta f'annimali ta' antimikrobiċi awtorizzati biss fil-mediċina tal-bniedem;
   jappoġġja r-reġistrazzjoni obbligatorja tal-kwantitajiet tal-antimikrobiċi kollha użati fit-trobbija tal-bhejjem, biex jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u jsiru pubbliċi minnhom fuq bażi annwali;
   jiżgura li l-istandards tal-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja tal-prodotti mediċinali veterinarji ma jitbaxxewx bil-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar tali prodotti u biex dawn l-istandards għolja jiġu ggarantiti tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-prodotti mediċinali veterinarji;
   joħloq bażi ta' data tal-UE b'informazzjoni dwar meta, fejn, kif u fuq liema annimali ġew użati l-antimikrobiċi;
   jipprojbixxi l-bejgħ online tal-antimikrobiċi;

72.  Jistieden lill-koleġiżlatur biex, meta jkun qed jinnegozja l-proposta għal regolament dwar il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf medikat u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/167/KEE (2014/0255(COD)), jiżgura li tipprovdi dispożizzjonijiet maħsuba biex jillimitaw b'mod sostanzjali l-użu tal-għalf medikat li fih l-antimikrobiċi għall-annimali li jipproduċu l-ikel u b'mod partikolari jipprojbixxu strettament l-użu preventiv tal-antimikrobiċi inklużi fl-għalf medikat;

73.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-ECDC iwettqu riċerka dwar il-ħsara potenzjali diretta jew indiretta li tinħoloq mill-użu tal-antimikrobiċi fl-annimali domestiċi, u jiżviluppaw miżuri ta' mitigazzjoni biex inaqqsu r-riskju ta' trażmissjoni potenzjali tar-reżistenza għall-antimikrobiċi mill-annimali domestiċi għall-bnedmin;

74.  Jindika li xi Stati Membri tal-UE diġà kisbu suċċess fl-eliminazzjoni gradwali tal-użu profilattiku fil-livell tal-irziezet; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tressaq leġiżlazzjoni biex telimina b'mod gradwali l-użu profilattiku tal-antibijotiċi;

Approċċi kollaborattivi fi ħdan l-Unjoni Ewropea

75.  Jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw biex jiddefinixxu l-istandards minimi tas-sikurezza tal-pazjent u l-indikaturi għas-sikurezza u l-kwalità tal-kura fil-livell tal-UE, f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti;

76.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom aktar fi djalogu mal-partijiet interessati kollha u jiżviluppaw strateġija tal-UE kkoordinata, komprensiva u sostenibbli għas-sikurezza tal-pazjent, kif ukoll jipproponu soluzzjonijiet konkreti biex jiġu implimentati fil-livell tal-UE, nazzjonali, reġjonali, lokali u/jew tal-kura primarja;

77.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jibdew proċess ta' riflessjoni flimkien mad-WHO biex jiżviluppaw mudell ekonomiku ġdid, li jneħħi r-rabtiet bejn il-volum tal-bejgħ tal-antibijotiċi u l-kumpens imħallas għal antibijotiku ġdid, filwaqt li jiżguraw redditu ġust fuq l-investiment għall-kumpaniji, filwaqt li jissalvagwardaw is-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa nazzjonali;

78.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-industrija farmaċewtika jtejbu s-sħubijiet tal-UE bejn id-dinja akkademika u l-industrija farmaċewtika, bħal fl-eżempju tal-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi (IMI);

79.  Jinkoraġġixxi lill-kumpaniji farmaċewtiċi, il-gvernijiet u d-dinja akkademika jikkontribwixxu bl-aqwa assi tagħhom (infrastruttura, komposti, ideat u riżorsi finanzjarji) għal riċerka fundamentali pijuniera u proġetti konġunti prekompetittivi; jemmen li l-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi (IMI) għandha tingħata l-flessibbiltà biex tesplora sejbiet ġodda li ħerġin minn dawn il-proġetti;

80.  Jistaqsi lill-Kummissjoni tikkunsidra qafas leġiżlattiv biex tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' drogi ġodda antibijotiċi, pereżempju fil-forma ta' strument li jirregola l-antibijotiċi għall-użu mill-bniedem simili għal dak propost diġà għall-antibijotiċi għall-użu mill-annimali;

81.  Jinkoraġġixxi iżjed segwitu tal-kollaborazzjonijiet privati-pubbliċi, bħall-programmi tal-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi (IMI) "New Drugs for Bad Bugs", COMBACTE, TRANSLOCATION, Drive AB jew ENABLE, biex tiġi sfruttata l-qawwa tal-kollaborazzjoni;

82.  Jilqa' l-Inizjattiva tal-Programm Konġunt dwar ir-Reżistenza Antimikrobika, li tippermetti lill-Istati Membri jaqblu dwar il-ħtieġa ta' riċerka b'tali mod li tiġi evitata d-duplikazzjoni u jitlob żieda fil-finanzjament għall-iżvilupp ta' mediċini ġodda bħala alternattivi għall-antibijotiċi, biex jiġġieldu r-reżistenza għall-antimikrobiċi;

83.  Jinkoraġġixxi lill-UE tissieħeb fil-fond tal-innovazzjoni globali li kien ġie propost mill-"Analiżi tar-Reżistenza għall-Antibijotiċi" mmexxi fir-Renju Unit, bil-għan li tappoġġja x-xjenza fundamentali ("blue sky science");

84.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw għodod ta' dijanjożi li jiġu applikati faċilment biex jiżguraw id-disponibbiltà ta' dijanjożi xierqa qabel ma l-antibijotiku jiġi preskritt jew amministrat, speċjalment fis-settur ambulanti;

85.  Iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea tippromwovi u tieħu sehem f'kull inizjattiva globali maħsuba biex issaħħaħ il-mezzi għall-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antibijotiċi, u tippromwovi r-riċerka f'dan il-qasam;

86.  Jistieden lill-Kummissjoni tħejji, f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri, rakkomandazzjonijiet dwar l-istandards tas-sikurezza tal-ikel li għandhom japplikaw fir-rigward tal-preżenza ta' patoġeni (multi)reżistenti u/jew determinanti speċifikati tar-reżistenza;

87.  Jenfasizza li r-reżistenza għall-antimikrobiċi saret problema serja li jeħtieġ tiġi indirizzata b'mod urġenti; jistieden lill-Kummissjoni tqis li tipproponi leġiżlazzjoni dwar l-użu prudenti tal-antibijotiċi jekk ikun sar progress żgħir jew xejn fl-Istati Membri fi żmien ħames snin minn wara l-pubblikazzjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

o
o   o

88.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Istati Membri.

(1) ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 395.
(2) ĠU C 151, 3.7.2009, p. 1.
(3) Testi Adottati, P7_TA(2012)0483.
(4) Testi Adottati, P7_TA(2013)0435.
(5) "Tackling antibiotic resistance from a food safety perspective in Europe" ("Nindirizzaw ir-reżistenza għall-antibijotiċi mill-perspettivca tas-sikurezza tal-ikel fl-Ewropa"), WHO Europe, 2011.
(6) "Antibiotic use in livestock: Time to act" ("L-użu tal-antibijotiċi fl-annimali: Wasal iż-żmien li naġixxu") (dokument ta' pożizzjoni), BEUC (Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi)
(7) ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 116.


Opportunitajiet ta' tkabbir ekoloġiku għall-SMEs
PDF 395kWORD 138k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar opportunitajiet ta' tkabbir ekoloġiku għall-SMEs (2014/2209(INI))
P8_TA(2015)0198A8-0135/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2013 dwar it-titjib tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2014 dwar ir-riindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa biex jiġu promossi l-kompetittività u s-sostenibbiltà(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Novembru 2014 dwar ir-reviżjoni tal-linji gwida tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni u r-rwol tat-test tal-SMEs(3),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir', 'Att dwar in-Negozji ż-Żgħar' għall-Ewropa, (COM(2008)0394),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'Reviżjoni tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar' għall-Ewropa (COM(2011)0078),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'Opportunitajiet għall-Effiċjenza fir-Riżorsi fis-Settur tal-Bini' (COM(2014)0445),

–  wara li kkunsidra l-Istħarriġ tal-Ewrobarometru dwar l-SMEs, l-effiċjenza fir-riżorsi u s-swieq ekoloġiċi (Flash Eurobarometer 381), u l-Istħarriġ tal-Ewrobarometru dwar ir-rwol ta' appoġġ pubbliku għall-kummerċjalizzazzjoni tal-innovazzjonijiet (Flash Eurobarometer 394),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (adottata matul il-109 sessjoni plenarja tat-3-4 ta' Diċembru 2014) dwar il-Pakkett dwar il-Politika Industrijali,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'Pjan ta' Azzjoni Ekoloġiku għall-SMEs' (COM(2014)0440),

–   wara li kkunsidra l-Manifest u r-Rakkomandazzjonijiet Politiċi dwar il-Pjattaforma Ewropea għall-Użu Effiċjenti tar-Riżorsi – Marzu 2014,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'Tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari: Programm ta' skart żero għall-Ewropa' (COM(2014)0398),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'L-innovazzjoni għal Futur Sostenibbli – Il-Pjan ta' Azzjoni għall-Ekoinnovazzjoni (Eco-AP)' (COM(2011)0899),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0135/2015),

A.  billi l-SMEs jirrappreżentaw aktar minn 98 % tan-negozji Ewropej u jipprovdu aktar minn 67 % tal-impjieg totali fl-Unjoni u 58 % ta' valur miżjud gross; billi huma s-sinsla tal-ekonomija tal-Unjoni Ewropea u l-ixpruni ewlenin tat-tkabbir ekonomiku Ewropew fit-tul u ta' opportunitajiet ta' ħolqien ta' impjiegi sostenibbli fi ħdan it-28 Stat Membru; billi l-impjiegi fis-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali fis-snin 2007-2011 żdiedu b'20 % minkejja l-kriżi u huma opportunità għall-SMEs li dejjem jiġġeneraw aktar attività ekonomika u impjiegi, anke f'żoni milquta mid-depopolazzjoni u t-tixjiħ; billi għalhekk huma jaqdu rwol importanti fl-ekosistema industrijali flimkien ma' kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja u kumpaniji multinazzjonali; billi disgħa minn għaxar SMEs huma negozji żgħar li jimpjegaw 10 persuni jew inqas u dawn il-mikrointrapriżi jammontaw għal 53 % tal-impjiegi kollha fl-Ewropa;

B.  billi fil-preżent, is-suq globali għal prodotti u servizzi ambjentali huwa stmat għal EUR 1 000 biljun kull sena, u huwa previst li dan l-ammont ser jirdoppja jew saħansitra jittriplika sal-2020, u b'hekk jinħolqu opportunitajiet kbar għall-SMEs tal-Ewropa u t-tkabbir ekonomiku b'mod ġenerali fl-UE; billi l-Unjoni Ewropea hija mexxej globali kemm fl-importazzjoni kif ukoll fl-esportazzjoni ta' prodotti ambjentali; billi s-servizzi huma konnessi indissolubilment ma' dawn il-prodotti, iżda għad hemm ostakli nontariffarji għall-fornituri ta' servizzi ambjentali;

C.  billi l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha li tirriindustrijalizza lill-Ewropa billi tinvesti u tappoġġa l-prinċipji tas-sostenibilità, tal-kompetittività u tal-innovazzjoni, sabiex tikseb sehem ta' mill-inqas 20 % fil-produzzjoni industrijali bħala parti mill-PDG tal-Istati Membri tal-UE sal-2020; billi l-Kunsill Ewropew impenja ruħu sabiex inaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra domestiċi b'mill-inqas 40 %, li jżid is-sehem ta' enerġija rinnovabbli mill-inqas sa 27 % u l-effiċjenza enerġetika b'mill-inqas 27 % sal-2030, bil-għan li jżid din il-mira sa 30 %; billi l-SMEs għandhom jaqdu r-rwol tagħhom sabiex jintlaħqu dawn il-miri, peress li 93 %(4) minnhom diġà qed jieħdu miżuri biex isiru aktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi; billi skont il-Kummissjoni, livell aħjar ta' ekodisinn, prevenzjoni tal-iskart, riċiklaġġ u riutilizzazzjoni jista' jipprovdi tfaddil nett għal negozji tal-UE, li huma stmati li jirrappreżentaw sa EUR 600 biljun, jew 8 % tal-fatturat annwali, filwaqt li jnaqqas ukoll l-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra bi 2 sa 4 %;

D.  billi li l-SMEs jiġu permessi jbiddlu l-isfidi ambjentali f'opportunitajiet ekonomiċi filwaqt li jaġixxu b'mod sostenibbli huwa wieħed mill-prinċipji tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, iżda billi ma sar l-ebda progress sinifikanti fil-politika u l-SMEs ta' spiss jaffaċċjaw politiki inkonsistenti meta jibdew in-negozju u jimplimentaw l-istandards ambjentali;

E.  billi kemm is-suq kif ukoll il-leġiżlazzjoni se jiffavorixxu r-rispett tal-istandards ambjentali li dejjem qed jiżdiedu mill-SMEs; billi l-UE u l-Istati Membri għandhom inaqqsu kemm jista' jkun il-piż amministrattiv f'regolamenti ġodda u eżistenti, u għandhom jagħmlu ħilithom biex jevitaw li joħolqu spejjeż addizzjonali għall-impriżi sabiex ikunu konformi ma' tali regolamenti; billi ġew proposti inizjattivi ġodda sabiex jitnaqqsu l-piżijiet regolatorji fuq l-SMEs u fuq setturi oħra u għandhom jiġu implementati mill-Kummissjoni u l-Istati Membri;

F.  billi 90 % tal-intrapriżi tal-UE huma mikrointrapriżi; billi minkejja sforzi reċenti, l-SMEs u l-mikrointrapriżi baqa' jkollhom diffikultajiet fl-aċċess għall-ħiliet, l-informazzjoni u l-finanzi, u għal għażla diversifikata biżżejjed ta' strumenti ta' ekwità u ta' dejn meħtieġa tul il-perkors tat-tkabbir ta' kumpanija, u billi l-programmi tal-UE xorta ma jikkontribwixxux b'mod sinifikanti għall-innovazzjoni; billi l-proċeduri ta' applikazzjoni għall-finanzjament tal-UE għall-SMEs għadhom wisq burokratiċi u għalhekk projbittivi għal ħafna mill-SMEs;

G.  billi għandu jitqies l-potenzjal tal-baġit tal-UE, bħala baġit ibbażat fuq l-investiment, biex jiġi faċilitat l-aċċess tal-SMEs Ewropej għall-finanzjament permezz ta' inqas burokrazija u permezz ta' għodod finanzjarji dedikati u ż-żieda fil-finanzjament tal-uffiċċji ta' intrapriżi lokali; billi għandu jiġi msaħħaħ l-iżvilupp ta' proċeduri li huma faċli biex jintużaw għal diversi forom ta' appoġġ;

H.  billi l-kumpaniji ż-żgħar jibbenefikaw proporzjonalment iktar minn entitajiet kbar minn azzjonijiet biex tittejjeb l-effiċjenza fir-riżorsi u għandhom jirċievu aktar attenzjoni mill-politika; billi l-potenzjal ta' benefiċċju gross li l-effiċjenza fir-riżorsi tittejjeb huwa 10-17 % tal-fatturat, skont is-settur operattiv;

I.  billi t-teknoloġija diġitali hija kemm mezz importanti għall-SMEs biex jiksbu l-benefiċċji mistennija minn użu ottimali tar-riżorsi, kif ukoll settur konvenjenti għall-bidu u l-iżvilupp ta' SMEs ġodda;

J.  billi l-attenzjoni taqa' primarjament fuq SMEs ta' teknoloġija għolja li direttament iwasslu għal innovazzjonijiet ekoloġiċi, iżda hemm bżonn ta' appoġġ għal kumpaniji oħra fil-konformità tagħhom mar-regolamenti ambjentali, li jimplimentaw miżuri ta' innovazzjoni u jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom; billi l-ekoinnovazzjoni tista' tkun idea għal kumpanija ġdida, iżda wkoll miżura li ttejjeb negozji eżistenti fil-qafas tal-ekonomija ekoloġika;

K.  billi għalkemm m'hemm ebda definizzjoni maqbula internazzjonalment ta' tkabbir ekoloġiku, hemm kunsens li huwa taħlita ta' tkabbir ekonomiku u ta' sostenibbiltà ambjentali; billi t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ huwa sfida ewlenija għall-SMEs, li għandu jirċievi attenzjoni partikolari, speċjalment fir-rigward tal-innovazzjoni u l-effiċjenza fir-riżorsi; billi aċċess inadegwatgħal kapital ta' riskju, partikolarment fl-istadji tal-bidu, għadu waħda mill-aktar restrizzjonijiet sinifikanti għall-ħolqien u l-iżvilupp tad-ditti orjentati lejn it-tkabbir;

L.  billi minħabba li l-mikrointrapriżi jiġġeneraw eluf ta' impjiegi u xi 53 % tal-impjiegi madwar l-Ewropa, u bħala tali jeħtieġu qafas differenti biex jaħdmu fih, huwa meħtieġ b'mod urġenti użu konsistenti tad-definizzjoni ta' mikrointrapriżi; billi l-mikrointrapriżi jiffaċċjaw diversi diffikultajiet kbar, bħalma huma l-ostakli fir-regoli ta' akkwist, piż regolatorju żejjed u l-aċċess għall-finanzi;

Kwistjonijiet ġenerali

1.  Jappoġġja l-kunċett ta' tkabbir ekoloġiku u ekonomija ċirkolari u jinnota li l-opportunitajiet li jirriżultaw minnu huma relatati ma' diversi oqsma ta' importanza sinifikanti bħal sorsi ta' enerġija rinnovabbli, u b'mod partikolari l-isfruttament ekonomikament vijabbli ta' enerġija mir-riħ, mix-xemx u mill-ilma u l-enerġija ġeotermali, l-effiċjenza fl-enerġija u fir-riżorsi, il-ġestjoni tal-iskart, it-tnaqqis ta' emissjonijiet, l-elettrifikazzjoni u l-kunċett 'minn nieqa sa nieqa'; jindika l-potenzjal ekonomiku u tal-impjiegi konsiderevoli li dawn l-oqsma għandhom għal setturi differenti; jinnota li t-tkabbir ekoloġiku għandu jkun parti minn strateġija iktar wiesgħa għall-promozzjoni tal-ħolqien tax-xogħol u t-tkabbir ekonomiku fost l-SMEs;

2.  Jenfasizza li t-tkabbir ekoloġiku għandu jitqiegħed f'perspettiva wiesgħa, u għandu jinkludi l-isforzi magħmula matul il-katina ta' valur kollha u tal-ekosistema intraprenditorjali kollha, inklużi l-isforzi minn atturi industrijali ta' manifattura biex jitnaqqas l-impatt ekoloġiku tal-prodotti tagħhom, proċessi ta' produzzjoni, prattiki tan-negozju u servizzi; ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet tal-Pjattaforma Ewropea għall-Użu Effiċjenti tar-Riżorsi li jenfassizzaw li l-effiċjenza fir-riżorsi teħtieġ qafas regolatorju dinamiku li jagħti sinjali adegwati lill-produtturi u lill-konsumaturi sabiex tittejjeb il-prestazzjoni tal-prodotti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi qafas ta' politika komprensiv, inklużi objettivi konkreti ta' politika u integrazzjoni aħjar u s-simplifikazzjoni ta' għodod ta' politika eżistenti biex jiġu żgurati opportunitajiet u l-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-ekonomija ekoloġika u ċirkulari;

3.  Jenfasizza l-fatt li l-ekonomija globali se jkollha tipprovdi għal popolazzjoni li kull ma jmur qiegħda dejjem tikber – 9 biljun persuna sal-2050 – u li r-riżorsi naturali tagħna huma limitati u għalhekk għandhom jintużaw b'mod sostenibbli u effiċjenti ħafna; jindika soluzzjonijiet innovattivi, ekoloġiċi u sostenibbli ġodda għal dawn l-isfidi, bħal prodotti ġodda, proċessi ta' produzzjoni, prattiki u servizzi tan-negozju, pereżempju permezz tal-integrazzjoni ta' teknoloġiji diġitali innovattivi, u qafas legali ġdid ta' appoġġ;

4.  Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li l-SMEs madwar l-Ewropa huma eteroġenji ħafna, minn negozji tradizzjonali ħafna mmexxija mill-familja, għal intrapriżi li jikbru b'rata mgħaġġla, ditti ta' teknoloġija avvanzata, mikrointrapriżi, intrapriżi soċjali u negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu, u li l-approċċi biex jiġu assistiti għandhom ikunu daqstant diversi;

5.  Jemmen li jeħtieġ li l-UE tbiddel b'mod drastiku l-kultura intraprenditorjali tagħha sabiex tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku billi aktar nies jibdew in-negozji tagħhom stess u billi jfittxu aktar opportunitajiet għan-negozju, b'mod partikolari fit-tkabbir ekoloġiku, u billi jiġi aċċettat il-falliment u t-teħid ta' riskji; jenfasizza l-importanza li din il-kwistjoni titqiegħed fiċ-ċentru tat-tfassil tal-politika; jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu għal tranżizzjoni aktar faċli wara l-falliment kummerċjali, fil-qafas legali rilevanti tagħhom, biex in-nies ikunu jistgħu jiftħu negozju malajr wara l-falliment ta' impriża preċedenti, speċjalment f'setturi ġodda u innovattivi; jistieden lill-Kummissjoni ttaffi l-biża' ta' falliment permezz ta' kampanji ta' għarfien u edukazzjoni;

6.  Jenfasizza l-valur miżjud tal-baġit tal-UE sabiex jgħin lill-SMEs, il-mikrointrapriżi, l-intrapriżi soċjali u l-kooperattivi jiksbu aċċess għall-finanzjament u s-swieq internazzjonali, b'mod partikolari permezz tal-programm COSME u taħt Orizzont 2020 u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE); jenfasizza l-ħtieġa ta' interpretazzjoni ċara u uniformi madwar l-UE kollha mir-regolaturi nazzjonali u regoli miftuħa tal-akkwist pubbliku;

7.  Jinnota li ħafna SMEs Ewropej illum il-ġurnata jikkompetu internazzjonalment fuq soluzzjonijiet li jinkludu kemm prodotti kif ukoll l-hekk imsejħa 'servizzi ekoloġiċi', bħall-kostruzzjoni, l-installazzjoni, it-tiswija u l-ġestjoni; jinnota li dawn is-servizzi huma ċentrali għall-iżvilupp, il-bejgħ u l-esportazzjoni tal-prodotti ekoloġiċi; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi s-servizzi ekoloġiċi fin-negozjati kontinwi dwar il-Ftehim dwar il-Prodotti Ekoloġiċi, kif ukoll fi ftehimiet kummerċjali bilaterali bħat-TTIP, sabiex jitnaqqsu l-ostakli għall-SMEs Ewropej u l-fornituri tas-servizzi li jixtiequ joperaw internazzjonalment;

8.  Jenfasizza l-importanza ta' governanza tajba, ta' ġudikatura indipendenti, trasparenza u l-istat tad-dritt fl-UE għall-ħolqien ta' klima favur in-negozju u suq b'kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-SMEs;

Finanzjament ta' inizjattivi ekoloġiċi

9.  Jirrimarka li fiċ-ċirkostanzi attwali fejn l-aċċess insuffiċjenti għal sorsi adegwati ta' kapital ta' riskju, partikolarment fl-istadji tal-bidu, għadu waħda mill-aktar restrizzjonijiet sinifikanti għall-ħolqien u l-iżvilupp tad-ditti orjentati lejn it-tkabbir, il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar it-titjib tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs jenfasizza ħafna l-kapital ta' riskju bħala mezz possibbli ta' finanzjament tat-tkabbir; jenfasizza, madankollu, li dan it-tip ta' finanzjament huwa adegwat biss għal numru żgħir ta' SMEs u li s-self bankarju għadu sors importanti ta' finanzjament, u li għandhom jiġu żviluppati alternattivi mis-settur privat; jinnota f'dan il-kuntest l-importanza tal-promozzjoni ta' forom alternattivi ta' self għall-SMEs, bħalma huma l-unjonijiet tal-kreditu; jindika l-opportunitajiet ta' finanzjament potenzjali li għandhom jiġu esplorati permezz tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi;

10.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinċentivaw lill-investituri barranin billi jneħħu l-ostakli lingwistiċi; jinnota li l-aċċettazzjoni tal-applikazzjonijiet u l-provvista tad-data bl-Ingliż, flimkien mal-lingwa/i uffiċjali ta' Stat Membru, huma pass lejn dak l-għan;

11.  Jenfasizza li m'hemmx mezz ta' finanzjament wieħed tajjeb għal kulħadd, u jistieden lill-Kummissjoni tqis l-interessi tal-SMEs fil-programmi, strumenti u inizjattivi kollha eżistenti u possibbli, speċjalment għal mudelli ġodda ta' negozju fl-ekonomija ekoloġika, li jvarjaw minn ekwità (bħal investituri privati (business angels), finanzjament kollettiv u faċilitajiet ta' kummerċ multilaterali), kważi ekwità (bħal finanzjament intermedju) u strumenti ta' dejn (bħal bonds ta' kumpaniji ta' ammonti żgħar (small-ticket company bonds), faċilitajiet ta' garanzija u pjattaformi), u sħubiji bejn il-banek u l-operaturi oħra involuti fil-finanzjament tal-SMEs (il-professjonisti tal-kontabilità, l-assoċjazzjonijiet tan-negozju jew tal-SMEs jew kmamar tal-kummerċ), sabiex tappoġġa n-negozji fil-fażijiet tagħhom tal-bidu, tat-tkabbir, kif ukoll fil-fażijiet ta' trasferiment, filwaqt li jitqies id-daqs, il-qligħ u l-ħtiġijiet ta' finanzjament tagħhom; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiżguraw li jkun hemm inċentivi adegwati u biex jipprovdu inċentivi fiskali għal dawn il-mudelli ta' finanzjament; jenfasizza l-importanza tar-rieżami ta' strumenti ta' appoġġ eżistenti tal-SMEs biex jinkludu aktar opportunitajiet ta' tkabbir ekoloġiku;

12.  Jenfasizza l-bżonn li jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-komplementarjetà bejn strumenti finanzjarji fil-baġit tal-UE, b'mod partikolari taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE), il-Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) u l-Programm LIFE;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jissorveljaw ir-riżultati miksuba effettivament mill-SMEs li kellhom aċċess għall-miżuri ta' finanzjament għall-innovazzjoni ekoloġika, sabiex tiġi valutata l-effiċjenza tal-miżuri stess; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, jekk ir-riżultati ma jkunux sodisfaċenti, twettaq l-emendi xierqa fi żmien qasir sabiex ittejjeb l-effiċjenza tagħhom;

14.  Jinnota li minħabba n-natura teknika ħafna ta' bosta pjanijiet ta' investiment ekoloġiku huwa essenzjali li tiġi enfasizzata l-importanza ta' mudelli standardizzati tar-riskju u ta' ritorn u tal-iżvilupp ta' mudelli ġodda għal sfidi u setturi ġodda;

15.  Ifakkar li l-SMEs huma mistennija li jkollhom rwol importanti fl-ekonomija ċirkolari, billi jipprovdu servizzi sostenibbli, iżda li jirrikjedu ħafna ħaddiema, bħat-tiswija, ir-rikondizzjonament u r-riċiklaġġ; jinnota li l-Kummissjoni, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (l-OECD), il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), il-Parlament u l-Grupp tal-Euro jappoġġaw b'mod wiesa' il-prinċipju ta' trasferiment tat-taxxa minn fuq ix-xogħol għal fuq l-użu ta' riżorsi naturali u konsum; jitlob li l-Kummissjoni tivvaluta l-impatt ta' trasferiment tat-taxxa minn fuq ix-xogħol għal fuq l-użu tar-riżorsi naturali;

16.  Jenfasizza li l-intraprendituri, l-SMEs, l-assoċjazzjonijiet tan-negozju u l-organizzazzjonijiet ta' appoġġ għandhom ikunu aktar familjari mal-possibbiltajiet ta' finanzjament għal teknoloġiji aktar effettivi, jew biex jingħataw kuntratti għal servizzi bħal servizzi ta' konsulenza, kowċing u taħriġ dwar l-Ekodisinn, ġestjoni tar-riżorsi u l-intraprenditorija ekoloġika u d-disponibbiltà ta' teknoloġiji ekoloġiċi, prodotti u servizzi li jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-attività ekonomika tagħhom; jistieden lill-Istati Membri biex itejbu l-provvista ta' servizzi għall-SMEs f'dawk l-oqsma u jenfasizza wkoll il-ħtieġa għal sorsi ta' informazzjoni sempliċi u aċċessibbli u bażijiet ta' data għal dawn il-prodotti u servizzi; ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li din l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata b'mod li jikkorrispondi l-aħjar mal-loġika u l-metodi ta' ħidma ta' SMEs;

17.  Jinnota li l-programmi tal-UE ma jikkontribwixxux b'mod sinifikanti għall-ekoinnovazzjoni u l-ekonomija ċirkolari u li l-Kummissjoni, għalhekk, teħtieġ li tikkonċentra finanzjament aħjar mill-programm COSME u Orizzont 2020 lejn l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet ekoinnovattivi minn u għal SMEs u għall-appoġġ ta' finanzjament għat-titjib tat-tfassil tal-prodott u l-proċessi ta' prestazzjoni, li tibni fuq esperjenzi ta' suċċess f'dan l-aħħar QFP; iqis, b'mod partikolari, li l-Istrument tal-SMEs taħt Orizzont 2020 jeħtieġ jiġi implimentat bis-sħiħ;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI biex jiżguraw li fil-fażi tal-implimentazzjoni tal-'Pjan ta' investiment għall-Ewropa', l-SMEs, inklużi dawk innovattivi u ekoloġiċi, ikunu l-benefiċjarji ewlenin tal-appoġġ previst skont din il-proposta; jinsisti li kriterji ċari, inkluż il-valur miżjud Ewropew, għandhom jiġu żviluppati sabiex tinkiseb din il-mira u li għandha tissaħħaħ il-provvista ta' servizzi konsultattivi għall-effiċjenza tar-riżorsi u l-ekoinnovazzjoni għall-SMEs; jitlob lill-BEI u l-Kummissjoni sabiex jiżguraw li l-kategoriji kollha elenkati fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 'dwar it-tifsira ta' mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar u medji' (C(2003)1422) jibbenefikaw b'mod suffiċjenti; jiġbed l-attenzjoni lejn l-importanza ta' Orizzont 2020 u COSME għall-appoġġ tal-SMEs, u l-ħtieġa għall-implimentazzjoni sħiħa tal-istrument tal-SMEs taħt Orizzont 2020;

19.  Iqis li, sabiex tiġi żgurata l-komplementarjetà tal-iskemi finanzjarji għall-SMEs, huwa essenzjali li jiġu kkoordinati l-miżuri meħuda fl-ambitu tal-Politika ta' Koeżjoni u programmi oħra, bħall-programm Orizzont 2020, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak reġjonali; jisħaq fuq l-importanza ta' leġiżlazzjoni mfassla b'tali mod li tippermetti lill-SMEs jibqgħu kompetittivi;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsibu soluzzjoni rapida u dejjiema biex l-ammont enormi ta' pagamenti arretrati marbuta mal-politika reġjonali u ma' dak li jikkonċerna t-trattament ta' assistenza tal-FSIE fil-perjodu ta' finanzjament preċedenti, sabiex jiġi żgurat li l-SMEs bħala sħab fil-proġett ma jiġux skoraġġati milli jipparteċipaw fi programmi u proġetti ta' appoġġ minħabba li l-ħlas idum ma jsir;

Ġestjoni tal-għarfien

21.  Jenfasizza l-importanza ta' sforzi attivi għal kollaborazzjoni bejn is-setturi, tul ktajjen ta' valur kif ukoll żoni ġeografiċi, li toffri l-potenzjal li tqanqal l-innovazzjoni u opportunitajiet ġodda ta' tkabbir permezz ta' ispirazzjoni reċiproka ta' ideat u ta' kunċetti innovattivi; jilqa' b'sodisfazzjon l-azzjoni tal-programm Orizzont 2020 'Cluster facilitated projects for new industrial value chains', sabiex jiġi sfruttat aħjar il-potenzjal tal-innovazzjoni tal-SMEs, inklużi s-soluzzjonijiet ekoinnovattivi u ta' effiċjenza fl-użu tar-riżorsi li joffru;

22.  Jilqa' l-istabbiliment ta' Ċentru Ewropew tal-Eċċellenza fl-Effiċjenza fir-Riżorsi li jagħti pariri u jgħin lill-SMEs li jixtiequ jtejbu l-prestazzjoni tal-effiċjenza fir-riżorsi tagħhom; jenfasizza l-bżonn li dan iċ-ċentru jiġi stabbilit bħala netwerk b'saħħtu ta' sħab fir-reġjuni tal-UE u li jinbena fuq esperjenzi ppruvati fl-Istati Membri; jemmen li dan għandu jiggwida lill-SMEs lejn programmi Ewropej, nazzjonali u reġjonali f'dan il-kamp ta' azzjoni, u jipprovdi aċċess għal kompetenza, netwerks u infrastrutturi;

23.  Jenfasizza l-importanza tat-trasferimenti tal-għarfien u l-qsim tal-għarfien bejn diversi partijiet ikkonċernati, inklużi dawk transkonfinali, permezz ta' netwerks informali, speċjalment għall-SMEs u l-mikrointrapriżi, biex titqajjem kuxjenza dwar tekniki innovattivi eżistenti u ġodda, l-aħjar prattiki, il-modi biex jinkiseb finanzjament xieraq, l-iskemi possibbli ta' appoġġ tal-gvern u l-oqfsa leġiżlattivi rilevanti li jinvolvu l-inqas piż amministrattiv u jfakkar li l-punti ta' kuntatt nazzjonali eżistenti għall-programmi ta' finanzjament tal-UE u n-Netwerk Enterprise Europe (NEE) għandhom ikunu kompletament involuti fl-appoġġ tal-SMEs u jinfurmaw, iħarrġu u jappoġġjaw b'mod proattiv lill-SMEs sabiex jidentifikaw possibbiltajiet ta' finanzjament fuq livell tal-UE, nazzjonali jew reġjonali; jappoġġja l-organizzazzjoni ta' Kampanja Ewropea dwar l-Effiċjenza fir-Riżorsi sabiex tinforma l-SMEs dwar il-benefiċċji u l-opportunitajiet offruti mill-effiċjenza fir-riżorsi u kif jistgħu jinħolqu sinerġiji industrijali dwar ir-riċiklaġġ; jistieden lill-Kummissjoni u l-EEN jikkoperaw fuq l-effiċjenza fir-riżorsi mal-assoċjazzjonijiet industrijali, it-trejdjunjins, l-SMEs, l-NGOs, u d-dinja akkademika, kif ukoll inizjattivi reġjonali; jilqa' f'dan ir-rigward, l-attenzjoni tal-Kummissjoni fuq simbjożi u raggruppamenti u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tressaq inizjattivi konkreti sabiex jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni transsettorjali u l-ġestjoni tar-riżorsi;

24.  Iħeġġeġ lill-federazzjonijiet settorjali jkollhom rwol aktar prominenti fl-għoti ta' informazzjoni adegwata u pariri fuq teknoloġiji ekoloġiċi, fuq il-possibbiltajiet ta' finanzjament u l-proċeduri rilevanti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ipattu għan-nuqqasijiet fl-appoġġ u, b'kooperazzjoni mal-federazzjonijiet u l-kumpaniji tas-settur, biex ikomplu jinvestigaw liema opportunitajiet jeżistu u jiġu aċċellerati soluzzjonijiet sostenibbli, u jinvestu f'teknoloġiji li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, fl-effiċjenza fir-riżorsi u l-ekonomija tar-riċiklaġġ; jinnota d-diskrepanza li qed tikber bejn il-bżonnijiet tal-SMEs u l-ħiliet tal-impjegati; jinnota li 26 % ta' dawk li jimpjegaw fl-Ewropa qed jiffaċċjaw diffikultajiet biex isibu impjegati li għandhom il-ħiliet it-tajba;

Riċerka, żvilupp u innovazzjoni, u ħiliet

25.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' iktar effettività fl-iżvilupp ta' R&Ż bażiċi, li l-SMEs jiġu totalment involuti f'dan il-proċess u biex tiġi appoġġjata b'mod attiv aktar trasformazzjoni tar-riżultati tar-R&Ż bażiċi fi żviluppi teknoloġiċi ulterjuri; jenfasizza l-importanza tar-riindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa minħabba l-importanza tal-industrija tal-manifattura għal R&Ż&I u b'hekk il-futur tal-vantaġġ kompetittiv tal-UE; jemmen li sistemi mhux teknoloġiċi, organizzattivi, u l-innovazzjoni tas-settur pubbliku għandhom jingħataw attenzjoni suffiċjenti, flimkien ma' soluzzjonijiet xprunati mit-teknoloġija;

26.  Jenfasizza l-importanza tal-kummerċjalizzazzjoni u l-valorizzazzjoni minn kumpaniji Ewropej tal-eżitu tar-R&Ż; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipprevedu qafas regolatorju iktar stabbli u skemi finanzjarji adegwati sabiex tkun possibbli l-inizjattiva ekonomika u l-intraprenditorija u biex jiġi llimitat iż-żmien ta' kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, servizzi u prattiki ta' negozju ġodda, b'mod partikolari fl-ekonomija ekoloġika;

27.  Jenfasizza l-potenzjal għall-innovazzjoni u t-tkabbir ekoloġiku, li jinsab f'infrastruttura spazjali Ewropea ġdida; jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-użu ta' data maħruġa minn dawn l-infrastrutturi mill-SMEs billi jattendu ċentri ta' żvilupp u inkubaturi għall-intrapriżi; jistieden lill-Kummissjoni biex tippermetti li l-SMEs jibbenefikaw minn skema favorevoli fir-rigward tal-aċċess għad-data maħruġa minn dawn l-infrastrutturi fil-fażijiet ta' riċerka, żvilupp u kummerċjalizzazzjoni;

28.  Jinnota li skont l-Innobarometer ta' Mejju 2014 huma biss 9 % tal-kumpaniji kollha li jgħidu li gawdew minn appoġġ finanzjarju pubbliku għal attivitajiet ta' R&Ż&I minn Jannar 2011; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati proċeduri faċli għall-utent għad-diversi forom ta' appoġġ;

29.  Jinnota l-vantaġġi mogħtija mill-privattiva unitarja Ewropea għall-SMEs. b'mod partikolari fil-qasam tat-teknoloġiji ekoloġiċi; jistieden lill-Istati Membri biex jingħaqdu mal-privattiva unitarja Ewropea; jistieden lill-Istati Membri biex jipproċedu b'ħeffa għar-ratifika tal-ftehim dwar ġurisdizzjoni unifikata ta' privattiva meħtieġa għall-applikazzjoni tal-privattiva unitarja Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi proċedura simplifikata fir-rigward tal-SMEs biex jinbdew prosekuzzjonijiet kontra l-falsifikazzjoni fir-rigward ta' ġurisdizzjoni unifikata tal-privattiva;

30.  Jitlob qafas politiku mtejjeb għall-ekonomija ċirkolari inkluża l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' regolamentazzjoni, standards u kodiċi ta' kondotta intelliġenti li jimmiraw biex jinternalizzaw l-esternalitajiet, l-indirizzar ta' prodotti li jużaw ħafna riżorsi, il-ħolqien ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, l-ippremjar ta' dawk li jkunu minn ta' quddiem u l-aċċelerazzjoni tat-tranżizzjoni lejn effiċjenza fir-riżorsi u ekonomija sostenibbli;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi, bħala parti mill-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari, l-estensjoni tal-istrument tal-ekodisinn sabiex tiġi inkluża d-dimensjoni tal-effiċjenza fir-riżorsi; jemmen li l-ekodisinn għandu jindirizza d-durabilità, ir-riparabilità u r-riċiklabilità tal-prodotti, inklużi standards għall-ħajja minima garantita u ż-żarmar;

32.  Iħeġġeġ l-estensjoni ta' skemi ta' sostenn innovattivi, bħal kupuni ta' innovazzjoni ekoloġika, li jistgħu jippromwovu l-introduzzjoni fis-suq ta' teknoloġiji sostenibbli u soluzzjonijiet li jieħdu ħsieb l-ambjent u reżiljenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-klima; iqis, fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal appoġġ, li jeħtieġ li r-regoli jkunu sempliċi u ċari u li m'għandhomx jikkostitwixxu piż amministrattiv; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsibu soluzzjonijiet innovattivi ta' finanzjament għall-SMEs u li jipprovdu strumenti ta' finanzjament aċċessibbli għalkollox; ifakkar li t-tkabbir sostenibbli u l-kapaċità ta' innovazzjoni tal-SMEs Ewropej huwa wieħed mill-vantaġġi kompetittivi ewlenin li l-UE għandha fis-swieq globalizzati;

(De)regolamentazzjoni bħala xprun għat-tkabbir

33.  Jistieden lill-Istati Membri biex jevitaw li joħolqu ostakoli għas-suq intern minħabba regolamentazzjoni żejda, jirrevedu r-reġimi regolatorji attwali tagħhom, ineħħu kwalunkwe regolament superfluwu jew mhux effettiv li jikkostitwixxi ostaklu għas-suq, u biex tiġi żgurata traspożizzjoni konsistenti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li t-Test tal-SMEs ikun applikat totalment fil-valutazzjonijiet tal-impatt kollha; jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid l-isforzi tagħha fl-indirizzar tar-regolamentazzjoni żejda ma' Stati Membri individwali; jenfasizza l-ħtieġa ta' interpretazzjoni ċara u uniformi madwar l-UE minn regolaturi nazzjonali u regoli miftuħa tal-akkwist pubbliku, inkluż l-akkwist ekoloġiku u l-akkwist elettroniku, li attwalment jirrappreżenta ostaklu sostanzjali għall-SMEs li jixtiequ jsiru internazzjonali u fl-istess ħin opportunità kbira biex l-Istati Membri jkunu minn ta' quddiem biex jadattaw ruħhom, inkluż f'prodotti u soluzzjonijiet li huma effiċjenti fir-riżorsi u l-enerġija;

34.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirtira proposti leġiżlattivi li m'għadhomx jintużaw jew li huma ta' piż żejjed; jistenna li l-Kummissjoni tressaq proposta aktar ambizzjuża dwar il-leġiżlazzjoni tal-iskart, kif imħabbar mill-Viċi President Timmermans fis-sessjoni plenarja tal-Parlament ta' Diċembru 2014; jistieden lill-Kummissjoni biex tibqa' lura milli tressaq proposti leġiżlattivi li jwasslu għal piż amministrattiv bla bżonn għan-negozji u għall-SMEs u li kontinwament tirrieżamina leġiżlazzjoni eżistenti bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv attwali, li ttejjeb il-kwalità u l-effettività tal-leġiżlazzjoni u li tadattaha għal mudelli kummerċjali ġodda; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa għal azzjonijiet ambizzjużi, l-implimentazzjoni xierqa u f'waqtha tal-leġiżlazzjoni eżistenti u l-involviment bikri tal-partijiet interessati mill-industriji u SMEs rilevanti, inkluż fil-valutazzjoni tal-impatt, sabiex jintlaħqu l-miri ambjentali tal-UE;

35.  Ifakkar fl-importanza ta' leġiżlazzjoni li hija teknoloġikament newtrali u favur l-innovazzjoni, li tippermetti li teknoloġiji ġodda differenti jiġu ttestjati u vvalutati mis-suq; jilqa' l-iżvilupp ta' skema tal-Verifika tat-Teknoloġija Ambjentali (ETV) bħala għodda ġdida li tgħin lil teknoloġiji ambjentali innovattivi jilħqu s-suq; jistieden lill-Istati Membri jużaw adegwatament strumenti bbażati fuq is-suq fl-iskemi ta' appoġġ pubbliku tagħhom u biex joqogħdu lura milli jużaw sussidji ħżiena għall-ambjent li joħolqu distorsjoni fis-suq; ifakkar li l-intervent pubbliku għandu jintuża sabiex jiġu indirizzati nuqqasijiet tas-suq, bħal pereżempju non-pricing ta' esternalitajiet; jistieden lill-Kummissjoni tfassal linji gwida komuni għal skemi nazzjonali ta' appoġġ pubbliku għal proġetti ta' investiment ekoloġiku sabiex jinħoloq sett ta' miżuri aktar uniformi;

36.  Jinnota li l-industriji u t-teknoloġiji ta' tfixkil ta' sikwit jindikaw nuqqasijiet fil-leġiżlazzjoni eżistenti; jenfasizza l-ħtieġa għal monitoraġġ u l-aġġornament kontinwu tal-leġiżlazzjoni u l-implementazzjoni tagħha, sabiex teknoloġiji sostenibbli jew ekoinnovattivi u teknoloġiji ġodda ma jiffaċċjawx barrieri;

Miżuri mixxellanji ta' appoġġ

37.  Jemmen li l-iżvilupp ta' ħiliet intraprenditorjali kif ukoll programmi ta' tagħlim dwar kif is-suq, l-ekonomija u s-sistema finanzjarja joperaw, jiffunzjonaw u jinteraġixxu, flimkien ma' għarfien ambjentali, u kif it-teknoloġiji l-ġodda jistgħu jagħtu spinta effettiva, innovattiva u opportunitajiet ekoloġiċi, għandhom jiġu inklużi fis-sistemi ta' edukazzjoni bażiċi u ogħla, u jiġu promossi wkoll permezz ta' attivitajiet extrakurrikulari u t-tagħlim tul il-ħajja; jemmen li pjan ta' negozju mħejji tajjeb huwa l-ewwel pass lejn aċċess aħjar għall-finanzi u l-vijabilità; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu mingħajr dewmien l-edukazzjoni intraprenditorjali, finanzjarja, ekonomika u ambjentali fil-programmi edukattivi tagħhom; jappoġġa, f'dan ir-rigward, il-programm “Erasmus għall-Imprendituri Żgħażagħ”, imfassal sabiex jippromwovi kultura intraprenditorjali u jiżviluppa s-suq uniku u l-kompetittività;

38.  Jenfasizza li anke l-mikrointrapriżi u n-negozji li għadhom jibdew għandhom ukoll jingħataw għajnuna u gwida dwar kif jimxu lejn tkabbir ekoloġiku sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li dawn in-negozji jkunu adegwatament koperti minn inizjattivi ġodda ffukati fuq opportunitajiet ta' tkabbir ekoloġiku għall-SMEs;

39.  Jinnota li l-programm Erasmus+ jagħmilha possibbli għal studenti u żgħażagħ li jiżviluppaw il-ħiliet intraprenditorjali permezz ta', fost l-oħrajn, il-finanzjament ta' apprendistati, jappoġġa il-programm 'Erasmus għall-Imprendituri Żgħażagħ', imfassal sabiex jippromwovi kultura intraprenditorjali u jiżviluppa s-suq uniku u l-kompetittività;

40.  Jinnota l-importanza li jiġu indirizzati t-tendenzi insostenibbli tal-konsum u li jippromwovu bidla fl-imġiba tal-konsumaturi; jenfasizza l-ħtieġa għal edukazzjoni adegwata tal-konsumatur u l-ħtieġa biex jiġu inkoraġġuti inċentivi għal konsum aktar sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-miżuri orjentati lejn id-domanda bħall-użu tal-akkwist pubbliku sabiex jitjieb l-użu ta' riżorsi u prodotti u soluzzjonijiet effiċjenti fl-enerġija; jenfasizza l-valur tal-inklużjoni tal-użu tar-riżorsi fl-informazzjoni dwar il-prodott u l-ekotikketti sabiex tingħata s-setgħa lill-konsumaturi;

41.  Jenfasizza l-importanza li jkunu ffaċilitati negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu u spin-offs permezz ta' kollaborazzjoni mal-universitajiet, l-istabbilimenti ta' tagħlim professjonali u istituti ta' riċerka teknoloġika;

42.  Jenfasizza l-importanza tal-esportazzjonijiet għall-ħolqien ta' impjiegi u tkabbir fl-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni tħaffef ftehimiet kummerċjali pendenti mas-sħab tagħna sabiex jiġi faċilitat l-aċċess tal-SMEs Ewropej għal swieq ġodda;

43.  Jemmen li l-intraprenditorija femminili hija assi li s'issa ma ġietx meqjusa b'mod suffiċjenti għat-tkabbir u l-kompetittività tal-UE, li għandu jiġi mrawwem u msaħħaħ u li l-ostakli kollha, b'mod partikolari d-diskriminazzjoni fil-pagi, li jiffaċċaw in-nisa, inkluż fl-ekonomija ekoloġika, għandhom jitneħħew sabiex in-nisa u l-irġiel jibbenefikaw b'mod ugwali; jemmen li ġabra regolari ta' statistika armonizzata, inkluż dwar l-impatt ta' leġiżlazzjoni speċifika għall-ġeneru u li data dwar ix-xogħol diżaggregata skont is-sess, jiffaċilitaw aktar tfassil ta' politika bbażata fuq l-evidenza u l-monitoraġġ u timla lakuna fl-għarfien fid-diskors ekoloġiku;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tistudja u tidentifika s-setturi tal-industrija Ewropea u żoni ġeografiċi fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-ħolqien ta' raggruppamenti u ċentri ġodda u tappoġġja l-iżvilupp tagħhom;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari, u jirrispondu għall-opportunitajiet u l-isfidi ppreżentati minn żoni rurali f'dak li għandu x'jaqsam mal-SMEs, it-tkabbir ekoloġiku u l-ekoinnovazzjoni;

46.  Jistieden lill-Istati Membri (fil-livell ta' dawk li jfasslu l-politika u l-awtoritajiet maniġerjali nazzjonali, reġjonali u lokali) biex jippromovu kontinwament it-tkabbir sostenibbli, skont l-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti bil-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati ewlenin, li tiffavorixxi r-raggruppament, is-sinerġiji u n-netwerks fil-kuntest tal-attivitajiet tal-ekonomija ekoloġika; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta rendikont lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni ta' strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti fil-livell nazzjonali u/jew reġjonali, fejn xieraq, u b'mod speċjali fir-rigward tad-diversi tendenzi ta' 'azzjonijiet downstream' użati fil-livell tal-UE u fl-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jipprovdu tagħrif dwar il-miżuri prattiċi li ttieħdu għall-iżvilupp tal-kompetenzi għal SMEs ekoinnovattivi permezz tal-interkonnessjoni ta' ċentri ta' innovazzjoni reġjonali u n-netwerks ewlenin ta' sostenn;

47.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, fl-ambitu tal-politika reġjonali, tfassal programmi speċifiċi li jħaddnu l-elementi tat-tkabbir ekoloġiku kollha relevanti għall-SMEs; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-potenzjal tal-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ jintuża bis-sħiħ fil-kuntest tat-tkabbir ekoloġiku tal-SMEs; jistieden lill-Kummissjoni tħejji miżuri li joħolqu rabta bejn l-istituzzjonijiet edukattivi ma' programmi Ewropej u miżuri għas-sostenn tal-ekonomija ekoloġika; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw il-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħhom biex jipprovdu pariri lil ħaddiema tal-SMEs u jqajmu l-kuxjenza tagħhom bil-għan li jtejbu l-għarfien u l-ħiliet tagħhom; jitlob li jkun hemm sostenn għal taħriġ li jkun iffukat fuq iż-żgħażagħ u l-gruppi l-aktar żvantaġġati;

o
o   o

48.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0036.
(2) Testi adottati, P7_TA(2014)0032.
(3) Testi adottati, P8_TA(2014)0069.
(4) http://ec.europa.eu/public_opinion/flash/fl_381_en.pdf

Avviż legali